Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Memantine Mylan (memantine hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMemantine Mylan
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturGenerics [UK] Limited

Fuljett ta’ tag ħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Memantine Mylan 10 mg pilloli miksijin b’rita memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok b żonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-f uljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Memantine Mylan u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Mylan

3.Kif għandek tieħu Memantine Mylan

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine Mylan

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Memantine Mylan u g ћalxiex jintuża

Memantine Mylan fih is-sustanza attiva memantine. Jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja.

It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ.Il- moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-methyl-D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas- sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Mylan jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Mylan jaħdem fuq dawn ir-riċetturi- NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Memantine Mylan jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Mylan

Tieħux Memantine Mylan

-jekk inti allerġiku għal memantine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine Mylan

-jekk għandek storja ta’ aċċessjonijiet epilettiċi

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni tad-demm għolja).

Informa lit tabib biex huwa jkun jista jissorvelja bir-reqqa t-trattament tiegħek u jerga jevalwa mil- ġdid l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine Mylan fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi fil-kliewi), it-tabib tiegħek għandu jżommlok il- funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użat biex jikkura s- sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Mylan mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine Mylan

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt an l-aħħar jew tista’ tie ħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Mylan jista’ jibdel l- effetti tal-mediċini li ġejjin u d-dożaġġ tagħhom jista’ jkollha b żonn tinbidel mit-tabib tiegħek.

-amantadine, ketamine, dextromethorphan

-dantrolene, baclofen

-cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

-hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

-antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

-mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

-barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

-agonisti dopaminerġiċi ( sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

-

newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-mo ħħ)

-mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Mylan.

Memantine Mylan ma’ ikel u xorb

Għandek tinforma lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt jew beħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż. minn dieta normali għal dieta veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stati ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, ammont żejjed ta’ sustanzi li jiffurmaw l-a ċidu fid-demm minħabba disfunzjoni tal-kliewi (il-kliewi ma jaħdmux tajjeb)) jew infezzjonijiet severi tal- passaġġ urinarju (l-istruttura li ġġorr l-awrina), għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tal-mediċina tiegħek.Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

L-użu ta’ memantine mhux irrikkmandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Nisa li qed jieħdu Memantine Mylan m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur. Minbarra hekk, Memantine Mylan jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

3.Kif gћandek tieћu Memantine Mylan

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib ew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine Mylan għall-adulti u persuni anzjani hija ta’ 20 mg darba kuljum. Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekond arji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej:

ġimgħa 1

nofs pillola ta’ 10 mg

ġimgħa 2

pillola waħda ta’ 10 mg

ġimgħa 3

pillola waħda u nofs ta’ 10 mg

minn ġimgħa 4 ’l quddiem

żewġ pilloli waħda ta’ 10 mg

darba kuljum

Id-doża normali tal-bidu hi nofs pillola ta’ 10 mg darba kuljum (5 mg) għall-ewwel ġimgħa. Din tiżdied għal pillola waħda ta’ 10 mg darba kuljum (10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal pillola u nofs ta’ 10 mg darba kuljum fit-tielet ġimgħa. Mir-rabaġimgħa ‘l hemm, id-do ża normali hi ta’ żewġ pilloli ta’ 10 mg darba kuljum (20 mg).

Dożaġġ f’pazjenti b’tnaqqis tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek tnaqqis tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-ka ż, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Mylan għandha tingħata b’mod orali darba kuljum. Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jittieħdu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jinqasmu f’do żi indaqs u jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Mylan sakemm tibqa’ tikseb benefiċċju. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l-kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Mylan aktar milli suppost

-Ġeneralment, meta tieħu wisq Memantine Mylan m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effe tti sekondarji li jista’ jkollu”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Mylan, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok b żonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Mylan

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Mylan, stenna u ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas- soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkaw ża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini

Mhux Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, Insufiċjenza kardijaka u trombożi/tromboemboliżmu

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

Aċċessjonijiet

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn l- avvenimenti kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’ memantine hydrochloride.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tistawkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tistatgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta din il- mediċina.

5.Kif taħżen Memantine Mylan

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Mylan

-Is-sustanza attiva hi memantine. Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg ta’ memantine hydrochloride ekwivalenti għal 8.31 mg ta’ memantine.

-Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, talc u colloidal anyhdrous silica, kollha fil-qalba tal-pillola; polydextrose (E1200), hypromellose 3cP (E464), hypromellose 6cP (E464), hypromellose 50cP (E464), iron oxide isfar (E172), macrogol 400 (E1521), macrogol 8000, indigo carmine aluminium lake (E132), iron oxide red (E172), kollha fil-kisja tal-pillola.

Kif jidher Memantine Mylan u l-kontenut tal-pakkett

Pillola miksija b’rita ta’ kulur isfar skur, b’form a oblunga b’tarf ġej għal xejn xejn, bikonvessa, immarkata b’“ME” fuq in-na ħa tax-xellug tas-sinjal minn fejn tista’ taqsam u “ 10” fuq in-na ħa tal- lemin tas-sinjal minn fejn tista’ taqsam fuq naħa waħda tal-pillola u sinjal minn fejn tista’ taqsam fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola tista’ tinqasam f’do żijiet indaqs.

Memantine Mylan pilloli miksija b’rita huma disponibbli f’pakketti bil-folji ta’ 7, 10, 14, 28, 28 × 1 , 30, 42, 50, 56, 56 × 1, 60, 70, 84, 98, 98 × 1, 100 , 100 × 1 jew 112-il pillola miksija b’rita. Id-daq sijiet tal-pakketti ta’ 28 × 1, 56 × 1, 98 × 1 u 100 × 1 p illola miksija b’rita huma ppre żentati f’folji tad-do ża tal-unità.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Generics [UK] Limited

Station Close, Potters Bar, Hertfordshire EN6 1TL, Ir-Renju Unit.

Manifattur

McDermott Laboratories Ltd. T/A Gerard Laboratories

Unit 35 Baldoyle Industrial Estate, Grange Road, Dublin 13, L-Irlanda.

Mylan Hungary Kft.

H-2900 Komárom, Mylan utca. 1, L-Ungerija.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Mylan bvba/sprl

Generics [UK] Ltd

Tél/Tel: + 0032 02 658 61 00

Tel: +44 1707 853000

(Jungtinė Karalystė)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ljubomir Marcov

Mylan bvba/sprl

Teл.: +359 2 9620948 / +359 2 9620931

Tel: + 32 2 658 61 85

(Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

Mylan Pharmaceuticals.s.r.o.

Pharma-Regist Kft

Tel: +420 274 770 201

Tel: + 36 1 318 7160

Danmark

Malta

Mylan AB

George Borg Barthet Ltd.

Tlf: + 46 855 522 750

Tel: + 356 212 44205 / +356 212 44206

(Sverige)

Deutschland

Nederland

Mylan dura GmbH

Mylan BV

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Tel: + 31 33 299 7080

Eesti

Norge

Generics [UK] Ltd

Mylan AB

Tel: +44 1707 853000

Tel: + 46 855 522 750

(Ühendkuningriik)

(Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Arcana Arzneimittel GmbH

Τηλ: +30 210 993 6410 / +30 694 947 0670

Tel: +43 1 416 2418

España

Polska

Mylan Pharmaceuticals, S.L

Mylan Sp. z.o.o.

Tel: + 34 933 786 448

Tel: + 48 22 546 64 00

France

Portugal

Mylan S.A.S

Mylan, Lda.

Tel: + 33 6 88 24 60 82

Tel: + 351 21 412 72 26

Hrvatska

România

Generics [UK] Ltd

A&G Med Trading SRL

Tel: +44 1707 853000

Tel: + 233 4021 332 49 91

(Ujedinjeno Kraljevstvo)

Ireland

Slovenija

Generics [UK] Ltd.

Mylan d.o.o.

Tel: + 44 1707 853000

Tel: + 386 1 230 79 22

(United Kingdom)

Ísland

Slovenská republika

Mylan AB

Mylan s.r.o.

Tel: + 46 855 522 750

Tel: +421 2 326 04 910 / +421 917 206 274

(Svíþjóð)

Italia

Suomi/Finland

Mylan S.p.A

Mylan AB

Tel: + 39 02 612 46923

Tel: + 46 855 522 750

(Sverige/Ruotsi)

Κύπρος

Sverige

Pharmaceutical Trading Co. Ltd.

Mylan AB

Τηλ: + 357 99403969

Tel: + 46 855 522 750

Latvija

United Kingdom

Generics [UK] Ltd

Generics [UK] Ltd

Tel: +44 1707 853000

Tel: +44 1707 853000

(Lielbritānija)

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar SSSS}.

Sorsi oħra tainformazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tag ħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Memantine Mylan 20 mg pilloli miksijin b’rita memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok b żonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-f uljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Memantine Mylan u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Mylan

3.Kif għandek tieħu Memantine Mylan

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine Mylan

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Memantine Mylan u g ћalxiex jintuża

Memantine Mylan fih is-sustanza attiva memantine. Jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja.

It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ.Il- moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-methyl-D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas- sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Mylan jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Mylan jaħdem fuq dawn ir-riċetturi- NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Memantine Mylan jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Mylan

Tieħux Memantine Mylan

-jekk inti allerġiku għal memantine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine Mylan

-jekk għandek storja ta’ aċċessjonijiet epilettiċi

-jekk għandek passat mediku ta’ a ċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni tad-demm għolja).

Informa lit tabib biex huwa jkun jista jissorvelja bir-reqqa t-trattament tiegħek u jerga jevalwa mil- ġdid l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine Mylan fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi fil-kliewi), it-tabib tiegħek għandu jżommlok il- funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użat biex jikkura s- sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Mylan mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine Mylan

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt an l-aħħar jew tista’ tie ħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Mylan jista’ jibdel l- effetti tal-mediċini li ġejjin u d-dożaġġ tagħhom jista’ jkollha b żonn tinbidel mit-tabib tiegħek.

-amantadine, ketamine, dextromethorphan

-dantrolene, baclofen

-cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

-hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

-antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

-mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

-barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

-agonisti dopaminerġiċi ( sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

-

newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-mo ħħ)

-mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Mylan

Memantine Mylan ma’ ikel u xorb

Għandek tinforma lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt jew beħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż. minn dieta normali għal dieta veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stati ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, ammont żejjed ta’ sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba disfunzjoni tal-kliewi (il-kliewi ma jaħdmux tajjeb)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ urinarju (l- istruttura li ġġorr l-awrina), għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu b żonn jaġġusta d-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

L-użu ta’ memantine mhux irrikkmandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Nisa li qed jieħdu Memantine Mylan m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur. Minbarra hekk, Memantine Mylan jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

3. Kif gћandek tieћu Memantine Mylan

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib ew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine Mylan għall-adulti u persuni anzjani hija ta’ 20 mg darba kuljum. Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekond arji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej:

ġimgħa 1

nofs pillola ta’ 10 mg

ġimgħa 2

pillola waħda ta’ 10 mg

ġimgħa 3

pillola waħda u nofs ta’ 10 mg

minn ġimgħa 4 ’l quddiem

pillola waħda ta’ 20 mg darba

kuljum

Id-doża normali tal-bidu hi nofs pillola ta’ 10 mg darba kuljum (5 mg) għall-ewwel ġimgħa. Din tiżdied għal pillola waħda ta’ 10 mg darba kuljum (10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal pillola u nofs ta’

10 mg darba kuljum fit-tielet ġimgħa. Mir-raba’ ġimgħa ’l hemm, id-do ża normali hi ta’ pillola waħda ta’ 20 mg darba kuljum (20 mg).

Dożaġġ f’pazjenti b’tnaqqis tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek tnaqqis tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-ka ż, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Mylan għandha tingħata b’mod orali darba kuljum. Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jittieħdu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Mylan sakemm tibqa’ tikseb benefiċċju. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l-kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Mylan aktar milli suppost

-Ġeneralment, meta tieħu wisq Memantine Mylan m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effe tti sekondarji li jista’ jkollu”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Mylan, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok b żonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Mylan

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Mylan, stenna u ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas- soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkaw ża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini

Mhux Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, Insufiċjenza kardijaka u trombożi/tromboemboliżmu

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

Aċċessjonijiet

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn l- avvenimenti kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’ memantine hydrochloride.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tistawkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tistatgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta din il- mediċina.

5. Kif taħżen Memantine Mylan

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Mylan

-Is-sustanza attiva hi memantine. Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg ta’ memantine hydrochloride ekwivalenti għal 16.62 mg ta’ memantine.

-Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, talc u colloidal anyhdrous silica, kollha fil-qalba tal-pillola; polydextrose (E1200), hypromellose 3cP (E464), hypromellose 6cP (E464), hypromellose 50cP (E464), iron oxide red (E172), macrogol 400 (E1521), macrogol 8000, kollha fil-kisja tal-pillola.

Kif jidher Memantine Mylan u l-kontenut tal-pakkett

Pillola miksija b’rita ta’ kulur a ħmar, b’tarf ġej għal xejn xejn, bikonvessa, immarkata b’“ME” fuq naħa waħda tal-pillola u “20” fuq in-na ħa l-oħra.

Memantine Mylan pilloli miksija b’rita huma disponibbli f’pakketti bil-folji ta’ 7, 10, 14, 28, 28 × 1 , 30, 42, 50, 56, 56 × 1, 60, 70, 84, 98, 98 × 1, 100 , 100 × 1 jew 112-il pillola miksija b’rita. Id-daq sijiet tal-pakketti ta’ 28 × 1, 56 × 1, 98 × 1 u 100 × 1 p illola miksija b’rita huma ppre żentati f’folji tad-do ża tal-unità.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Generics [UK] Limited

Station Close, Potters Bar, Hertfordshire EN6 1TL, Ir-Renju Unit.

Manifattur

McDermott Laboratories Ltd. T/A Gerard Laboratories

Unit 35 Baldoyle Industrial Estate, Grange Road, Dublin 13, L-Irlanda.

Mylan Hungary Kft.

H-2900 Komárom, Mylan utca. 1, L-Ungerija.

Generics [UK] Limited

Station Close, Potters Bar, Hertfordshire EN6 1TL, Ir-Renju Unit.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Mylan bvba/sprl

Generics [UK] Ltd

Tél/Tel: + 0032 02 658 61 00

Tel: +44 1707 853000

(Jungtinė Karalystė)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ljubomir Marcov

Mylan bvba/sprl

Teл.: +359 2 9620948 / +359 2 9620931

Tel: + 32 2 658 61 85

(Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

Mylan Pharmaceuticals.s.r.o.

Pharma-Regist Kft

Tel: +420 274 770 201

Tel: + 36 1 318 7160

Danmark

Malta

Mylan AB

George Borg Barthet Ltd.

Tlf: + 46 855 522 750

Tel: + 356 212 44205 / +356 212 44206

(Sverige)

Deutschland

Nederland

Mylan dura GmbH

Mylan BV

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Tel: + 31 33 299 7080

Eesti

Norge

Generics [UK] Ltd

Mylan AB

Tel: +44 1707 853000

Tel: + 46 855 522 750

(Ühendkuningriik)

(Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Arcana Arzneimittel GmbH

Τηλ: +30 210 993 6410 / +30 694 947 0670

Tel: +43 1 416 2418

España

Polska

Mylan Pharmaceuticals, S.L

Mylan Sp. z.o.o.

Tel: + 34 933 786 448

Tel: + 48 22 546 64 00

France

Portugal

Mylan S.A.S

Mylan, Lda.

Tel: + 33 6 88 24 60 82

Tel: + 351 21 412 72 26

Hrvatska

România

Generics [UK] Ltd

A&G Med Trading SRL

Tel: +44 1707 853000

Tel: + 233 4021 332 49 91

(Ujedinjeno Kraljevstvo)

Ireland

Slovenija

Generics [UK] Ltd.

Mylan d.o.o.

Tel: + 44 1707 853000

Tel: + 386 1 230 79 22

(United Kingdom)

Ísland

Slovenská republika

Mylan AB

Mylan s.r.o.

Tel: + 46 855 522 750

Tel: +421 2 326 04 910 / +421 917 206 274

(Svíþjóð)

Italia

Suomi/Finland

Mylan S.p.A

Mylan AB

Tel: + 39 02 612 46923

Tel: + 46 855 522 750

(Sverige/Ruotsi)

Κύπρος

Sverige

Pharmaceutical Trading Co. Ltd.

Mylan AB

Τηλ: + 357 99403969

Tel: + 46 855 522 750

Latvija

United Kingdom

Generics [UK] Ltd

Generics [UK] Ltd

Tel: +44 1707 853000

Tel: +44 1707 853000

(Lielbritānija)

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar SSSS}.

Sorsi oħra tainformazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati