Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Levetiracetam Actavis Group (levetiracetam) – Fuljett ta’ tagħrif - N03AX14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLevetiracetam Actavis Group
Kodiċi ATCN03AX14
Sustanzalevetiracetam
ManifatturActavis Group PTC ehf

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Levetiracetam Actavis Group 100 mg/ml soluzzjoni orali

Levetiracetam

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel int jew it-tifel/tifla tiegħek tibdew tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek. Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’ hemm f’dan il-fuljett:

1.X’inhu Levetiracetam Actavis Group u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Levetiracetam Actavis Group

3.Kif għandek tieħu Levetiracetam Actavis Group

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Levetiracetam Actavis Group

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.Xinhu Levetiracetam Actavis Group u għalxiex jintuża

Levetiracetam hija mediċina għal kontra l-epilessija (użata biex tittratta l-aċċessjonijiet fl-epilessija).

Levetiracetam Actavis Group huwa wżat:

waħdu f'adulti u addoloxxenti minn 16 il-sena b’epilessija li għadha kif ġiet iddijanjostikata, fit- trattament ta' ċertu forma ta’ epilessija. Epilessija hija kundizzjoni fejn il-pazjenti jkollhom aċċessjonijiet ripetuti (attakki ta’ puplesija). Levetiracetam huwa użat għall-forma ta’ epilessija li fiha l-aċċessjonijiet inizjalment jaffettwaw naħa waħda biss tal-moħħ, iżda li wara tista’ tespandi għal oqsma akbar fuq iż-żewġ naħat tal-moħħ (bidu parzjali ta’ aċċessjonijiet bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja). Levetiracetam ġie mogħti lilek mit-tabib tiegħek biex tnaqqas l-għadd ta’ aċċessjonijiet.

biex jiżdied ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-epilessija fit-trattament

aċċessjonijiet tat-tip parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni f’adulti, addoloxxenti, tfal u trabi minn eta` ta’ xahar.

aċċessjonijiet tat-tip mijokloniċi (skossi qosra, bħal xokkijiet ta’ muskolu jew ta’ grupp ta’ muskoli) f’ adulti u addoloxxenti minn 12-il sena b’epilessija tat-tip mijoklonika li tibda fiż-żgħożija

aċċessjonijiet primarji u ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic (aċċessjonijiet maġġuri, inkluż telf tal-konxju) f’adulti u addoloxxenti minn 12-il sena b’epilessija idjopatika ġeneralizzata (it-tip ta’ epilessija li hi maħsuba li għandha kawża ġenetika).

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Levetiracetam Actavis Group

Tieħux Levetiracetam Actavis Group

-Jekk tbati minn allerġija għal levetiracetam, derivattivi ta’ pyrrolidone jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Levetiracetam Actavis Group

Jekk int tbati minn problemi fil-kliewi, oqgħod fuq li jgħidlek it-tabib. Dan/din jista' jiddeċiedi li jbidillek id-doża.

-Jekk tinnota li it-tifel/tifla tiegħek qed tikber iżjed bil-mod jew żvillup tal-puberta’ mhux mistenni, jekk jogħoġbok kellem lit-tabib tiegħek.

-Numru żgħir ta’ nies fuq trattament b’mediċini ta’ kontra l-epilessija bħal levetiracetam kellhom ħsibijiet li jweġġgħu jew joqtlu lilhom infushom. Jekk għandek xi sintomi ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet ta’ suwiċidju, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Levetiracetam Actavis Group mhux indikat fit-tfal u adoloxxenti ta’ taħt 16-il sena waħedha (monoterapija).

Mediċini oħra u Levetiracetam Actavis Group

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu macrogol (mediċina użata bħala lassattiv) għal siegħa qabel u siegħa wara li tieħdu levetiracetam hekk kif dan jista’ jirriżulta fi tnaqqis tal-effett tiegħu.

Tqala u treddigħ

Jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew qed treddgħa,taħseb li inti tqila jew qed tippjana biex ikollok tarbija, stawsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina. Levetiracetam Actavis Group m'għandux jintuża waqt it-tqala sakemm mhux veru neċessarju. Ir-riskju li jista’ jkun hemm difetti għat-tarbija ġol-guf ma jistax jiġi kompletament. Levetiracetam kellu effetti mhux mixtieqa fuq ir-riproduzzjoni, fi studji li saru fuq l-annimali b’dożi li huma ogħla minn dawk li għandek bżonn biex tikkontrolla l-aċċessjonijiet.

Mhux irrikkmandat t-treddigħ waqt it-trattament.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Għaliex Levetiracetam Actavis Group jista' jħeddlek, jista’ jkollu effett fuq l-ħila tiegħek li ssuq jew tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni,. Dan jista' jiġri l-iżjed fil-bidu tat-trattament jew wara żieda fid-doża. M’għandekx issuq jew tuża' magni sakemm ma jiġi stabbilit li ma jaffettwax il-ħila tiegħek li tagħmel dawn l-attivitajiet.

Levetiracetam Actavis Group fih methyl parahydroxybenzoate, propyl parahydroxybenzoate u maltitol

Levetiracetam Actavis Group soluzzjoni orali fih parahydroxybenzoate (E218) u propylparahydroxybenzoate (E216) li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi (li jista’ jkun jieħdu iż- żmien biex jidhru). Levetiracetam Actavis Group soluzzjoni orali fiha wkoll maltitol. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu Levetiracetam Actavis Group

Għandek dejjem tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat -tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Levetiracetam Actavis Group għandu jittieħed darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, madwar fl-istess ħin kuljum.

Għandek tieħu s-soluzzjoni orali skond l-istruzzjonijiet tat-tabib.

Monoterapija

Doża fl-adulti u addoloxxenti minn 16-il sena:

Għall-pazjenti ta’ 4 snin jew akbar, kejjel id-dożaġġ xieraq permezz ta’ siringa tal-10ml li qiegħdha inkluża fil-pakkett.

Doża normali: Levetiracetam Actavis Group jittieħed darbtejn kuljum, f'żewġ dożi maqsumin indaqs, kull doża individwali għandu jitkejjel bejn 5 ml (500 mg) u 15 ml (1,500 mg).

Meta l-ewwel tibda tieħu Levetiractam Actavis Group, it-tabib tiegħek ser jiktiblek doża aktar baxxa matul ħmistax qabel ma jibdik fuq l-iżjed doża ġenerali baxxa.

Terapija miżjuda

Dożaġġ f’adulti u addoloxxenti (12 sa 17 il-sena) li jiżnu 50 kg jew iżjed:

Għall-pazjenti ta’ 4 snin jew akbar, kejjel id-dożaġġ xieraq permezz ta’ siringa tal-10ml li qiegħdha inkluża fil-pakkett.

Doża normali: Levetiracetam Actavis Group jittieħed darbtejn kuljum, f'żewġ dożi maqsumin indaqs, kull doża individwali għandu jitkejjel bejn 5 ml (500 mg) u 15 ml (1,500 mg).

Dożaġġ fi tfal ta’ 6 xhur jew ikbar::

It-tabib tiegħek ser jiktiblek l-iżjed għamla farmaċewtika ta’ Levetiracetam Actavis Group addattata skond l-eta`, il-piż u d-doża.

Għal tfal li l-età tagħhom tvarja bejn 6 xhur u 4 snin: kejjel id-dożaġġ xieraq permezz ta’ siringa ta' 3 ml li qiegħdha inkluża fil-pakkett.

Għal tfal ikbar minn 4 snin: kejjel id-dożaġġ xieraq permezz ta’ siringa tal-10 ml li qiegħdha inkluża fil-pakkett.

Doża ġenerali: Levetiracetam Actavis Group jittieħed darbtejn kuljum, f'żewġ dożi maqsumin indaqs, kull doża individwali għandu jitkejjel bejn 0.1 ml (10 mg) u 0.3 ml (30 mg), ma’ kull kg tal-piż tal- ġisem tat-tifel jew tifla (ara tabella t’hawn taħt ghal eżempji tad-dożi).

Doża għal tfal ta’ 6 xhur jew ikbar:

Weight

Starting dose: 0.1 ml/kg twice daily

Maximum dose: 0.3 ml/kg twice daily

6 kg

0.6 ml twice daily

1.8 ml twice daily

8 kg

0.8 ml twice daily

2.4 ml twice daily

10 kg

1 ml twice daily

3 ml twice daily

15 kg

1.5 ml twice daily

4.5 ml twice daily

20 kg

2 ml twice daily

6 ml twice daily

25 kg

2.5 ml twice daily

7.5 ml twice daily

From 50 kg

5 ml twice daily

15 ml twice daily

Dożaġġ fit-trabi ( xahar sa inqas minn 6 xhur):

Għal tfal li l-età tagħhom tvarja bejn 6 xhur u 4 snin: kejjel id-dożaġġ xieraq permezz ta’ siringa ta' 3 ml li qiegħdha inkluża fil-pakkett.

Doża ġenerali: Levetiracetam Actavis Group jittieħed darbtejn kuljum, f'żewġ dożi maqsumin indaqs, kull doża individwali għandu jitkejjel bejn 0.07 ml (7 mg) u 0.21ml (21 mg), ma’ kull kg tal-piż tal- ġisem tarbija (ara tabella t’hawn taħt għal eżempji tad-dożi).

Doża għat-trabi (minn xahar sa 6 xhur):

Weight

Starting dose: 0.07 ml/kg twice daily

Maximum dose: 0.21 ml/kg twice daily

4 kg

0.3 ml twice daily

0.85 ml twice daily

5 kg

0.35 ml twice daily

1.05 ml twice daily

6 kg

0.45 ml twice daily

1.25 ml twice daily

7 kg

0.5 ml twice daily

1.5 ml twice daily

Kif jittieħed:

Wara li titkejjel id-doża it-tajba bis-siringa addattata, is-soluzzjoni orali ta’ Levetiracetam Actavis Group tista’ tiġi dilwita f’tazza ilma jew fixkun tat-trabi. Tista’ tieħu Levetiracetam Actavis Group bi jew mingħajr ikel.

Struzzjonijiet għall-użu:

Struzzjonijiet għall-użu għas-siringa ta’ 10ml

Iftaħ il-flixkun. Qabel tibda l-proċedura tal-kejl kun ċert li l-korp trasparenti tad-dożaġġ tas-siringa kif ukoll il-planġer abjad huma mal-qiegħ. Biex jitkejjel il-kwantità ta’ dożaġġ, uża id waħda minn naħa biex żżomm l-korp tad-dożaġġ u l-id l-oħra biex tiġbed il-planġer sakemm tilħaq il-marka tal- gradazzjoni li tikkorrispondi għall-kwantità f'millilitri (ml) preskritt mit-tabib tiegħek (Figura 1).

Iġbed is-siringa mill-korp tad-dożaġġ mill-flixkun (Figura 2).

Battal il-kontenut tas-siringa f'tazza ilma billi timbotta l-planġer. Kun żgur li tixrob il-kontenut kollu tal-ħġieġ. Il-kontenut tas-siringa jista 'jingħata wkoll direttament mis-siringa fil-ħalq jew jitbattal fuq kuċċarina (Figura 3).

Aħsel is-siringa bl-ilma wara l-użu u agħlaq il-flixkun bl-għatu tal-kamin tal-plastik (Figura 4). Istruzzjonijiet għall-użu għal 1 ml u 3 ml siringi ma’ adattur

Iftaħ il-flixkun u imbotta l-adattur tas-siringa sew fil-għonq tal-flixkun (Figura 1).

Ħu s-siringa u iġbed lura l-planġer ftit bil-mod (Figura 2).

Imbotta l-ponta tas-siringa fil-fetħa ta’ l-adattur. Imbotta l-planġer l-isfel bil-mod li tintroduċi l-arja ġewwa l-flixkun (Figura 3).

Dawwar il-flixkun rasu l-isfel bis-siringa għadha f’postha (Figura 4).

Iġbed il-planġer l-isfel u imla s-siringa bil-kwantità tat-taħlita ftit lil hinn mill-doża preskritta (Figura 5).

Jekk xi bżieżaq jiffurmaw fis-siringa żżomm il-flixkun rasu 'l isfel u imbotta ftit il-planġer u iġbed lura mill-ġdid. Irrepeti sakemm ma jkunx hemm bżieżaq fis-siringa (Figura 6).

Imbotta l-planġer bil-mod il-marka tal-gradazzjoni tikkorrispondi għall-kwantità f'millilitri (ml) preskritt mit-tabib tiegħek (Figura 7).

Dawwar il-flixkun bil-mod u ddrittah u neħħi s-siringa (Figura 8).

Mal-ħaddejn

bilmod

Għat-tfal żgħar poġġi bil-mod il-ponta tas-siringa fil-ħalq tat-tfal 'il ġewwa tal-ħaddejn. Imbotta l- planġer bil-mod ħalli tippermetti li t-tfal jibilgħu l-kontenut tas-siringa. Il-kontenut tas-siringa tista’ wkoll jiġu mbattla f'tazza ilma jew flixkun tat-tarbija. Kun żgur li jinxtorob il-kontenut kollu tal-tazza. (Figura 9).

Aħsel is-siringa bl-ilma wara l-użu u agħlaq il-flixkun bl-għatu tal-kamin tal-plastik (Figura 10).

Kemm għandu jdum it-trattament:

-Levetiracetam Actavis Group huwa wżat bħala trattament għal marda kronika. Trid tibqa' tieħu Levetiracetam Actavis Group sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

-Twaqqafx it-trattament jekk ma jgħidlekx it-tabib għax dan jista’ jżidlek l-aċċessjonijiet.

Jekk tieħu Levetiracetam Actavis Group aktar milli suppost għandek

Effetti mhux mixtieqa li possibilment ikun hemm wara li jittieħed iżjed Levetiracetam Actavis Group milli suppost huma: ngħas, aġitazzjoni, aggressjoni, nuqqas ta’ viġilanza, inhibizzjoni ta’ nifs u koma. Għarraf lit-tabib tiegħek jekk ħadt iżjed Levetiracetam Actavis Group milli jmissek. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi l-aħjar trattament possibli għat-trattament tal-overdose.

Jekk tinsa tieħu Levetiracetam Actavis Group

Għarraf it-tabib tiegħek jekk insejt tieħu doża waħda jew iżjed. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Levetiracetam Actavis Group

Jekk tkun ser twaqqaf it-trattament, għandek tnaqqas Levetiracetam Actavis Group bil-mod biex ma jkunx hemm żieda fl-aċċessjonijiet. Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li jwaqqaf it-trattament tiegħek b’Levetiracetam Actavis Group, hu/hi se jagħtik struzzjonijiet dwar l-irtirar gradwali ta’ Levetiracetam Actavis Group.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħall-kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod frekwenti kienu nażofarinġite, nagħas, uġigħ ta 'ras, għeja u sturdament.Fil-bidu tal-kura jew waqt żjieda fid-doża effetti mhux mixtieqa bħal ngħas, għajja u sturdament jistgħu jkunu iżjed komuni. Dawn l-effetti għandhom iżda jonqsu maż-żmien.

Komuni ħafna: jista’ jaffettwa iżjed minn persuna f’ 10

nażofaringite;

nagħas, uġigħ ta’ ras.

Komuni: jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni

anoressija (telf t’aptit);

depressjoni, ostilita` jew aggressjoni, anzjeta`, insomnja, nervożita` jew irritabilta`;

aċċessjonijiet, mard tal-bilanċ (mard tal-ekwilibru), sturdament (sensazzjoni ta’ ċaqliq), telqa (nuqqas ta’ enerġija u entużjażmu),rogħda (tirtogħod mingħajr ma trid);

vertigo (sensazzjoni li kollox idur bik);

sogħla;

uġigħ fl-addomenu, dijareja, dispepsja (indigistjoni), rimettar, dardir;

raxx;

astenja/għajja.

Mhux komuni: jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna

tnaqqis fin-numru ta’ plejtlets fid-demm, tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod fid-demm;

tnaqqis fil-piz, żieda fil-piz;

attentat ta’ suwiċidju u ħsibijiet ta’ suwiċidju, mġieba abnormali, alluċinazzjonijiet, rabja, konfużjoni, attakk ta’ paniku, instabilta` emozzjonali/tibdil fil-burdati, agitazzjoni;

amneżija (telf ta’ memorja),impediment tal- memorja (tinsa), ko-ordinazzjoni abnormali/ataxja (impediment fil-movimenti ko-ordinati), paraesteżja (tingiż), disturbi fl- attenzjoni (telf ta’konċentrazzjoni);

diplopja (viżjoni dopplja), viżjoni mċajpra;

valuri elevati/anormali fi test tal-funzjoni tal-fwied;

telf ta’ xahar, ekżema, ħakk;

debolezza fil-muskoli, mijalġja (uġigħ fil-muskoli);

korriment.

Rari: jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 1,000 persuna

infezzjonijiet;

tnaqqis fin-numru tat-tipi kollha ta’ ċelloli tad-demm;

reazzjonijiet allerġiċi severi (DRESS, reazzjoni anafilattika [reazzjoni allerġika severa u

importanti], edima ta’ Quincke [nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien u l-gerżuma]);

tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ sodium fid-demm;

suwiċidju, mard tal-personalita` (problemi ta’ mġieba), ħsibijiet abnormali (ħsieb bil-mod, ma tistax tikkonċentra);

spażmi fil-muskoli inkontrollablili jaffetwaw ir-ras, it-torso u d-dirgħajn u r-riġlejn,diffikulta` biex

tikkontrolla l-movimenti, iperkineżja (iperattivita`);

pankreatite;

insuffiċjenza tal-fwied, epatite;

raxx fil-ġilda, li jista’ jifforma bżieżaq u li jidher qisu targi żgħar (tikek ċentrali skuri mdawwra b’erja

iżjed pallida, b’ċirku skur mat-tarf) (erythema multiforme), raxx diffuz bil-bżieżaq u ġilda li titqaxxar, partikolarrment madwar il-ħalq, mnieħer, għajnejn u l-ġenitali (sindrome ta’ Stevens- Johnson), u forma iżjed severa li tikkawża ġilda li titqaxxar f’iżjed minn 30% tal-wiċċ tal-ġilda

(nekroliżi tossiku epidermali).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Levetiraetam Actavis Group

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

M’għandekx tuża din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa, u t-tikketta, wara EXP:.

Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. Tużax iżjed minn 7 xhur wara li jinfetaħ il-flixkun l-ewwel darba.

Dan il-prodott mediċinali m’għandhux bżonn ebda ħtiġijiet speċjali għall-ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Levetiracetam Actavis Group

Is-sustanza attiva hi levetiracetam. Kull ml fih 100 mg ta' levetiracetam.

Sustanzi oħra jinkludu: sodium citrate, citric acid monohydrate, methyl parahydroxybenzoate (E218), propyl parahydroxybenzoate (E216), ammonium glycyrrhizate, glycerin, glycerol (E422), maltitol likwidu (E965), acesulfame potassium (E950), essenza ta’ l-għeneb (fih propylene glycol), ilma purifikat.

Kif jidher Levetiracetam Actavis Group u l-kontenut tal-pakkett

Levetiracetam Actavis Group 100 mg/ml soluzzjoni orali huwa likwidu ċar jagħti fl-isfar u kannella.

Il- flixkun tal-ħġieg ta’ 300 ml ta’ Levetiracetam Actavis Group (għal tfal minn eta ta’ erba’ snin u ‘l fuq, addoloxxenti u adulti) huwa ppakkjat f’kaxxa tal-kartun li fiha siringa orali ta’ 10 ml (b’marka tal- kejl kull 0.25 ml) u adattur għas-siringa.

Il- flixkun tal-ħġieg ta’ 300 ml ta’ Levetiracetam Actavis Group (għal trabi u tfal żgħar ta’ bejn is- żgħar sitt xhur sa mhux iżjed minn sentejn ) huwa ppakkjat f’kaxxa tal-kartun li fiha siringa orali ta’ 3 ml (b’marka tal-kejl kull 0.1 ml) u adattur għas-siringa.

Il- flixkun tal-ħġieg ta’ 300 ml ta’ Levetiracetam Actavis Group (għal trabi ta’ xahar sa inqas minn sitt xhur) huwa ppakkjat f’kaxxa tal-kartun li fiha siringa orali ta’ 1 ml (b’marka tal-kejl kull 0.05 ml) u adattur għas-siringa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Actavis Group PTC ehf. Reykjavíkurvegur 76-78 220 Hafnarfjörður Iceland

Manifattur

Balkanpharma-Troyan AD

1 Krayrechna Str,

Troyan 5600

Bulgaria

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Aurobindo Pharma B.V.

UAB “Actavis Baltics”

Nederland / Pays-Bas / Niederlande

Tel: +370 5 260 9615

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Актавис ЕАД

Aurobindo Pharma B.V.

Teл.: +359 2 9321 861

Pays-Bas / Niederlande

 

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

Česká republika

Magyarország

Actavis CZ a.s.

Actavis Hungary Kft.

Tel: +420 251 113 002

Tel.: +36 1 501 7001

Danmark

Malta

Actavis A/S

Actavis Ltd.

Tlf: +45 72 22 30 00

Tel: +35621693533

Deutschland

Nederland

PUREN Pharma GmbH & Co. KG

Aurobindo Pharma B.V.

Telefon: +49 (0)89 558909 0

Tel: +31 (0)35 542 99 33

Eesti

Norge

UAB “Actavis Baltics” Eesti Filiaal

Actavis Norway AS

Tel: +372 6100 565

Tlf: +47 815 22 099

Ελλάδα

Österreich

Specifar ABEE

Actavis GmbH

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +43 (0)662 435 235 00

España

Polska

Aurovitas Spain, S.A.U.

Actavis Export Int. Ltd., Malta

Tfno.: +34 91 630 86 45

Kontakt w Polsce:

 

Tel.: (+48 22) 512 29 00

France

Portugal

Arrow Génériques

Aurovitas, Unipessoal, Lda

Tél: +33 4 72 72 60 72

Tel: +351 214 185 104

 

Hrvatska

România

Pharma Vigil d.o.o.

Actavis SRL

Tel: +385(1)3890676

Tel: +40 21 318 17 77

Ireland

Slovenija

Actavis Ireland Limited

Apta Medica Internacional d.o.o.

Tel: +353 (0)21 4619040

Tel: +386 51 615 015

Ísland

Slovenská republika

Actavis Group PTC ehf.

Actavis s.r.o.

Sími: +354 550 3300

Tel: +421 2 3255 3800

Italia

Suomi/Finland

Aurobindo Pharma (Italia) s.r.l.

Actavis Oy

Tel: +39 0296392601

Puh/Tel: +358 (0)9 348 233

Κύπρος

Sverige

A. Potamitis Medicare Ltd

Actavis AB

Τηλ: +357 22583333

Tel: +46 8 13 63 70

Latvija

United Kingdom

UAB “Actavis Baltics” Latvijas filiāle

Actavis UK Limited

Tel: +371 67304300

Tel: +44 1271 385257

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website tal-Aġenzija Ewropea għall il-mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati