Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Levetiracetam Actavis (levetiracetam) – Fuljett ta’ tagħrif - N03AX14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLevetiracetam Actavis
Kodiċi ATCN03AX14
Sustanzalevetiracetam
ManifatturActavis Group PTC ehf

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Levetiracetam Actavis 250 mg pilloli miksija b’rita

Levetiracetam Actavis 500 mg pilloli miksija b’rita

Levetiracetam Actavis 750 mg pilloli miksija b’rita

Levetiracetam Actavis 1000mg pilloli miksija b’rita

Levetiracetam

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu inti jew it-tfal tiegħek din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew spiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Levetiracetam Actavis u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Levetiracetam Actavis

3.Kif għandek tieħu Levetiracetam Actavis

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Levetiracetam Actavis

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Levetiracetam Actavis u gћalxiex jintuża

Levetiracetam hija mediċina għal kontra l-epilessija (użata biex tittratta laċċessjonijiet f-epilessija).

Levetiracetam Actavis huwa wżat:

waħdu f' adulti u addoloxxenti minn 16 il-sena b’epilessija li għadha kif ġiet iddijanjostikata, fit- trattament ta' ċertu forma ta’ epilessija. Epilessija hija kundizzjoni fejn il-pazjenti jkollhom aċċessjonijiet ripetuti. Levetiracetam huwa użat għall-forma ta’ epilessija li fiha l-aċċessjonijiet inizjalment jaffettwaw naħa waħda biss tat-moħħ, iżda li tista’ tespandi għal oqsma akbar fuq iż- żewġ naħat tal-moħħ (aċċessjoni li jibda parzjalment bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja). Levetiracetam ġie mogħti lilek mit-tabib tiegħek biex jitnaqqas l-għadd ta’ aċċessjonijiet.

biex jiżdied ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-epilessija fit-trattament:

aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm bil, kif ukoll mingħajr ġeneralizazzjoni f’ adulti, addoloxxenti, tfal u trabi minn eta` ta’ xahar.

aċċessjonijiet tat-tip mijokloniċi (skossi qosra, bħal xokk f’muskolu jew grupp ta muskoli) f’adulti u addoloxxenti minn 12 –il sena b’epilessija tat-tip mijoklonika li tibda fiż-żgħożija

aċċessjonijiet primarji u ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic (aċċessjonijiet kbar, inkluż it-telf tas- sensi) f’ adulti u addoloxxenti 12 il-sena b’epilessija idjopatika ġeneralizzata (it-tip ta 'epilessija li huwa maħsub li hi kawża ġenetika).

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Levetiracetam Actavis

Tieħux Levetiracetam Actavis

jekk inti allerġiku għal levetiracetam, derivattivi ta’ pyrrolidone jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Levetiracetam Actavis.

Jekk int tbati minn problemi fil-kliewi, oqgħod fuq li jgħidlek it-tabib. Dan/din jista' jiddeċiedi li jbidillek id-doża.

Jekk tinnota li it-tifel/tifla tiegħek qed tikber iżjed bil-mod jew żvillup tal-puberta’ mhux mistenni, jekk jogħoġbok kellem lit-tabib tiegħek.

Numru żgħir ta’ nies fuq trattament b’mediċini ta’ kontra l-epilessija bħal Levetiracetam Actavis kellhom ħsibijiet li jweġġgħu jew joqtlu lilhom infushom. Jekk għandek xi sintomi ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet ta’ suwiċidju, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek.

Tfal u adoloxxenti

Levetiracetam Actavis ma huwiex indikat waħdu (monoterapija) fit-tfal u adoloxxenti ta’ taħt is-16-il sena.

Mediċini oħra u Levetiracetam Actavis

Jekk jogħġbok Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew hemm ċans li tieħu.

Tieħux macrogol (mediċina użata bħala lassattiv) siegħa qabel u siegħa wara li tieħu levetiracetam minħabba li din tista’ twassal għat-telf tal-effett tiegħu.

Tqala u treddigħ

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina jekk inti tqila, qed treddgħa jew taħseb li inti tqila jew qed tippjana biex ikollok tarbija.

Levetiracetam Actavis m'għandux jintuża waqt it-tqala sakemm mhux veru neċessarju. R-riskju li jista’ jkun hemm difetti għat-tarbija ġol-guf ma jistax jiġi kompletament. Levetiracetam kellu effetti mhux mixtieqa fuq ir-riproduzzjoni, fi studji li saru fuq l-annimali b’dożi li huma ogħla minn dawk li għandek bżonn biex tikkontrolla l-aċċessjonijiet.

Mhux irrikkmandat t-treddigħ waqt it-trattament.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Billi Levetiracetam Actavis jista' jħeddlek, jista’ jkollu effett fuq l-ħila tiegħek li ssuq jew tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Dan jista' jiġri l-iżjed fil-bidu tat-trattament jew wara żieda fid- doża. M’għandekx issuq jew tuża' magni sakemm ma jiġi stabbilit li ma jaffettwax il-ħila tiegħek li tagħmel dawn l-attivitajiet.

Levetiracetam Actavis 750 mg pilloli fihom Sunset Yellow FCF (E110).

Sunset Yellow FCF (E110) sustanza li tgħati l-kulur tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

3.Kif għandek tieħu Levetiracetam Actavis

Għandek dejjem tieħu din il-mediċina skond il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Għandek tieħu in-numr ta’ pilloli skond l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek.

Levetiracetam Actavis għandu jittieħed darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, madwar fl- istess ħin kuljum.

Monoterapija

Doża fl-adulti u addoloxxenti (minn 16-il sena):

Doża normalii: bejn 1,000 mg u 3,000 mg kuljum.

Meta l-ewwel tibda tieħu Levetiracetam Actavis, it-tabib tiegħek ser jiktiblek doża aktar baxxa (500 mg kuljum) matul il-ġimagħtejn qabel ma jibdik fuq l-iżjed doża ġenerali baxxa ta’ 1000mg.

Terapija miżjuda

Dożaġġ f’adulti u addoloxxenti (12 sa 17 -il sena) li jiżnu 50 kg jew iżjed:

Doża normali: bejn 1,000 mg u 3,000 mg kuljum.

Eżempju: Jekk id-doża tiegħek hija 1,000 mg kuljum, jista’ jkun li 2 pilloli ta’ 250 mg filgħodu u 2 pilloli ta’ 250 mg filgħaxija.

Dożaġġ fit-trabi ( xhar sa 23 xahar), fit-tfal (2 sa 11 -il sena) u addoloxxenti (12 sa 17 -il sena) li jiżnu inqas minn 50 kg:

It-tabib tiegħek ser jiktiblek l-iżjed għamla farmaċewtika ta’ levetiracetam addatata għal piz u d-doża. Soluzzjoni orali hija formulazzjoni li hija aktar xierqa għat-trabi u tfal taħt is-6 snin u għal tfal u adolexxenti (minn 6 sa 17-il sena) li jiżnu anqas minn 50 kg u meta il-pilloli ma ma jippermettux dożaġġ preċiż.

Kif jittieħed:

Ibla il-pilloli Levetiracetam Actavis ma’ ammont xieraq ta' likwidu (ez.tazza ilma). Tista’ tieħu Levetiracetam Actavis ma’ jew mingħajr l-ikel.

Kemm għandu jdum it-trattament:

Levetiracetam Actavis huwa wżat bħala trattament għal marda kronika. Trid tibqa' tieħu Levetiracetam Actavis sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

Twaqqafx it-trattament jekk ma jgħidlekx it-tabib għax dan jista’ jżidlek l-aċċessjonijiet.

Jekk tieħu Levetiracetam Actavis aktar milli suppost għandek:

Effetti mhux mixtieqa li possibilment ikun hemm wara li jitteiħed iżjed levetiracetam milli suppost huma ngħas, aġitazzjoni, aggressjoni, nuqqas ta’ viġilanza, inhibizzjoni ta’ nifs u koma.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk ħadt iżjed pilloli milli jmissek. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi l-aħjar trattament possibli għat-trattament tal-overdose.

Jekk tinsa tieħu Levetiracetam Actavis:

Għarraf it-tabib tiegħek jekk insejt tieħu doża waħda jew iżjed.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Levetiracetam Actavis:

Jekk tkun ser twaqqaf it-trattament, għandek tnaqqas Levetiracetam Actavis bil-mod biex ma jkunx hemm żieda fl-aċċessjonijiet. Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li jwaqqaf it-trattament tiegħek ta’ Levetiracetam Actavis, huwa/hija għandu jagħtik parir dwar l-irtirar gradwali ta’ Levetiracetam Actavis.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħall-kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament, jew mur id-dipartiment tal-eqreb emerġenza tiegħek, jekk ikollok:

dgħjufija, tħossok jew sturdut jew mdardar jew ikollok diffikultà biex tieħu nifs, għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ allerġija (reazzjoni anafilattika);

nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien u l-gerżuma (edema tal-Quincke);

sintomi tal-influwenza u raxx fuq il-wiċċ segwit minn raxx estiż b'temperatura għolja, żieda fil-livelli tal-enżimi tal-fwied, li jidhru fit-testijiet tad-demm, u żieda fil-tip ta' ċellola bajda tad-demm (eosinofilja) u glandoli limfatiċi mkabbra (Reazzjoni tal-mediċina mal-eosinofilja u sintomi sistemiċi [DRESS]);

sintomi bħal volum baxx tal-awrina, għeja, dardir, rimettar, konfużjoni u nefħa fir-riġlejn, għekiesi jew saqajn, għax dan jista’ jkun sinjal ta' tnaqqis f'daqqa tal-funzjoni tal-kliewi;

raxx tal-ġilda li jista’ jifforma infafet u dehra ta’ miri żgħar (tikek skuri ċentrali mdawra minn żona iktar ċara, b'ċirku skur madwar it-tarf) (erythema multiforme);

raxx mifrux bl-infafet u tqaxxir tal-ġilda, speċjalment madwar il-ħalq, imnieħer, għajnejn u l-ġenitali (sindrome ta’ Stevens-Johnson);

forma aktar serja ta’ raxx li jikkawża ġilda titqaxxar f'aktar minn 30% tal-ġisem (nekrolisi epidermali tossika);

sinjali ta’ bidliet mentali serji jew jekk xi ħadd madwarek ra fik sinjali ta' konfużjoni, ngħas (ngħas), amnesija (telf ta’ memorja), indeboliment tal-memorja (tinsa), mġieba mhux normali jew sinjali newroloġiċi oħrajn inklużi movimenti mhux ikkontrollatiolontarji jew inv. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ enċefalotapija.

L-effetti sekondarji rapportati l-aktar frekwentement huma nasofarinġite, sonnolenza (ngħas), uġigħ ta’ ras, għeja u sturdament. Fil-bidu tal-kura jew meta id-doża tiżdied effetti mhux mixtieqa bħal ngħas, għeja u sturdament jistgħu jkunu iżjed komuni. Dawn l-effetti għandhom iżda jonqsu maż- żmien.

Komuni ħafna: jista’ jaffettwa iżjed minn persuna minn 10

nażofaringite;

nagħas,uġigħ ta’ ras.

Komuni: jista' jaffettwa sa 1 f’10 persuni

anoressija (telf t’aptit);

depressjoni, ostilita` jew aggressjoni, anzjeta`, insomnja, nervożita` jew irritabilta`;

aċċessjonijiet, mard tal-bilanċ (mard tal-ekwilibru), sturdament (sensazzjoni ta’ ċaqliq), telqa (nuqqqas ta’ enerġija u entużjażmu), rogħda (tirtogħod mingħajr ma trid);

vertigo (sensazzjoni li kollox idur bik);

sogħla;

uġigħ fl-addomenu, dijareja, dispepsja (indigistjoni), rimettar, dardir;

raxx;

astenja/għajja.

Mhux komuni: jista’ jaffettwa sa 1 f’100 persuna

tnaqqis fin-numru ta’ plejtlets fid-demm, tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod fid-demm;

tnaqqis fil-piz, żieda fil-piz;

attentat ta’ suwiċidju u ħsibijiet ta’ suwiċidju, mġieba abnormali, alluċinazzjonijiet, rabja, konfużjoni, attakk ta’ paniku, instabilta` emozzjonali/tibdil fil-burdati, agitazzjoni;

amneżija (telf ta’ memorja),impediment tal- memorja (tinsa), ko-ordinazzjoni abnormali/ataxja (impediment fil-movimenti ko-ordinati), paraesteżja (tingiż), disturbi fl- attenzjoni (telf ta’konċentrazzjoni);

diplopja (viżjoni dopplja), viżjoni mċajpra;

valuri elevati/anormali f’test tal-funzjoni tal-fwied abnormali;

telf ta’ xagħar, ekżema, ħakk;

debolezza fil-muskoli, mijalġja (uġigħ fil-muskoli);

korriment.

Rari: jaffettwa sa 1 f’ 1,000 persuna

infezzjonijiet;

tnaqqis fin-numru tat-tipi kollha ta’ ċelloli tad-demm;

reazzjonijiet allerġiċi severi (DRESS, reazzjoni anafilattika [reazzjoni allerġika severa u importanti], edima ta’ Quincke [nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien u griżmejn])

tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ sodium fid-demm;

suwiċidju, mard tal-personalita` (problemi ta’ mġieba), ħsibijiet abnormali (ħsieb bil-mod, ma tistax tikkonċentra);

spażmi fil-muskoli inkontrollablili jaffetwaw ir-ras, it-torso u d-dirgħajn u r-riġlejn, diffikulta` biex tikkontrolla l-movimenti, iperkineżja (iperattivita`);

pankreatite;

insuffiċjenza tal-fwied, epatite;

malfunzjoni f’daqqa tal-kliewi;

raxx fil-ġilda, li jista’ jifforma bżieżaq u li jidher qisu targi żgħar (tikek ċentrali skuri mdawwra b’erja iżjed pallida, b’ċirku skur mat-tarf) (erythema multiforme), raxx diffuz bil- bżieżaq u ġilda li titqaxxar, partikolarrment madwar il-ħalq, mnieħer, għajnejn u l-ġenitali (sindrome ta’ Stevens-Johnson), u forma iżjed severa li tikkawża ġilda li titqaxxar f’iżjed minn 30% tal-wiċċ tal-ġilda (nekroliżi tossiku epidermali).

rabdomajoliżi (tkissir ta’ tessut tal-muskoli) u żieda assoċjata mal-krejatina phosphokinase fid-demm. Il-frekwenza hija ferm ogħla fil-pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Levetiracetam Actavis

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

M’għandekx tuża din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tkun tidher fuq il-kaxxa, it-tikketta jew il-folja, wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ebda ħtiġijiet speċjali għall-ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Levetiracetam Actavis

Is-sustanza attiva jisimha levetiracetam.

Kull pillola ta’ Levetiracetam Actavis 250 mg fiha 250 mg ta’ levetiracetam. Kull pillola ta’ Levetiracetam Actavis 500 mg fiha 500 mg ta’ levetiracetam. Kull pillola ta’ Levetiracetam Actavis 750 mg fiha 750 mg ta’ levetiracetam. Kull pillola ta’ Levetiracetam Actavis 1,000 mg fiha 1,000 mg ta’ levetiracetam.

Sustanzi oħra jinkludu:

Crospovidone, povidone, silica colloidal anhydrous, magnesium stearate, polyvinyl acohol part. hydrolyzed, macrogol 4000, talc, titanium dioxide (E171), sustanza li jagħtu l-kulur*.

*Is-sustanzi li jagħtu l-kulur huma: pllola 250 mg: Indigo carmine (E132)

pillola 500 mg: Iron oxide yellow (E172), indigo carmine (E132).

pillola 750 mg: Indigo carmine (E132), sunset yellow (E110), iron oxide red (E172).

Id-Dehra ta’ Levetiracetam Actavis u l-kontenut tal-pakkett

Levetiracetam Actavis 250 mg pilloli miksija b'rita huma ovali, blu ċar, 13.6 x 6.4 mm imnaqqxa b’ “L” fuq naħa u “250” fuq naħa oħra.

Levetiracetam Actavis 500 mg pilloli miksija b'rita huma ovali, sofor, 17.1 x 8.1 mm imnaqqxa b’ “L” fuq naħa u “500” fuq naħa oħra.

Levetiracetam Actavis 750 mg pilloli miksija b'rita huma ovali, orangjo, 19.0 x 9.3 mm imnaqqxa b’ “L” fuq naħa u “750” fuq naħa oħra.

Levetiracetam Actavis 1,000 mg pilloli miksija b'rita huma ovali, bojod, 19.0 x 10.0 mm imnaqqxa b’ “L” fuq naħa u “1000” fuq naħa oħra.

Daqsijiet ta’ pakketti

Folji: 20, 30, 50, 60, 100, 120 u 200 pillola miksija b’rita.

Folji perforati b’ doża waħda: 60 x 1 pillola miksija b’ rita (disponibbli biss għal pilloli ta’ 250 mg, 500 mg and 1,000 mg).

Kontenituri: 30, 100 u 200 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Actavis Group PTC ehf.

Reykjavikurvegur 76-78, 220 Hafnarfjordur, Islanda

Manifattur

Specifar S.A.

1, 28 Triq Octovriou, 123 51 Ag. Varvara, Ateni, Il-Greċja

Actavis hf.

Reykjavikurvegur 76-78, IS-220 Hafnarfjordur, Islanda

Tjoapack Netherlands B.V.

Nieuwe Donk 9, ETTEN-LEUR, 4879AC, Netherlands

Actavis Group PTC ehf.

Reykjavikurvegur 76-78, 220 Hafnarfjordur, Islanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Aurobindo Pharma B.V.

UAB "Sicor Biotech"

Nederland / Pays-Bas / Niederlande

Tel: +370 5 266 0203

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Актавис ЕАД

Actavis Group PTC ehf.

Teл.: +359 2 489 95 82

Islande / Island

 

Tel: +354 550 3300

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 6400

Danmark

Malta

Actavis A/S

Actavis Ltd.

Tlf: +45 72 22 30 00

Tel: +35621693533

Deutschland

Nederland

PUREN Pharma GmbH & Co. KG

Actavis Group PTC ehf.

Telefon: +49 (0)89 558909 0

IJsland

 

Tel: +354 550 3300

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Actavis Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 815 22 099

Ελλάδα

Österreich

Specifar ABEE

Actavis GmbH

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +43 (0)662 435 235 00

España

Polska

Aurovitas Spain, S.A.U.

Actavis Export Int. Ltd., Malta

Tfno.: +34 91 630 86 45

Kontakt w Polsce:

 

Tel.: (+48 22) 512 29 00

France

Portugal

Actavis Group PTC ehf.

Aurovitas, Unipessoal, Lda

Islande

Tel: +351 214 185 104

Tel: +354 550 3300

 

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Actavis Ireland Limited

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)21 4619040

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Actavis Group PTC ehf.

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o

Sími: +354 550 3300

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Actavis Group PTC ehf.

Actavis Oy

Islanda

Puh/Tel: +358 (0)9 348 233

Tel: +354 550 3300

 

Κύπρος

Sverige

A. Potamitis Medicare Ltd

Actavis AB

Τηλ: +357 22583333

Tel: +46 8 13 63 70

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Actavis UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1271 385257

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar ilmediċini

http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati