Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Methylthioninium chloride Proveblue (methylthioninium chloride) – Fuljett ta’ tagħrif - V03AB17

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMethylthioninium chloride Proveblue
Kodiċi ATCV03AB17
Sustanzamethylthioninium chloride
ManifatturProvepharm SAS

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Methylthioninium chloride Proveblue 5 mg/ml soluzzjoni għal injezzjoni

Methylthioninium chloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Methylthioninium chloride Proveblue u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Methylthioninium chloride Proveblue

3.Kif għandu jingħata Methylthioninium chloride Proveblue

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Methylthioninium chloride Proveblue

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Methylthioninium chloride Proveblue u għalxiex jintuża

Il-methylthioninium chloride (li jissejjaħ ukoll methylene blue) jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antidoti.

Methylthioninium chloride Proveblue jingħata lilek jew lit-tifel/tifla tiegħek (0-17-il sena) għall-kura ta’ problemi fid-demm ikkawżati minn espożizzjoni għal ċerti mediċini jew kimiċi li jistgħu jikkawżaw marda li tissejjaħ metemoglobinemija.

Fil-metemoglobinemija, id-demm tiegħek ikun fih metemoglobina żejda (forma mhux normali ta’ emoglobina li mhijiex kapaċi tittrasporta l-ossiġnu madwar il-ġisem b’mod effettiv). Din il-mediċina tgħin lill-emoglobina tiegħek tiġi lura għan-normal u tibda mill-ġdid it-trasport tal-ossiġnu fid-demm.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Methylthioninium chloride Proveblue

M’għandekx tingħata Methylthioninium chloride Proveblue:

-jekk inti allerġiku/a għal methylthioninium chloride jew kuluri thiazine oħrajn

-jekk ġismek ma jipproduċix biżżejjed enzima G6PD (glucose-6-phosphate dehydrogenase)

-jekk ġismek ma jipproduċix biżżejjed enzima NADPH (nicotinamide adenine dinucleotide phosphate) reductase

-jekk id-disturb fid-demm tiegħek kien ikkawżat min nitrite waqt it-trattament ta 'avvelenament b'cyanide

-jekk id-disturb fid-demm tiegħek kien ikkawżat minn avvelenament tal-klorat.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek qabel tuża Methylthioninium chloride Proveblue

-jekk għandek mard tal-kliewi moderat jew sever; jistgħu jkunu meħtieġa dożi aktar baxxi (< 1 mg/kg)

-jekk id-disturb fid-demm tiegħek kien ikkawżat minn kimika li tissejjaħ anilina, li tinsab fil- kuluri; jistgħu jkunu meħtieġa dożi aktar baxxi u d-doża kumulattiva totali m’għandhiex taqbeż l-4 mg/kg (ara sezzjoni 3 ta’ dan il-fuljett ta’ tagħrif)

-jekk id-disturb fid-demm tiegħek kien ikkawżat minn mediċina msejħa dapsone (użata għall- kura tal-lebbra jew kondizzjonijiet oħrajn fil-ġilda); jistgħu jkunu meħtieġa dożi aktar baxxi u d- doża kumulattiva totali m’għandhiex taqbeż l-4 mg/kg (ara sezzjoni 3)

-jekk inti tbati minn ipergliċemija jew dijabete mellitus, minħabba li dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jaggravaw bis-soluzzjoni ta’ glukożju użata għad-dilwizzjoni tal-mediċina

-l-awrina u l-ippurgar tiegħek jistgħu jsiru ta’ lewn blu fl-aħdar; u l-ġilda tista’ ssir ta’ lewn blu meta tingħata l-kura b’Methylthioninium chloride Proveblue. Din il-bidla fil-kulur hija mistennija u tgħib wara li jintemm it-trattament

Jekk xi waħda minn dawn li ssemmew hawn fuq tapplika għalik, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek.

Testijiet ta’ sorveljanza

Isirulek testijiet ta’ sorveljanza waqt u wara t-trattament b’Methylthioninium chloride Proveblue.

Tfal

Għandha tingħata attenzjoni speċjali b’Methylthioninium chloride Proveblue:

-fi trabi ta’ twelid u trabi ta’ 3 xhur jew iżgħar, huma rakkomandati dożi aktar baxxi (ara sezzjoni 3 ta’ dan il-fuljett ta’ tagħrif).

Mediċini oħra u Methylthioninium chloride Proveblue

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tingħata Methylthioninium chloride Proveblue fl-istess waqt li tkun qed tieħu ċerti mediċini għall-kura tad-depressjoni jew l-ansjetà li jaffettwaw kimika fil-moħħ li tissejjaħ serotonina. Mediċini bħal dawn jinkludu:

Inibituri selettivi ta’ teħid mill-ġdid tas-serotonina (selective serotonin reuptake inhibitors - SSRIs) bħal citalopram, escitalopram, fluoxetine, fluvoxamine, paroxetine, sertraline u zimelidine

bupropion

buspirone

clomipramine

mirtazapine

venlafaxine.

Madankollu, jekk l-użu minn ġol-vini ta’ Methylthioninium chloride ma jistax ikun evitat, inti għandek tingħata l-iżgħar doża possibbli u titqiegħed taħt osservazzjoni mill-qrib għal madwar 4 sigħat wara l-għoti.

Jekk għandek xi dubji dwar jekk din il-mediċina għandhiex tingħatalek jew le, kellem lit-tabib tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

L-użu ta’ Methylthioninium chloride Proveblue waqt it-tqala mhuwiex rakkomandat sakemm ma jkunx meħtieġ b’mod ċar, pereżempju f’sitwazzjoni ta’ periklu għall-ħajja.

Minħabba nuqqas ta’ dejta disponibbli dwar jekk methylthioninium chloride jgħaddix fil-ħalib tas- sider tal-bniedem, it-treddigħ għandu jitwaqqaf sa 8 ijiem wara t-trattament b’din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni minħabba li methylthioninium chloride għandu xi ftit effett fuq l-abbiltà li ssuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandu jingħata Methylthioninium chloride Proveblue

It-tabib tiegħek jinjetta din il-mediċina ġo vina bil-mod fuq perjodu ta’ 5 minuti.

Adulti, tfal ikbar minn 3 xhur u anzjani

Id-doża normali hija 1 sa 2 mg għal kull kilogramma tal-piż tal-ġisem tiegħek, jiġifieri 0.2 sa 0.4 ml għal kull kilogramma mogħtija fuq perjodu ta’ 5 minuti. Tista’ tingħata doża oħra wara siegħa jekk ikun meħtieġ.

Id-doża kumulattiva massima rakkomandata għall-kors tat-trattament hija ta’ 7 mg/kg.

Jekk id-disturb fid-demm tiegħek kien ikkawżat mill-anilina jew mid-dapsone, id-doża kumulattiva totali m’għandhiex taqbeż l-4 mg/kg (ara sezzjoni 2).

Normalment, it-trattament ma jdumx aktar minn jum.

Trabi ta’ 3 xhur jew iżgħar

Id-doża rakkomandata hija ta’ 0.3 sa 0.5 mg/kg piż tal-ġisem, jiġifieri 0.06 sa 0.1 ml/kg, fuq perjodu ta’ 5 minuti.

Doża ripetuta (0.3 sa 0.5 mg/kg piż tal-ġisem, jiġifieri 0.06-0.1 ml/kg) tista’ tingħata wara siegħa f’każ ta’ sintomi persistenti jew rikorrenti. Normalment, it-trattament m’għandux idum aktar minn jum.

Din il-mediċina tista’ tkun dilwita f’soluzzjoni għal injezzjoni ta’ 50 ml glukożju 50 mg/ml (5%) biex ikun evitat l-uġigħ lokali, b’mod partikolari fit-tfal.

Jekk tingħata Methylthioninium chloride Proveblue aktar milli suppost

Minħabba li din il-mediċina tingħatalek waqt li tkun l-isptar, mhuwiex probabbli li tingħata żżejjed jew in-nieqes, madankollu, kellem lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi reazzjoni avversa minn dawn li ġejjin:

-tħossok ma tiflaħx,

-uġigħ fl-istonku,

-uġigħ fis-sider,

-sturdament,

-uġigħ ta’ ras,

-għaraq,

-konfużjoni,

-żieda fil-metemoglobina (forma mhux normali ta’ emoglobina fid-demm),

-pressjoni għolja tad-demm,

-qtugħ ta’ nifs,

-taħbit mgħaġġel mhux normali tal-qalb,

-rogħda,

-bidla fil-kulur tal-ġilda. Il-ġilda tiegħek tista’ ssir blu

-tnaqqis fiċ-ċelloli ħomor tad-demm li jista’jagħmillek il-ġilda pallida u jagħmlek dgħajjef u jaqtagħlek nifsek,

-suffejra (sfurija tal-ġilda u tal-għajnejn), din ġiet irrapportata biss fit-trabi.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Dawn l-effetti huma l-istess fl-adulti u fit-tfal ħlief għas-suffejra li ġiet irrapportata biss fit-trabi.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10)

-uġigħ fl-estremitajiet

-sturdament

-għorieq

-tibdil fil-kulur tal-ġilda. Il-ġilda tiegħek tista’ ssir blu

-awrina blu jew ħadra

-tarrix u tnemnin

-togħma abnormali fil-ħalq

-dardir

Effetti sekondarji komuni ( jistgħu jaffettwaw minn persuna 1 f’10)

-uġigħ fl-istonku

-uġigħ fis-sider

-uġigħ ta’ ras

-ansjetà

-uġigħ fis-sit tal-injezzjoni

-remettar

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli)

-livell imnaqqas t’emoglobina (proteina fiċ-ċelluli ħomor tad-demm li jġorru l-ossiġenu fid- demm) għandu mnejn jiġi rapportat waqt it-testijiet tad-demm

-tnaqqis fiċ-ċelluli l-ħomor tad-demm li jista’ jibdel il-kulur tal-ġilda għal pallida u jagħmilha diffiċli tieħu n-nifs u dgħajjef.

-ħsara lit-tessut lokali fis-sit tal-injezzjoni

-suffejra (il-ġilda u u l-għajnejn jisfaru) – din ġiet rapportata biss fi trabi

-problemi fit-tħaddid

-pressjoni għolja jew baxxa

-aġitazzjoni

-nuqqas t’ossiġenu

-qalb tħabbat b’mod irregolari, li jinkludi qalb li tħabbat b’mod abnormali bil-mod jew bil-qawwi

-reazzjonijiet allerġiċi severi (dawk magħrufa bħala reazzjonijiet anafilattiċi li jistgħu jikkaġunaw lil griżmejk jew li wiċċek jintefaħ, jikkaġunaw diffikultà biex tieħu n-nifs jew ikollok raxx sever)

-żieda fl-metaemoglobina (għamla abnormali ta’ emoglobina fid-demm)

-nuqqas ta’ nifs

-konfużjoni

-rogħda

-ħorrieqija

-deni

-nifs mgħaġġel

-mimmi mwassa’

-ippurgar skolorat. Jistgħu jidhru ħodor jew blu

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Methylthioninium chloride Proveblue

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

M’għandekx tingħata din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza stampata fuq il-kartuna, fuq it-tikketti fuq il-folja u fuq l-fjala wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. It- tabib jew l-infermier jivverifika li d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta ma tkunx għaddiet qabel ma jagħtik l-injezzjoni.

Tagħmlux fil-friġġ jew friża. Żomm l-l-fjala fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Il-mediċina għandha tintuża minnufih wara li tinfetaħ jew wara d-dilwizzjoni.

Tużax Methylthioninium chloride Proveblue jekk is-soluzzjoni tkun bla kulur, imdardra, jew jekk ikun fiha xi materjal jew frak.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema skont ir-rekwiżiti lokali.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Methylthioninium chloride Proveblue

Is-sustanza attiva hija methylthioninium chloride.

Kull ml tas-soluzzjoni fih 5 mg methylthioninium chloride.

Kull fjal ta’ 10 ml fiha 50 mg methylthioninium chloride.

Kull fjal ta’ 2 ml fiha 10 mg methylthioninium chloride.

Is-sustanza l-oħra hija l-ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Methylthioninium chloride Proveblue u l-kontenuti tal-pakkett

Methylthioninium chloride Proveblue soluzzjoni għal injezzjoni (injezzjoni) ċara ta’ lewn blu skur u tiġi pprovduta f’ampulli tal-ħġieġ ċari.

Kull kaxxa fiha trej b’5 fjali ta’ 10 ml. Kull kaxxa fiha trej b’5 fjali ta’ 2 ml. Kull kaxxa fiha trej b’20 fjali ta’ 2 ml.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Provepharm SAS

22 rue Marc Donadille, 13013 Marseille, Franza

Manifattur

Pierrel S.p.A.

s.s. Appia 7 bis, 46/48, 81043 Capua, Italja

Cenexi

52, Rue Marcel et Jacques Gaucher, 94120 Fontenay-sous-Bois, Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Lamepro B.V.

Provepharm SAS

Tél/Tel: + 31 (0) 76-5600030

Tel: +33 (0)4 91 08 69 30

България

Luxembourg/Luxemburg

 

Provepharm SAS

Lamepro B.V.

Teл.: + 33 (0)4 91 08 69 30

Tél/Tel: + 31 (0) 76-5600030

Česká republika

Magyarország

Provepharm SAS

Mediwings Pharma Kft.

Tel: + 33 (0)4 91 08 69 30

Tel.: + 36 28 410 463

Danmark

Malta

Pharmanovia A/S

Provepharm SAS

Tlf: + 45 33 33 76 33

Tel: + 33 (0)4 91 08 69 30

Deutschland

Nederland

Dr. Franz Köhler Chemie GmbH

Lamepro B.V

Tel: + 31 (0) 76-5600030

Eesti

Norge

Provepharm SAS

Pharmanovia A/S

Tel: + 33 (0)4 91 08 69 30

Tlf: + 45 33 33 76 33

Ελλάδα

Österreich

a VIPharma International AE

H.S. Pharma

Τηλ: + 30-210-6194170

Tel: + 43 (1) 803 89 90

España

Polska

Laboratorios Farmacéuticos ROVI

Provepharm SAS

Tel: + 34 913756230

Tel.: + 33 (0)4 91 08 69 30

France

Portugal

Medac

Labesfal - Laboratórios Almiro

Tél: + 33 (0)4 37 66 14 70

Tel: + 351 232 831100

Hrvatska

România

Provepharm SAS

Dynamic Medical Solutions

Tel: + 33 (0)4 91 08 69 30

Tel: + 40 (0)725596648

Ireland

Slovenija

Martindale Pharmaceuticals Ltd

Lenis farmacevtika d.o.o.

Tel: + 44 (0)1277 266600

Tel: + 386 (8) 387-3783

Ísland

Slovenská republika

Pharmanovia A/S

Provepharm SAS

Sími: + 45 33 33 76 33

Tel: + 33 (0)4 91 08 69 30

Italia

Suomi/Finland

Medac Pharma S.r.l.

Pharmanovia A/S

Tel: + 39 06 51 59 121

Puh/Tel: + 45 33 33 76 33

Κύπρος

Sverige

Isangen Pharma Cyprus Ltd

Pharmanovia A/S

Τηλ: + 357-24-638833

Tel: + 45 33 33 76 33

Latvija

United Kingdom

Provepharm SAS

Martindale Pharmaceuticals Ltd

Tel: + 33 (0)4 91 08 69 30

Tel: + 44 (0)1277 266600

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

<--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:

Taħlita għall-għoti fil-vini

Użaha minnufih kif tiftaħha. Injetta bil-mod ħafna fuq perjodu ta’ 5 minuti.

Methylthioninium chloride Proveblue huwa ipotoniku u jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni għal injezzjoni ta’ 50 ml glukożju 50 mg/ml (5%) biex tevita l-uġigħ lokali, b’mod partikolari fil-popolazzjoni pedjatrika.

Għandu jiġi dilwit ma’ soluzzjoni għal injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) għaliex intwera li l-klorur inaqqas is-solubbiltà ta’ methylthioninium chloride.

Aktar tagħrif dwar kif jista’ jingħata Methylthioninium chloride Proveblue huwa pprovdut f’sezzjoni 3 ta’ dan il-Fuljett ta’ Tagħrif.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema skont ir-rekwiżiti lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati