Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Memantine Merz (memantine hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMemantine Merz
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturMerz Pharmaceuticals GmbH  

Fuljett tatagħrif: Informazzjoni għall utent

Memantine Merz 10 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Memantine Merz u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma Memantine Merz

3.Kif għandek tieħu Memantine Merz

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine Merz

6.Kontenuttal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Memantine Merz u għalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine Merz

Memantine Merz fih is-sustanza attiva memantine hydrochloride.

Memantine Merz jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja. It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Merz jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Merz jaħdem fuq dawn ir- riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine Merz

Memantine Merz jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Merz

Tieħux Memantine Merz

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal memantine hydrochloride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine Merz

-jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine Merz jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi bil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jżommlok il-funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użata għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Merz mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine Merz

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Merz jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek:

-amantadine, ketamine, dextromethorphan

-dantrolene, baclofen

-cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

-hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

-antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

-mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

-barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

-agonisti dopaminerġiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

-newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

-mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Merz

Memantine Merz ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni ħażina renali (funjonament ħażin tal-kliewi)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju, (struttura li ġġorr l-awrina) għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Treddigħ

Nisa li qed jieħdu Memantine Merz m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħel ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur. Minbarra hekk, Memantine Merz jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu Memantine Merz

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine Merz għall-adulti u pazjenti anzjani hija 20 mg darba kuljum. Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej:

ġimgħa 1

nofs pillola ta’ 10 mg

 

 

ġimgħa 2

pillola waħda ta’ 10 mg

 

 

ġimgħa 3

pillola u nofs ta’ 10mg

 

 

minn ġimgħa 4

żewġ pilloli ta’ 10 mg

’l quddiem

darba kuljum

 

 

Id-doża tas-soltu tal-bidu hija nofs pillola darba kuljum (1x5 mg) għall-ewwel ġimgħa. Din tiżdied għal pillola waħda darba kuljum (1x10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal pillola 1 u nofs darba kuljum fit-tielet ġimgħa. Mir-4 ġimgħa ’l quddiem, id-doża li ġeneralment tingħata hija ta’ 2 pilloli 1 darba kuljum (1x20 mg).

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Merz għandha tingħata b’mod orali darba kuljum Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Merz sakemm tibqa tikseb benefiċċju minnu. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l- kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Merz aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Memantine Merz m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Merz, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Merz

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Merz, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10 utenti):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100 utent):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, insuffiċjenza tal-qalb u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10,000 utent):

Aċċessjonijiet

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li hadu Memantine Merz.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Memantine Merz

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Memantine Merz wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Merz

Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride. Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 8.31 mg memantine.

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, colloidal anhydrous silica u magnesium stearate, kollha fil-qalba tal-pillola; u hypromellose, macrogol 400, titanium dioxide

(E 171) u iron oxide isfar (E 172), kollha fil-kisja tal-pillola.

Kif jidher Memantine Merz u l-kontenuti tal-pakkett:

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ Memantine Merz jiġu bħala pilloli sofor ċari għal sofor, miksijin b’rita u b’forma ovali, b’xaqq minn fejn tista’ taqsam il-pillola u mnaqqxin b’ “1-0” fuq naħa waħda u b’ “M M” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Memantine Merz jiġu f’pakketti ta’ folji b’14-il pillola, 28 pillola, 30 pillola, 42 pillola,

50 pillola, 56 pillola, 98 pillola, 100 pillola, 112 pillola. Pakketti multipli ta’840 (20 x 42) pillola, 980 (10 x 98) pillola jew 1000 (20 x 50) pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merz Pharmaceuticals GmbH

Eckenheimer Landstr. 100

D-60318 Frankfurt/Main

Il-Ġermanja.

Manifattur

Merz Pharma GmbH + Co. KGaA

Eckenheimer Landstr. 100

D-60318 Frankfurt/Main

Il-Ġermanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

 

 

 

 

Lietuva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lundbeck S.A./N.V.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

H. Abbe

Pharma GmbH

 

 

 

 

 

 

Tél/Tel: +32 2 340

 

 

 

 

Tel.: +370 52 711710

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Merz Pharmaceuticals GmbH

 

 

Hanff s.à r.l. et cie, s.e.c.s.

 

 

 

Tel.: +49 (0)69 1503 – 0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

Magyarország

Lundbeck Česká

republika s.r.o.

 

Lundbeck Hungaria Kft.

 

 

 

Tel: +420 225 275 600

 

 

 

 

 

Tel: +36 1 4369980

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Malta

Danmark

Lundbeck

Pharma A/S

 

 

 

 

Clinipharm Co. Ltd

Tlf: +45 4371 4270

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +356 21 43 74 15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

Nederland

Merz Pharmaceuticals GmbH

 

Lundbeck

B.V.

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +49 (0)69 1503 - 0

 

 

 

 

Tel: +31 20 697

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

Norge

H. Abbe Pharma GmbH

 

 

H. Lundbeck AS

 

 

 

 

 

 

Tel.: +372 6 460980

 

 

 

 

 

Tlf: +47 91 300

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

Österreich

Lundbeck

Hellas S.A.

 

 

 

Merz Pharma Austria GmbH

 

Τηλ: +30 210 610 5036

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

Polska

Merz Pharma España S.L.

 

Centrala

Farmaceutyczna CEFARM SA

Tel: +34 91 657 47 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +48 22 634 02 22

 

 

 

 

 

 

 

 

France

Portugal

Lundbeck SAS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Merz Pharma España S.L.

 

Tél: + 33 1 79

41 29 00

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +34 91 657 47 84

 

 

Hrvatska

 

 

 

 

 

 

 

 

 

România

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lundbeck

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lundbeck

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Croatia d.o.o.

Export A/S

Tel.: + 385 1 3649 210

 

 

 

 

 

Tel: +40 21319 88 26

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

Slovenija

Lundbeck

 

(Ireland) Limited

 

 

Lundbeck

Pharma d.o.o.

 

 

Tel: +353 1 468 9800

 

 

 

 

 

 

Tel.: +386 2 229 4500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

Slovenská republika

Lundbeck Export A/S, útibú á Íslandi

 

Lundbeck Slovensko

s.r.o.

Sími.: +354 414 7070

 

 

 

 

Tel: +421 2 5341 42 18

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

Suomi/Finland

Lundbeck Italia S.p.A.

 

 

Oy H. Lundbeck

 

Ab

 

 

 

Tel: +39 02 677 4171

 

 

 

Puh/Tel: +358 2 276

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Κύπρος

Sverige

Lundbeck

Hellas A.E

 

 

H. Lundbeck AB

 

 

 

 

Τηλ.: +357 22490305

 

 

Tel: +46 4225 4300

 

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

H. Abbe

Pharma GmbH

 

Lundbeck Limited

 

 

Tel.: +371 67 103203

 

 

Tel: +44 1908 64

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett tatagħrif: Informazzjoni għall utent

Memantine Merz 5 mg/għafsa soluzzjoni orali

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Memantine Merz u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma Memantine Merz

3.Kif għandek tieħu Memantine Merz

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine Merz

6.Kontenuttal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Memantine Merz u għalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine Merz

Memantine Merzfih is-sustanza attiva memantine hydrochloride.

Memantine Merz jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja. It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-methyl-D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Merz jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Merz jaħdem fuq dawn ir- riċetturi-NMDA u it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine Merz

Memantine Merz jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Merz

Tieħux Memantine Merz:

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal memantine hydrochloride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine Merz

-jekk għandek -passat mediku ta’aċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni tad-demm għolja).

Informa lit tabib biex huwa jkun jista jissorvelja bir-reqqa t-trattament tiegħek u jerga jevalwa mil-

ġdid l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine Merz fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi -kliewi), it-tabib tiegħek għandu jżommlok il-funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-tratatment tal-marda ta’ Parkinson), ketamine, (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment tintuża għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Merz mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Merz jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-dożaġġ tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek:

-amantadine, ketamine, dextromethorphan

-dantrolene, baclofen

-cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

-hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

-antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

-mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

-barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

-agonisti dopaminerġiċi ( sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

-newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

-orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Merz.

Memantine Merz ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni renali (batuta (il-kliewi ma jaħdmux tajjeb)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju, (struttura li minnha tgħaddi l-awrina) għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal- mediċina tiegħek.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Treddigħ

Nisa li qed jieħdu Memantine Merz m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine Merz jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Memantine Merz fih sorbitolDan il-prodott mediċinali fih ukoll sorbitol. Jekk it-tabib tiegħek qallek li xi tipi ta’ zokkor ma jaqblux miegħek, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali. It-tabib tiegħek għandu jagħtik il-parir dovut.

3. Kif għandek tieħu Memantine Merz

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat -tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Għafsa waħda fiha 5 mg ta’ Memantine hydrochloride.

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine Merz għall-adulti u pazjenti anzjani hija ta’ erba’ għafsiet, ekwivalenti għal 20 mg darba kuljum.

Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej:

ġimgħa 1

għafsa waħda l isfel.

 

 

ġimgħa 2

żewġ għafsiet l-isfel.

 

 

ġimgħa 3

tliet għafsiet l isfel.

 

 

minn ġimgħa 4

erba’ għafsiet l isfel.

’l quddiem

 

Id-doża tas-soltu tal-bidu hija ta’ għafsa waħda l-isfel darba kuljum (1 x 5 mg) għall-ewwel ġimgħa.

Id-doża tiżdied għal żewġ għafsiet l-isfel darba kuljum (1 x 10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal tliet għafsiet l-isfel darba kuljum (1 x 15 mg)fit-tielet ġimgħa. Mir-raba’ ġimgħa d-doża rakkomandata hija ta’ erba’ għafsiet l-isfel darba kuljum (1 x 20 mg).

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek tnaqqis tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Merz għandha tingħata b’mod orali darba kuljum. Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek, għandek tkompli tiħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Is-soluzzjoni għandha tittieħed ma’ ftit ilma. Is-soluzzjoni tista’ tittieħed ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. Għal istruzzjonijiet dettaljati dwar il-preparazzjoni u l-immaniġġjar tal-prodott, ara fl-aħħar ta’ dan il-fuljett.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Merz sakemm tibqa tikseb benefiċċju. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l-kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Merz aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Memantine Merz m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Merz, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Merz

-jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Merz, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu.

-m’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10 utenti):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100 utent):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, insuffiċjenza tal-qalb u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10,000 utent):

Aċċessjonijiet

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li hadu l-Memantine Merz.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Memantine Merz

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Memantine Merz wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-flixkun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

La darba jinfetaħ, il-kontenuti tal-flixkun għandhom jintużaw fi żmien 3 xhur.

Il-flixkun bil-pompa mwaħħla għandu jinżamm u jinġarr f’pożizzjoni vertikali biss.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekxtuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Merz

Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride.

Kull attivazzjoni tal-pompa (għafsa waħda l-isfel) tagħti 0.5 ml ta’ soluzzjoni li fiha 5 mg ta’ memantine hydrochloride ekwivalenti għal 4.16 mg ta’ memantine.

Is-sustanzi l-oħra huma: potassium sorbate, sorbitol (E 420) u ilma purifikat.

Kif jidher Memantine Merz u l-kontenuti tal-pakkett

Is-soluzzjoni orali Memantine Merz, tiġi bħala soluzzjoni ċara, bla kulur tagħti fl-isfar ċar.

Is-soluzzjoni orali Memantine Merz, tiġi fi fliexken ta’ 50 ml, 100 ml jew 10 x 50 ml.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merz Pharmaceuticals GmbH

Eckenheimer Landstr. 100

D-60318 Frankfurt/Main

Il-Ġermanja

Manifattur

Merz Pharma GmbH + Co. KGaA

Eckenheimer Landstr. 100

D-60318 Frankfurt/Main

Il-Ġermanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

 

 

 

 

Lietuva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lundbeck S.A./N.V.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

H. Abbe

Pharma GmbH

 

 

 

 

 

 

Tél/Tel: +32 2 340

 

 

 

 

Tel.: +370 52 711710

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

 

Luxembourg/Luxemburg

Merz Pharmaceuticals GmbH

 

 

Hanff s.à r.l. et cie, s.e.c.s.

 

 

 

Tel.: +49 (0)69 1503 – 0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

 

Magyarország

Lundbeck Česká

republika s.r.o.

 

Lundbeck Hungaria Kft.

 

 

 

Tel: +420 225 275 600

 

 

 

 

 

Tel: +36 1 4369980

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Malta

Danmark

 

Lundbeck

Pharma A/S

 

 

 

 

 

Clinipharm Co. Ltd

Tlf: +45 4371 4270

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +356 21 43 74 15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

 

Nederland

Merz Pharmaceuticals GmbH

 

 

Lundbeck

B.V.

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +49 (0)69 1503 - 0

 

 

 

 

 

Tel: +31 20 697

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

 

Norge

H. Abbe Pharma GmbH

 

 

 

H. Lundbeck AS

 

 

 

 

 

 

Tel.: +372 6 460980

 

 

 

 

 

 

Tlf: +47 91 300

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

 

Österreich

Lundbeck

Hellas S.A.

 

 

 

 

Merz Pharma Austria GmbH

 

Τηλ: +30 210 610 5036

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

 

Polska

Merz Pharma España S.L.

 

 

Centrala

Farmaceutyczna CEFARM SA

Tel: +34 91 657 47 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +48 22 634 02 22

 

 

 

 

 

 

 

 

 

France

 

Portugal

Lundbeck SAS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Merz Pharma España S.L.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tél: + 33 1 79 41 29 00

 

 

 

 

 

Tel: +34 91 657 47 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hrvatska

România

Lundbeck

Croatia d.o.o.

 

 

 

Lundbeck

 

Export A/S

 

 

 

 

 

Tel.: + 385 1 3649 210

 

 

 

 

 

Tel: +40 21319 88 26

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

Slovenija

Lundbeck

 

(Ireland) Limited

 

 

Lundbeck

Pharma d.o.o.

 

 

Tel: +353 1 468 9800

 

 

 

 

 

 

Tel.: +386 2 229 4500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

Slovenská republika

Lundbeck Export A/S, útibú á Íslandi

 

Lundbeck Slovensko

s.r.o.

Sími.: +354 414 7070

 

 

 

 

Tel: +421 2 5341 42 18

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

Suomi/Finland

Lundbeck Italia S.p.A.

 

 

Oy H. Lundbeck

 

Ab

 

 

 

Tel: +39 02 677 4171

 

 

 

Puh/Tel: +358 2 276

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Κύπρος

Sverige

Lundbeck

Hellas A.E

 

 

H. Lundbeck AB

 

 

 

 

Τηλ.: +357 22490305

 

 

Tel: +46 4225 4300

 

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

H. Abbe

Pharma GmbH

 

Lundbeck Limited

 

 

Tel.: +371 67 103203

 

 

Tel: +44 1908 64

 

Dan il-fuljett kienrivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Istruzzjonijiet għall-użu sewwa tal-pompa

Is-soluzzjoni m’għandiex titferragħ jew tiġi ppumpjata fil-ħalq direttament mill-flixkun jew mill- pompa. Kejjel id-doża f’mgħarfa jew f’tazza ilma permezz tal-pompa.

Neħħi t-tapp minn fuq il-flixkun:

It-tapp irid jiġi maħlul b’dawran xellugi , jinħall kompletament u jitneħħa (fig. 1).

Kif twaħħal l-pompa tad-dożaġġ mal-flixkun:

Oħroġ il-pompa tad-dożaġġ mill-borża tal-plastik (fig. 2) u poġġiha fuq il-flixkun. Żerżaq bil-mod it- tubu tal-plastik ġewwa l-flixkun. Żomm il-pompa tad-dożaġġ fuq l-għonq tal-flixkun u ssikkha b’dawran lemini sakemm tkun imwaħħla sew (fig.3). Il-pompa tad-dożaġġ għandha tiġi marbuta darba waħda biss fil-bidu tal-użu u m’għandha qatt tiġi maħlula.

Kif taħdem il-pompa tad-dożaġġ:

Ras il-pompa tad-dożaġġ għandha żewġ pożizzjonijiet u faċli biex iddawwarha:

-dawran xellugi biex tiftaħ

-dawran lemini biex issakkar.

Ras il-pompa m’għandiex tingħafas l-isfel waqt li tkun fil-pożizzjoni msakkra. Is-soluzzjoni tista’ tinħareġ biss fil-pożizzjoni miftuħa. Biex tiftaħ, dawwar ras il-pompa skont il-vleġġa sakemm ma tkunx tista’ tiddawwar aktar (madwar ottav ta’ dawra, (fig.4). Il-pompa tad-dożaġġ issa lesta għall- użu.

Kif tipprepa l-pompa tad-dożaġġ:

Meta tintuża għall-ewwel darba, il-pompa tad-dożaġġ ma tfornix l-ammont korrett tas-soluzzjoni orali. Għaldaqstant, il-pompa trid tiġi ppreparata (ikkargata) billi ras il-pompa tad-dożaġġ tingħafas kompletament għal ħames darbiet wara xulxin (fig. 5).

Is-soluzzjoni li toħroġ b’dan il-mod tintrema. Meta ras il-pompa terġa’ tingħafas l-isfel kompletament

(ekwivalenti għal għafsa waħda tal-pompa), toħroġ id-doża korretta (fig. 6).

L-użu korrett tal-pompa tad-dożaġġ:

Poġġi l-flixkun fuq wiċċ ċatt u orizzontali, per eżempju wiċċ ta’ mejda, u użah biss f’pożizzjoni wieqfa. Żomm tazza bi ftit ilma jew mgħarfa taħt iż-żennuna. Għafas ras il-pompa l-isfel b’mod ferm iżda kalm u sod - mhux bil-mod iżżejjed (fig. 7, fig. 8).

Ras il-pompa tad-dożaġġ issa tista’ titħalla u hija lesta għall-għafsa li jmiss.

Il-pompa tad-dożaġġ tista’ tintuża biss mas-soluzzjoni ta’ Memantine Merz fil-flixkun ipprovdut, mhux għal sustanzi jew reċipjenti oħra. Jekk il-pompa ma taħdimx sew, kellem lit-tabib tiegħek jew lil spiżjar. Sakkar il-pompa tad-dożaġġ wara li tuża Memantine Merz.

Fuljett tatagħrif: Informazzjoni għall utent

Memantine Merz 5 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine Merz 10 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine Merz 15 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine Merz 20 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek. biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Memantine Merz u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma

3.Kif għandek tieħu Memantine Merz

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine Merz

6.Kontenuttal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Memantine Merz u għalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine Merz

Memantine Merz fih is-sustanza attiva memantine hydrochloride.

Memantine Merz jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja. It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Merz jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Merz jaħdem fuq dawn ir- riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine Merz

Memantine Merz jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Merz

Tieħux Memantine Merz

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal memantine hydrochloride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine Merz

-jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine Merz jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi bil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jżommlok il-funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment tintuża għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Merz mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine Merz

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Merz jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek:

-amantadine, ketamine, dextromethorphan

-dantrolene, baclofen

-cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

-hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

-antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

-mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

-barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

-agonisti dopaminerġiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

-newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

-mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Merz.

Memantine Merz ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni ħażina renali (funzjonament ħażin tal-kliewi)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju, għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Treddigħ

Nisa li qed jieħdu Memantine Merz m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħel ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine Merz jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

3. Kif għandek tieħu Memantine Merz

Il-pakkett għal bidu tat-trattament ta’ Memantine Merz għandu jintuża biss fil-bidu tat-trattament b’Memantine Merz.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine Merz hija ta’ 20 mg kuljum li tintlaħaq billi tiżdided b’mod gradwali id-doża ta’ Memantine Merz matul l-ewwel tliet ġimgħat ta’ trattament. L-iskema tat- trattament hija wkoll indikata fil-pakkett tal-bidu ta’ trattament. Ħu pillola waħda kuljum.

Ġimgħa 1 (jum 1-7):

Ħu pillola miksija b’rita waħda ta’ 5 mg kuljum (bajda għal offwajt, ovali-oblong) għal 7 t’ijiem.

Ġimgħa 2 (jum 8-14):

Ħu pillola miksija b’rita waħda ta’ 10 mg kuljum (safra ċara għal safra, b’forma ovali) għal 7 t’ijiem.

Ġimgħa 3 (jum 15-21):

Ħu pillola miksija b’rita waħda kuljum ta’ 15 mg (oranġjo-griża, ovali-oblong) għal 7 t’ijiem.

Ġimgħa 4 (jum 22-28):

Ħu pillola miksija b’rita waħda kuljum ta’ 20 mg (ħamra-griża ovali-oblong) għal 7 t’ijiem.

ġimgħa 1

pillola ta’ 5 mg

 

 

ġimgħa 2

pillola ta’ 10 mg

 

 

ġimgħa 3

pillola ta’ 15 mg

 

 

minn ġimgħa 4

pillola ta’ 20 mg darba

’l quddiem

kuljum

 

 

Doża ta’ manteniment

Id-doża rakkomandata tas-soltu hija ta’ 20 mg kuljum.

Sabiex tkompli t-trattament jekk jogħġbok ikkonsulta t-tabib tiegħek.

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Merz għandha tingħata b’mod orali darba kuljum Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Merz sakemm tibqa tikseb benefiċċju minnu. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l- kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Merz aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Memantine Merz m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Merz, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Merz

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Merz, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10 utenti):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100 utent):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, insuffiċjenza tal-qalb u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10,000 utenta):

Aċċessjonijiet

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li hadu Memantine Merz.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Memantine Merz

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal .

Tużax Memantine Merz wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Merz

Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride. Kull pillola fiha 5/10/15/20 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 4.15/8.31/12.46/16.62 mg memantine.

Is-sustanzi l-oħra f’Memantine Merz 5/10/15 u 20 mg microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, colloidal anhydrous silica, magnesium stearate, li lkoll jinsabu fil-qalba tal-pillola; u hypromellose, macrogol 400, titanium dioxide (E 171) u kif ukoll, iron oxide isfar (E 172) għall-pilloli miksijin b’rita ta’ Memantine Merz 10 mg u iron oxide isfar u aħmar (E 172) għall-pilloli miksijin b’rita ta’ Memantine Merz 15 mg u Memantine Merz 20 mg, li lkoll jinsabu fil-kisja tal-pilloli.

Kif jidher Memantine Merz u l-kontenuti tal-pakkett:

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ Memantine Merz 5 mg huma bojod għal offwajt, f’għamla ovali-oblong b’intaljar ta’ ‘5’ fuq naħa waħda u intaljar ta’ ‘MEM’ fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ Memantine Merz 10 mg huma sofor ċari għal sofor, miksijin b’rita u b’forma ovali, b’xaqq minn fejn tista’ taqsam il-pillola u mnaqqxin b’ “1-0” fuq naħa waħda u b’ “M

M” fuq in-naħa Il-pillola tista’ tinqasam f’żewġ biċċiet.

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ Memantine Merz 15 mg huma oranġjo għal oranġjo griżi, ovali-oblong b’intaljar ta’ ‘15’ fuq naħa u intaljar ta’ ‘MEM’ fuq naħa oħra.

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ Memantine Merz 20 mg huma ħomor ċari għal ħomor griżi, pilloli miksijin b’rita li huma ovali-oblong b’intaljar ta’ ‘20’ fuq naħa u intaljar ta’ ‘MEM’ fuq naħa oħra.

Pakkett wieħed li jintuża biex tinbeda l-kura fih 28 pillola f’4 folji b’7 pilloli ta’ Memantine Merz 5 mg, 7 pilloli ta’ Memantine Merz 10 mg, 7 pilloli ta’ Memantine Merz 15 mg u 7 pilloli ta’ Memantine Merz 20 mg.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merz Pharmaceuticals GmbH

Eckenheimer Landstr. 100

D-60318 Frankfurt/Main

Il-Ġermanja

Manifattur

Merz Pharma GmbH + Co. KGaA

Eckenheimer Landstr. 100

D-60318 Frankfurt/Main

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

 

 

 

Lietuva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lundbeck S.A./N.V.

 

 

 

 

 

 

 

H. Abbe

Pharma GmbH

 

 

 

 

Tél/Tel: +32 2 340

 

 

 

Tel.: +370 52 711710

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Merz Pharmaceuticals GmbH

 

 

Hanff s.à r.l. et cie, s.e.c.s.

 

 

Tel.: +49 (0)69 1503 – 0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

Magyarország

Lundbeck Česká

republika s.r.o.

 

Lundbeck Hungaria Kft.

 

Tel: +420 225 275 600

 

 

Tel: +36 1 4369980

 

 

 

 

 

 

Malta

Danmark

Lundbeck

Pharma A/S

 

Clinipharm Co. Ltd

Tlf: +45 4371 4270

 

 

Tel: +356 21 43 74 15

Deutschland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nederland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lundbeck

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Merz Pharmaceuticals GmbH

 

 

B.V.

Tel: +49 (0)69 1503 - 0

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +31 20 697

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

Norge

H. Abbe Pharma GmbH

 

 

 

 

 

H. Lundbeck AS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel.: +372 6 460980

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: +47 91 300

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

Österreich

Lundbeck

 

 

Hellas S.A.

 

 

 

 

 

 

 

 

Merz Pharma Austria GmbH

 

Τηλ: +30 210 610 5036

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

Polska

Merz Pharma España S.L.

 

 

 

 

Centrala

 

Farmaceutyczna CEFARM SA

Tel: +34 91 657 47 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +48 22 634 02 22

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

France

Portugal

Lundbeck SAS

 

 

 

 

 

 

 

 

Merz Pharma España S.L.

 

 

Tél: + 33 1 79

41 29 00

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +34 91 657 47 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hrvatska

România

Lundbeck

Croatia d.o.o.

 

 

 

Lundbeck

 

Export A/S

 

 

 

 

 

 

Tel.: + 385 1 3649 210

 

 

 

 

Tel: +40 21319 88 26

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

Slovenija

Lundbeck

 

(Ireland) Limited

 

 

Lundbeck

Pharma d.o.o.

 

 

 

Tel: +353 1 468 9800

 

 

 

 

 

Tel.: +386 2 229 4500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

Slovenská republika

Lundbeck Export A/S, útibú á Íslandi

 

Lundbeck Slovensko

s.r.o.

 

Sími.: +354 414 7070

 

 

 

Tel: +421 2 5341 42 18

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

Suomi/Finland

Lundbeck Italia S.p.A.

 

Oy H. Lundbeck

 

Ab

 

 

 

Tel: +39 02 677 4171

 

 

Puh/Tel: +358 2 276

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Κύπρος

Sverige

Lundbeck

Hellas A.E

 

H. Lundbeck AB

 

 

 

 

Τηλ.: +357 22490305

 

Tel: +46 4225 4300

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

H. Abbe

Pharma GmbH

 

Lundbeck Limited

 

 

Tel.: +371 67 103203

 

 

Tel: +44 1908 64

 

Dan il-fuljett kienrivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett tatagħrif: Informazzjoni għall utent

Memantine Merz 20 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss.. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Memantine Merz u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma

3.Kif għandek tieħu Memantine Merz

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine Merz

6.Kontenuttal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Memantine Merz u għalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine Merz

Memantine Merz fih is-sustanza attiva memantine hydrochloride.

Memantine Merz jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja. It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Merz jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Merz jaħdem fuq dawn ir- riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine Merz

Memantine Merz jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Merz

Tieħux Memantine Merz

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal memantine hydrochloride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine Merz

-jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine Merz jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi bil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jżommlok il-funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użata għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Merz mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Merz jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek:

-amantadine, ketamine, dextromethorphan

-dantrolene, baclofen

-cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

-hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

-antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

-mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

-barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

-agonisti dopaminerġiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

-newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

-mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Merz.

Memantine Merz ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni ħażina renali (funzjonament ħażin tal-kliewi) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju, (struttura li ġġorr l-awrina) għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Treddigħ

Nisa li qed jieħdu Memantine Merz m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħel ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine Merz jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Memantine Merz

Dan il-prodott mediċinali fih ukoll lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li xi tipi ta’ zokkor ma jaqblux miegħek, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali. It-tabib tiegħek għandu jagħtik il-parir dovut.

3. Kif għandek tieħu Memantine Merz

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine Merz għall-adulti u pazjenti anzjani hija 20 mg darba kuljum.

Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej: Għal tittrazzjoni ’l fuq pilloli ta’ qawwiet oħra huma disponibbli.

Fil-bidu tat-trattament għandek tibda billi tuża pilloli miksija b’rita ta’ Memantine Merz 5 mg darba kuljum. Din id-doża għandha tiżdied kull ġimgħa b’5 mg sakemm id-doża (ta’ manteniment) rakkomandata tintlaħaq. Id-doża ta’ manteniment rakkomandata hi ta’ 20 mg darba kuljum, li tintlaħaq fil-bidu tar-raba’ ġimgħa.

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Merz għandha tingħata b’mod orali darba kuljum Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Merz sakemm tibqa tikseb benefiċċju minnu. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l- kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Merz aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Memantine Merz m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Merz, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Merz

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Merz, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ danil-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10 utenti):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100 utent):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, insuffiċjenza tal-qalb u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10,000 uten):

Aċċessjonijiet

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li hadu Memantine Merz.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Memantine Merz

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Memantine Merz wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestikuStaqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekxtuża . Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Merz

Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride. Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 16.62 mg memantine.

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, colloidal anhydrous silica, talc u magnesium stearate, kollha fil-qalbha tal-pillola; u hypromellose, macrogol 400, titanium dioxide (E 171), iron oxide yellow u red (E 172), kollha fil-kisja tal-pillola.

Kif jidher Memantine Merz u l-kontenuti tal-pakkett:

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Memantine Merz jiġu bħala pilloli ħomor ċari għal ħomor griżi, pilloli miksija b’rita li huma ovali-oblong b’intaljar ta’ ‘20’ fuq naħa u intaljar ta’ ‘MEM’ fuq naħa oħra.

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ Memantine Merz jiġu f’pakketti ta’ folji bi 14-il pillola, 28 pillola, 42 pillola, 56 pillola, 98 pillola. Pakketti multipli ta’840 (20 x 42) pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merz Pharmaceuticals GmbH

Eckenheimer Landstr. 100

D-60318 Frankfurt/Main

Il-Ġermanja

Manifattur

Merz Pharma GmbH + Co. KGaA

Eckenheimer Landstr. 100

D-60318 Frankfurt/Main

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

 

 

 

 

 

 

Lietuva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lundbeck S.A./N.V.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

H. Abbe

Pharma GmbH

 

 

 

 

 

 

Tél/Tel: +32 2 340

 

 

 

 

 

 

Tel.: +370 52 711710

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

 

Luxembourg/Luxemburg

Merz Pharmaceuticals GmbH

 

 

 

Hanff s.à r.l. et cie, s.e.c.s.

 

 

 

Tel.: +49 (0)69 1503 – 0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

 

Magyarország

Lundbeck Česká

republika s.r.o.

 

 

Lundbeck Hungaria Kft.

 

 

 

 

Tel: +420 225 275 600

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +36 1 4369980

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Malta

Danmark

 

Lundbeck

Pharma A/S

 

 

 

 

 

 

 

Clinipharm Co. Ltd

Tlf: +45 4371 4270

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +356 21 43 74 15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

 

Nederland

Merz Pharmaceuticals GmbH

 

 

Lundbeck

B.V.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +49 (0)69 1503 - 0

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +31 20 697

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

 

Norge

H. Abbe Pharma GmbH

 

 

 

 

H. Lundbeck AS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel.: +372 6 460980

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: +47 91 300

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

 

Österreich

Lundbeck

 

Hellas S.A.

 

 

 

 

 

 

Merz Pharma Austria GmbH

 

Τηλ: +30 210 610 5036

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

 

Polska

Merz Pharma España S.L.

 

 

 

 

 

Centrala

Farmaceutyczna CEFARM SA

Tel: +34 91 657 47 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +48 22 634 02 22

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

France

 

Portugal

Lundbeck SAS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Merz Pharma España S.L.

 

 

Tél: + 33 1 79

41 29 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +34 91 657 47 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hrvatska

 

România

Lundbeck

Croatia d.o.o.

 

 

 

Lundbeck

 

Export A/S

 

 

 

Tel.: + 385 1 3649 210

 

 

 

 

Tel: +40 21319 88 26

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

 

Slovenija

Lundbeck

(Ireland) Limited

 

 

Lundbeck

Pharma d.o.o.

 

 

Tel: +353 1 468 9800

 

 

 

Tel.: +386 2 229 4500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

 

Slovenská republika

Lundbeck Export A/S, útibú á Íslandi

 

Lundbeck Slovensko

s.r.o.

 

Sími.: +354 414 7070

 

 

Tel: +421 2 5341 42 18

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

 

 

 

 

 

 

Suomi/Finland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Oy H. Lundbeck

 

 

 

 

 

 

Lundbeck Italia S.p.A.

 

 

 

Ab

Tel: +39 02 677 4171

 

 

 

Puh/Tel: +358 2 276

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Κύπρος

Sverige

Lundbeck

Hellas A.E

 

 

H. Lundbeck AB

 

 

 

 

Τηλ.: +357 22490305

 

 

Tel: +46 4225 4300

 

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

H. Abbe

Pharma GmbH

 

Lundbeck Limited

 

 

Tel.: +371 67 103203

 

 

Tel: +44 1908 64

 

Dan il-fuljett kienrivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati