Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Modigraf (tacrolimus) – Fuljett ta’ tagħrif - L04AD02

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaModigraf
Kodiċi ATCL04AD02
Sustanzatacrolimus
ManifatturAstellas Pharma Europe B.V.

Fuljett tatagħrif: informazzjoni għal min qed jagħmel użu minnu

Modigraf 0.2 mg granijiet gћal suspensjoni orali

Modigraf 1 mg granijiet gћal suspensjoni orali

Tacrolimus

Aqra sew dan-il fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina għax fih tagħrif importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’gћandekxtgћaddiha lil persuni oћra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta 'mard bħal tiegħek.

Jekk xi xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhuwiex imsemmijin f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4

X`hemm f’dan il-fuljett:

1.X’inhu Modigraf u għalxiex jintuża

2.Dak li għandek bżonn tkun taf qabel ma tieħu il-Modigraf

3.Kif għandek tieħu Modigraf

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen modigraf

6.Kontenuti tal-pakkett u aktar tagħrif

1.X’inhu modigraf u għalxiex jintuża.

Modigraf fih is-sustanza attiva tacrolimus. Huwa immunosuppressant. Wara t-trapjant tal-organu li tkun għamilt (eż. tal-fwied, tal-kilwa, tal-qalb), is-sistema immuni ta’ ġismek tipprova tirriġetta l-organu l-ġdid. Modigraf jintuża biex jikkontrolla r-respons immuni ta’ ġismek billi jgħinu lil ġismek jaċcetta l-organu trapjantat.

Tista’ wkoll tingħata Modigraf għal rifjut li tkun qed issir tat-trapjant li tkun għamilt tal-fwied, tal-kliewi, tal-qalb jew ta’ xi organu ieħor jew jekk xi kura li kont qed tieħu qabel ma kinitx biżżejjed biex tikkontrolla dan ir-rispons immuni wara t-trapjant tiegħek.

Modigraf jintuża fl-adulti u tfal

2.Dak li għandek bżonn tkun taf qabel ma tuża Modigraf

Tiħux Modigraf

-jekk int allerġiku/a għal tacrolimus jew xi waħda mis-sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina. (elenkati f`sezzjoni 6).

-jekk int allerġiku/a gћal sirolimus (sustanza oħra użata biex tipprevjeni r-rifjut tat-trapjant tiegћek) jew gћal kwalunkwe antibijotiku-makrolidi (eż. erythromycin, clarithromycin, josamycin).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek qabel ma tieħu Modigraf:

-jekk gћandek jew kellek problemi tal-fwied

-jekk gћandek dijarrea gћal iktar minn ġurnata waћda

-jekk tħoss uġigħ addominali qawwi akkumpanjat jew le minn sintomi bhal bard, deni, dardir jew remettar

-jekk ghandek xi alterazjoni fl-attivita elettrika ta’ qalbek li tissejjaħ prolongazzjoni tal-QT.

It-tabib tiegћek jista jkollu bżonn jibdillek id-doża tiegћek ta’ Modigraf.

Gћandek iżżomm kuntatt regolari mat-tabib tiegћek. Minn żmien gћal żmien, it-tabib tiegћek jista’ jkollu bżonn jagћmillek testijiet tad-demm, urina, qalb, u l-gћajnejn biex jagћtik id-doża tajba ta’ Modigraf.

Illimita kemm toqgħod fix-xemx u fid-dawl UV(ultraviolet) meta tkun fuq il-kura ta’ Modigraf. Dan gћaliex l-immunosuppressanti bħal Modigraf jistgħu jżidu r-riskju ta’ kanċer tal-ġilda. F’każ ta’ esponiment għax- xemx, ilbes ħwejjeġ bi protezzjoni addattata u uża wkoll dlik li jkun fih fattur protettiv qawwi kontra r-raġġi tax-xemx.

Mediċini oħra u Modigraf.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk dan l-aħħar qiegħed tieħu , jista jkun li tieħu xi mediċini oħra

Mhux rakkomandat li tieћu Modigraf flimkien ma’ ciclosporin. (mediċina oħra użata għall-prevenzjoni ta 'rifjut ta` trapjanti.

Il-livelli fid-demm ta’ Modigraf jistgħu jkunu effettwati minn mediċini oħra li tieħu, u l-livelli tad-demm ta’mediċini oħra jistgħu jkunu effettwati bil-Modigraf u tkun tinħtieġ interuzzjoni jew tnaqqisjew żieda fid- doża ta’ Modigraf. B’mod partikolari għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkunx qed tieħu jew jekk reċentement ħadt xi mediċini bħal:

-mediċini antifungali u antibijotiċi, partikolarment dawk imsejħaantibijotiċimakrolidi, li jintużaw kontra l-infezzjonijiet eż. ketoconazole, fluconazole, itraconazole, voriconazole, clotrimazole, erythromycin, clarithromycin, josamycin, u rifampicin

-inibituri protesi HIV (eż. ritonavir, nelfinavir, saquinavir), ), li jintużaw gћat-trattament tal-infezzjoni HIV

-inibituri ta ' protease HCV (eż. telaprevir, boceprevir), li jintuza biex jikkura infezzjoni tal Hepatite Ċ.

-mediċini gћall- ulċeri fl-istonku u rifluss tal-aċidu (eż. omeprazole, lansoprazole jew cimetidine)

-anti-emetiċi, li jintużaw għal-kura tad-dardir u r-rimettar (eż. metoclopramide)

-cisapride jew l-antiaċidu magnesium-aluminium-hydroxide, li jintuża għal ħruq ta’stonku

-il-pillola kontraċettiva jew xi kura oħra ormonali b’ ethinylestradiol, jew kura ormonali b’danazol

-mediċini gћall-kura tal-pressjoni għolja jew problemi fil-qalb (eż. nifedipine, nicardipine, diltiazem u verapamil)

-mediċini kontra l-arritmja (amiodarone) li jintuzaw biex jikkontrollaw l-arritmja (taħbit irregolari tal- qalb)

-mediċini magħrufa bħala “statins” li jintużaw fil-kura ta’ min għandu kolesterol għoli u trigliċeridi

-phenytoin jew phenobarbital, biex jikkuraw l-epilessija

-il-kortikosterojdi prednisolone u methylprednisolone, li jagħmlu parti mill-klassi tal-kortikosterojdi li jintużaw gћat-trattament ta’ infjammazzjoni jew li jbaxxu s-sistema immunitarja (eż. F’ riġettar tat- trapjant)

-nefazodone, li jintuża fil-kura tad-depressjoni

-mediċini tal-ћxejjex li jkun fihom St. John’s wort (Hypericum perforatum) jew estratti

ta’ Schisandra sphenanthera

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew teħtieġ tieħu ibuprofen (

jintuża biex jikkura deni, infjammazzjoni u uġigħ, amphotericin B jew antivirali (

tintuża biex tikkura infezzjonijiet virali (eż. aciclovir). Dawn jistgħu jżidulek il-problemi fil-kliewi jew fis- sistema nervuża meta toħodhom flimkien ma’ Modigraf.

It-tabib tiegħek jeħtieġ ukoll ikun jaf jekk, intix qed tieħu wkoll supplimenti ta’ potassju jew ċerti dijuretiċi li jintużaw gћal-insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni gћolja u mard tal-kliewi (eż. amiloride, triamterene jew spironolactone), NSAIDs (eż. ibuprofen) li jintużaw gћad-deni, infjammazzjoni u uġiegћ,

antikoagulanti (li jraqqu id-demm), jew mediċini orali għall-kura tad-dijabete, waqt li qed tieħu Modigraf.

Jekk tinħtieġ xi tilqim, jekk jogħġbok gћid lit-tabib tiegћek minn qabel.

Modigraf mal-ikel u max-xorb

Għandek tieħu il-Modigraf fuq stonku vojt jew inkella siegħa qabel jew bejn 2-3 sijgħat wara ikla. Evita l- grejpfrut (kif ukoll is-sugu tal-grejpfrut) waqt li tkun qed tieħu Modigraf gћax tista taffetwa il-livelli tiegћufid-demm.

Tqala u treddigħ

Jekk tieħu Modigraf waqt it-tqala, dan jista’ jgħaddi lit-tarbija tiegħek mill-plaċenta. Tista’ potenzjalment tinfluwenza saħħet it-tarbija jew taffettwa ħażin l-andament tat-tqala tiegħek.

inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegћek qabel tieħu din il-mediċina.

Modigraf jgћaddi fil-ħalib tas-sider. Għaldaqstant ma għandekx tredda’ waqt li qed tuża Modigraf.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Issuqx jew tuża xi għodda jew magni jekk tħoss sturdamenti jew ngħas jew ikollok xi problemi li tara sewwa wara li tieħu Modigraf. Dawn l-effetti jidhru aktar sikwit jekk tixrob l-alkoħol miegћu.

Modigraf fih lactose

Modigraf fih lactose (zokkor tal-ћalib). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi xorta ta’ zokkor, kellem lit-tabib qabel ma tibda tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Modigraf

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Modigraf għandu jingħata minn tobba mħarrġa fil- kura ta’ pazjenti tat-trapjanti u li għandhom esperjenza fl-użu ta’ mediċini li jikkontrollaw is-sistema immunitarja tal-ġisem (immunosuppressanti).

Kun ċert li tirċievi l-istess mediċina ta’ tacrolimus kull meta tiġbor ir-riċetta tiegћek, sakemm l-ispeċjalista tat-trapjant tiegћek jaqbel li tbidel gћal mediċina differenti ta’ tacrolimus.

Gћandek tieћu din il-mediċina darbtejn kuljum. Jekk id-dehra fiżika tal-mediċina inbidlet minn granuli bojod normali; , jew jekk l-istruzzjonijiet tad-doża nbidlu, kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegћek mill-aktar fis possibbli ћalli tkun ċert li gћandek il-mediċina t-tajba.

Id-doża li s-soltu tibda biha biex tevita rifjut tal-organu trapjantat jiddeċidiha t-tabib skont il-piż ta’ ġismek.

Id-doża li tingħata fil-bidu wara t-trapjant, tkun ġeneralment bejn 0.075 – 0.30 mg kuljum għal kull kg ta’ piż tal-ġisem imma dan jiddependi mill-organu trapjantat.

Id-doża tiddependi mill-kondizzjoni ġenerali tiegħek u mil-liema mediċini immunosuppressivi oħra tkun qed tieħu.

Tfal u adolexxenti

Tfal u adolexxenti jirċievu dożi ta’ Modigraf ikkalkulati bl-istess mod bħall-adulti, B’mod ġenerali, it-tfal jeħtieġu dożi ikbar għal kull kg ta’piż tal-ġisem biex jinkisbu l-istess livelli effettivi fid-demm bħall-adulti.

Wara li tkun bdejt il-kura b’Modigraf it-tabib tiegħek jagħmillek testijiet regolari tad-demm biex jiddefinixxi d-doża korretta u jaġġustaha minn żmien għal żmien. It-tabib tiegħek aktarx li jnaqqaslek id-doża ta’ Modigraf jekk jara li l-kondizzjoni tiegħek tkun stabbilit ruħha. It-tabib tiegħek jgħidlek eżatt kemm għandek tieħu qratas.

Għandek bżonn li tieħu Modigraf kuljum sakemm għandek bżonn immunosuppressjoni biex tipprevjeni riġettar tal-organu trappjantat tiegħek. Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.

Modigraf jittieħed mill-ħalq darbtejn kuljum, is-soltu filgћodu u filgћaxija. Ħu Modigraf fuq stonku vojt jew 2 sa 3 sigħat wara ikla. Stenna mill-inqas siegħa sakemm l-ikla li jmiss.

Kif tipprepara il-qratas ta’ Modigraf gћall-użu?

It-tabib tiegћek jgћidlek in-numru ta’ qratas li gћandek tiftaћ u l-volum tal-ilma meћtieġ biex tagћmel is- suspensjoni. Biex tkejjel il-volum tal-ilma b’mod preċiż, tista’ tuża siringa jew ċilindru gradwat.

Ferra’ l-volum meћtieġ ta’ ilma (f’temperatura tal-kamra) ġo tazza jew kikkra, sa massimu ta’ 50 ml. Poġġi t-tazza bl-ilma x’imkien stabbli. Tużax tazzi jew imgћaref magћmulin mill-PVC (polyvinylchloride) biex tieћu Modigraf gћax is-sustanza attiva li tinstab f’Modigraf tista’ teћel mal-PVC. Iftaћ b’attenzjoni n-numru ta’ qratas li jkun kitiblek it-tabib, eż. billi tuża mqass, mill-punt indikat bi vleġġa. Żomm il-qartas miftuћ bejn subgћajk il-kbir u is-saba’ l-werrej, bin-naћa l-miftuћa tal-qartas tћares ’l isfel. Ħabbat bil-mod fuq in- naћa l-magћluqa tal-qartas u ferra’ l-kontenut ta’ kull qartas fit-tazza jew kikkra li fiha l-ilma. Tużax utensili jew likwidi oћra biex tiżvojta l-qratas. Jekk issegwi dawn l-istruzzjonijiet, ikollok l-ammont ta’ granijiet mixtieq mill-qartas. Huwa normali li ftit mill-granijiet jibqgħu fil-qartas; il-qartas kien iddisinjat b’dan il- mod.

Ħallat bil-mod sakemm is-suspensjoni tal-granijiet tkun kompleta ment maħlula. Is-suspensjoni tista’ tittellha b’siringa jew tinbelha direttament mill-pazjent. Il-likwidu gћandu togћma ћelwa. Laћlaћ it-tazza jew kikkra darba biss bl-istess ammont ta’ ilma u ixorbu wkoll. Il-likwidu gћandu jinxtorob immedjatament wara jkun ġie ppreparat.

Jekk tieħu aktar Modigraf milli suppost

Jekk bi żball ħadt Modigraf aktar milli jmissek, ikkuntatja immedjatament lit-tabib tiegħek jew id- dipartiment tal-emerġenza tal-eqreb sptar.

Jekk tinsa tieħu Modigraf

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk nsejt tieħu l-Modigraf, stenna sakemm ikun sar il-ћin biex tieћu id-doża li jmiss, imbagћad kompli bћal qabel.

Jekk tieqaf tieħu Modigraf

Jekk twaqqaf il-kura ta’ Modigraf tista’ tkabbar ir-riskju ta’ rifjut tal-organu trapjantat. Twaqqafx il-kura jekk it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollu effetti mhux mixtieqa, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Modigraf inaqqas il-mekkaniżmu ta’ difiża tal-ġisem tiegħek stess (sistema immunitarja) li ma jibqax daqstant tajba daqs is-soltu fil-ġlieda tagħna kontra l-infezzjonijiet. Għalhekk, waqt li qed tieħu Modigraf tkun aktar espost għall-infezzjonijiet.

Jista’ jkun hemm xi effetti serji, inklużi reazzjonijiet allerġiċi u anafilattiċi (tip ta’ reazzjoni avversa serja b’ħass ħażin u diffikulta’ biex tieћu n-nifs, li tirrikjedi attenzjoni medika immedjata). Wara l-kura b’Modigraf ġie li ġew irapportati tumuri beninji u malinji.

Każijiet ta' aplasija pura aħmar (tnaqqis sever ħafna fiċ-ċelloli tad-demm aħmar) agranuloċitosi (numru mnaqqas ħafna ta' ċelluli tad-demm bojod) u anemija emolitika (numru mnaqqas ta' ċelluli ħomor tad-demm minħabba tkissir anormali) kienu rrappurtati. Mhux magħruf b’eżattezza kemm hija frekwenti l-okkorrenza ta’ dawn l-effetti sekondarji.

Effettisekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 kull 10 persuni)

-Żieda taz-zokkor fid-demm, dijabete mellitus, żieda ta’ potassju fid-demm

-Diffikultà fl-irqad

-Rogħda, uġigħ ta’ ras

-Żieda fil-pressjoni

-Testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali

-Dijarrea, dardir

-Problemi fil-kliewi

Effetti sekondarji li huma komuni (jistgħu jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni):

-

Tnaqqis fil-għadd taċ-ċelluli tad-demm (plejtlits, ċelluli ħomor jew bojod tad-demm), żieda fil-għadd taċ-

ċelluli bojod tad-demm, tibdil fil-għadd taċ-ċelluli l-ħomor tad-demm (li jidhru f’testijiet tad-demm)

-Tnaqqis fid-demm ta’ manjesju, fosfat, potassju, kalċju jew sodju, fluwidu żejjed, żieda ta’ aċidu uriku jew lipidi fid-demm, nuqqas ta’ aptit, żieda fl-aċidità tad-demm, bidliet oħra fil-melħ tad-demm (li jidhru f’testijiet tad-demm)

-Sintomi ta’ anzjetà, konfużjoni u diżorjentazzjoni, dipressjoni, tibdil fil-burdata, ħmar-il-lejl, alluċinazzjonijiet, disturbi mentali

-Aċċessjonijiet, tfixkil meta f’sensik, tagħrix u tnemnim (nuqqas ta’ ħass) (kultant li jweġġa’) fl-idejn u s-saqajn, sturdamenti, nuqqas ta’ ħila biex tikteb, disturbi fis-sistema nervuża

-Vista mċajpra, sensittività akbar għad-dawl, disturbi fil-għajnejn

-Ħsejjes ta’ ċenċil fil-widnejn

-Tnaqqis ta’ ċirkolazzjoni tad-demm fil-vini tal-qalb, qalb tħabbat aktar malajr

-Fsada, sadda parzjali jew sħiħa tal-vini, tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

-Qtugħ ta’ nifs, disturbi fit-tessuti respiratorji tal-pulmun, ġbir ta’ likwidu madwar il-pulmun, infjammazzjoni tat-tefarinġi, sogħla, sintomi bħal tal-influwenza

-Problemi tal-istonku bħal infjammazzjoni jew ulċera li tikkaġuna uġigħ addominali jew dijarrea, fsada fl-istonku, infjammazzjoni jew ulċera fil-ħalq, ġabra ta’ fluwidu fiż-żaqq, rifjut, uġigħ addominali, indiġestjoni, stitikezza, tgћaddi l-gass, nefħa, purgar maħlul

-Disturbi fil-kanal tal-marrara, sfurija fil-ġilda minħabba problemi tal-fwied, ħsara fit-tessut tal-fwied u infjammazzjoni tal-fwied

-Ħakk, raxx, telf ta’ xagħar, akne, żieda fl-għaraq

-Uġigħ fil-ġogi, dirgħajn, riġlejn jew dahar, spażmi muskolari

-Nuqqas ta’ ħidma tal-kliewi, tnaqqis fil-produzzjoni tal-awrina, urinazzjoni batuta jew bl-uġigħ

-Debbulizza ġenerali, deni, ġabra ta’ fluwidu fil-ġisem, uġigħ u skonfort, żieda ta’ enzimi alkalini fosfati fid-demm, żieda fil-piż, ħass ta’ disturbi fit-temperatura

-Nuqqas ta’ ħidma fl-organu trapjantat.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

-

Bidla fl-għoqiedi tad-demm, tnaqqis fin-numru tat-tipi kollha ta’ċelluli tad-demm (li jidhru f’testijiet tad- demm)

-Deidrazzjoni (nixfa), ma tistax tgħaddi l-awrina

-Riżultati tad-demm li mhumiex normali: tnaqqis ta’ proteini jew zokkor, żieda fl-enzima lactate dehydrogenase

-Kôma, emorraġija fil-moħħ, attakk, paraliżi, disturbi fil-moħħ, anormalitajiet fil-kliem u fil-lingwa, problemi ta’ memorja

-Lenti tal-għajn mżellġa/mhux ċara, smigħ mhux ċar

-Taħbit irregolari tal-qalb, waqfien tat-taħbit tal-qalb, tnaqqis fil-ħidma tal-qalb, taqlib fil-muskolu tal- qalb, nefha tal-muskolu tal-qalb, taħbit aktar qawwi tal-qalb, ECG anormali, taħbit anormali tal-qalb u tal-polz

-Għoqda demm f’vina ta’ id jew ta’ sieq, xokk

-Diffikultajiet fin-nifs, taqlib fil-kanal respiratorju, ażma

-Ostruzzjoni fil-musrana, żieda fil-livell tad-demm tal-enzima amylase, titligħ tal-kontenut tal-istonku fil-grieżem, dewmien tat-tbattil tal-istonku

-Infjammazzjoni tal-ġilda, sensazzjoni ta’ ћruq fix-xemx

-Problemi tal-ġogi

-Menstruazzjoni bl-uġigħ u tneħħija anormali ta’ demm

-Diversi organi ma jaħdmux, mard bħal tal-influwenza, sensittività akbar għas-sħun u l-kiesaħ, ħass ta’ pressjoni fuq is-sider, tferfir jew xi ħass ieħor mhux tas-soltu, żieda tal-enzima lactate dehydrogenase fid-demm, tnaqqis fil-piż

Effetti sekondardji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1 000):

-Fsada żgħira fil-ġilda minħabba għeqiedi tad-demm

-Żieda fl-ebusija muskolari

-Għama, titrix

-Ġbir ta’ fluwidu madwar il-qalb

-Qtugħ ta’ nifs akut

-Formazzjoni ta’ ċesti fil-frixa

-Problemi fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm fil-fwied

-Mard serju b’infafet fil-ġilda, fil-ħalq, fl-għajnejn u fil-ġenitali; żieda fil-pil

-Għatx, uġigħ, ħass ta’ għafis fis-sider, nuqqas ta’ mobbiltà, ulċera

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 000):

-Dgħjufija muskolari

-Scan anormali tal-qalb

-Fwied ma jaħdimx,

-Tbatija biex tgħaddi l-awrina bid-demm fl-awrina

-Żieda fit tessut xaħmi

Tfal u adolexxenti

Tfal u adolexxenti jistgħu jesperjenzaw l-istess effetti sekondarji bħall-adulti.

Rappurtar ta’ effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji possibbli li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament billi tuża s-sistema ta’ rappurtar nazzjonali elenkati f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin billi tipprovdi aktar informazzjoni fuq is- sigurtà tal-mediċina.

5.Kif taħżen Modigraf

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara id-data ta’skadenza li tkun imniżżla fuq il-pakkett u l-qartas wara il-kelma “Jis”. Id-data ta’ skadenza tirreferi gћall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandha bżonn ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna.

Is-suspensjoni, gћanda tittieћed immedjatament wara li tkun ġiet ippreparata.

M'għandekx tarmi mediċini fis-sistema ta’ drenaġġ jew fl-iskart domestiku. Saqsi lill-ispiżjar tiegћek kif gћandek tarmi il-mediċini meta m’għandekx iktar tuza. Dawn il-mizuri jgħinu fil-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Modigraf

-Is-sustanza attiva hi tacrolimus

Kull qartas ta’ granijiet Modigraf 0.2 mg fih 0.2 mg tacrolimus (bћala monoidrat) Kull qartas ta’ granijiet Modigraf 1 mg fih 1 mg tacrolimus (bћala monoidrat)

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Lactose monohydrate, hypromellose (E 464) u croscarmellose sodium (E 468)

Id-dehra ta’ Modigraf u l-kontenuti tal-pakkett

Granijiet ta’ Modigraf gћal suspensjoni orali huma granijiet bojod fil-qratas.

Issibhom f’pakketti ta’ 50 qartas

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għas-Suq

Astellas Pharma Europe B.V. Sylviusweg 62

2333 BE Leiden

L-Olanda

Manifattur

Astellas Ireland Co., Ltd.

Killorglin, County Kerry

Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Astellas Pharma B.V. Branch

Astellas Pharma a/s

Tél/Tel: + 32 (0)2 5580710

Dānija

 

Tel: + 45 43 430455

България

Luxembourg/Luxemburg

Астелас Фарма ЕООД

Astellas Pharma B.V.Branch

Teл.: + 359 2 862 53 72

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)2 5580710

Česká republika

Magyarország

Astellas Pharma s.r.o.

Astellas Pharma Kft.

Tel: +420 236 080300

Tel.: + 36 1 577 8200

Danmark

Malta

Astellas Pharma a/s

E.J. Busuttil Ltd.

Tlf: + 45 43 430355

Tel: +356 21447184

Deutschland

Nederland

Astellas Pharma GmbH

Astellas Pharma B.V.

Tel: + 49 (0)89 454401

Tel: + 31 (0)71 5455745

Eesti

Norge

Astellas Pharma a/s

Astellas Pharma

Taani

Tlf: + 47 66 76 46 00

Tel: +45 43 430355

 

Ελλάδα

Österreich

Astellas Pharmaceuticals AEBE

Astellas Pharma Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 8189900

Tel: + 43 (0)1 8772668

España

Polska

Astellas Pharma S.A.

Astellas Pharma Sp.z.o.o.

Tel: + 34 91 4952700

Tel.: + 48 225451 111

France

Portugal

Astellas Pharma S.A.S.

Astellas Farma, Lda.

Tél: + 33 (0)1 55917500

Tel: + 351 21 4401320

Hrvatska

România

Astellas d.o.o.

S.C.Astellas Pharma SRL

Tel: + 385 1 670 01 02

Tel: +40 (0)21 361 04 95/96/92

Ireland

Slovenija

Astellas Pharma Co. Ltd.

Astellas Pharma d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4671555

Tel: +386 (0) 14011 400

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf

Astellas Pharma s.r.o.,

Sími: + 354 535 7000

Tel: +421 2 4444 2157

Italia

Suomi/Finland

Astellas Pharma S.p.A.

Astellas Pharma

Tel: + 39 02 921381

Puh/Tel: + 358 (0)9 85606000

Κύπρος

Sverige

Astellas Pharmaceuticals AEBE

Astellas Pharma AB

Ελλάδα

Tel: + 46 (0)40-650 15 00

Τηλ: +30 210 8189900

 

Latvija

United Kingdom

Astellas Pharma a/s

Astellas Pharma Ltd.

Dānija

Tel: + 44 (0) 203 379 8700

Tel: + 45 43 430355

 

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website tal-Aġenzija Ewropea dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati