Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Marixino (Maruxa) (memantine hydrochloride) - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMarixino (Maruxa)
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturConsilient Health Ltd

Marixino1

memantina

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Marixino. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni fl-UE u l- kundizzjonijiet ta’ użu. Dan mhux maħsub biex jipprovdi konsultazzjoni prattika fuq l-użu ta’ Marixino.

Biex jiksbu informazzjoni prattika fuq l-użu ta’ Marixino, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Marixino u għal xiex jintuża?

Marixino huwa mediċina li tintuża fit-trattament ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderata sa gravi, tip ta’ dimenzja (diżordni fil-moħħ) li b’mod gradwali taffettwa l-memorja, il-kapaċità intellettwali u l- imġiba. Dan fih is-sustanza attiva memantina.

Marixino huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Marixino huwa simili għall-‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) magħrufa bħala Ebixa. Għal aktar tagħrif dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Kif jintuża Marixino?

Marixino jiġi f’pilloli ta’ 10 mg u 20 mg u jinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

It-trattament għandu jinbeda u jiġi monitorjat minn tabib li jkollu l-esperjenza fid-dijanjożi u fit- trattament tal-marda ta’ Alzheimer. It-trattament għandu jinbeda biss jekk ikun hemm persuna li tieħu ħsieb il-pazjent u li tkun tista' tikkontrolla b’mod regolari l-użu ta' Marixino mill-pazjent.

Marixino għandu jingħata darba kuljum fl-istess ħin. Bil-għan li jiġu evitati l-effetti sekondarji, id-doża ta’ Marixino tiżdied bil-mod il-mod matul l-ewwel tliet ġimgħat tat-trattament: fl-ewwel ġimgħa d-doża tkun 5 mg; fit-tieni ġimgħa titla’ għal 10 mg; u fit-tielet ġimgħa ssir 15 mg. Mir-raba’ ġimgħa ’l quddiem tingħata doża ta’ manteniment ta’ 20 mg darba kuljum. It-tolleranza u d-doża għandhom jiġu

1 Preċedentement magħrufa bħala Maruxa.

© European Medicines Agency, 2013. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

vvalutati fi żmien 3 xhur minn meta jkun inbeda t-trattament, u minn hemm ’il quddiem il-benefiċċji li jitkompla t-trattament b’Marixino għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid b'mod regolari. Jista’ jenħtieġ li titnaqqas id-doża f’pazjenti li jkollhom problemi moderati jew gravi fil-kliewi.

Għal aktar informazzjoni ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Kif jaħdem Marixino?

Is-sustanza attiva f'Marixino, il-memantina, hija mediċina kontra d-dimenzja. Il-kawża tal-marda ta’ Alzheimer mhijiex magħrufa, iżda huwa l-ipoteżi li t-telf tal-memorja fil-marda jiġi kkawżat minn disturb fit-trażmissjoni tas-sinjali fil-moħħ.

Il-memantina taħdem billi timblokka tipi speċjali ta’ riċetturi msejħa riċetturi NMDA li normalment jeħel magħhom in-newrotrażmettitur glutamat. In-newrotrażmettituri huma sustanzi kimiċi fis-sistema nervuża li jippermettu liċ-ċelluli tan-nervituri jikkomunikaw ma’ xulxin. Instabet konnessjoni bejn il- bidla fil-mod kif il-glutamat jittrażmetti s-sinjali fil-moħħ u t-telf tal-memorja osservat fil-marda ta’ Alzheimer. Barra dan, stimulazzjoni żejda tar-riċetturi NMDA tista’ tikkawża ħsara fiċ-ċelluli jew il-

mewt. Billi timblokka r-riċetturi NMDA, il-memantina ttejjeb it-trażmissjoni tas-sinjali fil-moħħ u tnaqqas is-sintomi tal-marda ta’ Alzheimer.

Kif ġie studjat Marixino?

Il-kumpanija ppreżentat dejta dwar is-solubbiltà, l-għamla kimika u l-assorbiment tal-mediċina mill- ġisem. Ma kien hemm bżonn isir l-ebda studju ieħor għax intwera li Marixino għandu kwalità kumparabbli u tqies bijoekwivalenti mal-mediċina ta’ referenza Ebixa. ‘Bijoekwivalenti’ tfisser li l- mediċini jkunu mistennija jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Marixino?

Billi Marixino huwa mediċina ġenerika u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, il-benefiċċji u r-riskji tiegħu jitqiesu l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għal xiex ġie approvat Marixino?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (is-CHMP) tal-Aġenzija kkonkluda li, skont ir-rekwiżiti tal-UE, intwera li Marixino għandu kwalità kumparabbli u huwa bijoekwivalenti għal Ebixa. Għaldaqstant il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Ebixa, il-benefiċċji huma akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Marixino ikun approvat għall-użu fl-UE.

X’miżuri qed jittieħdu biex jassiguraw l-użu sigur u effikaċi ta’ Marixino?

Fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljett ta’ tagħrif ġiet inkluża informazzoni rigward is- sigurtà ta’ Marixino, fosthom il-prekawzjonijiet xierqa li jridu jkunu segwiti mill-professjonisti fil-kura tas-saħħa u mill-pazjenti.

Tagħrif ieħor fuq Marixino

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Marixino valida fl-Unjoni Ewropea kollha fid-29 ta’ April 2013. L-isem tal-mediċina nbidel f’ Marixino fl-Fid-9 ta’ Awwissu 2013.

L-EPAR sħiħ għal Marixino jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Marixino, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ tal-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’08-2013.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati