Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Kineret (anakinra) – Fuljett ta’ tagħrif - L04AA14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaKineret
Kodiċi ATCL04AA14
Sustanzaanakinra
ManifatturSwedish Orphan Biovitrum AB (publ)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Kineret 100 mg soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest

Anakinra

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’humiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Kineret u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Kineret

3.Kif għandek tuża Kineret

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Kineret

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Kineret u gћalxiex jintuża

Kineret fih is-sustanza attiva anakinra. Din hija tip ta’ ċitokina (aġent immunosoppressiv) li tintuża għall-kura ta’ artrite rewmatojde. Iċ-ċitokini huma proteini li jagħmilhom ġismek u li jikkoordinaw il-komunikazzjoni bejn iċ-ċelluli u jgħinu fil-kontroll tal-attività taċ-ċelluli. Meta jkun hemm artrite rewmatojde, ġismek jipproduċi wisq minn ċitokina partikolari li jisimha interleukin-1. Dan jirriżulta f’effetti ħżiena bħal nefħa u ħsara fit-tessut.Normalment, ġismek jipproduċi proteina li timblokka l-effetti ta’ ħsara ta’ interleukin-1. Is-sustanza attiva ta’ Kineret hi anakinra, li taħdem bl-istess mod bħall-proteina naturali tiegħek li timblokka interleukin-1. Anakinra hi magħmula b’teknoloġija tad-DNA bl-użu tal-mikroorganiżmu E. coli .

Kineret jintuża sabiex jikkura s-sinjali u s-sintomi ta’ artirite rewmatojde (RA) fl-adulti (minn 18-il sena) flimkien ma’ mediċina oħra li jisimha methotrexate. Kineret għandu jintuża f’pazjenti li r-rispons tagħhom għal methotrexate mhuwiex tajjeb biżżejjed biex jikkontrolla l-artrite rewmatojde.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Kineret

Tużax Kineret

-jekk inti allerġiku għal anakinra jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk inti allerġiku/a għal prodotti oħra li huma magħmula b’teknoloġija tad-DNA bl-użu tal-mikroorganiżmu E. coli;

-jekk inti għandek indeboliment serju tal-kliewi (ħsara fil-kliewi).

-jekk għandek newtropenja (għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm) li tiġi stabbilita wara test tad-demm.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih

-jekk jitlagħlek raxx ma’ ġismek kollu, ikollok qtugħ ta’ nifs, tħarħir, polz mgħaġel jew ixoqq l-għaraq għalik wara l-injezzjoni ta’ Kineret. Dawn jistgħu jkunu sinjali li int allerġiku għal

Kineret.

Twissijiet u prekawzjonijiet Kellem lit-tabib tiegħekqabel tuża Kineret:

-jekk għandek passat ta’ infezzjonijiet rikorrenti, jew jekk tbati mill-ażma. Kineret jista’ jaggrava dawn il-kundizzjonijiet;

-jekk għandek kanċer. It-tabib tiegħek ikollu jiddeċiedi jekk tistax tingħata Kineret xorta waħda;

-jekk għandek storja ta’ żieda fil-livelli ta’ enzimi fil-fwied;

-jekk teħtieġ tilqim. M’għandekx tingħata tilqim ħaj waqt li qed tiġi kkurat b’Kineret.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Kineret fit-tfal u fl-adolexxenti bl-Artrite Rewmatojde ma kienx investigat b’mod sħiħ, u għalhekk mhuwiex rakkomandat.

Mediċini oħra u Kineret

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu,, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Mediċini msejħin inibituri tal-fattur tan-nekrożi tat-tumur (TNF), bħal etanercept, ma għandhomx jintużaw ma’ Kineret minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ infezzjonijiet.

Meta tibda tieħu Kineret l-infjammazzjoni kronika f’ġismek tonqos. Dan jista' jfisser li d-dożi ta’ xi mediċini oħra, eż warfarin jew phenytoin, jista' jkollhom bżonn jiġu aġġustati.

Tqala u treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Kineret ma ġiex ittestjat f’nisa tqal. L-użu ta’ Kineret mhuwiex rakkomandat matul it-tqala u għandha tintuża kontraċezzjoni adegwata minn nisa li huma f’età li jista’ jkollhom it-tfal meta jkunu qed jużaw

Kineret.

Mhuwiex magħruf jekk anakinra jiġix eliminat fil-ħalib tal-bniedem. Għandek tieqaf tredda’ jekk qed tuża Kineret.

Kineret fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża ta’ 100 mg, għalhekk hi essenzjalment ‘mingħajr sodium’

3.Kif gћandek tuża Kineret

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek . Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk m’intix ċert Kineret irid jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda darba kuljum. Għandek tipprova tieħu l-injezzjoni fl-istess ħin kuljum.

Kif tinjetta lilek innifsek b’Kineret

It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jkun aktar konvenjenti għalik jekk tinjetta lilek innifsek b’Kineret. It-tabib jew l-infermiera tiegħek ser juruk kif tagħmel dan. Tippruvax tinjetta lilek innifsek jekk ma tkunx ġejt imħarreg tagħmel hekk.

Għal aktar istruzzjonijiet dwar kif tinjetta lilek innifsek b’Kineret, jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni fi tmiem dan il-fuljett ta’ tagħrif.

Jekk tuża Kineret aktar milli suppost

M’għandux ikollok problemi serji jekk bi żball tieħu aktar Kineret milli għandek bżonn. Madankollu, jekk jiġri dan, għandek tikkuntattja lit-tabib, lill-infermiera jew lill-ispiżjar tiegħek. Jekk tħossok b’xi mod ma tiflaħx, għandek tikkuntattja lill-infermiera jew lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk tinsa tieħu Kineret

Jekk tkun insejt tieħu doża ta’ Kineret, kellem lit-tabib tiegħek biex tiddiskutu meta għandek tieħu d-doża li jmiss.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk xi wieħed minn dawn iseħħ, għid lit-tabib tiegħek immedatjament:

-Infezzjonijiet serji bħal pnewmonja (infezzjoni fis-sider) jew infezzjonijiet fil-ġilda jistgħu jseħħu waqt il-kura b’Kineret. Sintomi jistgħu jinkludu deni, sogħla jew ħmura u sensittività tal-ġilda.

-Reazzjonijiet allerġiċi serji mhumiex komuni. Madankollu, kwalunkwe mis-sintomi li ġejjin jistgħu jindikaw reazzjoni allerġika għal Kineret, u għalhekk għandek tfittex attenzjoni medika immedjata. Tinjettax aktar Kineret jekk iseħħu dawn li ġejjin:

-Nefħa tal-wiċċ, ilsien jew gerżuma

-Problemi biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs

-F’daqqa waħda tħoss polz mgħaġel jew tixxarrab bl-għaraq

-Ħakk fil-ġilda jew raxx

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10):

-Ħmura, nefħa, tbenġil jew ħakk fis-sit tal-injezzjoni. Dawn l-effetti ġeneralment ikunu minn ħfief sa moderati u huma iktar komuni fil-bidu tal-kura tiegħek.

-Uġigħ ta’ ras.

-Żieda fil-livelli totali ta’ kolesterol fid-demm.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

-Newtropenija (għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm) li tiġi stabbilita wara test tad-demm. Din tista’ żżid ir-riskju li tieħu xi infezzjoni. Sintomi ta’ infezzjoni jistgħu jinkludu deni jew uġigħ fil-griżmejn.

-Infezzjonijiet serji bħal pnewmonja (infezzjoni fis-sider) jew infezzjonijiet tal-ġilda.

-Tromboċitopenja (livell baxx ta’ plejtlits fid-demm).

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

-Reazzjonijiet allerġiċi serji jinkludu nefħa tal- wiċċ, ilsien jew gerżuma, problemi biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs, tħoss polz mgħaġel jew għaraq u ħakk jew raxx tal-ġilda għal għarrieda.

-Żidiet fil-livelli ta’ enzimi fil-fwied li jiġu stabbiliti wara test tad-demm

Effetti sekondarji li l-frekwenza tagħhom mhijiex magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli):

-Sinjali ta’ disturbi fil-fwied bħal sfurija tal-ġilda u l-għajnejn, dardir, telf ta’ aptit, awrina skura u ippurgar ta’ kulur ċar.

Rapportar ta’ effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista' wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Meta tirrapporta l- effetti sekondarji tista' tgħin tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta' din il-mediċina.

5.Kif taħżen Kineret

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina t wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2 °C - 8 °C). Tagħmlux fil-friża. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tużax Kineret jekk taħseb li jkun ġie ffriżat. La darba siringa tkun tneħħiet mill-friġġ u tkun laħqet it-temperatura tal-kamra (mhux aktar minn 25 °C) għandha tintuża fi żmien 12-il siegħa jew tintrema.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Kineret

-Is-sustanza attiva hi anakinra. Kull siringa mimlija għal-lest fiha 100 mg ta’ anakinra.

-Is-sustanzi l-oħra huma: citric acid anidru, sodium chloride, disodium edetate dihydrate, polysorbate 80, sodium hydroxide u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Kineret u l-kontenut tal-pakkett

Kineret hu soluzzjoni għall-injezzjoni ċara, mingħajr kulur sa bajda, u pprovduta ġo siringa mimlija għal-lest lesta għall-użu. Jista’ jkun fiha xi frak ta’ proteini trasluċidi sa bojod. Il-preżenza ta’ dan il-frak ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott.

Pakketti ta’ siringa waħda, 7 jew 28 siringa (pakkett multiplu li fih 4 pakketti ta’ 7 siringi mimlijin għal-lest) mimlijin għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Swedish Orphan Biovitrum AB (publ)

SE-112 76 Stockholm

L-Iżvezja

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Tagħrif dwar kif tinjetta lilek innifsek b’Kineret.

Din il-parti tal-fuljett tinkludi tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni b’Kineret lilek innifsek. Importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejt taħriġ speċjali mit-tabib, mill-infermiera jew mill-ispiżjar tiegħek. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tinjetta, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-infermiera jew lill-ispiżjar għall-għajnuna.

Kif inti jew il-persuna li ser tinjettak, għandkom tużaw is-siringa mimlija għal-lest b’Kineret?

Ser ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek fl-istess ħin kuljum. Kineret jingħata bħala injezzjoni eżatt taħt il-ġilda. Din tissejjaħ injezzjoni subkutaneja.

Apparat li teħtieġ:

Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek teħtieġ:

siringa ġdida mimlija għal-lest b’Kineret; u

tajjar bl-alkoħol jew oġġett simili.

X’għandek tagħmel qabel ma tinjetta lilek nnifsek taħt il-ġilda b’Kineret?

1.Oħroġ s-siringa mimlija għal-lest b’Kineret mill-friġġ.

2.Iċċaqlaqx bil-qawwi s-siringa mimlija għal-lest.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest (EXP:). Tużax jekk id-data tkun qabżet l-aħħar ġurnata tax-xahar muri.

4.Iċċekkja d-dehra ta’ Kineret. Din għandha tkun likwidu ċar u mingħajr kulur sa abjad. Jista’ jkun hemm xi frak ta’ proteini trasluċidi sa bojod fis-soluzzjoni. Il-preżenza ta’ dan il-frak ma taffettwax il-kwalità tal-prodott. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk jkollha tibdil fil-kulur jew jekk tkun imċajpra, jew jekk jkun hemm frak li ma jkunx frak transluċidu sa abjad.

5.Għal injezzjoni aktar komda, ħalliha toqgħod fit-temperatura tal-kamra għal bejn wieħed u ieħor 30 minuta jew żomm is-siringa mimlija għal-lest delikatament f’idejk għal ftit minuti. Issaħħanx Kineret bl-ebda mod ieħor (pereżempju: issaħħanx fil-microwave jew f’ilma jaħraq).

6.Tneħħix l-għatu tas-siringa qabel ma tkun lest biex tinjetta.

7.Aħsel idejk sew.

8.Sib post komdu, imdawwal sew, naddaf il-wiċċ, u poġġi dak kollu li għandek bżonn fejn tista’ tilħqu.

Kif għandek tipprepara l-injezzjoni ta’ Kineret ?

Qabel ma tinjetta Kineret trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm il-bettija tas-siringa u aqla’ bil-mod l-għatu minn mal-labra mingħajr ma ddawwar jew tgħawweġ. Iġbed dritt kif muri fi stampi 1 u 2. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer.

2.Jista’ jkun li tinnota bużżieqa żgħira tal-arja ġos-siringa mimlija għal-lest. M’hemmx bżonn tneħħi l-bużżieqa tal-arja qabel ma tinjetta. Li tinjetta l-likwidu bil-bużżieqa tal-arja, mhuwiex ta’ ħsara.

3.Issa tista’ tuża s-siringa mimlija għal-lest.

Fejn għandek tagħti l-injezzjoni lilek nnifsek?

L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma:

in-naħa ta’ fuq ta’ koxxtejk; u

l-addome, minbarra l-parti ta’ madwar iż-żokkra.

Biddel il-post tal-injezzjoni kull darba sabiex ma jkollokx uġigħ fil-post tal-injezzjoni.

Jekk xi ħadd ieħor ikun qed jinjettak, jista’ wkoll juża n-naħa ta’ wara tad-driegħ.

Kif tagħti l-injezzjoni?

1.Iddisinfetta l-ġilda billi tuża l-biċċiet bl-alkoħol u oqros il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u sebgħek il-werrej, mingħajr ma tagħfas.

2.Daħħal il-labra għal kollox fil-ġilda kif urewk l-infermiera jew it-tabib tiegħek.

3.Injetta l-likwidu bil-mod u bl-istess ritmu, filwaqt li dejjem iżżomm il-ġilda maqrusa.

4.Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u itlaq il-ġilda.

5.Uża kull siringa għal injezzjoni waħda biss.

Ftakar

Jekk għandek xi problemi, jekk jogħġbok tibżax issaqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għal għajnuna jew parir.

Rimi ta’ siringi użati

Terġax tqiegħed l-għatu fuq labar użati.

Żomm siringi użati ‘l bogħod minn fejn jistgħu jilħquhom jew jarawhom it-tfal.

Qatt tqiegħed is-siringi mimlija għal-lest li tkun użajt flimkien mal-iskart domestiku tiegħek.

Is-siringa mimlija għal-lest użata għandha tintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Kineret 100 mg/0.67 ml soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest

Anakinra

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’humiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Kineret u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Kineret

3.Kif għandek tuża Kineret

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Kineret

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Kineret u gћalxiex jintuża

Kineret fih is-sustanza attiva anakinra. Din hija tip ta’ ċitokina (aġent immunosoppressiv) li jintuża għall-kura ta’:

Artrite Rewmatojde (RA)

Sindromi Perjodiċi Assoċjati ma’ Cryopyrin (CAPS) li jinkludu l-mard awto-infjammatorji li ġej:

-Il-Marda ta’ Infjammazzjoni Multisistemika li tibda mit-Twelid (NOMID), magħruf ukoll bħala s-Sindromu Kroniku, Infantili, Newroloġiku, tal-Ġilda u Artikulari (CINCA),

-Is-Sindromu ta’ Muckle-Wells (MWS),

-Is-Sindromu Awtoinfjammatorju tal-Kesħa Familjali (FCAS)

Iċ-ċitokini huma proteini li jagħmilhom ġismek u li jikkoordinaw il-komunikazzjoni bejn iċ-ċelluli u jgħinu fil-kontroll tal-attività taċ-ċelluli. Fl-Artrite Rewmatojde u f’CAPS, ġismek jipproduċi ammont żejjed ta’ ċitokina partikolari li jisimha interleukin-1. Dan jirriżulta f’effetti ħżiena li jwasslu għal infjammazzjoni, li tikkawża s-sintomi tal-marda. Normalment, ġismek jipproduċi proteina li timblokka l-effetti ħżiena ta’ interleukin-1. Is-sustanza attiva ta’ Kineret hija anakinra, din taħdem bl-istess mod bħall-proteina naturali tiegħek li timblokka interleukin-1. Anakinra tiġi magħmula minn teknoloġija tad-DNA bl-użu tal-mikro-organiżmu E. coli.

Għall-Artrite Rewmatojde (RA), Kineret jintuża sabiex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda fl-adulti (ta’ aktar minn 18-il sena) flimkien ma’ mediċina oħra li jisimha methotrexate. Kineret għandu jintuża f’pazjenti li r-rispons tagħhom għal methotrexate mhuwiex tajjeb biżżejjed biex jikkontrolla l-artrite rewmatojde.

Għas-Sindromi Perjodiċi Assoċjati ma’ Cryopyrin (CAPS), Kineret jintuża sabiex jikkura s-sinjali u s- sintomi ta’ infjammazzjoni assoċjata mal-marda bħal raxx, uġigħ fil-ġogi, deni, uġigħ ta’ ras u għeja fl-adulti u t-tfal (ta’ aktar minn 8 xhur).

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Kineret

Tużax Kineret

-jekk inti allerġiku għal anakinra jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-jekk inti allerġiku/a għal prodotti oħra li huma magħmula b’teknoloġija tad-DNA bl-użu tal-mikroorganiżmu E. coli;

-jekk għandek indeboliment serju tal-kliewi (ħsara fil-kliewi).

-jekk għandek newtropenja (għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm) li tiġi stabbilita wara test tad-demm.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih

-jekk jitlagħlek raxx ma’ ġismek kollu, ikollok qtugħ ta’ nifs, tħarħir, polz mgħaġġel jew ixoqq l-għaraq għalik wara l-injezzjoni ta’ Kineret. Dawn jistgħu jkunu sinjali li int allerġiku għal

Kineret.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Kineret:

-jekk għandek passat ta’ infezzjonijiet rikorrenti, jew jekk tbati mill-ażma. Kineret jista’ jaggrava dawn il-kundizzjonijiet;

-jekk għandek kanċer. It-tabib tiegħek ikollu jiddeċiedi jekk tistax tingħata Kineret xorta waħda;

-jekk għandek storja ta’ żieda fil-livelli ta’ enzimi fil-fwied;

-jekk teħtieġ tilqim. M’għandekx tingħata tilqim ħaj waqt li qed tiġi kkurat b’Kineret.

Tfal u adolexxenti

RA: L-użu ta’ Kineret fit-tfal u fl-adolexxenti bl-Artrite Rewmatojde ma kienx investigat b’mod sħiħ, u għalhekk mhuwiex rakkomandat.

CAPS: Kineret mhuwiex rakkomandat għal tfal iżgħar minn 8 xhur minħabba li ma hemm ebda dejta f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Kineret

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Mediċini msejħin inibituri tal-fattur tan-nekrożi tat-tumur (TNF), bħal etanercept, ma għandhomx jintużaw ma’ Kineret minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ infezzjonijiet.

Meta tibda tieħu Kineret l-infjammazzjoni kronika f’ġismek tonqos. Dan jista' jfisser li d-dożi ta’ xi mediċini oħra, eż warfarin jew phenytoin, jista' jkollhom bżonn jiġu aġġustati.

Tqala u treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Kineret ma ġiex ittestjat f’nisa tqal. L-użu ta’ Kineret mhuwiex rakkomandat matul it-tqala u għandha tintuża kontraċezzjoni adegwata minn nisa li huma f’età li jista’ jkollhom it-tfal meta jkunu qed jużaw

Kineret.

Mhuwiex magħruf jekk anakinra jiġix eliminat fil-ħalib tal-bniedem. M’għandek tredda’ jekk qed tuża

Kineret.

Kineret fih sodium

Dan il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża ta’ 100 mg, għalhekk hija essenzjalment ‘mingħajr sodium’.

3. Kif gћandek tuża Kineret

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek . Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk m’intix ċert. Kineret irid jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda darba kuljum. Għandek tipprova tieħu l-injezzjoni fl-istess ħin kuljum.

Id-doża rakkomandata hija jew ta’ 20 sa 90 mg jew ta’ 100 mg. It-tabib tiegħek ser jgħidlek id-doża li għandek bżonn jew jekk għandekx bżonn ta’ doża ogħla minn 100mg.

Kif tinjetta lilek innifsek b’Kineret

It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jkun aktar konvenjenti għalik jekk tinjetta lilek innifsek b’Kineret. It-tabib jew l-infermiera tiegħek ser juruk kif tagħmel dan. Tippruvax tinjetta lilek innifsek jekk ma tkunx ġejt imħarreġ tagħmel hekk.

Għal aktar istruzzjonijiet dwar kif tinjetta lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek b’Kineret, jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Struzzjonijiet għall-preparazzjoni u l-għoti ta’ injezzjoni ta’ Kinerat” fi tmiem dan il-fuljett ta’ tagħrif.

Jekk tuża Kineret aktar milli suppost

M’għandux ikollok problemi serji jekk bi żball tieħu aktar Kineret milli għandek bżonn. Madankollu, jekk jiġri dan, għandek tikkuntattja lit-tabib, lill-infermiera jew lill-ispiżjar tiegħek. Jekk tħossok b’xi mod ma tiflaħx, għandek tikkuntattja lill-infermiera jew lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk tinsa tieħu Kineret

Jekk tkun insejt tieħu doża ta’ Kineret, kellem lit-tabib tiegħek biex tiddiskutu meta għandek tieħu d-doża li jmiss.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji possibbli huma simili irrispettivament jekk tkunx qed tirċievi kura b’Kineret għal

RA jew CAPS.

Jekk xi wieħed minn dawn iseħħ, għid lit-tabib tiegħek immedjatament:

-Infezzjonijiet serji bħal pnewmonja (infezzjoni fis-sider) jew infezzjonijiet fil-ġilda jistgħu jseħħu waqt il-kura b’Kineret. Sintomi jistgħu jinkludu deni, sogħla jew ħmura u sensittività

tal-ġilda.

-Reazzjonijiet allerġiċi serji mhumiex komuni. Madankollu, kwalunkwe mis-sintomi li ġejjin jistgħu jindikaw reazzjoni allerġika għal Kineret, u għalhekk għandek tfittex attenzjoni medika immedjata. Tinjettax aktar Kineret jekk iseħħu dawn li ġejjin:

-Nefħa tal-wiċċ, ilsien jew gerżuma

-Problemi biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs

-F’daqqa waħda tħoss polz mgħaġġel jew tixxarrab bl-għaraq

-Ħakk fil-ġilda jew raxx

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10):

-Ħmura, nefħa, tbenġil jew ħakk fis-sit tal-injezzjoni. Dawn l-effetti ġeneralment ikunu minn ħfief sa moderati u huma iktar komuni fil-bidu tal-kura tiegħek.

-Uġigħ ta’ ras.

-Żieda fil-livelli totali ta’ kolesterol fid-demm.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

-Newtropenija (għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm) li tiġi stabbilita wara test tad-demm. Din tista’ żżid ir-riskju li tieħu xi infezzjoni. Sintomi ta’ infezzjoni jistgħu jinkludu deni jew uġigħ fil-griżmejn.

-Infezzjonijiet serji bħal pnewmonja (infezzjoni fis-sider) jew infezzjonijiet tal-ġilda.

-Tromboċitopenja (livell baxx ta’ plejtlits fid-demm).

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

-Reazzjonijiet allerġiċi serji li jinkludu nefħa tal- wiċċ, tal-ilsien jew tal-gerżuma, problemi biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs, tħoss polz mgħaġġel jew għaraq u ħakk jew raxx tal-ġilda għal għarrieda.

-Żidiet fil-livelli ta’ enzimi fil-fwied li jiġu stabbiliti wara test tad-demm

Effetti sekondarji li l-frekwenza tagħhom mhijiex magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli):

-Sinjali ta’ disturbi fil-fwied bħal sfurija tal-ġilda u l-għajnejn, dardir, telf ta’ aptit, awrina skura u ippurgar ta’ kulur ċar.

Rapportar ta’ effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista' wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta' rapportar nazzjonali elenkata fl-Appendiċi V. Meta tirrapporta l- effetti sekondarji tista' tgħin tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta' din il-mediċina.

5. Kif taħżen Kineret

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina t wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2 °C sa 8 °C). Tagħmlux fil-friża. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tużax Kineret jekk taħseb li jkun ġie ffriżat. La darba siringa tkun tneħħiet mill-friġġ u tkun laħqet it-temperatura tal-kamra (mhux aktar minn 25 °C) għandha tintuża fi żmien 12-il siegħa jew tintrema.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Kineret

-Is-sustanza attiva hi anakinra. Kull siringa gradwata mimlija għal-lest fiha 100 mg ta’ anakinra.

-Is-sustanzi l-oħra huma: aċidu ċitriku anidru, sodium chloride, disodium edetate dihydrate, polysorbate 80, sodium hydroxide u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Kineret u l-kontenut tal-pakkett

Kineret hu soluzzjoni għall-injezzjoni ċara, mingħajr kulur sa bajda, u pprovduta ġo siringa mimlija għal-lest lesta għall-użu. Jista’ jkun fiha xi frak ta’ proteini trasluċidi sa bojod. Il-preżenza ta’ dan il-frak ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott.

Pakketti ta’ siringa waħda, 7 jew 28 siringa (pakkett multiplu li fih 4 pakketti ta’ 7 siringi mimlijin għal-lest) mimlijin għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Swedish Orphan Biovitrum AB (publ)

SE-112 76 Stockholm

L-Iżvezja

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

STRUZZJONIJIET GĦALL-PREPARAZZJONI U L-GĦOTI TA’ INJEZZJONI TA’

KINERET

Din il-parti tal-fuljett tinkludi tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni b’Kineret lilek innifsek jew lit- tifel/tifla tiegħek. Importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek jekk ma tkunx irċevejt taħriġ speċjali minn tabib, infermiera jew ispiżjar. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tinjetta, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-infermiera jew lill-ispiżjar għall-għajnuna.

Kif inti jew il-persuna li ser tinjettak, għandkom tużaw is-siringa mimlija għal-lest b’Kineret?

Ser ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek fl-istess ħin kuljum. Kineret jingħata bħala injezzjoni eżatt taħt il-ġilda. Din tissejjaħ injezzjoni subkutaneja.

Protezzjoni mil-labra (għatu)

Labra

Bettija tas-siringa

Planġer tal-Virga

Apparat li teħtieġ:

Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek teħtieġ:

siringa mimlija għal-lest b’Kineret

tajjar bl-alkoħol jew oġġett simili u

garża jew karta assorbenti sterili

X’għandek tagħmel qabel ma tinjetta lilek nnifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek taħt il-ġilda b’Kineret?

1.Oħroġ s-siringa mimlija għal-lest b’Kineret mill-friġġ.

2.Iċċaqlaqx bil-qawwi s-siringa mimlija għal-lest.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest (EXP:). Tużax jekk id-data tkun qabżet l-aħħar ġurnata tax-xahar muri.

4.Iċċekkja d-dehra ta’ Kineret. Din għandha tkun likwidu ċar u mingħajr kulur sa abjad. Jista’ jkun hemm xi frak ta’ proteini trasluċidi sa bojod fis-soluzzjoni. Il-preżenza ta’ dan il-frak ma taffettwax il-kwalità tal-prodott. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk jkollha tibdil fil-kulur jew jekk tkun imċajpra, jew jekk jkun hemm frak li ma jkunx frak transluċidu sa abjad.

5.Għal injezzjoni aktar komda, ħalliha toqgħod fit-temperatura tal-kamra għal bejn wieħed u ieħor 30 minuta jew żomm is-siringa mimlija għal-lest delikatament f’idejk għal ftit minuti. Issaħħanx Kineret bl-ebda mod ieħor (pereżempju: issaħħanx fil-microwave jew f’ilma jaħraq).

6.Tneħħix l-għatu tas-siringa qabel ma tkun lest biex tinjetta.

7.Aħsel idejk sew.

8.Sib post komdu, imdawwal sew, b’wiċċ nadif, u poġġi dak kollu li għandek bżonn fejn tista’ tilħqu.

9.Kun ċert li taf liema doża ta’ Kineret it-tabib tiegħek ordnalek; 20 sa 90 mg, 100 mg jew ogħla.

Jekk it-tabib tiegħek ordnalek doża ta’ 100 mg għandek tmur għas-sezzjoniKif tipprepara doża ta’ 100 mg”.

Jekk it-tabib tiegħek ordnalek doża aktar baxxa għandek tmur għas-sezzjoniKif tipprepara doża ta’ 20 sa 90 mg”.

Kif tipprepara doża ta’ 100 mg?

Qabel ma tinjetta Kineret trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm il-bettija tas-siringa u ċaqlaq bil-mod l-għatu minn mal-labra mingħajr ma ddawwar. Iġbed dritt kif muri f’Figura A. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer. Armi l-għatu tal-labra minnufih.

2.Jista’ jkun li tinnota bużżieqa żgħira tal-arja ġos-siringa mimlija għal-lest. M’hemmx bżonn tneħħi l-bużżieqa tal-arja qabel ma tinjetta. Li tinjetta l-likwidu bil-bużżieqa tal-arja, mhuwiex ta’ ħsara.

Protezzjoni mil-labra (għatu)

Labra

Figura A

3.Issa tista’ tuża s-siringa mimlija għal-lest kif deskritt fis-sezzjoniFejn għandek tagħti l-injezzjoni lilek nnifsek?” u fis-sezzjoniKif tagħti l-injezzjoni?”.

Kif tipprepara doża ta’ 20 sa 90 mg

Qabel ma tinjetta Kineret trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm il-bettija tas-siringa u neħħi l-għatu bil-mod minn mal-labra mingħajr ma ddawwar. Iġbed dritt kif muri f’Figura A. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer. Armi l- għatu tal-labra minnufih.

2.Għandek tippożizzjona s-siringa f'id waħda bil-labra tipponta dritt ’il fuq kif muri fil-Figura B. Poġġi sebgħek il-kbir fuq il-planġer u mbotta bil-mod sakemm tara qatra żgħira ta’ likwidu fil-ponta tal-labra.

3.Dawwar is-siringa sabiex issa l-labra tkun qed tipponta ’l isfel. Poġġi garża jew karta assorbenti sterili fuq wiċċ ċatt u żomm is-siringa fuqha bil-labra tipponta lejn il- garża jew il-karta assorbenti, kif muri fil-Figura C. Kun ċert li l-labra ma tmissx il-garża jew il-karta assorbenti.

4.Poġġi sebgħek il-kbir fuq il-planġer u mbotta bil-mod sakemm il-parti ta’ quddiem tal-planġer tkun laħqet il- marka tal-iskala tad-doża tiegħek ta’ Kineret. (It-tabib tiegħek se jkun qallek liema doża għandek bżonn tuża.) Il-likwidu li joħroġ se jiġi assorbit mill-garża jew mill- karta assorbenti kif muri fil-Figura C.

5.Jekk ma tkunx tista' tissettja d-doża korretta, armi s-siringa u uża waħda ġdida.

Figura B

Figura C

6.Issa tista’ tuża s-siringa mimlija għal-lest kif deskritt fis-sezzjoniFejn għandek tagħti l-injezzjoni lilek nnifsek?” u fis-sezzjoniKif tagħti l-injezzjoni.

Fejn għandek tagħti l-injezzjoni lilek innifsek?

L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek huma (Ara Figura D):

l-addome (minbarra l-parti ta’ madwar iż-żokkra)

in-naħa ta’ fuq tal-koxox

il-partijiet tan-naħa ta’ fuq ta’ barra tal-warrani; u

il-parti ta’ barra ta’ dirgħajk

Adulti

Tfal

Quddiem

Wara

Quddiem

Wara

Figura D

Biddel il-post tal-injezzjoni kull darba sabiex ma jkollokx uġigħ fil-post tal-injezzjoni. Jekk xi ħadd ieħor ikun qed jinjettak, jista’ wkoll juża n-naħa ta’ wara tad-driegħ.

Kif tagħti l-injezzjoni?

1.Iddisinfetta l-ġilda billi tuża l-biċċa bl-alkoħol u oqros il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u sebgħek il-werrej, mingħajr ma tagħfas.

2.Daħħal il-labra għal kollox fil-ġilda kif urewk l-infermiera jew it-tabib tiegħek.

3.Injetta l-likwidu bil-mod u bl-istess ritmu, filwaqt li dejjem iżżomm il-ġilda maqrusa bħal fil-

Figura E.

Figura E

4.Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u itlaq il-ġilda.

5.Kwalunkwe mediċina li ma tintużax għandha tintrema. Uża kull siringa għal injezzjoni waħda biss. Terġax tuża siringa peress li dan jista' tikkawża injezzjoni.

Ftakar

Jekk għandek xi problemi, jekk jogħġbok tibżax issaqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għal għajnuna jew parir.

Rimi ta’ siringi użati u provvisti

Terġax tqiegħed l-għatu fuq labar użati.

Żomm siringi użati ’l bogħod fejn ma jistgħux jintlaħqu jew jidhru mit-tfal.

Qatt tqiegħed is-siringi mimlija għal-lest li tkun użajt flimkien mal-iskart domestiku tiegħek.

Jekk kellek doża aktar baxxa minn 100 mg se tkun ingħatajt parir biex toħroġ il-likwidu minn ġos-siringa għal fuq garża jew karta assorbenti. Wara l-injezzjoni tiegħek armi l-garża jew il- karta assorbenti mxarrba flimkien mas-siringa tiegħek u naddaf is-superfiċje b’karta assorbenti ġdida.

Is-siringa mimlija għal-lest użata u xi garżi jew karti assorbenti bis-soluzzjoni ta’ Kineret għandhom jintremew kif jitolbu l-liġijiet lokali. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati