Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ketek (telithromycin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J01FA15

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaKetek
Kodiċi ATCJ01FA15
Sustanzatelithromycin
ManifatturAventis Pharma S.A.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Ketek pilloli ta’ 400 mg miksija b’rita.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita għandha 400 mg ta’ telithromycin .

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Ta’ kulur oranġjo ċar, oblongi, imbuzzati miż-żewġ naħat, b’ ’H3647‘ imnaqqax fuq naħa waħda u

“400” fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Meta Ketek jinkiteb mit-tabib, wieħed irid iqis il-gwida uffiċjali fuq l-użu xieraq ta’ l-antibijotiċi u l- prevalenza lokali tar-reżistenza (ara wkoll sezzjoni 4.4 u 5.1).

Ketek huwa indikat għall-kura ta’ l-infezzjonijiet imsemmija hawn taħt :

F’pazjenti ta’ 18-il sena u akbar:

Pulmonite ħafifa jew ta’ grad moderat li tkun ittieħdet mill-komunità (ara sezzjoni 4.4)

Meta jiġu ttrattati infezzjonijiet ikkawżati minn razez magħrufa jew suspettati reżistenti għal beta-lactam u/jew makrolidi (skond il-passat mediku tal-pazjenti jew data ta’ reżistenza nazzjonali u/ jew reġjonali) li huma koperti mill-ispettru anti-batteriku ta’ telithromycin (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1)

Aggravament akut ta’ bronkite kronika

Sinużite akuta

F’pazjenti bejn it-12 -il sena u akbar:

Tonsillite jew farinġite ikkawżata minn Streptococcus pyogenes bħala alternattiva meta l- antibijotiċi beta-lactam ma jkunux adatti f’pajjiżi/reġuni bi prevalenza sinifikanti ta’ S. pyogenes reżistenti għall-makrolidi, meta medjati b’ermTR jew mefA (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata hija ta’ 800 mg darba kuljum, jiġifieri żewġ pilloli ta’ 400 mg il-waħda darba kuljum.

F’pazjenti ta’ 18-il sena u akbar, ir-reġimen ta’ trattament, skond l-indikazzjoni, għandha tkun:

Pulmonite li tkun ittieħdet mill-komunità: 800 mg darba kuljum, għall-perijodu bejn 7 u 10 ijiem.

Aggravament akut ta’ bronkite kronika: 800 mg darba kuljum għal 5 ijiem.

Sinużite akuta: 800 mg darba kuljum għal 5 ijiem.

Tonsillite jew farinġite ikkawżata minn Streptococcus pyogenes: 800 mg darba kuljum għal 5 ijiem

F’pazjenti ta’ bejn it-12 u t-18-il sena, ir-reġimen ta’ trattament għandha tkun:

Tonsillite jew farinġite ikkawżata minn Streptococcus pyogenes: 800 mg darba kuljum għal 5 ijiem

Popolazzoni -anzjana:

M’hemmx bżonn tibdil fid-doża f’pazjenti anzjani minħabba biss l-età tagħhom.

Popolazzjoni pedjatrika:

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Ketek fit-tfal taħt it-12-il sena, ma ġewx determinati (ara sezzjoni 5.2). Ketek mhux irrakkomandat f’din il-popolazzjoni.

Indeboliment renali:

M’hemmx bżonn ta` tibdil fid-doża f’pazjenti li għandhom indeboliment renali ħafif jew moderat.

Ketek mhux irrakkomandat bħala l-ewwel għażla f’pazjenti b’indeboliment renali sever (meta r-rata li biha titneħħa l-krejatinina tkun <30 ml/min)jew pazjenti b’indeboliment sever renali u dak epatiku ko-eżistenti,għax il-forma tad-doża ottima (600 mg) mhix disponibbli. Jekk ikun meqjus li t-trattament b’telithromycin huwa neċessarju dawn il-pazjenti jistgħu jkunu ittrattati b’doża li talterna bejn ta’

800 mg kuljum u 400 mg kuljum, u li tibda b’doża ta 800 mg. F’pazjenti fuq dijaliżi tad-demm, il- pożoloġija għandha tkun aġġustata sabiex Ketek 800 mg jingħata wara s-sessjoni tad-dijaliżi (ara wkoll sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied:

M’hemmx bżonn ta tibdil fid-doża f’pazjenti li għandhom indeboliment ħafif, moderat jew sever tal- fwied, , madankollu, l-esperjenza f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied hija limitata. Għalhekk, telithromycin għandu jintuża b’kawtela (ara wkoll sezzjoni 4.4 u 5.2).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli għandhom jittieħdu sħaħ b’ammont xieraq ta’ ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu fuq l-ikel jew fuq stonku vojt.

Jista’ jiġi kkunsidrat li Ketek jiġi mogħti f’ħin l-irqad, sabiex jitnaqqas l-impatt potenzjali ta’ disturbi fil-vista u telf tas-sensi (ara sezzjoni 4.4).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva, għal kwalunkwe antibijotiku li jappartjeni għall-klassi tal- makrolidi, jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Myasthenia gravis (ara sezzjoni 4.4)

Storja preċedenti ta’ epatite u/jew is-suffejra assoċjata ma’ l-użu ta’ telithromycin.

L-użu flimkien ma’ prodotti mediċinali li jtawlu l-intervall QT u huma substrati ta’ CYP3A4 bħal: cisapride, pimozide, astemizole, terfenadine, dronedarone, saquinavir (ara sezzjoni 4.5).

L-użu flimkien ma’ derivattivi alkalojdi tal-ergot (bħal ergotamine u dihydroergotamine) (ara sezzjoni 4.5).

Jingħata flimkien ma’ simvastatin, atorvastatin u lovastatin. Il-kura b’dawn il-mediċini trid titwaqqaf waqt il-kura b’Ketek (ara sezzjoni 4.5).

Sindromu ta’ l-intervall QT twil, kemm jekk konġenitu, kif ukoll jekk jeżisti fil-passat mediku tal- familja (jekk mhux eskluż permezz ta’ ECG) u f’dawk il-pazjenti li magħrufa li għandhom intervall

QT twil.

F’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi u/jew tal-funzjoni epatika, l-użu konkomitanti ta’ Ketek ma’ impedituri qawwija ta’ CYP3A4, bħall-impeditur ta’ protease jew l-antifungali tat-tip azole (eż. ketoconazole, fluconazole), huwa kontra-indikat.

It-teħid ta’ Ketek flimkien ma colchicine f’pazjenti b’indeboliment renali u/jew epatiku (ara sezzjoni 4.5)

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Intervall QT imtawwal

Minħabba l-possibbiltà li jista jtawwal l-intervall tal-QT, Ketek għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jbatu b’mard koronarju tal-qalb, li għandhom passat ta’ taħbit irregolari tal-ventrikoli tal-qalb, livell baxx u mhux korrett tal-potassium u / jew tal-magnesium fid-demm, jew bradikardja (<50 bpm), waqt l-użu ta’ Ketek flimkien ma’ sustanzi li jtawwlu l-intervall tal-QT, jew f’pazjenti li qed jiġu kkurati fl- istess ħin b’impedituri qawwija ta’ CYP3A4, bħall-impedituri tal-protease jew l-antifungali tat-tip azole (eż. ketoconazole, fluconazole) (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.5).

Ġew irrapportati arritmiji ventrikulari (fosthom takikardija ventrikulari, torsade de pointes) f’pazjenti kkurati b’telithromycin u li xi kultant seħħew fi żmien ftit sigħat mill-ewwel doża (ara sezzjoni 4.8).

Mard assoċjat ma’ Clostridium difficile

Id-dijarrea, speċjalment meta tkun qawwija, persistenti u / jew bid-demm, waqt jew wara l-kura b`Ketek, tista’ tkun ikkawżata minn kolite psewdomembranea (ara sezzjoni 4.8). Jekk ikun hemm il- ħsieb li jista jkun hemm kolite psewdomembranja, il-kura trid titwaqqaf minnufih u l-pazjenti jridu jingħataw kura b’miżuri ta support u / jew terapija speċifika.

Myasthenia gravis

Deterjorament ta’ myasthenia gravis kienu rrappurtati f’pazjenti ikkurati b’telithromycin u kultant ġraw fi ftit sigħat wara l-ewwel doża. Ir-rapporti inkludew imwiet u indeboliment akut fil-funzjoni respiratorja, li tista’ tkun fatali, ikkaratterizzata b’bidu mgħaġġel (ara sezzjoni 4.8).

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Tibdil fl-enżimi tal-fwied kienu komunement innotati fi studji kliniċi b’telithromycin. Epatite severa u indeboliment sever tal-fwied, inklużi każijiet fatali (li ġeneralment kienu assoċjati ma’ mard serju li kien qed ibati minnu l-pazjent jew prodott mediċinali konkomitanti) kienu rapportati wara li l-prodott tpoġġa fuq is suq (ara sezzjoni 4.8). Dawn ir reazzjonijiet epatiċi kienu innotati waqt jew immedjatament wara t-trattament, u fil-biċċa kbira tal-każijiet kienu riversibbli wara l-waqfien ta’ telithromycin.

Il-pazjenti għandhom ikunu mwissija biex iwaqqfu t-trattament u jkellmu lit-tabib tagħhom jekk jiżvilluppaw sintomi jew sinjali ta’ mard tal-fwied bħal anoressja, suffejra, awrina skura, ħakk jew uġigħ addominali mat-tagħfis.

Minħabba esperjenza limitata, Ketek għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 5.2).

Disturbi fil-vista

Ketek jista’ jikkawża disturbi fil-vista partikularment fit-tnaqqis fl-abilita’ biex jaddatta u l-abilita’ ta’

ħelsien ta’ l-addattament tal-vista. Disturbi fil-vista kienu jinkludu vista mċajpra, diffikulta biex wieħed jiffoka u diplopja. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kienu minn ħfief sa moderati; madankollu, każijiet ta’ grad sever ġew irraportati. Ir-reazzjoni viżwali tista’ tiġi fuqek f’daqqa. Huwa importanti li l-pazjenti li ngħatalhom telithromycin jiġu mgħarrfa li waqt il-kura jistgħu jseħħu reazzjonijiet avversi viżwali (ara sezzjonijiet 4.7 u 4.8).

Telf mis-sensi

Wara li l-prodott tpoġġa fuq is-suq, kien hemm rapporti ta’ reazzjonijiet avversi ta’ telf ħafif mis-sensi u kienu jinkludu xi każijiet assoċjati mas-sindromu vagal (ara sezzjonijiet 4.7 u 4.8).

Jista’ jiġi kkunsidrat li Ketek jiġi mogħti f’ħin l-irqad, sabiex jitnaqqas l-impatt potenzjali ta’ disturbi fil-vista u telf tas-sensi.

Sustanzi li jistimulaw CYP3A4

Ketek m’għandux jintuża waqt u għal ġimgħatejn wara kura b`sustanzi li jinduċu CYP3A4 (bħal ir- rifampiċin, phenytoin, carbamazepine, phenobarbital u St John’s wort). Kura konkomitanti b’dawn il- prodotti mediċinali tista’ tirriżulta f’livelli ta telithromycin taħt dawk terapewtiċi u għalhekk, dawn jistgħu jwasslu ghall-falliment fil-kura (ara sezzjoni 4.5).

Substrati ta’ CYP3A4

Ketek huwa impeditur ta’ CYP3A4 u għandu jintuża taħt ċirkostanzi speċifiċi biss waqt il-kura bi prodotti mediċinali oħra li jkunu metabolizzati minn CYP3A4. Pazjemti li qegħdin jieħdu kura konkomitanti bi pravastatin, b’rosuvastatin jew bi fluvastatin għandhom ikunu osservati mill-qrib għal sinjali u sintomi ta’ mijopatija u rabdomajoliżi (Ara sezzjonijiet 4.3 u 4.5 ).

Reżistenza

F’żoni ġeografiċi b’inċidenza għolja ta’ reżistenza għall-erythromycin A, huwa importanti bmod partikolari li jitqies l-isvilupp tal-mekkaniżmu ta suxxettibilità lejn telithromycin u antibijotiċi oħra.

Fil-pulmonite li tittieħed mill-komunità, l-effikaċja ntweriet f’numru limitat ta’ pazjenti li kellhom fatturi ta` riskju, bħal dawk bil-preżenza tal-pnewmokokki fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm, jew dawk li kellhom ’l fuq minn 65 sena.

Esperjenza tal-kura ta’ infezzjonijiet kawżati minn S. pneumoniae reżistenti għall-penicillin /jew l- erythromycin hija limitata, iżda s’issa, l-effikaċja klinika u r-rati ta’ eradikazzjoni tal-mikrobu kienu simili meta mqabbla ma` dawk fejn il-kura ta infezzjonijiet b S. pneumoniae sensittivi għall- antibijotiċi. Trid tittieħed kawtela meta S. aureus huwa suspettat li qed jikkaġuna l-infezzjoni u hemm probabiltà li jkun reżistenti għall-erythromycin skond l-epidemjoloġija tal-post.

L. pneumophila huwa sensittiv ħafna għal telithromycin in vitro, madankollu, l-esperjenza klinika fil- kura tal-pulmonite ikkaġunata minn Legionella hija limitata.

Bħal fil-każ tal-makrolidi, H. influenzae huwa ikklassifikat bħala mikrobu ta’ sensittività medja. Dan għandu jitqies waqt kura għal infezzjoniet ikkaġunati minn H. Influenzae.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma sarux studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmċewtiku tal-prodott fl- adulti.

Effetti ta Ketek fuq prodotti mediċinali oħra

Telithromycin huwa impeditur ta` CYP3A4 u impeditur dgħajjef ta’ CYP2D6. Studji in vivo bis- simvastatin, midazolam u cisapride urew inibizzjoni qawwija ta’ CYP3A4 intestinali, u inibizzjoni moderata ta’ CYP3A4 tal-fwied. Il-grad t’inibizzjoni b’substrati diversi ta’ CYP3A4 huwa diffiċili li jkun antiċipat. Għalhekk, Ketek m’għandux jintuża waqt il-kura bi prodotti mediċinali li huma substrati ta’ CYP3A4, sakemm il-livelli fil-plażma tas-substrat ta’ CYP3A4, l-effikaċja jew reazzjonijiet avversi jistgħu jkunu osservati mill-qrib. Alternattivament, il-kura bis-substrati ta’ CYP3A4 trid titwaqqaf waqt il-kura b’Ketek.

Telithromycin huwa wkoll inibitur ta’ P-glycoprotein. It-teħid ta’ Ketek flimkien ma’ mediċini li huma substrati ta’ P-glycoprotein jista’ jirriżulta f’żieda fl-espożizzjoni għas-substrati ta’ P-glycoprotein bħal digoxin u dabigatran etexilate. Jekk telithromycin jingħata flimkien ma’ dabigatran etexilate għandu jkun hemm monitoraġġ kliniku mill-qrib (toqgħod attent għal sinjali ta’ fsada jew anemija).

Cyclosporin, tacrolimus, sirolimus

Minħabba li telithromycin jista jinpedixxi CYP3A4, dan jista’ jżid il-livelli fid-demm tas-substrati ta’ CYP34A4. Għalhekk, meta jibda jingħata telithromycin f’pazjenti li diġa qed jieħdu kwalunkwe wieħed minn dawn is-sustanzi immunosuppressivi, il-livelli ta’ cyclosporin, tacrolimus u sirolimus għandhom ikunu segwiti b’kawtela, u d-dożi tagħhom jitnaqqsu skont il-ħtieġa. Meta telithromycin jitwaqqaf, il-livelli ta’ cyclosporin, tacrolimus jew sirolimus iridu jerġgħu jkunu segwiti b’kawtela, u d-dożi tagħhom miżjuda skont il-ħtieġa.

Metoprolol

Meta metoprolol (substrat ta’ CYP2D6) kien ingħata flimkien ma’ Ketek, metoprolol Cmax u l-AUC

żdiedu b’madwar 38%; madankollu, ma kienx hemm effett fuq il-half life ta` l-eliminazzjoni ta` metoprolol. Iż-zieda fl-esponiment ta’ metoprolol jista’ jkun ta’ importanza klinika f’pazjenti b’indeboliment tal-qalb kurati b`metoprolol.

Metoprolol, li hu substrat ta’ CYP2D6, meta jintuża ma` Ketek għandu jingħata b`kawtela f`dawn il- pazjenti.

Prodotti mediċinali bil-potenzjal li jtawlu l-intervall tal-QT

Ketek huwa mistenni li jżid il-livelli fil-plażma ta’ cisapride, pimozide, astemizole, terfenadine dronedarone, saquinavir. Dan jista’ jtawwal l-intervall tal-QT, arritmji kardijaċi, inkluża takikardja tal- ventrikoli, fibrillazzjoni tal-ventrikoli, u torsades de pointes. Ketek mgħandux jingħata flimkien ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn il-prodotti mediċinali. (ara sezzjoni 4.3).

Il-kawtela hija neċessarja meta l-Ketek jingħata lill-pazjenti li qed jieħdu prodotti mediċinali oħra li jistgħu jtawwlu l-intervall tal-QT (ara sezzjoni 4.4). Dawn jinkludu s-sustanzi antiarritmiċi Klassi IA (eż.quinidine, procainamide, disopyramide) u Klassi III (eż. dofetilide, amiodarone) , citalopram, antidippressivi triċikliċi, methadone, xi antipsikotiċi (eż. phenothiazines), fluoroquinolones (eż. moxifloxacin), xi antifungali (eż. fluconazole, pentamidine), u xi mediċini antivirali (eż. telaprevir).

Id-derivattivi alkalojdi ta’ ergot (bħal ergotamine u dihydroergotamine)

Permezz t’estrapolazzjoni mill-erythromycin A u l-josamycin, l-użu ta’ Ketek u d-derivattivi alkalojdi flimkien jistgħu jwasslu għal spażmu sever ta’ l-arterji (ergotiżmu), li jista’ jwassal għall-nekrożi ta’ l- estremitajiet. L-użu flimkien huwa għalhekk kontra-indikat (ara sezzjoni 4.3).

Statins

Meta simvastatin ingħata flimkien ma` Ketek kien hemm żieda ta’ 5.3 darbiet fil-livell ta` simvastatin Cmax, u żieda ta’ 8.9 darbiet fil-livell ta’ simvastatin AUC, u 15-il darba aktar fil-livell ta’ simvastatin acid Cmax, u żieda ta’ 11-il darba l-AUC ta` simvastatin acid. Ketek jista’ jikkawża interazzjoni simili ma` lovastatin u atorvastatin, li huma fil-biċċa l-kbira metabolizzati wkoll bil-CYP3A4.. Ketek, għalhekk m’għandux jintuża flimkien ma’ simvastatin, atorvastatin jew lovastatin (ara sezzjoni 4.3). Il-kura b’dawn is-sustanzi għandha titwaqqaf waqt il-kura b`Ketek. L-esponiment ta’ pravastatin, rosuvastatin, u f’dimensjoni anqas fluvastatin, jista’ jiżdied minħabba l-possibbilta’ ta’ involviment tat-trasportaturi tal-proteini, imma din iż-żieda hija mistennija li tkun inqas mill-interazzjonijiet li jinvolvu l- inibizzjoni ta’ CYP3A4. Madankollu, il-pazjenti għandhom ikunu osservati mill-qrib għal sinjali u sintomi ta` mijopatija u rabdomajoliżi meta jiġu trattati wkoll bi pravastatin, rosuvastatin u fluvastatin

Benzodajażepini

Meta midazolam ingħata flimkien ma` Ketek, l-AUC ta` midazolam żdiedet 2.2-il darba wara li ngħata fil-vina u 6.1-il darba meta ngħata mill-ħalq. Il-half life ta’ midazolam żdiedet b’madwar 2.5-il darba. Il-forma orali ta` midazolam flimkien ma` Ketek għandu jkun evitat. Id-doża intravenuża ta’

midazolam għandha tkun aġġustata skond il-ħtieġa u l-pazjent irid ijun immoniterjat. L-istess kawtela tapplika għall-benżodijażepini oħra li huma metaboliżzati minn CYP3A4 (partikolarment triazolam, iżda anke f’dimensjoni anqas l-alprazolam). Għal dawk il-benżodijażepini li mhux metaboliżzati minn CYP3A4 (temazepam, nitrażepam, lorazepam) interazzjoni ma` Ketek mhux probabbli.

Digoxin

Ketek intwera li jżid il-livelli fil-plażma ta’ digoxin, substrat ta’ P-glycoprotein. Il-livelli l-aktar baxxi fil-plażma, Cmax, AUC u l-clearance renali, żdiedu b’20%, 73%, 37% u 27%, rispettivament, f’persuni b’saħħithom. Ma kienx hemm tibdil sinifikanti fil-parametri ta’ l-ECG u l-anqas dehru sinjali ta’ tossiċità b`digoxin. Mandankollu, il-livelli ta` digoxin fis-serum jridu jkun mkejla meta digoxin jingħata ma` Ketek.

Theophylline

Ma kienx hemm interazzjoni famakokinetika rilevanti ta’ Ketek meta ingħata ma` theophylline fil- forma li tinħall bil-mod. Madankollu, meta jingħataw flimkien dawn iż-żewġ prodotti mediċinali għandu jkun distanzjat b’siegħa biex ikunu evitati effetti kollaterali diġestivi mhux mixtieqa, bħad- dardir u r-rimettar.

Antikoagulanti Orali

Żieda fl-attività ta’ l-antikoagulanti kienet rapportata f’pazjenti ittrattati simultanjament bl- antikoagulanti u l-antibijotiċi, inkluż telithromycin. Il-mekkaniżmi m’humiex magħrufa għal kollox.

Għalkemm ma kienx hemm interazzjoni farmakokinetika u farmakodinamika meta

ingħatat doża waħda ta` Ketek ma` warfarin, għandu jkun ikkunsidrat l-immoniterjar aktar spiss tal- prothrombin time/INR (International Normalised Ratio) waqt il-kura konkomitanti.

Kontraċettivi orali

M’hemx interazzjoni farmakodinamika jew farmakokinetika klinikament relevanti b’dożi baxxi tal- kontraċettivi orali tat-tip tliet fażijiet f’suġgetti f’saħħithom.

Colchicine

Avvelenament b’colchicine, li inkludew każijiet fatali, ġew irrapportati f’pazjenti kkurati b’colchicine u inibituri qawwijin ta’ CYP3A4. Huwa magħruf li telithromycin huwa inibitur qawwi ta’ CYP3A4 u huwa wkoll inibitur ta’ P-glycoprotein. Għalhekk, huwa mistenni li l-espożizzjoni għal colchicine, substrat ta’ CYP3A4 u P-glycoproetein, tiżdied jekk Ketek u colchicine jingħataw flimkien. It-teħid ta’ Ketek flimkien ma’ colchicine huwa kontra-indikat f’pazjenti b’indeboliment renali u/jew epatiku (ara sezzjoni 4.3).

Imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju li huma mmetabolizzati minn CYP3A4

It-teħid ta’ inibituri qawwijin ta’ CYP3A4 (bħal telithromycin) flimkien ma’ imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju li huma mmetabolizzati minn CYP3A4 (eż. verapamil, nifedipine, felodipine) jista’ jirriżulta f’ipotensjoni, bradikardija jew telf mis-sensi u għalhekk għandhom jiġu evitati. F’każ li jinħass li jkun hemm il-bżonn li dawn jittieħdu flimkien, id-doża tal-imblokkatur tal-kanali tal-kalċju għandha titnaqqas u għandu jkun hemm monitoraġġ kliniku mill-qrib tal-effikaċja u s-siġurtà fil-pazjent.

Sotalol

Ġie muri li telithromycin inaqqas is-Cmax b’34 % u l-AUC ta’ sotalol b’20 % minħabba tnaqqis fl- assorbiment.

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq Ketek

Meta jingħata f’dożi repetuti ma` rifampicin u telithromycin, is-Cmax u l-AUC ta` telithromycin kienu mnaqqsin b’medja ta’ 79% u 86%, rispettivament. Għalhekk, meta jingħata flimkien ma’ indutturi ta’ CYP3A4 (bħal ir-rifampicin, phenytoin, carbamazepine, phenobarbital, St John’s wort) huwa probabbli li jirriżulta f’livelli ta’ telithromycin anqas minn dawk terapewtiċi, b’nuqqas ta’ effikaċja. L- induzzjoni tonqos gradwalment f’temp ta’ ġimgħatejn mill-waqfien tal-kura b’indutturi ta’ CYP3A4. Ketek m’għandux jintuża waqt u ġimgħatejn wara t-trattament bl-indutturi ta’ CYP3A4.

Studji ta interazzjoni ma` itraconazole u ketoconazole, żewġ impedituri ta’ CYP3A4, urew li l-livelli massimi ta` telithromycin fil-plażma żdiedu, rispettivament, b’ 1.22 u 1.51-il darba, u l-AUC b’1.54 u 2.0-il darba, rispettivament. Dawn it-tibdiliet fl-effetti farmakokinetiċi ta` telithromycin ma jwasslux biex id-doża jkollha tkun mibdula, għax l-esponiment għal telithromycin tibqa’ sew fil-limiti tat- tolleranza. L-effett ta’ ritonavir fuq telithromycin ma kienx studjat u jista’ jwassal għal esponiment akbar għal telithromycin. Għandha tittieħed kawtela meta jingħataw flimkien.

Impedituri qawwija ta’ CYP3A4 m’għandhomx jingħataw flimkien ma’ Ketek f’pazjenti b’disfunzjoni severa fil-kliewi jew tal-fwied (ara sezzjoni 4.3)

Ranitidine (meta jittieħed siegħa qabel Ketek) u sustanzi kontra l-aċidu fl-istonku li għandhom aluminium u magnesium hydroxide, m’għandhomx effetti kliniċi rilevanti fuq il-farmakokinetiċi ta` telithromycin.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ Ketek waqt it-tqala. Studji fuq bhejjem urew ħsara fuq is- sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. Ketek m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar.

Treddigħ

Telithromycin jinsab fil-ħalib ta’ l-annimali li qegħdin ireddgħu, f’livelli ta’ 5 darbiet aktar minn dawk tal-livelli fil-plażma ta’ l-omm. M’hemmx tagħrif korrispondenti għall-bniedem. Ketek m’għandux jintuża f’nisa li qed ireddgħu.

Fertilita’

Fi studji fil-firien, ġiet osservata tnaqqis fl-indiċi tal-fertilita’ b’dożi tossiċi injettati (ara sezzjoni 5.3)

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ketek jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi bħal disturbi fil-vista, konfużjoni jew alluċinazzjoni li jistgħu itelfu biex jintemmu ċerti attivitajiet. Addizzjonalment, każijiet rari ta’ telf mis-sensi għal żmien qasir, li jistgħu jkunu preċeduti minn sintomi ikkaġunati minn nervaturi tal-vagus, ġew irrapportati (ara sezzjoni 4.8). Minħabba problemi potenzjali fil-vista, telf mis-sensi, konfużjoni jew alluċinazzjoni, il-pazjenti għandhom jippruvaw inaqqsu mill-attivitajiet bħal sewqan ta’ karozza, tħaddim ta’ makkinarju kbir jew jagħmlu attivatijiet oħra ta’ periklu waqt li qegħdin jiġu ttrattati bil- ketek. Jekk pazjenti jkollhom disturbi fil-vista, telf mis-sensi, konfużjoni jew alluċinazzjoni waqt li qegħdin jieħdu Ketek, m’għandhomx isuqu karozza, jħaddmu makkinarju kbir jew jagħmlu attivitajiet oħra ta’ periklu (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8)

Il-pazjenti għandhom ikunu informati bir-riskju ta’ dawn ir-reazzjonijiet avversi, li jiġru daqshekk kmieni anke wara l-ewwel doża tal-prodott mediċinali. Il-pazjenti għandhom jiġu mwissija dwar dawn l-effetti potenzjali fuq il-ħila li jsuqu u jħaddmu l-makkinarju.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

F’2,461 pazjent kurati b’Ketek fil-fażi III tal-provi kliniċi, u wara li l-prodott tpoġġa fuq is-suq dehru dawn l-effetti mhux mixtieqa, li possibbilment jew probabbilment kienu relatati ma` telithromycin. Dan huwa muri fit-tabella hawn taħt. Dijarea, tqalligħ u sturdament kienu l-aktar reazzjonijiet avversi komunement irrappurtati fi provi kliniċi ta' fażi III.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L- effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Sistema

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari ħafna

Mhux magħrufa ( ma

tal-

ħafna

(≥1/100 sa

(≥1/1,000 sa

(≥1/10,000

(<1/10,000)

tistax tittieħed stima

klassifika

(≥1/10)

<1/10 )

<1/100)

sa

 

mid-data disponibbli)*

ta’ l-

 

 

 

<1/1,000)

 

 

organi

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Ejosinofilja

 

 

 

tad-demm

 

 

 

 

 

 

u tas-

 

 

 

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

Edema anġjonewrotika,

fis-sistema

 

 

 

 

 

reazzjonijiet anafilattiċi

immuni

 

 

 

 

 

inkluż ix-xokk

 

 

 

 

 

 

anafilattiku, sensittivita’

 

 

 

 

 

 

eċċessiva

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

Konfużjoni,

psikjatriċi

 

 

 

 

 

alluċinazzjoni

Disturbi

 

Sturdament,

Vertigo, ngħas,

Telfien

Parosmja

Każijiet ta’

fis-sistema

 

uġigħ ta’

nervi, nuqqas

mis-sensi

 

deterjorament mgħaġġel

nervuża

 

ras, Tibdil

ta’ rqad,

għal żmien

 

ta’ myasthenia gravis

 

 

tat-togħma

 

qasir,

 

kienu irrapportati (ara

 

 

 

 

paresteżija

 

sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

 

 

 

 

 

 

Agewsja, anosmija,

 

 

 

 

 

 

tregħid, konvulżjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fl-

 

 

Vista mċajpra

Diplopja

 

 

għajnejn

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Fwawar

Arritmija

 

Intervall imtawwal tal-

fil-qalb

 

 

palpitazzjonijiet

ta’ l-atriji

 

QT/QTc, arritmja

 

 

 

 

tal-qalb,

 

ventrikulari (fosthom

 

 

 

 

pressjoni

 

takikardija ventrikulari,

 

 

 

 

baxxa,

 

torsade de pointes) li

 

 

 

 

bradikardja

 

jista’ jkollhom eżitu

 

 

 

 

 

 

fatali (ara sezzjoni 4.4)

Disturbi

Dijarea

Tqalligħ,

Infezzjoni tal-

 

Kolite

Pankreatite

gastro-

 

rimettar,

ħalq

 

psewdomembraneja

 

intestinali

 

uġigħ

b’Candida,

 

 

 

 

 

gastro-

stomatite,

 

 

 

 

 

intestinali,

anoressija,

 

 

 

 

 

gass fl-

stitikezza

 

 

 

 

 

istonku

 

 

 

 

Disturbi

 

Żidiet fl-

Epatite

Suffejra

 

Epatite severa u

fil-fwied u

 

enżimi tal-

 

kolestatika

 

insuffiċjenza tal-fwied

fil-marrara

 

fwied (AST,

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)

 

 

ALT,

 

 

 

 

 

 

alkaline

 

 

 

 

 

 

phosphatase,

 

 

 

 

 

 

gamma-

 

 

 

 

 

 

glutamyl

 

 

 

 

 

 

transferase)

 

 

 

 

Sistema

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari ħafna

Mhux magħrufa ( ma

tal-

ħafna

(≥1/100 sa

(≥1/1,000 sa

(≥1/10,000

(<1/10,000)

tistax tittieħed stima

klassifika

(≥1/10)

<1/10 )

<1/100)

sa

 

mid-data disponibbli)*

ta’ l-

 

 

 

<1/1,000)

 

 

organi

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Raxx, urtikarja,

Ekżema

Erytema

 

fil-ġilda u

 

 

ħakk

 

multiforme

 

fit-tessuti

 

 

 

 

 

 

ta’ taħt il-

 

 

 

 

 

 

ġilda

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

Bugħawwieġ

Artralġja, majalġja

muskolu-

 

 

 

 

 

 

skeletrali u

 

 

 

 

 

 

tal-

 

 

 

 

 

 

connective

 

 

 

 

 

 

tissue

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Infezzjoni

 

 

 

 

tas-sistema

 

tal-vaġina

 

 

 

 

riproduttiva

 

b’Candida

 

 

 

 

ufis-sider

*wara li l-prodott tpoġġa fuq is-suq

Deskrizzjoni ta' reazzjonijiet avversi magħżula

Id-disturbi fil-vista (<1%) li kienu assoċjati ma’ l-użu ta’ Ketek, u li nkludew vista mċajpra, disturb fl- iffukar u diplopja, kienu fil-maġġor parti ħfief jew ta’ grad moderat iżda ġew irrapportati wkoll reazzjonijiet severi. Dawn ġraw tipikament fi żmien ftit siegħat wara l-ewwel jew it-tieni doża, u reġgħu tfaċċaw wara dożaġġi sussegwenti, damu diversi sigħat u kienu riversibbli kompletament waqt it-terapija jew wara tmiemha. Ir-reazzjoni viżwali tista’ tiġi fuqek f’daqqa. Dawn l-avvenimineti ma kienux assoċjati ma’ sinjali t’abnormalitajiet okulari (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.7).

Fi provi kliniċi , l-effett fuq il-QTc kien żgħir (medja ta’ madwar 1 msec). F’studji komparattivi, effetti simili għal dawk osservati b`clarithromycin waqt it-terapija, dehru fil- QTc >30 msec f’7.6% u 7% tal-każijiet, rispettivament. Ebda pazjent fiż-żewġ gruppi ma żviluppa QTc >60 msec. Ma kienx hemm rapporti ta’ TdP jew arritmji tal-ventrikoli tal-qalb, jew sinkope relatata, fil-programm kliniku, u ebda subgruppi li kienu f’riskju ma kienu identifikati.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fil-każ ta’ doża eċċessiva u akuta, l-istonku jrid jitbattal. Il-pazjenti għandhom ikunu sorveljati bir- reqqa u jingħataw trattament sintomatiku u ta support. L-idratazzjoni adegwata trid tinżamm. L- elettroliti (speċjalment potassium) għandhom ikunu kontrollati. Għandu jsir ECG minħabba l- possibiltà li l-intervall tal-QT jitwal b’riskju akbar ta arritmja.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: antibijotiċi għal użu sistemiku, makrolidi, linkosamidi u streptogramini, Kodiċi ATC: J01FA15.

Telithromycin huwa derivat semi-sintetiku ta’ erythromycin A li jappartjeni għall-ketolidi, klassi ta’ antibijotiċi relatati mal-makrolidi.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Telithromycin jinpedixxi l-formazzjoni tal-proteini billi jinteraġixxi maż-żoni II u V tal-RNA ribosomali 23S tas-sottounità tar-ribosoma 50S. Aktar minn hekk, telithromycin huwa kapaċi jwaqqaf il-formazzjoni tas-sottounitajiet ribosomali 50S u 30S.

L-affinità ta` telithromycin għas-sottounitajiet tar-ribosomi 50S tal-organiżmi li huma sensittivi għal erythromycin A hija 10 darbiet ogħla minn dik ta’ erythromycin A.

Ir-relazzjoni farmakokinetika/farmakodinamika (FK/FD):

Ġie muri li l-proporzjon AUC/MIC huwa l-parametru FK/FD li jorbot l-aktar mal-effikaċja ta’ telithromycin.

Mekkaniżmi ta’ reżistenza

In vitro, fil-batteri Staphylococcus aureus, Streptococcus pneumoniae, jew Streptococcus pyogenes, telithromycin ma jwassalx għat-turija ta’ reżistenza kkawżata mill-makrolidi-lincosamide- streptogramin B (MLSB).

F’xi organiżmi li huma reżistenti għal erythromycin A minħabba li jista’ jiġi kkawżat it-turija tal-fattur determinanti ta’ reżistenza MLSB, l-affinità ta’ telithromycin għas-sottounità tar-ribosoma 50S huwa aktar minn 20 darba dik ta’ erythromycin A.

Telithromycin mhuwiex attiv kontra l-organiżmi li juru b’mod kostituttiv il-fattur deteminanti ta’ reżistenza MLSB (cMLSB). Il-biċċa l-kbira ta’ S.aureus reżistenti għall-metiċillina (MRSA) juru cMLSB.

Fi studji in vitro, l-attività ta’ telithromycin kienet mnaqqsa kontra l-organiżmi li juru il-mekkaniżmi ta’ reżistenza li għandhom x’jaqsmu ma’ erythromycin erm(B) jew mef(A).

In vitro, l-espożizzjoni ta’ telithromycin ġabet selezzjoni ta’ mutanti ta’ pnewmokokki b’żieda fl-

MIC’s ta’ telithromycin, li ħafna drabi rriżulta f’valuri ta’ MIC ≤1 mg/l.

Għal Streptococcus pneumoniae, reżistenza għal erythromycin A ma jfissirx reżistenza għal telithromycin.

Streptococcus pyogenes li juru reżistenza qawwija għal erythromycin A huma wkoll reżistenti għal telithromycin.

1. BREAKPOINTS

Il-breakpoints kliniċi ta` MIC rakkomandati mill-Kumitat Ewropew għall-itestjar ta’ Suxxettibilità kontra l-Mikrobu (EUCAST) huma murija hawn taħt:

Patoġenu

Suxxettibbli

Reżistenti

Streptococcus A, B, C, G

≤0.25 mg/l

>0.5 mg/l

Streptococcus pneumoniae

≤0.25 mg/l

>0.5 mg/l

Haemophilus influenzae1

≤0.12 mg/l

>8 mg/l

Moraxella catarrhalis

≤0.25 mg/l

>0.5 mg/l

1 Għal H.influenzae, l-konnessjoni bejn l-MIC’s tal-makrolidi u r-riżultat kliniku hija dgħajfa. Għalhekk il-breakpoint tal-MIC għal telithromycin ġie magħmul biex jikkunsidra s-suxxettibilità ta’

H.influenzae wild-type bħala tat-tip intermedjarja.

Il-firxa antibatterika

Il-prevalenza tar-reżistenza tista’ tvarja minn post ġeografiku għall-ieħor u minn-żmien għal ieħor għal xi speċi u jkun aħjar jekk ikun hemm tagħrif fuq reżistenza lokali, speċjalment waqt kura ta` infezzjonijiiet severi. Skond il-bżonn, il-parir ta’ esperti għandu jittieħed meta l-prevalenza lokali ta’ reżistenza hija tali li l-utilità tal-prodott f’ta’ l-inqas xi tipi ta’ infezzjoni hija dubjuża.

Speci komunement sensittivi

Batterji erobiċi Gram-pożittivi

Staphylococcus aureus suxxettibbli għall-methicillin (MSSA)*

Streptococcus pneumoniae

Speċi ta’ Streptococcus

Streptokokki tal-grupp viridans

Batteri erobiċi Gram-negattivi

Haemophilus influenzae$*

Haemophilus parainfluenzae$

Legionella pneumophila

Moraxella catarrhalis

Oħrajn

Chlamydophila pneumoniae*

Chlamydia psittaci

Mycoplasma pneumoniae*

Speċi fejn ir-reżistenza akkwistata tista’ tkun problema

Batteri erobiċi Gram-pożittivi

Staphylococcus aureus reżistenti għall-methicillin (MRSA)+

Streptococcus pyogenes*

Batteri reżistenti b’mod inerenti

Batteri erobici Gram-negattivi

Acinetobacter

Enterobacteriaceae

Pseudomonas

* L-effikaċja klinika ntweriet għal iżolati suxxettibli fl-indikazzjonijiet kliniċi approvati $ sensittività naturali intermedja

+ Telithromycin mhuwiex attiv kontra l-organiżmi li juru b’mod kostituttiv il-fattur deteminanti ta’ reżistenza għal MLSB (cMLSB). Aktar minn 80% ta’ MRSA juru cMLSB.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Telithromycin huwa assorbit pjuttost malajr meta jittieħed oralment. Il-livell medju-massimu fil- plażma huwa ta’ madwar 2 mg/l u jintlaħaq f’siegħa sa 3 sigħat wara d-doża, meta telithromycin jittieħed darba kuljum f’doża ta’ 800 mg. L-ammont ta’ kemm jinfirex mal-gisem huwa ta’ madwar 57% wara doża waħda ta’ 800 mg. Ir-rata u l-grad ta’ l-assorbiment mhux effettwat bl-ikel, u għalhekk, il-pilloli Ketek jistgħu jingħataw mingħajr rigward għall-ikel.

Il-livelli medji, fissi u l-aktar baxxi fil-plażma huma ta’ bejn 0.04 u 0.07 mg/l, u jintlaħqu fi 3 jew 4 ijiem, meta telithromycin jittieħed darba kuljum f’doża ta’ 800 mg. L-AUC fi stat fiss tiżdied b`1.5-il darba meta mqabbla ma’ dik ta’ doża waħda.

L-ogħla u l-iżgħar livelli medji fil-plażma, meta ntlaħaq stat fiss u miżmum fil-pazjenti, kienu

2.9±1.6 mg/l (firxa ta’ 0.02-7.6 mg/l), u 0.2±0.2 mg/l (firxa ta’ 0.010 sa 1.29 mg/l), waqt reġimen terapewtiku ta’ 800 mg darba kuljum.

Distribuzzjoni

L-ammont ta’ antibijotiku marbut mal-proteina in vitro huwa ta’ madwar 60% sa 70%. Telithromycin

hu mifrux sew fil-ġisem. Il-volum tad-distrubuzzjoni huwa ta’ 2.9±1.0 l/kg. Ikun hemm distribuzzjoni mgħaġġla ta` telithromycin fit-tessuti li twassal għal livelli ta’ telithromycin ogħla b`ammont sostanzjali fil-maġġoranza tat-tessuti li jiġu milquta milli fil-plażma. L-ogħla konċentrazzjoni tat-totali tat-tessuti fil-likwidu li jmiss ma’ l-epitilju, fil-makrofaġi alvejolari, fil-

mukoża tal-bronki, fit-tonsilli u fis-sinus kienu ta’ 14.9±11.4 mg/l, 318.1±231 mg/l, 3.88±1.87 mg/kg,

3.95±0.53 mg/kg u 6.96±1.58 mg/kg, rispettivament. Il-konċentrazzjoni totali fit-tessuti, 24 siegħa wara doża waħda, fil-likwidu li jmiss ma’ l-epitilju, fil-makrofaġi alvejolari, fil-mukoża tal-bronki, fit-

tonsilli u fis-sinus kienu ta’ 0.84±0.65 mg/l, 162±96 mg/l, 0.78±0.39 mg/kg, 0.72±0.29 mg/kg u 1.58±1.68 mg/kg, rispettivament. Il-medja tal-konċentrazzjoni massima ta` telithromycin fiċ-ċelluli bojod tad-demm kienet ta’ 83±25 mg/l.

Bijotrasformazzjoni

Telithromycin huwa fil-parti l-kbira metaboliżżat mill-fwied. Wara li jittieħed mill-ħalq, id-doża titneħħa f`żewġ terzi bħala metaboli u terz mhux mibdul. Is-sustanza prinċipali li tiċċirkola fil-plażma hija telithromycin. Il-prodott metaboliku ewlieni fiċ-ċirkolazzjoni jirrappreżenta madwar 13% ta` telithromycin AUC, u hu inqas qawwi kontra l-mikrobi minn telithromycin innifsu. Prodotti metaboliċi oħrajn instabu fil-plażma, l-awrina u l-ippurgar, li jissarfu f`anqas minn jew daqs 3% tal- plażma AUC.

Telithromycin huwa metaboliżżat minn iżoenżimi ta’ CYP450, kif ukoll minn enżimi li mhumiex tat- tip CYP. L-enzima prinċipali ta’ CYP450 involuta fil-metaboliżmu ta` telithromycin hija CYP3A4. Telithromycin huwa impeditur ta’ CYP3A4 u CYP2D6, iżda jew m’għandux effett jew għandu wieħed limitat fuq CYP1A, 2A6, 2B6, 2C8, 2C9, 2C19 u 2E1.

Eliminazzjoni

Wara li telithromycin radjutikkettat jingħata mill-ħalq, 76% tar-radjuattività instabet fl-ippurgar u 17% fl-awrina. Madwar terz ta` telithromycin tneħħa kif inhu, 20% fl-ippurgar u 12% fl-awrina. Telithropmycin juri farmakokinetiċi moderati u mhux linejari. Il-clearance totali (medja ± SD) hija ta’ madwar 58±5 l/h wara li jingħata fil-vina, waqt li madwar 22% ta’ dan iseħħ permezz tal-clearance renali . Telithromycin juri nżul tri-esponenzjali mill-plażma, b’half-life ta` distribuzzjoni mgħaġġla ta’

0.17 h. Il-half-life ta` l-eliminazzjoni ta’ telithromycin hija bejn 2 - 3 sigħat, u l-half-life terminali, inqas importanti, hija madwar 10 sigħat wara doża ta’ 800 mg darba kuljum.

Popolazzjonijiet speċjali

-Indeboliment renali

Fi studju fejn ntużaw dożi multipli 36 individwu li kellhom indeboliment tal-kliewi, ta’ gradi

differenti, kien hemm żieda ta’ 1.4 drabi fiċ-Cmax.ss, u żieda ta’ darbtejn aktar fl-AUC (0-24)ss b’dożi multipli ta’ 800 mg fil-grupp ta’ pazjenti li kellhom indeboliment sever renali (CLCR <30 ml/min),

meta mqabblin ma’ voluntiera b’saħħithom; dożaġġ imnaqqas ta’ Ketek huwa irrakkomandat (ara sezzjoni 4.2). Minn data innotata, doża ta’ 600 mg kuljum, bejn wieħed u ieħor hija ekwivalenti għad- doża li għandhom jiġu esposti għaliha individwi b’saħħithom. Minn data ibbażata fuq simulazzjoni, sistema ta’ dożaġġ li talterna bejn 800 mg kuljum u 400 mg kuljum f’pazjenti b’indeboliment sever renali tapprossima l-AUC (0-48 sigħat) f’individwi b’saħħithom li jirċievu 800 mg darba kuljum.

L-effett tad-dijaliżi, fit-tneħħija ta` telithromycin, ma kienx studjat.

-Indeboliment epatiku

Minn studju ibbażat fuq doża waħda (ta’ 800 mg) fi 12-il pazjent u studju ibbażat fuq dożi multipli (ta’ 800 mg) fi 13-il pazjent b`indeboliment epatiku minn ħafif sa sever (Klassi Child Pugh A, B u Ċ), iċ-

Ċmax, AUC u t1/2 ta’ telithromycin kienu simili meta mqabblin ma’ dawk li nstabu f’individwi b’saħħithom, ta’ l-istess età u s-sess maskil jew dak femminil. Fiż-żewġ studji, tneħħija ogħla mill- kliewi kienet osservata f’dawk il-pazjenti li kellhom indeboloiment epatiku. Dovut għal esperjenza limitata f’pazjenti b’kapaċità metabolika mnaqqsa tal-fwied, Ketek għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku (ara wkoll sezzjoni 4.4).

-Persuni anzjani

Il-livell massimu fil-plażma u l-AUC ta` telithromycin f’persuni li għandhom aktar minn 65 sena (medja ta’ 75 sena) żdied madwar darbtejn, meta mqabbel ma’ dak milħuq f’adulti b’saħħithom u t’età żgħira. Dawn it-tibdiliet farmakokinetiċi m`għandhomx bżonn tibdil fid-dosa.

- Popolazzjoni pedjatrika

Tagħrif limitat, miġbur minn pazjenti pedjatriċi bejn it-13 u 17-il sena, wera li l-livelli ta’ telithromycin f’dan il-grupp kienu simili għal dawk f’pazjenti bejn 18 u 40 sena.

- Sess

Il-farmakokinetika ta’ telithromycin hija simili bejn dawk ta’ sess maskil u dawk ta’ sess femminili.

5.3Tagħrif ta` qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar l-effetti tossiċi b`dożi ripetuti ta` telithromycin li damu 1, 3 u 6 xhur fuq il-far, il-kelb u x- xadina, urew li l-fwied kien l-organu prinċipali li ntlaqat minn effetti tossiċi, b’livelli għolja t’enżimi tal-fwied, u evidenza ħistoloġika ta’ dannu. Dawn l-effetti wrew tendenza li jitilqu wara l-waqfien tal- kura. Esponimenti fil-plażma ibbażata fuq il-parti tas-sustanza attiva u mhux marbuta, f’livelli meta ma jkunux osservati effetti avversi, kienu minn 1.6 sa 13-il darba l-esponiment kliniku mistenni.

Il-fosfolipidożi (stat ta’ meta jiżdiedu l-ammonti ta’ fosfolipidi fiċ-ċelluli), li effettwat numru ta’organi u tessuti (per eżempju, il-fwied, il-kliewi, il-pulmun, it-timu, il-milsa, il-marrara, in-nodi limfatiċi meżenteriċi, u l-passaġġ gastro-intestinali), tfaċċat fil-fariet u l-klieb, li ngħataw telithromycin f’dożi repetuti ta’ 150 mg/kg/jum jew aktar, għal xahar, u 20 mg/kg/jum jew aktar, għal 3 sa 6 xhur. Din l- iskema tikkorrispondi għall-espożizzjoni sistemika ta’ livelli ta’ sustanza attiva u libera ta’ mhux anqas minn 9 darbiet il-livelli mistennija fil-bniedem wara xahar, u anqas minn darba il-livell mistenni fil-bniedem wara sitt xhur, rispettivament. Kien hemm evidenza ta’ rivversibiltà wara l-waqfien tal- kura. It-tifsira ta’ dawn is-sejbiet fir-rigward tal-bniedem mhux magħrufa.

Bħall-makrolidi, telithromycin tawwal l-intervall tal-QTc fil-klieb, kif ukoll tawwal l-action potential fil-fibri ta’ Purkinje fil-fenek in vitro. Dawn l-effetti deheru meta l-livelli ta’ mediċina mhux marbuta fil-plażma kienu 8 sa 13-il darba tal-livell mistenni waqt l-użu kliniku. Ipokalimja u quinidine kellhom effetti addittivi/supra-addittivi in vitro, waqt li b`sotalol l-effett kien rafforzat. Telithromycin, iżda

mhux il-prodotti metaboliċi umani ewlenin tiegħu, kellu attività impeditriċi fuq il-kanali HERG u Kv1.5.

Studji tossiċi fuq ir-riproduttività wrew maturazzjoni mnaqqsa fuq il-gameti tal-far, u reazzjonijiet avversi fuq il-fertilazzjoni. Tnaqqis żgħir fl-indiċi tal-fertilita’ dehru fil-firien b’dożi tossiċi injettati ta’ aktar minn 150mg/kg. F’dożi għoljin kien hemm effetti tossiċi fuq l-embriju u żieda fin-numru ta każijiet ta` ossifikazzjoni mhux kompleta, u anomaliji ta’ l-għadam. Studji fuq il-firien u l-fniek ma kienux konklużivi dwar il-possibiltà ta’ effett teratoġeniku, kien hemm evidenża mhux ċara ta’ reazzjonijiet avversi fuq l-izvilupp tal-fetu meta ingħataw dożi għoljin.

Telithromycin u l-prodotti metaboliċi ewlenin fil-bniedem ma wrewx potenzjal ġenotossiku f’testijiet in vitro u in vivo. Ma sarux studji fuq telithromycin rigward kanċeroġenitiċità.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola:

Microcrystalline cellulose

Povidone K25

Croscarmellose sodium

Magnesium stearate

Il-kisja tal-pillola:

Talc

Macrogol 8000

Hypromellose 6 cp

Titanium dioxide E171

Yellow iron oxide E172

Red iron oxide E172

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn l-ebda kundizzjoni ta' ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Żewġ pilloli jinsabu f’kull kavita mżaqqa fl-istrixxa.

Jinsab f’pakketti ta’ 10, 14, 20 u 100 pillola.

PVC opak/fojl ta’ l-aluminju

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtigijiet speċjali.

7.DETENUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GHAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Aventis Pharma S.A.

20, Avenue Raymond Aron

F-92160 ANTONY

Franza

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/191/001-004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI / TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 9 ta’ Lulju 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 9 ta’ Lulju 2011

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati