Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Methylthioninium chloride Proveblue (methylthioninium chloride) - V03AB17

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMethylthioninium chloride Proveblue
Kodiċi ATCV03AB17
Sustanzamethylthioninium chloride
ManifatturProvepharm SAS

Id-doża normali għall-adulti u għat-tfal li għandhom aktar minn tliet xhur hija ta’ 1 jew 2 mg għal kull (kg) tal-piż tal-ġisem. Tista’ tingħata doża ripetuta siegħa wara l-ewwel doża jekk is-sintomi jippersistu jew jerġgħu jitfaċċaw, jew jekk il-livell ta’ metemoglobina fid-demm jibqa’ ogħla min-normal.

Id-doża fit-tfal li għandhom tliet xhur jew inqas hija ta’ 0.3 sa 0.5 mg/kg. Huma wkoll jistgħu jingħataw doża ripetuta wara siegħa.

Kif jaħdem il-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue?

Biex iġġorr l-ossiġenu fid-demm, l-emoglobina teħtieġ li jkollha atomu tal-ħadid fil-forma ‘ferruża’ (Fe2+). Esponiment għal ċerti mediċini jew kimiki jista’ jikkawża lill-ħadid fl-emoglobina sabiex jinbidel fil-forma ‘ferrika’ (Fe3+) kif jidher fil-metemoglobinemija li hija inqas kapaċi ġġorr l-ossiġenu.

Is-sustanza attiva fil-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue, (imsejħa wkoll metelen blu) tgħin biex tgħaġġel il-konverżjoni tal-emoglobina anormali lura għall-emoglobina normali. Hija tagħmel dan billi taċċetta l-partikoli tal-elettroni b’ċarġ negattiv permezz ta’ enzima li tissejjaħ ‘NADPH metemoglobinemija riduttażi’. Imbagħad, l-elettroni jiġu ttrasferti lejn l-atomi tal-ħadid fl-emoglobina anormali, u taqlibhom fil-forma ferruża normali.

X’inhuma l-benefiċċji tal-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue li ħarġu mill- istudji?

Minħabba li l-klorur tal-metiltijoninju kien jintuża fl-Unjoni Ewropea għal diversi deċennji biex jikkura l- metemoglobinemija, il-kumpanija ppreżentat data dwar l-użu tiegħu minn letteratura ppubblikata, li kkonfermat li l-klorur tal-metiltijoninju huwa effettiv fil-kura tal-metemoglobinemija li ġiet ikkawżata minn esponiment għal mediċina jew għal kimika fl-adulti u t-tfal.

X’inhuma r-riskji assoċjati mal-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni bil-klorur tal-metiltijoninju huma sturdament, parestesija

(sensazzjonijiet rari bħal 'pinnijiet u labar') disgweżja (disturbi fit-togħma), nawżja (tħossok ma tiflaħx), skulurazzjoni tal-ġilda, chromaturia (kolorazzjoni anormali tal-awrina), għaraq u wġigħ fis-sit tal-injezzjoni jew fid-dirgħajn u r-riġlejn. Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji kollha rrapportati bil- klorur tal-metiltijoninju, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Il-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue ma għandux jintuża f’persuni li huma ipersensittivi (allerġiċi) għall-klorur tal-metiltijoninju, jew għal xi wieħed mill-kuluri thiazine (il-grupp li minnu jagħmel parti l- klorur tal-metiltijoninju). Ma għandux jintuża f’pazjenti bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

nuqqas ta’ nuqqas ta' deidroġenażi fosfat-6 tal-glukożju (G6PD),

metemoglobinemija kkawżata minn nitrit matul il-kura tal-avvelenament biċ-ċjanur,

metemoglobinemija kkawżata minn avvelenament bil-klorat,

nuqqas fl-enzima NADPH riduttażi.

Għaliex ġie approvat il-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue?

Il-Kumitat ikkonkluda li l-esperjenza twila bis-sustanza attiva, klorur tal-metiltijoninju, turi li huwa effettiv fil-kura ta’ metemoglobinemija. Is-CHMP iddeċieda li l-benefiċċji tal-mediċina huma akbar mir- riskji tagħha u rrakkomanda li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

X’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effikaċi tal-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue?

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-prekawzjonijiet li għandhom jiġu segwiti mill-professjonisti fil-qasam tal- kura tas-saħħa u mill-pazjenti għall-użu sigur u effettiv ta' Methylthioninium chloride Proveblue ġew inklużi fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u fil-fuljett ta' tagħrif.

Informazzjoni oħra dwar il-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue valida fl-Unjoni Ewropea kollha fis-6 ta' Mejju 2011.

L-EPAR sħiħ għall-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue jista’ jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Għal aktar informazzjoni dwar kura bil-Klorur tal-metiltijoninju Proveblue, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill- EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’10-2016.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati