Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Lusduna (insulin glargine) – Fuljett ta’ tagħrif - A10AE04

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLusduna
Kodiċi ATCA10AE04
Sustanzainsulin glargine
ManifatturMerck Sharp

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

LUSDUNA 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

Insulin glargine

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu inkluż l-Istruzzjonijiet Dwar l-Użu tal-pinna mimlija għal-lest LUSDUNA Nexvue, qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu LUSDUNA u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża LUSDUNA

3.Kif għandek tuża LUSDUNA

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen LUSDUNA

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu LUSDUNA u għalxiex jintuża

LUSDUNA fih insulin glargine. Din hija insulina modifikata, simili ħafna għall-insulina tal-bniedem.

LUSDUNA jintuża biex jittratta d-dijabete mellitus fl-adulti, fl-adolexxenti u fit-tfal li għandhom minn sentejn ’il fuq.

Id-dijabete mellitus hija marda fejn il-ġisem tiegħek ma jipproduċix insulina biżżejjed biex tikkontrolla l-livell ta’ zokkor fid-demm. Insulin glargine jaħdem fit-tul u b’mod kostanti biex ibaxxi z-zokkor fid-demm.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża LUSDUNA

Tużax LUSDUNA

-Jekk inti allerġiku għal insulin glargine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża LUSDUNA.

Segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet għall-pożoloġija, l-monitoraġġ (tad-demm u l-awrina permezz tat- testijiet), id-dieta u l-attività fiżika (xogħol fiżiku u eżerċizzju), t-teknika tal-injezzjoni kif iddiskutejt mat-tabib tiegħek.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx wisq (ipogliċemija), segwi l-gwida għall- ipogliċemija (ara s-sezzjoni “Ipergliċemija u Ipogliċemija” fl-aħħar ta’ dan il-fuljett).

Ivvjaġġar

Qabel tivvjaġġa itlob parir mingħand it-tabib tiegħek. Inti jista’ jkollok bżonn titkellem dwar:

-id-disponibilità tal-insulina tiegħek fil-pajjiż li se żżur,

-il-provvista tal-insulina, siringi eċċ.,

-il-ħażna kif suppost tal-insulina tiegħek waqt l-ivvjaġġar,

-il-ħinijet tal-ikel u l-għoti tal-insulina waqt l-ivvjaġġar,

-l-effetti possibbli ta’ bidla għal żona ta’ ħin differenti,

-il-possibbiltà ta’ riskji ġodda għas-saħħa fil-pajjiżi li se żżur,

-x’għandek tagħmel f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza meta tħossok ma tiflaħx jew ma tkunx tiflaħ.

Meta timrad jew tweġġa’

Fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, l-immaniġġjar tad-dijabete tiegħek jista’ jkun jeħtieġ ħafna attenzjoni (per eżempju, aġġustament fid-doża tal-insulina, testijiet tad-demm u tal-awrina):

-Jekk tkun ma tiflaħx jew tweġġa’ b’mod serju il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jiżdied (ipergliċemija).

-jekk ma tkunx qed tiekol biżżejjed il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitbaxxa wisq

(ipogliċemija).

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet inti jkollok bżonn tabib. Kun ċert li tkellem tabib kmieni.

Jekk għandek dijabete tat-tip 1 (dijabete mellitus dipendenti fuq l-insulina), twaqqafx l-insulina tiegħek u kompli ħu biżżejjed karboidrati. Dejjem għid lill-persuni li qegħdin jieħdu ħsiebek jew li qegħdin jittrattawk li għandek bżonn l-insulina.

It-trattament bl-insulina jista’ jikkawża l-ġisem jipproduċi antikorpi għall-insulina (sustanzi li jaġixxu kontra l-insulina). Madankollu, f’każijiet rari ħafna biss ikollok bżonn tbiddel id-doża tiegħek tal- insulina minħabba dan.

Xi pazjenti, li kien ilhom ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u minn mard tal-qalb jew xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ittrattati b’pioglitazone (mediċina mill-ħalq kontra d-dijabete użata għat-trattament tad-dijabete mellitus tat-tip 2) u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza tal- qalb. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk ikollok sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda malajr fil-piż jew nefħa lokalizzata (edima).

Tfal

M’hemm l-ebda esperjenza bl-użu ta’ LUSDUNA fi tfal li għandhom anqas minn sentejn.

Mediċini oħra u LUSDUNA

Xi mediċini jikkawżaw tibdil fil-livell taz-zokkor fid-demm (tnaqqis, żieda jew it-tnejn li huma skont iċ-ċirkostanzi). F’kull każ, jista’ jkun meħtieġ li taġġusta d-doża tiegħek tal-insulina biex tevita livelli taz-zokkor fid-demm li jkunu baxxi wisq jew għoljin wisq. Oqgħod attent/a meta tibda jew tieqaf tieħu xi mediċina oħra.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Qabel tieħu xi mediċina staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax taffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek, u x’għandek tagħmel, jekk meħtieġ.

Mediċini li jistgħu jbaxxu l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek (ipogliċemija) jinkludu:

-l-mediċini l-oħra kollha li jittrattaw id-dijabete,

-inibituri tal-enzima li tikkonverti l-anġjotensin (ACE - angiotensin converting enzyme) (użati għat-trattament ta’ ċerti kondizzjonijiet tal-qalb jew ta’ pressjoni għolja),

-disopyramide (użat għat-trattament ta’ ċerti kondizzjonijiet tal-qalb),

-fluoxetine (użat għat-trattament tad-depressjoni),

-fibrati (użati biex ibaxxu livelli għoljin ta’ lipidi fid-demm),

-inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) (użati għat-trattaemnt tad-depressjoni),

-pentoxifylline, propoxyphene, salicylates (bħal acetylsalicylic acid, użati biex itaffu l-uġigħ u jnaqqsu d-deni),

-analogi ta’ somatostatin (bħal octreotide, użati biex jittrattaw kondizzjoni mhux komuni fejn inti tipproduċi wisq ormon tat-tkabbir),

-antibijotiċi sulphonamide.

Mediċini li jistgħu jgħollu l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek (ipergliċemija) jinkludu:

-kortikosterojdi (bħal "cortisone" użat għat-trattament tal-infjammazzjoni),

-danazol (mediċina li taħdem fuq l-ovulazzjoni),

-diazoxide (użat għat-trattament ta’ zokkor baxx fid-demm),

-dijuretiċi (użati għat-trattament ta’ pressjoni għolja jew ta’ żamma eċċessiva ta’ fluwidu),

-glukagon (ormon tal-frixa użat għat-trattament ta’ ipogliċemija severa),

-isoniazid (użat għat-trattament tat-tuberkulożi),

-estroġeni u proġestoġeni (bħal fil-pillola kontraċettiva użata għall-kontroll tat-twelid),

-derivattivi ta’ phenothiazine (użati għat-trattament ta’ disturbi psikjatriċi),

-somatropin (ormon tat-tkabbir),

-mediċini simpatomimetiċi (bħal epinephrine [adrenaline], salbutamol, terbutaline (użati għat- trattament tal-ażżma),

-ormoni tat-tirojde (użati għat-trattament ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde),

-mediċini antipsikotiċi mhux tipiċi (bħal clozapine, olanzapine),

-inibituri tal-protease (użati għat-tattament tal-HIV).

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla jew jitbaxxa jekk inti tieħu:

-imblokkaturi tar-riċetturi beta (użati għat-trattament ta’ pressjoni għolja),

-clonidine (użat għat-trattament ta’ pressjoni għolja),

-imluħa tal-lithium (użati għat-trattament ta’ disturbi psikjatriċi).

Pentamidine (użat għat-trattament ta’ xi infezzjonijiet ikkawzati minn parassiti) jista’ jikkawża ipogliċemija li xi drabi tista’ tkun segwita minn ipergliċemija.

Imblokkaturi tar-riċetturi beta bħall-mediċini oħra simpatolitiċi (bħal clonidine, guanethidine, u reserpine) jistgħu jdgħajfu jew jissoppressaw kompletament l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf l-ipogliċemija.

Jekk m’intix ċert/a jekk intix qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

LUSDUNA mal-alkoħol

Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jogħlew jew jitbaxxew jekk tixrob l-alkoħol.

Tqala u treddigħ

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tippjana li toħroġ tqila, jew jekk diġà tqila. Id-doża tiegħek tal- insulina jista’ jkun li jkollha bżonn tinbidel matul it-tqala u wara li twelled. Kontroll bl-akbar attenzjoni tad-dijabete tiegħek, u l-prevenzjoni tal-ipogliċemija, huwa importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

Jekk qed tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek minħabba li jista’ jkun li tkun teħtieġ tibdiliet fid-dożi tal- insulina u fid-dieta tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista’ tonqos jekk:

-għandek ipogliċemija (livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm),

-għandek ipergliċemija (livelli għolja ta’ zokkor fid-demm),

-għandek problemi bil-vista.

Żomm din il-problema possibbli f’moħħok f’kull sitwazzjoni fejn tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor f’riskju (bħal fis-sewqan ta’ karozza jew l-użu ta’ magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek għal parir fuq is-sewqan jekk:

-ikollok episodji spissi ta’ ipogliċemija,

-l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf l-ipogliċemija huma mnaqqsa jew neqsin kompletament.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ LUSDUNA

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol (23 mg) ta’ sodium f’kull doża, jiġifieri hija essenzjalment ‘mingħajr sodium’.

3.Kif gћandek tuża LUSDUNA

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Bidla minn insulina għal oħra

Għalkemm LUSDUNA fih l-istess sustanza attiva bħal mediċini oħra li fihom insulin glargine

300 unità/ml, dawn il-mediċini ma jistgħux jinbidlu waħda mal-oħra. Il-bidla minn terapija b’tip ta’ insulina għal oħra teħtieġ riċetta ta’ tabib, sorveljanza medika u monitoraġġ tal-glukosju fid-demm. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek għal aktar tagħrif.

Doża

Skont l-istil ta’ ħajtek u r-riżultati tat-testijiet taz-zokkor (glukosju) fid-demm tiegħek u l-użu preċedenti tiegħek tal-insulina, it-tabib tiegħek se:

-jikkalkula kemm għandek bżonn LUSDUNA kuljum u f’liema ħin trid tieħdu,

-jgħidlek meta għandek tiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek, u jekk għandekx bżonn tagħmel testijiet tal-awrina,

-jgħidlek meta jista’ jkun li jkollok bżonn tinjetta doża ogħla jew aktar baxxa ta’ LUSDUNA.

LUSDUNA huwa tip ta’ insulina li taħdem fit-tul. It-tabib tiegħek għandu mnejn jgħidlek biex tużah flimkien ma’ insulina li taħdem għal żmien qasir jew ma’ pilloli użati għat-trattament ta’ livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm.

Hemm ħafna fatturi li jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek. Għandek tkun taf liema huma dawn il-fatturi biex tkun tista’ tirreaġixxi kif suppost għal bidliet fil-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek u biex ma tħallihx jogħla wisq jew jitbaxxa wisq. Ara s-sezzjoni “Ipergliċemija u Ipogliċemija” fi tmiem ta’ dan il-fuljett.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

LUSDUNA jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal li għandhom età ta’ sentejn u aktar. Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek.

Frekwenza li biha għandu jingħata

Għandek bżonn injezzjoni waħda ta’ LUSDUNA kuljum, dejjem fl-istess ħin. Il-pinna Nexvue tagħti LUSDUNA b’żidiet ta’ unità waħda sa masssimu ta’ doża waħda ta’ 60 unità. Il-pinna fiha total ta’ 300 unità.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

LUSDUNA huwa injettat taħt il-ġilda. Tinjettax LUSDUNA ġo vina, minħabba li dan ibiddel l-azzjoni tiegħu u jista’ jikkawża ipogliċemija.

It-tabib tiegħek se jurik f’liema żona tal-ġilda għandek tinjetta LUSDUNA. Għal kull injezzjoni, biddel il-post fejn tkun taqqabt qabel fiż-żona partikulari tal-ġilda li tkun qed tuża.

Kif timmaniġġja Nexvue

Nexvue hija pinna mimlija għal-lest li tintrema wara li tintuża li fiha insulin glargine.

Aqra b’attenzjoni l-"Istruzzjonijiet Dwar l-Użu ta’ Nexvue" inklużi f’dan il-pakkett. Inti għandek tuża l-pinna kif deskritt f’dawn l-Istruzzjonjiet Dwar l-Użu.

Għandha titwaħħal labra ġdida kull darba li tintuża. Uża biss labar li huma kompatibbli biex jintużaw ma’ Nexvue (ara “Nexvue Istruzzjonijiet Dwar l-Użu”).

Għandu jsir test ta’ sigurtà qabel kull injezzjoni.

Ħares lejn l-iskartoċċ qabel ma’ tuża l-pinna. Tużax Nexvue jekk tinnota li fiha l-frak. Uża Nexvue biss jekk is-soluzzjoni hija ċara, bla kulur u qisha ilma. Tħawwadhiex u tħallathiex qabel ma tużaha.

Biex jiġi evitat tixrid possibbli ta’ mard, qatt issellef il-pinna tiegħek lil ħaddieħor. Din il-pinna qegħda biex tużaha inti biss.

Kun ċert/a li la l-alkoħol u lanqas diżinfettanti jew sustanzi oħra ma jikkontaminaw l-insulina.

Dejjem uża pinna ġdida jekk tinnota li l-kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek qed imur għall-agħar mingħajr ma jkun mistenni. Jekk taħseb li għandek problema b’Nexvue, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Pinen vojta m’għandhomx jimtlew mill-ġdid u għadhom jintremew kif suppost.

Tużax Nexvue jekk għandha l-ħsara jew mhijiex taħdem sewwa; hija għandha tintrema u għandha tintuża pinna ġdida.

Użu ta’ insulina flok oħra

Inti dejjem għandek tiċċekkja t-tikketta tal-insulina qabel kull injezzjoni biex tevita li tuża insulini oħra flok LUSDUNA.

Jekk tuża aktar LUSDUNA milli suppost

-Jekk injettajt wisq LUSDUNA, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Iċċekkja z-zokkor fid-demm tiegħek ta’ spiss. B’mod ġenerali, biex tevita l- ipogliċemija inti għandek tiekol aktar ikel u timmonitorja z-zokkor fid-demm tiegħek. Għal informazzjoni dwar it-trattament tal-ipogliċemija, ara s-sezzjoni “Ipergliċemija u Ipogliċemija” fl-aħħar ta’ dan il-fuljett.

Jekk tinsa tuża LUSDUNA

-Jekk qbiżt doża ta’ LUSDUNA jew jekk ma injettajtx biżżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Iċċekkja z-zokkor fid-demm tiegħek ta’ spiss. Għal informazzjoni dwar it-trattament tal-ipergliċemija, ara s-sezzjoni “Ipergliċemija u Ipogliċemija” fl-aħħar ta’ dan il-fuljett.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża LUSDUNA

Dan jista’ jwassal għal ipergliċemija severa (livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm) u ketoaċidożi (akkumulazzjoni ta’ aċidu fid-demm minħabba li l-ġisem jkun qiegħed jiddiżintegra x-xaħam minflok iz-zokkor). Tiqafx tieħu LUSDUNA mingħajr ma tkellem tabib, li se jgħidlek x’għandek tagħmel.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk tinnota sinjali li z-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx wisq (ipogliċemija), ħu azzjoni biex iżżid il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek minnufih (ara s-sezzjoni “Ipergliċemija u Ipogliċemija” fl- aħħar ta’ dan il-fuljett). L-ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tista’ tkun serja ħafna u hija komuni ħafna bit-trattament bl-insulina (tista’ taffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10). Zokkor baxx fid-demm ifisser li m’hemmx biżżejjed zokkor fid-demm tiegħek. Jekk il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jitbaxxa wisq, inti tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil- moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għal ħajtek. Għal aktar informazzjoni, ara s-sezzjoni “Ipergliċemija u Ipogliċemija” fl-aħħar ta’ dan il-fuljett.

Reazzjonijiet allerġiċi serji (rari, jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000) – is-sinjali jistgħu jinkludu reazzjonijiet fil-ġilda fuq skala kbira (raxx u ħakk mal-ġisem kollu), nefħa severa fil-ġilda jew fil-membrani mukużi (anġjoedima), qtugħ ta’ nifs, il-pressjoni titbaxxa b’taħbit tal-qalb mgħaġġel u ħruġ ta’ għaraq. Reazzjonijiet allerġiċi severi għall-insulini jistgħu jsiru ta’ periklu għal ħajtek. Għid tabib minnufih jekk tinduna b’sinjali ta’ reazzjoni allerġika severa.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Tibdiliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni

Jekk tinjetta l-insulina tiegħek spiss wisq fl-istess post fil-ġilda; it-tessut xaħmi taħt il-ġilda f’dan il- post jista’ jinxtorob (lipoatrofija, tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100) jew jeħxien (lipoipertrofija). L-insulina tista’ ma taħdimx sewwa. Ibdel is-sit tal-injezzjoni ma’ kull injezzjoni sabiex tgħin biex tevita dawn it-tibdiliet fil-ġilda.

Reazzjonijiet fil-ġilda u dawk allerġiċi fis-sit tal-injezzjoni

Is-sinjali jistgħu jinkludu ħmura, uġigħ qawwi mhux tas-soltu meta tinjetta, ħakk, ħorriqija, nefħa jew infjammazzjoni. Dan jista’ wkoll jinfirex madwar il-post tal-injezzjoni. Il-biċċa l-kbira tar- reazzjonijiet ħfief għall-insulini s-soltu jgħaddu kompletament fi żmien ftit jiem sa ftit ġimgħat.

Effetti sekondari rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

Reazzjonijiet fl-għajnejn

Bidla sostanzjali (titjib jew deterjorament) fil-kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek tista’ tiddisturba l- vista tiegħek b’mod temporanju. Jekk għandek retinopatija proliferattiva (marda fl-għajnejn marbuta mad-dijabete) attakki severi tal-ipogliċemija jistgħu jikkawżaw telf temporanju tal-vista.

Disturbi ġenerali

F’każijiet rari, it-trattament bl-insulina jista’ jikkaġuna wkoll akkumulazzjoni temporanja ta’ ilma fil- ġisem, b’nefħa fil-pxiexel u fl-egħkiesi.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

F’każijiet rari ħafna, jistgħu jseħħu disgewżja (disturbi fit-togħma) u majalġja (uġigħ fil-muskoli).

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ 18-il sena jew inqas huma simili għal dawk li dehru fl-adulti.

Ilmenti ta’ reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni (reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni, uġigħ fis-sit tal- injezzjoni) u reazzjonijiet fil-ġilda (raxx, urtikarja) huma rrappurtati relattivament aktar spiss fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ 18-il sena jew anqas, milli fl-adulti.

M’hemm l-ebda esperjenza fit-tfal ta’ taħt is-sentejn.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen LUSDUNA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-pinna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Pinen li mhumiex qed jintużaw

Aħżen fi friġġ (2°C 8°C). Tagħmilhomx fil-friża.

Tpoġġix LUSDUNA viċin il-kompartiment tal-friża jew pakkett tal-friża. Żomm il-pinna mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Pinen li qegħdin jintużaw

Pinen mimlija għal-lest li qegħdin jintużaw jew li qed jinġarru żejda jistgħu jinħażnu għal massimu ta’ 28 jum f’temperatura sa 30°C u ’l bogħod minn sħana diretta u dawl dirett. Il-pinna li qed tintuża jew li qed tinġarr żejda m’għandhiex tinħażen fil-friġġ. Tużahiex wara dan il-perjodu ta’ żmien.

Neħħi l-labra wara l-injezzjoni u aħżen il-pinna mingħajr il-labra. L-għatu tal-pinna għandu jitpoġġa lura fuq il-pinna wara kull injezzjoni sabiex tilqa’ mid-dawl.

Kun ċert ukoll li tneħħi l-labra qabel ma tarmi l-pinna. Il-labar m’għandhomx jerġgħu jiġu użati.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih LUSDUNA

-Is-sustanza attiva hi insulin glargine. Kull mL ta’ soluzzjoni fih 100 unità ta’ insulin glargine (ekwivalenti għal 3.64 mg). Kull pinna fiha 3 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni (ekwivalenti għal 300 unità).

-Is-sustanzi l-oħra huma: zinc chloride, metacresol, glycerol, sodium hydroxide (għall- aġġustament tal-pH) (ara sezzjoni 2 “Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ LUSDUNA”), hydrochloric acid (għall-aġġustament tal-pH) u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher LUSDUNA u l-kontenut tal-pakkett

LUSDUNA 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest huwa soluzzjoni ċara u bla kulur.

Huma disponibbli pakketti ta’ pinna 1, 5 pinen u pakkett multiplu ta’ 10 (2 x 5) pinen mimlija għal- lest. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Hertford Road

Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

Il-Manifattur

NV Organon

Molenstraat 110

5342 CC Oss

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

MSD Belgium BVBA/SPRL

UAB Merck Sharp & Dohme

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211)

Tel. + 370 5 278 02 47

dpoc_belux@merck.com

msd_lietuva@merck.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Мерк Шарп и Доум България ЕООД

MSD Belgium BVBA/SPRL

Тел.: +359 2 819 3737

Tél/Tel: +32(0)27766211

info-msdbg@merck.com

dpoc_belux@merck.com

Česká republika

Magyarország

Merck Sharp & Dohme s.r.o.

MSD Pharma Hungary Kft.

Tel: +420 233 010 111

Tel.: +36 1 888 5300

dpoc_czechslovak@merck.com

hungary_msd@merck.com

Danmark

Malta

MSD Danmark ApS

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited

Tlf: + 45 4482 4000

Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

dkmail@merck.com

malta_info@merck.com

Deutschland

Nederland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)

Tel: 0800 9999000

e-mail@msd.de

(+31 23 5153153)

 

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Norge

Merck Sharp & Dohme OÜ

MSD (Norge) AS

Tel.: +372 6144 200

Tlf: +47 32 20 73 00

msdeesti@merck.com

msdnorge@msd.no

Ελλάδα

Österreich

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 98 97 300

Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_greece@merck.com

msd-medizin@merck.com

España

Polska

Merck Sharp & Dohme de España, S.A.

MSD Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 321 06 00

Tel: +48 22 549 51 00

msd_info@merck.com

msdpolska@merck.com

France

Portugal

MSD France

Merck Sharp & Dohme, Lda

Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40

Tel: +351 21 4465700

 

clic@merck.com

Hrvatska

România

Merck Sharp & Dohme d.o.o.

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L.

Tel: + 385 1 6611 333

Tel: +40 21 529 29 00

croatia_info@merck.com

msdromania@merck.com

Ireland

Slovenija

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health)

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Limited

Tel: +386 1 5204 201

Tel: +353 (0)1 2998700

msd.slovenia@merck.com

medinfo_ireland@merck.com

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Merck Sharp & Dohme, s. r. o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: +421 2 58282010

 

dpoc_czechslovak@merck.com

Italia

Suomi/Finland

MSD Italia S.r.l.

MSD Finland Oy

Tel: +39 06 361911

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650

medicalinformation.it@merck.com

info@msd.fi

Κύπρος

Sverige

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB

Τηλ.: 800 00 673 (+357 22866700)

Tel: +46 77 5700488

cyprus_info@merck.com

medicinskinfo@merck.com

Latvija

United Kingdom

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija

Merck Sharp & Dohme Limited

Tel: + 371 67364224

Tel: +44 (0) 1992 467272

msd_lv@merck.com

medicalinformationuk@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

IPERGLIĊEMIJA U IPOGLIĊEMIJA

Dejjem ġorr miegħek xi zokkor (mill-inqas 20 gramma).

Ġorr xi informazzjoni miegħek biex turi li inti dijabetiku/a.

IPERGLIĊEMIJA (livelli għolja ta’ zokkor fid-demm)

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa għoli wisq (ipergliċemija), jista’ jkun li inti ma njettajtx insulina biżżejjed.

Għalfejn isseħħ l-iperġliċemija?

Eżempji jinkludu:

-inti ma tkunx injettajt l-insulina tiegħek jew ma tkunx injettajt biżżejjed, jew jekk din tkun saret inqas effettiva, per eżempju minħabba ħażna ħażina,

-il-pinna tal-insulina tiegħek ma taħdimx sew,

-inti qed tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu, għandek tensjoni (ansjetà emozzjonali, eċitament), jew weġġajt, għamilt operazzjoni jew għandek infezzjoni jew id-deni,

-inti qed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħra (ara sezzjoni 2, "Mediċini oħra u LUSDUNA").

Sintomi ta’ twissija tal-iperġliċemija

Għatx, żieda fil-bżonn li tagħmel l-awrina, għeja, ġilda xotta, ħmura fil-wiċċ, telf t’aptit, pressjoni baxxa, taħbit mgħaġġel tal-qalb, u glukosju u korpi tal-ketoni fl-awrina. Uġigħ fl-istonku, teħid tan- nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew anke telf mis-sensi jistgħu jkunu sinjali ta’ kondizzjoni serja (ketoaċidożi) li tiġi minn nuqqas ta’ insulina.

X’għandek tagħmel f’każ li jkollok ipergliċemija?

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u ttestja l-awrina tiegħek għall-ketoni malli jseħħ xi wieħed mis-sintomi t’hawn fuq. Ipergliċemija severa jew ketoaċidożi għandhom dejjem jiġu ttrattati minn tabib, is-soltu fi sptar.

IPOGLIĊEMIJA (livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm)

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża attakk ta’ qalb jew ħsara fil-moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għal ħajtek. Normalment għandek tinduna li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek qed jitbaxxa wisq sabiex inti tkun tista’ tieħu l-azzjonijiet li suppost.

Għaliex isseħħ l-ipoġliċemija?

Eżempji jinkludu:

-inti tinjetta wisq insulina,

-inti taqbeż l-ikliet jew teħodhom aktar tard mis-soltu,

-inti ma tikolx biżżejjed, jew tiekol ikel li fih inqas karboidrati mis-soltu (zokkor u sustanzi jixbhu z-zokkor huma msejħa karboidrati; madankollu, il-ħlewwiet artifiċjali MHUMIEX karboidrati),

-inti titlef il-karboidrati minħabba rimettar jew dijarea,

-inti tixrob l-alkoħol, b’mod partikolari jekk mintix qed tiekol ħafna,

-inti qed tagħmel aktar eżerċizzjou mis-soltu jew tip differenti ta’ attività fiżika,

-inti qed tirkupra wara li tkun weġġajt jew minn operazzjoni jew stress ieħor,

-inti qed tirkupra minn marda jew mid-deni,

-inti qed tieħu jew waqaft tieħu ċerti mediċini oħra (ara sezzjoni 2, "Mediċini oħra u LUSDUNA").

L-Ipogliċemija hija wkoll aktar probabbli li sseħħ jekk

-tkun għadek kemm bdejt it-trattament bl-insulina jew qlibt għal preparazzjoni oħra ta’ insulina (meta tibdel l-insulina tal-bażi li kellek qabel għal LUSDUNA, l-ipogliċemija, jekk isseħħ, tista’ tkun aktar probabbli li sseħħ filgħodu milli bil-lejl),

-il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kważi normali jew mhumiex stabbli,

-inti tibdel iż-żona fil-ġilda fejn inti tinjetta l-insulina (per eżempju mill-koxxa għan-naħa ta’ fuq tad-driegħ),

-inti ssofri minn mard sever tal-kliewi jew tal-fwied, jew xi mard ieħor bħal ipotirojdiżmu.

Sintomi ta’ twissija tal-ipogliċemija

Fil-ġisem tiegħek

Eżempji ta’ sintomi li juruk li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek qed jitbaxxa wisq jew qed jitbaxxa wisq malajr: għaraq, ġilda twaħħal, ansjetà, taħbit tal-qalb mgħaġġel, pressjoni għolja, palpitazzjonijiet u taħbit tal-qalb b’mod irregolari. Dawn is-sintomi ta’ spiss jiżviluppaw qabel is-sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fil-moħħ.

F’moħħok

Eżempji ta’ sintomi li jindikaw livell baxx ta’ zokkor fil-moħħ: uġigħ ta’ ras, ġuħ kbir, dardir, rimettar, għeja, ngħas, disturbi fl-irqad, nuqqas ta’ kwiet, komportament aggressiv, telf ta’ konċentrazzjoni, reazzjonijiet indeboliti, depressjoni, konfużjoni, disturbi fid-diskors, (xi drabi telf komplut tad- diskors), disturbi fil-vista, rogħda, paraliżi, jinħass tnemnim (paresteżija), jinħass titrix u tnemnim qrib il-ħalq, sturdament, ma tkunx tista’ trażżan lilek innifsek, inabbiltà li tieħu ħsieb tiegħek innifsek, aċċessjonijiet u telf mis-sensi.

L-ewwel sintomi li jwissuk li qed isseħħ l-ipogliċemija ("sintomi ta’ twissija") jistgħu jinbidlu, ikunu aktar dgħajfa jew ikunu neqsin għal kollox, jekk:

-int anzjan/a, jekk ilek tbati bid-dijabete għal żmien twil jew jekk tbati minn ċertu tip ta’ mard tas-sistema nervuża (newropatija awtonomika tad-dijabete),

-inti kellek ipogliċemija dan l-aħħar (per eżempju l-jum ta’ qabel) jew jekk din tiżviluppa bil- mod,

-inti għandek livelli ta’ zokkor fid-demm kważi normali jew, li tal-anqas, marru għall-aħjar ħafna,

-dan l-aħħar inti bdilt minn insulina li ġejja mill-annimali għal insulina li ġejja mill-bniedem bħal LUSDUNA,

-inti qed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħra (ara sezzjoni 2, "Mediċini oħra u LUSDUNA").

F’dan il-każ, inti tista’ tiżviluppa ipogliċemija severa (u anki jħossok ħażin) qabel ma tintebaħ bil- problema. Kun familjari mas-sintomi ta’ twissija tiegħek. Jekk hemm bżonn, testijiet aktar spissi għaz- zokkor fid-demm jistgħu jgħinuk biex tagħraf episodji ta’ ipogliċemija ħafifa li kieku jista’ jkun li ma kontx tinduna bihom. Jekk m’intix fiduċjuż li tagħraf is-sintomi ta’ twissija tiegħek, evita sitwazzjonijiet (bħal li ssuq karozza) fejn l-ipogliċemija tpoġġi lilek jew lill-oħrajn f’riskju.

X’għandek tagħmel jekk ikollok ipogliċemija?

1.Tinjettax l-insulina. Ħu immedjatament madwar 10 sa 20 g zokkor, bħal glukosju, dadi taz- zokkor, jew xi xarba ħelwa li fiha z-zokkor. Attent/a: Ħlewwiet artifiċjali u ikel bi ħlewwiet artifiċjali (bħal xarbiet tad-dieta) ma huma tal-ebda għajnuna biex jittrattaw l-ipogliċemija.

2.Wara kul xi ħaġa li għandha effett fit-tul li tgħolli z-zokkor fid-demm (bħal ħobż jew għaġin). Suppost it-tabib jew l-infermier tiegħek kienu iddiskutew din il-ħaġa miegħek qabel. Jista’ jdum ma jkun hemm irkupru mill-ipogliċemija minħabba li LUSDUNA jaħdem fit-tul.

3.Jekk l-ipogliċemija terġa’ tfiġġ, erġa’ ħu minn 10 sa 20 g ta’ zokkor.

4.Kellem tabib immedjatament jekk m’intix kapaċi tikkontrolla l-ipogliċemija jew jekk din terġa’ titfaċċa.

Għid lill-qrabatek, lill-ħbiebek u lill-kollegi qrib tiegħek dan li ġej:

Jekk inti ma tistax tibla’ jew jekk inti mitluf/a minn sensik, int se tkun teħtieġ injezzjoni tal-glukosju jew tal-glukagon (mediċina li tgħolli z-zokkor fid-demm). Dawn l-injezzjonijiet huma ġustifikati anki jekk mhuwiex aċċertat li inti għandek l-ipogliċemija.

Huwa rakkomandat li tittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek immedjatament wara li tieħu l- glukosju biex tiċċekkja li tassew għandek l-ipogliċemija.

Istruzzjonijiet dwar l-użu

LUSDUNA 100unità/mLsoluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest (Nexvue)

Insulin glargine

Il-labar u l-imsielaħ bl-alkoħol mhumiex inklużi.

JEKK JOGĦĠBOK AQRA DAWN L-ISTRUZZJONIJIET QABEL L-UŻU.

Informazzjoni importanti

LUSDUNA fih mediċina msejħa insulin glargine.

Jekk tuża aktar minn tip wieħed ta’ mediċina, aċċerta ruħek li għandek il-mediċina t-tajba qabel tinjetta.

It-tabib jew l-infermier tiegħek se juruk kif tuża l-pinna tiegħek. Jekk inti ma ġejtx imħarreġ/imħarrġa qabel, staqsi lit-tabib jew lill-infermier biex juruk kif tuża l-pinna tiegħek.

Dejjem waħħal labra ġdida qabel kull użu. Uża biss labar li jaqblu u jistgħu jintużaw mal-pinna tiegħek (ara s-sezzjoni “Partijiet tal-pinna” hawn taħt).

Tagħżilx id-doża u tagħfasx il-buttuna tal-injezzjoni mingħajr labra mwaħħla.

Dejjem agħmel it-test ta’ sigurtà qabel kull injezzjoni.

Din il-pinna qegħda biex tużaha inti biss. Issellifhiex lil ħaddieħor.

Jekk l-injezzjoni tiegħek tingħata minn persuna oħra, din il-persuna għandha toqgħod attenta b’mod speċjali biex tevita li tweġġa’ bil-labra u xxerred xi infezzjoni.

Qatt m’għandek tuża l-pinna jekk ikollha l-ħsara jew jekk mintix ċert/a li qed taħdem tajjeb.

Dejjem żomm pinna żejda f’każ li titlef il-pinna jew jiġrilha xi ħsara.

Huwa importanti li inti tkun taf kif l-insulina tgħinek u kif tevita l-aktar effett sekondarju komuni – zokkor baxx fid-demm (ipogliċemija), li jista’ jkun serju. Aqra dwar dan fil-Fuljett ta’ tagħrif li jkun hemm f’kull kartuna. Jekk inti għandek xi mistoqsijiet dwar din il-mediċina jew dwar id-dijabete tiegħek, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek għall-għajnuna.

Partijiet tal-pinna

għatu tal-pinna

in-naħa ta’ fuq tal-iskartoċċkorp tal-pinna

rota biex iddawwar

 

(il-labra se teħel hawn)

id-doża

 

 

Skartoċċ tal-insulina

 

tieqa tad-doża

buttuna tal-

 

 

 

injezzjoni

Din il-pinna taħdem mal-parti l-kbira tat-tipi u d-daqsijiet tal-labar tal-

 

 

pinnen bħal dawk manifatturati minn Becton, Dickinson & Company u

Din il-pinna tħallik iddawwar doża bejn unità 1 u 60 unità.

 

 

Ypsomed.

 

Jekk il-pinna ma tħallikx iddawwar id-doża sħiħa tiegħek

 

 

 

 

 

jista’ jkun li ma jkunx għad fadal insulina biżżejjed fil-pinna. Il-

 

 

pinna ma tħallikx iddawwar aktar min-numru ta’ unitajiet

għatu ta’ barra tal-labra għatu ta’ ġewwa tal-labra

labra

ta’ insulin li jkun għad fadal fil-pinna.

 

 

Kif għandek tieħu ħsieb il-pinna tiegħek

Pinen ġodda li qatt ma tkun użajt qabel:

Aħżen il-pinen fil-kaxxa tagħhom fil-friġġ (2°C- 8°C). Tagħmilhomx fil-friża. Kun ċert/a li l- pinen qegħdin bogħod mill-kompartiment tal-friża jew minn pakkett tal-friża.

Jekk il-pinna qegħda maħżuna fil-friġġ, oħroġha minn siegħa sa sagħtejn qabel ma inti tinjetta biex tħalliha tisħon. Insulina kiesħa tweġġa’ aktar biex tinjettaha.

Ladarba tkun ftaħt u tkun qed tuża l-pinna:

Tpoġġihiex lura fil-friġġ u tiffriżahiex. Inti għandek iżżommha f’temperatura ambjentali (taħt 30°C).

Żommha ’l bogħod minn sħana diretta u dawl dirett.

Inti tista’ timsaħ il-pinna minn barra b’biċċa niedja. Tpoġġix il-pinna tiegħek taħt l-ilma.

Il-pinna tiegħek tista’ tibqa’ tintuża sa 28 jum wara li tinħareġ mill-friġġ.

1.Kif tħejji ruħek

Dejjem iċċekkja li għandek il-pinna t-tajba. Jekk inti tuża aktar minn tip wieħed ta’ mediċina, kun ċert/a li għandek il-mediċina t-tajba qabel tinjetta.

Poġġi labra sterili ġdida, żewġ imsielaħ bl-alkoħol u pinna fuq wiċċ xott u nadif. Aħsel idejk qabel ma tkompli.

Exp 2015DEC13

Lot 0AB1234

Dejjem iċċekkja ż-żewġ dati!

Fuq it-tikketta ikteb id-data ta’ meta neħħejt il-pinna mill-friġġ. Tużax il-pinna tiegħek wara d-data ta’ meta tiskadi. Tużax il-pinna tiegħek jekk tkun ilha li tneħħiet mill-friġġ għal aktar minn 28 jum.

2. Ħejji għall-injezzjoni tiegħek Agħżel il-post tal-injezzjoni

L-addome, il-koxxa, jew in-naħa ta’ wara tal-parti ta’ fuq tad-driegħ, huma l-aħjar postijiet għall- injezzjoni.

Naddaf il-post tal-injezzjoni

Naddaf iż-żona b’imselħa imxarrba bl-alkoħol. Inti għandek tbiddel il-post tal-injezzjoni ma kull injezzjoni billi ssegwi l-parir tat-tabib tiegħek.

L-insulina hija ċara, bla kulur u mingħajr frak?

Iċċekkja l-insulina tiegħek

Neħħi l-għatu tal-pinna. Iċċekkja l-iskartoċċ biex taċċerta ruħek li l-insulina hija ċara, bla kulur u ma fihiex frak. Jekk mhijiex hekk, ġib pinna ġdida.

3. Waħħal labra ġdida

Naddaf in-naħa ta’ fuq tal-iskartoċċ b’imselħa mxarrba bl-alkoħol. Dan joqtol il-mikrobi li jistgħu jmarduk.

Iftaħ il-labra

Neħħi s-siġill mill-labra. Oqgħod attent li ma tħammiġx il-labra.

Imbotta l-labra fuq il-pinna

Imbotta l-labra fuq il-pinna. Żomm il-labra dritta sabiex ma tagħmilx ħsara lill-pinna jew lill-labra.

Issikka l-labra

Issikka l-kamin tal-labra fuq il-pinna biex twaħħalha.

4. Neħħi l-għotjien tal-labra

Neħħi l-għatu ta’ barra tal-labra u żommu. Inti se jerġa’ jkollok bżonnu aktar tard.

Neħħi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra u armih

L-għatu ta’ ġewwa tal-labra għandu jitneħħa qabel tinjetta d-doża. Armi l-għatu ta’ ġewwa; inti mintix se terġa’ tiġi bżonnu.

Uża labra ġdida kull darba. Dan jgħin biex inti tkun ċert/a li ħadt id-doża t-tajba tal-insulina u jnaqqas ir-riskju ta’ xi uġigħ jew mard minn mikrobi.

5. Agħmel test ta’ sigurtà

Kull darba li inti tinjetta inti teħtieġ li tagħmel test żgħir tad-doża biex taċċerta ruħek li l-pinna tiegħek

qegħda taħdem sewwa. Dan jgħin biex jiżgura li inti tieħu d-doża sħiħa tiegħek aktar il-quddiem.

Dawwar doża ta’ 2 unitajiet biex tittestja

Dawwar doża ta’ żewġ unitajiet biex tittestja billi ddawwar il-wiċċ li jdur sakemm il-linja s-sewda tipponta lejn in-numru “2”.

Tektek fuq il-pinna

Żomm il-pinna tipponta ’l fuq u tektek fuq l-iskartoċċ bil-mod ħalli xi bżieżaq tal-arja li jista’ jkun hemm jitilgħu fuq.

Agħfas biex tinjetta fl-arja

Agħfas il-buttuna tal-injezzjoni kollha kemm hi ’l ġewwa filwaqt li tipponta l-labra ’l fuq fl-arja. Iċċekkja biex tkun ċert/a li l-insulina toħroġ mill-pinna.

Irrepeti sakemm tara l-insulina

Jekk ma toħroġ l-ebda mediċina erġa’ dawwar 2 unitajiet u erġa’ agħfas il-buttuna tal-injezzjoni.

Tista’ ddum tipprova ħames darbiet. Jekk ma taħdimx, inti jkollok bżonn tipprova b’labra ġdida. Ara Pass 9 dwar kif tneħħi l-labra. Jekk ma taħdimx b’labra ġdida, inti jkollok bżonn tkellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

Agħmel test ta’ sigurtà kull darba li tinjetta. Dan jgħin biex jiġi aċċertat li inti tieħu d-doża sħiħa tal- insulina.

6. Agħżel id-doża

Inti tista’ tagħti minn unità waħda sa 60 unità f’injezzjoni waħda. Jekk il-pinna ma tħallikx iddawwar id-doża sħiħa tiegħek, jista’ jkun li ma jkunx baqa’ insulina biżżejjed fil-pinna. Jekk ikollok bżonn tinjetta aktar min-numru ta’ unitajiet li jkun għad-fadal fil-pinna, inti tista’ jew:

-tinjetta l-ammont li jkun għad fadal fil-pinna mbagħad tuża pinna ġdida biex tagħti l-kumplament tad-doża tiegħek, jew

-iġġib pinna ġdida u tinjetta d-doża sħiħa.

Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tiddeċiedi kif għandek taqsam id-doża tiegħek, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

In-numru tad-doża tiegħek jista’ jkun differenti minn dak li jidher f’dan l-eżempju. Segwi l-parir tal- persuna li tipprovdi l-kura tas-saħħa tiegħek.

Dawwar id-doża tiegħek

Dawwar id-doża tiegħek billi ddawwar il-wiċċ li jdur sakemm in-numru korrett jiġi bi dritt il-linja sewda fit-tieqa.

7. Iċċekkja d-doża

Jekk inti tagħżel id-doża l-ħażina.

Jekk dawwart doża ħażina, dawwar lura sakemm in-numru korrett jiġi bi dritt il-linja s-sewda fit-tieqa.

Erġa’ iċċekkja d-doża tiegħek!

Huwa importanti ħafna li ddawwar id-doża li rrakkomandatlek il-persuna li tieħu ħsieb il-kura tas- saħħa tiegħek. Erġa’ iċċekkja li inti ssettjajt id-doża t-tajba qabel tinjetta.

Jekk inti tkun għadek ma naddaftx il-post tal-injezzjoni tiegħek, agħmel dan issa qabel ma tinjetta.

Iċċekkja t-tieqa tad-doża...

Qabel tinjetta, kun ċert/a li inti qed tħares lejn t-tieqa tad-doża. Jeħtieġ li inti tkun qed tara t-tieqa sew matul l-injezzjoni.

8. Agħti l-injezzjoni

Daħħal il-labra

Sempliċiment daħħal il-labra kollha kemm hi fil-ġilda. Żomm il-pinna dritta, u mhux angolata jew laġenba.

Agħfas biex Tinjetta

Agħti d-doża billi tagħfas il-buttuna tal-injezzjoni sakemm tara 0 u tidher linja ħadra fit-tieqa.

Għodd sal-10 bil-mod wara li tara 0 u linja ħadra.

10 sek

Meta tgħodd sal-10 tkun qed tħalli ħin biżżejjed biex l-insulina toħroġ kollha kemm hi mill-pinna u b’hekk tkun ċert/a li inti ħadt id-doża kollha tiegħek.

9. Wara l-injezzjoni

Oqgħod attent/a li ma ttaqqabx subgħajk bil-labra.

Poġġi lura l-għatu ta’ barra tal-labra billi tagħfsu b’mod sod u użah biex iddawwar il-kamin u taqla’ l- labra minn mal-pinna.

Poġġi l-labar użati ġo kontenitur ta’ oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta li jista’ jingħalaq u ma jistax jittaqqab. Armi l-labra b’mod sikur, kif qalulek tagħmel it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Terġax tuża l-labra; armiha b’mod sikur billi ssegwi d-direzzjonijiet.

Kif taħżen il-pinna

Sempliċiment poġġi l-għatu tal-pinna lura fuq il-pinna u aħżinha mingħarj labra għall-injezzjoni li jmiss tiegħek. Għal informazzjoni dwar kif għandek tieħu ħsieb il-pinna tiegħek, ara s-sezzjoni “Kif għandek tieħu ħsieb il-pinna tiegħek”.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati