Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Kyntheum (brodalumab) – Fuljett ta’ tagħrif - L04AC12

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaKyntheum
Kodiċi ATCL04AC12
Sustanzabrodalumab
ManifatturLEO Pharma A/S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Kyntheum 210 mg Soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest brodalumab

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhi Kyntheum u għalxiex tintuża

2.X’għandek bżonn tkun taf qabel ma tuża Kyntheum

3.Kif għandek tuża Kyntheum

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Kyntheum

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Kyntheum u għalxiex jintuża

Kyntheum hu mediċina li fiha is-sustanza attiva brodalumab. Brodalumab hu antikorp monoklonali, tip speċjalizzat ta’ proteini li jagħrfu u jeħlu ma’ ċerti proteini fil-ġisem.

Brodalumab jappartieni għal grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ interleukin (IL). Din il-mediċina taħdem billi timblokka l-attività ta’ proteini IL-17, li huma preżenti f’livelli miżjuda f’mard bħall-psorjasi.

Kyntheum jintuża biex jikkura kundizzjoni tal-ġilda msejħa “psorjasi tal-plakka”, li tikkawża infjammazzjoni u l-formazzjoni ta’ plakka bil-qoxra fuq il-ġilda. Kyntheum jintuża fl-adulti bi psorjasi tal-plakka moderata sa severa li taffettwa partijiet kbar tal-ġisem.

L-użu ta’ Kyntheum se jkun ta’ benefiċċju għalik billi jwassal għal titjib fil-fejqan tal-ġilda mill-psorjasi, u billi jnaqqas is-sinjali u s-sintomi tal-psorjasi, bħal ħakk, ħmura, taqxir, ħruq, tingiż, ġilda maqsuma, biċċiet żgħar li jiffurmaw fuq il-ġilda u wġigħ.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Kyntheum

Tużax Kyntheum:

jekk inti allerġiku għal brodalumab jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6)

jekk għandek marda attiva ta’ Crohn

jekk ikollok infezzjoni li t-tabib tiegħek jaħseb li hi importanti (pereżempju, tuberkolożi attiva).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Kyntheum:

jekk għandek storja medika tal-marda ta’ Crohn

jekk qatt kellek jew qed ikollok ħsibijiet jew azzjonijiet biex twettaq suwiċidju, depressjoni, ansjetà, jew problemi fil-burdata

jekk għandek infezzjoni bħalissa jew spiss ikollok infezzjonijiet

jekk għandek infezzjoni li ilha fuqek żmien twil (kronika)

jekk għandek it-tuberkolożi (TB), kellek test pożittiv għat-TB, jew kont f’kuntatt mill-qrib ma’ xi ħadd bit-TB. Inti tista’ tiġi kkurat b’mediċina oħra għat-TB qabel ma tibda l-kura b’Kyntheum

jekk dan l-aħħar inti rċivejt, jew inti skedat biex tirċievi tilqima. Inti m’għandekx tingħata ċerti tipi ta’ tilqim (imsejħa “tilqim ħaj”) waqt li tkun qed tiġi kkurat b’Kyntheum

jekk tkun użajt Kyntheum matul l-aħħar tliet xhur tat-tqala tiegħek, għandek tkellem lit-tabib tiegħek qabel ma tlaqqam lit-tarbija tiegħek

jekk tkun qed tirċievi kwalunkwe kura oħra għall-psorjasi, bħal immunosoppressant ieħor jew fototerapija b’dawk ultravjola (UV).

Wara li tibda Kyntheum, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek immedjatament:

jekk jekk it-tabib tiegħek qallek li inti żviluppajt il-marda ta’ Crohn

jekk tħossok depress, anzjuż, jew ikollok ħsibijiet biex twettaq suwiċidju, jew ikollok tibdil mhux tas-soltu fil-burdata

jekk għandek xi infezzjoni jew għandek kwalunkwe sinjali ta’ infezzjoni elenkati fis- Sezzjoni 4 “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”

jekk qalulek li għandek it-tuberkulożi.

Tfal u adolexxenti

Kyntheum mhuwiex rakkomandat għal tfal u adolexxenti (taħt it-18-il sena) minħabba li ma ġiex studjat f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Kyntheum

Għid lit-tabib tiegħek jew lill-ispiżjar tiegħek:

jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra

jekk dan l-aħħar ingħatajt tilqima, jew inti jew it-tarbija tiegħek intom skedati biex tirċievu tilqima, ara “Twissijiet u prekawzjonijiet” f’sezzjoni “2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Kyntheum"

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Kyntheum ma ġiex ittestjat f’nisa tqal u mhux magħruf jekk din il-mediċina tista’ tagħmel ħsara lit-tarbija mhux imwielda tiegħek. Għalhekk hu preferribli li tevita l-użu ta’ Kyntheum matul it-tqala. Jekk inti mara li jista’ jkollok it-tfal, hu rakkomandat li tevita li tinqabad tqila u li tuża kontraċezzjoni xierqa waqt li tkun qed tuża Kyntheum, u għal mill-anqas 12-il ġimgħa wara l-aħħar doża ta’ Kyntheum.

Mhux magħruf jekk brodalumab jgħaddix fil-ħalib tas-sider. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk għandek l-intenzjoni li tredda’. It-tabib tiegħek imbagħad se jgħinek tiddeċiedi jekk għandekx twaqqaf it-treddigħ, jew tieqaf tuża Kyntheum. Flimkien, intom se tikkunsidraw il-benefiċċju tat-treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju ta’ Kyntheum għalik.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kyntheum m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

3.Kif gћandek tuża Kyntheum

Kyntheum għandu jingħata b’riċetta lilek minn tabib b’esperjenza fid-dijanjosi u l-kura tal-psorjasi.

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek. Iċċekkja mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm se jingħata Kyntheum

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi kemm għandek bżonn Kyntheum u għal kemm tul ta’ żmien għandek tużah. Id-doża rakkomandata hi ta’ 210 mg (injezzjoni waħda).

Wara l-ewwel doża, int se jkollok bżonn li tieħu injezzjoni kull ġimgħa f’Ġimgħa 1 (ġimgħa wara l-ewwel doża) u Ġimgħa 2 (ġimagħtejn wara l-ewwel doża). Wara dan, se jkollok bżonn li tieħu injezzjoni kull ġimagħtejn.

Kyntheum hu għal kura fit-tul. It-tabib tiegħek se jimmonitorja l-kundizzjoni tiegħek b’mod regolari sabiex jiċċekkja li l-kura jkun qed ikollha l-effett mixtieq. Għid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li s-sinjali u s-sintomi tiegħek ta’ psorjasi mhumiex qed jitjiebu wara li tuża Kyntheum.

Kif jingħata Kyntheum

Kyntheum jingħata bħala injezzjoni taħt il-ġilda (magħrufa bħala injezzjoni subkutanja).

Istruzzjonijiet biex tagħti l-injezzjoni lilek innifsek

Ara l-“Istruzzjonijiet għall-Użu” dettaljati li jiġu ma’ din il-mediċina, għal informazzjoni dwar il-mod korrett kif għandek taħżen, tipprepara, u tagħti l-injezzjonijiet tiegħek id-dar.

Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li inti jew il-persuna li tieħu ħsiebek tistgħu tagħtu l-injezzjonijiet id-dar, int jew min jieħu ħsiebek għandkom tirċievu taħriġ dwar il-mod korrett kif tippreparaw u tinjettaw Kyntheum. Tippruvax tinjetta Kyntheum sakemm inti jew il-persuna li tieħu ħsiebek tkunu ġejtu murija kif tinjettaw Kyntheum mit-tabib tiegħek.

Iċċaqlaqx bis-saħħa s-siringa mimlija għal-lest qabel l-użu.

Kyntheum jiġi injettat fil-parti ta’ fuq ta’ riġlejk (il-koxox) jew fil-parti fejn hemm l-istonku (iż-żaqq), minnek jew mill-persuna li tieħu ħsiebek. Persuna li tieħu ħsiebek tista’ wkoll tagħtik injezzjoni fin-naħa ta’ fuq ta’ barra tad-driegħ tiegħek.

Tinjettax f’żona fejn il-ġilda tkun sensittiva, imbenġla, ħamra, iebsa, jew f’żona tal-ġilda li tkun affettwata mill-psorjasi.

Jekk tuża Kyntheum aktar milli suppost

Jekk tuża aktar minn din il-mediċina mill-ammont li suppost tieħu skont ir-riċetta, jew tieħu d-doża aktar kmieni milli meħtieġ, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tuża Kyntheum

Jekk tkun insejt tinjetta doża ta’ Kyntheum, injetta d-doża li jmiss malajr kemm tista’ wara l-ħin tad-doża li tkun insejt tieħu. Imbagħad, kellem lit-tabib tiegħek dwar meta għandek tinjetta d-doża li jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża Kyntheum

M’għandekx tieqaf tuża Kyntheum mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek l-ewwel. Jekk twaqqaf il-kura, is-sintomi tal-psorjasi jistgħu jiġu lura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji

Immedjatament għid lit-tabib tiegħek jew fittex għajnuna medika jekk ikollok kwalunkwe sinjali ta’ infezzjoni serja.

Possibbiltà ta’ infezzjoni serja (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 100), is-sinjali jistgħu jinkludu:

deni, sintomi bħal tal-influwenza, għaraq bil-lejl

tħossok għajjien jew ikollok qtugħ ta’ nifs, sogħla li ma tiqafx

ġilda sħuna, ħamra u tuġgħa, jew raxx fil-ġilda bl-uġigħ u bl-infafet.

Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 10):

dijarea

tħossok imdardar

ħmura, uġigħ, ħakk, tbenġil, jew ħruġ ta’ demm fis-sit tal-injezzjoni

għeja

uġigħ fil-ħalq jew fil-gerżuma

għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod

infezzjonijiet tal-ġilda b’tinea (fungali), li jinkludu fuq is-saqajn u fil-groin)

flu (influwenza)

uġigħ ta’ ras

uġigħ fil-ġogi

uġigħ fil-muskoli.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 100)

infezzjoni b’candida (fungali) fil-ħalq, fil-gerżuma jew fil-partijiet ġenitali

tnixxija mill-għajnejn bil-ħakk, ħmura u nefħa (konġuntivite).

Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-effetti sekondarji huma minn ħfief sa moderati: Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jsir sever, għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla Appendix V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Kyntheum

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żomm fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Aħżen fi friġġ (2°C sa 8°C). Tagħmlux fil-friża.

Kyntheum jista’ jinżamm fit-temperatura tal-kamra, sa 25°C, fil-kartuna ta’ barra, għal 14-il jum. Armi Kyntheum jekk ma jintużax fi żmien 14-il jum ta’ ħażna fit-temperatura tal-kamra.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li s-soluzzjoni tkun imċajpra jew tkun bidlet il-kulur, jew ikun fiha ċapep, biċċiet żgħar jew frak.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Kyntheum

-Is-sustanza attiva hi brodalumab. Kull siringa mimlija għal-lest fiha 210 mg brodalumab f’1.5 ml soluzzjoni.

-Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma areproline, glutamate, polysorbate 20, u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Kyntheum u l-kontenut tal-pakkett

Kyntheum hu soluzzjoni għal injezzjoni li hi likwidu minn ċar sa ftit opalexxenti, bla kulur sa ftit isfar, bla ebda frak.

Kyntheum hu disponibbli f’pakkett li fih żewġ siringi mimlija għal-lest li jintużaw darba.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

LEO Pharma A/S

Industriparken 55

DK-2750 Ballerup

Id-Danimarka

Manifattur

Amgen Europe B.V.

Minervum 7061

4817 ZK Breda

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

LEO Pharma N.V./S.A

LEO Pharma A/S

Tél/Tel: +32 3 740 7868

Tel: +45 44 94 58 88

България

Luxembourg/Luxemburg

Borola Ltd

LEO Pharma N.V./S.A

Teл.: +359 2 9156 136

Tél/Tel: +32 3 740 7868

Česká republika

Magyarország

LEO Pharma s.r.o.

LEO Pharma

Tel: +420 225 992 272

Tel: +36 1 888 0525

Danmark

Malta

LEO Pharma AB

PHARMA-COS LTD

Tlf: +45 70 22 49 11

Tel: +356 2144 1870

Deutschland

Nederland

LEO Pharma GmbH

LEO Pharma B.V.

Tel: +49 6102 2010

Tel: +31 205104141

Eesti

Norge

 

LEO Pharma A/S

LEO Pharma AS

Tel: +45 44 94 58 88

Tlf: +47 22514900

Ελλάδα

Österreich

LEO Pharmaceutical Hellas S.A.

LEO Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 68 34322

Tel: +43 1 503 6979

España

Polska

Laboratorios LEO Pharma, S.A.

LEO Pharma Sp. z o.o.

Tel: +34 93 221 3366

Tel.: +48 22 244 18 40

France

Portugal

LEO Pharma

LEO Farmacêuticos Lda.

Tél: + 377 92 05 08 08 +33 1 3014 4000

Tel: +351 21 711 0760

Hrvatska

România

Remedia d.o.o

LEO Pharma Romania

Tel: +385 1 3778 770

Tel: +40 213121963

Ireland

Slovenija

LEO Laboratories Ltd

PHARMAGAN d.o.o.

Tel: +353 (0) 1 490 8924

Tel: +386 4 2366 700

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

LEO Pharma s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5939 6236

Italia

Suomi/Finland

LEO Pharma S.p.A

LEO Pharma Oy

Tel: +39 06 52625500

Puh/Tel: +358 20 721 8440

Κύπρος

Sverige

The Star Medicines Importers Co. Ltd.

LEO Pharma AB

Τηλ: +357 2537 1056

Tel: +46 40 3522 00

Latvija

United Kingdom

LEO Pharma A/S

LEO Laboratories Ltd

Tel: +45 44 94 58 88

Tel: +44 (0) 1844 347333

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Istruzzjonijiet għall-Użu:

Kyntheum (brodalumab)

Soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest

Għal użu taħt il-ġilda

Kyntheum hu disponibbli bħala siringa mimlija għal-lest li tintuża darba. Kull siringa fiha doża waħda ta’ 210 mg ta’ Kyntheum. It-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek se jgħidulek kemm ta’ spiss għandek tinjetta din il-mediċina. Kull siringa mimlija għal-lest b’Kyntheum tista’ tintuża

darba biss.

Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li inti jew il-persuna li tieħu ħsiebek tistgħu tagħtu l-injezzjonijiet id-dar, inti għandek tirċievi taħriġ dwar il-mod korrett kif tipprepara u tinjetta Kyntheum. Tippruvax tinjetta lilek innifsek sakemm il-fornitur tas-saħħa tiegħek ikun uriek il-mod korrett kif tagħti l-injezzjonijiet.

Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet kollha qabel ma tuża s-siringa mimlija għal-lest Kyntheum.

Ċempel lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk inti jew il-persuna li tieħu ħsiebek ikollkom kwalunkwe mistoqsijiet dwar il-mod korrett kif għandu jiġi injettat Kyntheum.

Gwida għall-partijiet

 

Qabel l-użu

Wara l-użu

Planġer

Planġer użat

Finger grips

 

 

Tikketta u

 

d-data ta’

Finger grips

skadenza

 

Bettija

Tikketta

tas-siringa

u d-data ta’

użata

skadenza

 

Bettija

 

tas-siringa

Labra użata

Mediċina

 

Għatu griż

Għatu griż

tal-labra

tal-labra

f’postu

mhux f’postu

Importanti: Il-labra hi ġewwa

 

Importanti

Qabel ma tuża Kyntheum siringa mimlija għal-lest, aqra din l-informazzjoni importanti:

Kif taħżen Kyntheum siringi mimlija għal-lest

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Żomm fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl jew ħsara fiżika.

Żommu fil-friġġ (2°C sa 8°C).

Jekk ikun meħtieġ, inti tista’ taħżen is-siringa mimlija għal-lest Kyntheum fit-temperatura tal-kamra, sa 25°C, għal sa 14-il jum. Armi Kyntheum li jkun inħażen fit-temperatura tal-kamra għal aktar minn 14-il jum.

Tagħmlux fil-friża.

Kif tuża Kyntheum siringa mimlija għal-lest

Tużax wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta.

Iċċaqlaqx bis-saħħa.

Tneħħix l-għatu griż tal-labra sakemm tkun lest biex tinjetta.

Tużax is-siringa mimlija għal-lest Kyntheum jekk tkun waqgħet fuq wiċċ iebes. Dan hu fil-każ li s-siringa tlkun miksura.

Pass 1: Kif tipprepara

A. Neħħi s-siringa mimlija għal-lest Kyntheum minn ġol-kaxxa

Aqbad il-bettija tas-siringa biex tneħħi s-siringa mit-trej.

Poġġi saba’ jew is-saba’ l-kbir fuq it-tarf tat-trej biex iżżommha waqt li tkun qed tneħħi s-siringa.

Aqbad hawn

Poġġi l-kaxxa bi kwalunkwe siringi mhux użati lura fil-friġġ.

Għal raġunijiet ta’ sigurtà:

Iżżommx il-planġer.

Taqbadx l-għatu griż tal-labra.

Tneħħix l-għatu griż tal-labra sakemm tkun lest biex tinjetta.

Tneħħix il-finger grips. Dawn huma parti mis-siringa.

Ħalli s-siringa fit-temperatura tal-kamra għal mill-inqas 30 minuta qabel tinjetta.

M’għandekx tpoġġi is-siringa lura fil-friġġ ġaladarba tkun laħqet it-temperatura tal-kamra.

M’għandekx tipprova ssaħħan is-siringa billi tuża sors ta’ sħana, bħal ilma sħun jew microwave.

Tħallix is-siringa f’xemx diretta.

Iċċaqlaqx bis-saħħa s-siringa.

Importanti: Dejjem żomm is-siringa mimlija għal-lest mill-bettija tas-siringa.

B. Iċċekkja s-siringa mimlija għal-lest Kyntheum

 

 

 

Tikketta u data

 

 

 

ta' skadenza

 

Bettija tas-siringa

Planġer

 

 

 

Finger grips

Għatu griż tal-

 

Mediċina

 

 

labra f'postu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dejjem żomm is-siringa mill-bettija tas-siringa.

Kun żgur li l-mediċina fis-siringa tkun ċara sa ftit opalexxenti u minn bla kulur sa ftit safra.

Tużax is-siringa jekk:

il-mediċina tkun imċajpra jew tkun bidlet il-kulur jew ikun fiha biċċiet żgħar jew frak

kwalunkwe parti tidher imxaqqa’ jew miksura.

C. Iġbor il-materjali kollha li għandek bżonn

Aħsel idejk tajjeb bis-sapun u l-ilma.

Fuq wiċċ tax-xogħol nadif u mdawwal tajjeb, poġġi s-:

siringa l-ġdida

biċċiet bl-alkoħol

tajjara jew pad tal-garża

stikk

kontenitur li fih jintremew affarijiet bil-ponta u li jaqtgħu (il-kulur u l-apparenza tal-kontenitur jistgħu jkunu differenti jiddependi mir-rekwiżiti nazzjonali).

D. Ipprepara u naddaf il-parti fejn tkun se tinjetta

In-naħa ta’ fuq tad-driegħ

Iż-żona tal-istonku (żaqq)

Koxxa

Inti jew min jieħu ħsiebek tiegħek tistgħu tużaw:

il-koxxa

iż-żona tal-istonku (żaqq), ħlief għal żona ta’ 5 ċentimetri madwar iż-żokra.

Min jieħu ħsiebek biss jista’ juża:

il-parti ta’ barra tan-naħa ta’ fuq tad-driegħ.

Tinjettax f’żoni fejn il-ġilda tkun sensittiva, imbenġla, ħamra jew iebsa.

Evita li tinjetta f’żoni li jkun fihom ċikatriċi jew marki jew sinjali ta’ ġbid fil-ġilda.

Evita li tinjetta direttament ġo ġilda mtellgħa, ħoxna, ħamra, jew irqajja’ tal-ġilda bil-qoxra jew leżjonijiet.

Naddaf iż-żona fejn qed tippjana li tinjetta b’biċċa bl-alkoħol. Ħalli l-ġilda tinxef.

Tmissx din iż-żona mill-ġdid qabel ma tagħti l-injezzjoni.

Jekk tixtieq tuża l-istess żona ta’ injezzjoni kull darba, aċċerta ruħek li ma tkunx eżattament l-istess post li tkun użajt għal injezzjoni preċedenti.

Pass 2: Lesti biex injetta

E. Meta tkun lest biex tinjetta, iġbed l-għatu griż tal-labra dritt ’il barra u lil hemm minn ġismek

Armi l-għatu tal-labra fil-kontenitur ipprovdut li fih jintremew affarijiet bil-ponta u li jaqtgħu.

M’għandekx tilwi jew tgħawweġ l-għatu griż tal-labra.

Tpoġġix f’postu l-għatu griż tal-labra lura fuq is-siringa.

Hu normali li tara qatra ta’ likwidu fit-tarf tal-labra.

F. Oqros il-ġilda biex toħloq wiċċ sod

Oqros il-ġilda b’mod sod bejn sebgħek il-kbir u s-swaba’, biex b’hekk toħloq żona wiesgħa madwar 5 ċentimetri.

Importanti: Żomm il-ġilda maqrusa sa wara li tkun injettajt.

Pass 3: Kif tinjetta

G. Żomm il-ġilda maqrusa. Bl-għatu griż tal-labra maqlugħ, daħħal is-siringa ġol-ġilda f’angolu bejn 45 u 90 grad

M’għandekx tpoġġi subgħajk fuq il-planġer waqt li tkun qed iddaħħal il-labra.

H. Billi tuża pressjoni bil-mod u kostanti, imbotta l-planġer ’l isfel għal kollox sakemm jieqaf jiċċaqlaq

I.Meta tkun spiċċajt, erħi sebgħek il-kbir. Imbagħad, neħħi bil-mod is-siringa mill-ġilda tiegħek

Importanti: Meta tneħħi s-siringa, jekk il-mediċina tidher li għadha ġol-bettija tas-siringa, dan ifisser li inti ma tkunx irċivejt doża sħiħa. Ċempel lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek immedjatament.

Pass 4: Temm il-proċess

J. Armi s-siringa użata

Poġġi s-siringa mimlija għal-lest f’kontenitur li fih jintremew affarijiet bil-ponta u li jaqtgħu, li jkun reżistenti għat-titqib, dritt wara l-użu.

Tużax is-siringa mill-ġdid.

M’għandekx tirriċikla s-siringa jew il-kontenitur li fih jintremew affarijiet bil-ponta u li jaqtgħu mal-iskart domestiku.

Importanti: Dejjem żomm il-kontenitur li fih jintremew affarijiet bil-ponta fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

K. Iċċekkja s-sit tal-injezzjoni

Jekk ikun hemm id-demm, agħfas biċċa tajjara jew pad tal-garża fuq is-sit tal-injezzjoni. Togħrokx is-sit tal-injezzjoni. Għatti bi stikk jekk ikun meħtieġ.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati