Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Moventig (naloxegol oxalate) – Fuljett ta’ tagħrif - A06AH03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMoventig
Kodiċi ATCA06AH03
Sustanzanaloxegol oxalate
ManifatturKyowa Kirin Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Moventig 12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Moventig 25 mg pilloli miksijin b’rita

naloxegol

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Moventig u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Moventig

3.Kif għandek tieħu Moventig

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Moventig

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Moventig u għalxiex jintuża

Moventig fih is-sustanza attiva naloxegol. Hija mediċina użata fl-adulti biex tikkura stitikezza ikkawżata speċifikament minn mediċini għall-uġigħ, li jissejħu opjojdi, (eż. morfina, oxycodone, fentanyl, tramadol, koedina) li jittieħdu fuq bażi regolari. Tintuża meta l-lassattivi ma pprovdewx solliev aċċettabbli għal stitikezza.

L-istitikezza relatata mal-opjojdi tista’ tirriżulta f’sintomi bħal:

uġigħ fl-istonku

strapazz tar-rektum (ikollok bżonn tagħmel sforz kbir ħafna biex tkun tista’ tipporga, li jista’ wkoll jikkawża uġigħ fl-anus meta timbotta)

ippurgar iebes (ippurgar li jkunu iebes "ġebla")

tbattil mhux komplut tar-rektum (wara li jkollok moviment tal-imsaren, is-sensazzjoni bħallikieku li għad trid tipporga iżjed)

F’pazjenti bi stitikezza li jieħdu opjojdi, li ppruvaw għallinqas lassattiv wieħed u kellhom serħan inkomplet minn stitikezza, Moventig intwera, fi provi kliniċi, li jżid in-numru ta’ movimenti tal- imsaren u jtejjeb is-sintomi ta’ stitikezza kkawżati mill-opjojdi.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Moventig

Tiħux Moventig:

jekk inti allerġiku għal naloxegol jew mediċini simili jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

jekk imsarnek huma, jew jistgħu jkunu, misdudin (ostakolati) jew jekk ġejt imwissi/ja li msarnek huma f’riskju li jinstaddu.

jekk għandek kanċer f’imsarnek jew ‘peritoneum’ (l-inforra tal-istonku tiegħek), kanċer fl-ovarji avvanzat jew rikorrenti jew qed tieħu mediċini użati għall-kura tal-kanċer bħal “inibituri tal-

VEGF” (eż. bevacizumab).

jekk qed tieħu ċerti mediċini oħra bħal ketoconazole jew itraconazole (biex tikkura infezzjonijiet fungali), clarithromycin jew telithromycin (antibijotiċi) jew ritonavir, indinavir jew saquinavir (għall-kura tal-HIV).

Tużax Moventig jekk xi waħda minn dawn ta’ fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert/a, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu Moventig.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu Moventig:

jekk għandek ulċeri fl-istonku, Marda ta’ Crohn (marda fejn imsarnek ikunu infjammati), divertikulite (marda oħra fejn imsarnek ikunu infjammati), kanċer f’imsarnek jew ‘peritoneum’ (l-inforra tal-istonku tiegħek), jew kwalunkwe kondizzjoni li tista’ tagħmel ħsara lill-ħajt tal- musrana tiegħek.

jekk fil-preżent għandek uġigħ fl-istonku sever, persistenti jew li qed jiggrava mhux tas-soltu

jekk il-barriera protettiva naturali bejn il-vini tad-demm fir-ras u fil-moħħ tkun dammeġġjata, bħal pereżempju jekk ikollok kanċer fil-moħħ jew is-sistema nervuża ċentrali, jew jekk ikollok mard tas-sistema nervuża ċentrali bħal sklerożi multipla jew il-marda ta’ Alzheimer - ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok nuqqas ta’ serħan mill-uġigħ mill-mediċina tal- opjojdi tiegħek jew sintomi ta’ sindromu ta’ rtirar mill-opjojdi (ara sezzjoni 4).

jekk qed tieħu methadone (ara sezzjoni taħt “Mediċini oħra u Moventig”)

jekk kellek attakk tal-qalb tul dawn l-aħħar 6 xhur, għandek indeboliment tal-qalb bi qtugħ ta’ nifs ta’ kuljum jew problemi severi oħrajn b’qalbek li jistgħu jikkawżaw sintomi ta’ kuljum

jekk għandek problemi bil-kliewiit-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu doża differenti (ara sezzjoni taħt “Kif għandek tieħu Moventig”)

jekk għandek mard tal-fwied sever

jekk għandek uġigħ relatat mal-kanċer

Jekk xi waħda minn dawn ta’ fuq tapplika għalik jew jekk mintix ċert/a, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu Moventig.

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek meta tkun qed tieħu Moventig:

jekk tiżviluppa uġigħ fl-istonku sever, persistenti jew li qed jiggrava. Dan jista’ jkun sintomu ta’

ħsara għar-rita tal-imsaren. Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel, jaf ikollok bżonn tnaqqas id-doża jew tieqaf tieħu Moventig.

jekk il-mediċina tal-opjojdi tiegħek trid titwaqqaf għal aktar minn 24 siegħa

jekk tesperjenza sintomi ta’ sindromu ta’ rtirar mill-opjojdi (ara s-sezzjoni hawn isfel “Effetti sekondarji possibbli”). Kellem lit-tabib tiegħek, jista’ jkollok bżonn tieqaf tieħu Moventig.

Tfal u adolexxenti

Moventig mhuwiex rakkomandat għall-użu fi tfal u adoloxxenti li għandhom inqas minn 18-il sena peress li ma ġiex studjat f’dawn il-gruppi ta’ età.

Mediċini oħra u Moventig

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Għid lit-tabib tiegħek x’mediċini għall-uġigħ tal-opjojdi qiegħed tieħu u d-doża tagħhom.

Tiħux Moventig jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin (ara sezzjoni “Tiħux Moventig”):

ketoconazole jew itraconazole - biex tikkura infezzjonijiet fungali

clarithromycin jew telithromycin - antibijotiċi

ritonavir, indinavir jew saquinavir - għall-kura tal-HIV

Tiħux Moventig jekk japplika xi wieħed minn dawn ta’ hawn fuq.

Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

mediċini oħra għall-istitikezza (kwalunkwe lassattiv)

methadone

dilitiazem jew verapamil (għal pressjoni tad-demm għolja jew anġina). Jaf ikollok tieħu doża aktar baxxa ta’ Moventig

rifampin (antibijotiku), carbmazepine (għal epilessija) jew il-mediċina erbali St John’s wort (għad-dipressjoni). Jaf ikollok bżonn tieqaf tieħu Moventig.

Jekk xi waħda minn dawn ta’ fuq tapplika għalik, jew jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu Moventig.

Moventig ma’ xorb

Ma għandekx tixrob ammonti kbar ta’ meraq tal-grejpfrut waqt li tkun qed tieħu Moventig. Dan peress li ammonti kbar jistgħu jaffettwaw kemm mill-mediċina naloxegol tasal f’ġismek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. L-użu ta’ Moventig matul it- tqala mhuwiex rakkomandat.

Tużax Moventig matul it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Moventig mhuwiex mistenni li jaffettwa l-abbiltà li ssuq karozza jew tuża kwalunkwe għodda jew magna.

3.Kif għandek tieħu Moventig

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija ta’ pillola ta’ 25 mg kuljum.

Ħu Moventig filgħodu, biex tevita movimenti tal-imsaren f’nofs ta’ lejl. Moventig għandu jittieħed fuq stonku vojt tal-inqas 30 minuta qabel l-ewwel ikla tal-jum jew sagħtejn wara l-ewwel ikla.

Meta tinbeda l-kura b’Moventig, għandhom jitwaqqfu l-lassattivi li jkunu qegħdin jintużaw, sakemm tiġi infurmat mit-tabib tiegħek biex terġa’ tibda teħodhom.

It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu doża aktar baxxa ta’ 12.5 mg

jekk għandek problemi fil-kliewi

jekk tieħu dilitiazem jew verapamil (għal pressjoni tad-demm għolja jew anġina)

It-tabib jista’ jgħidlek biex iżżid id-doża għal 25 mg, jiddependi minn kif inti twieġeb għall-mediċina.

Jekk għandek problema biex tibla l-pillola

Jekk għandek problema tibla l-pillola tista’ tfarrakha u tħallatha mal-ilma kif ġej:

Farrak il-pillola fi trab

Ferra’ t-trab ġo nofs tazza ilma (120 ml)

Ħawwad u ixrob minnufih

Sabiex tkun żgur li ma fadalx mediċina, laħlaħ it-tazza vojta b’nofs tazza ilma oħra (10 ml), u ixrobha

Jekk tieħu Moventig aktar milli suppost

Jekk tieħu Moventig aktar milli suppost, kellem lil tabib jew mur l-isptar.

Jekk tinsa tieħu Moventig

Jekk taqbeż doża ta’ Moventig, ħudha malli tiftakar. Madankollu, jekk ikun fadal anqas minn 12-il siegħa għad-doża li jmiss tiegħek, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jistgħu jseħħu l-effetti sekondarji li ġejjin b’din il-mediċina:

Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10):

uġigħ fl-istonku

dijarea (tipporga maħlul u b’mod frekwenti)

Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

gass

nawsja (dardir fl-istonku)

rimettar

nasofarinġite (imnieħer inixxi jew misdud)

uġigħ ta’ ras

għaraq eċċessiv

Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

sintomi ta’ rtirar tal-opjojdi (jekk għandek taħlita ta’ tlieta jew aktar minn dawn is-sintomi: tħossok imdejjaq/imdejqa, dardir, rimettar, dijarea, għaraq żejjed, uġigħ fil-muskoli, żieda fid- dmugħ, l-insomnja, it-titwib, deni) li normalment iseħħu fi żmien l-ewwel ftit ġranet wara li jinbeda naloxegol.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Moventig

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Moventig

Is-sustanza attiva hija naloxegol.

-Kull pillola miksija b’rita ta’ 12.5 mg ta’ Moventig (pillola) fiha 12.5 mg naloxegol bħala naloxegol oxalate.

-Kull pillola miksija b’rita ta’ 25 mg ta’ Moventig (pillola) fiha 25 mg naloxegol bħala naloxegol oxalate.

L-ingredjenti l-oħra huma:

-qalba tal-pillola: Mannitol (E421), cellulose microcrystalline (E460), croscarmellose sodium (E468), magnesium stearate (E470b), propyl gallate (E310)

-rita tal-pillola: hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), macrogol (E1521), iron oxide aħmar (E172) and iron oxide iswed (E172).

Kif jidher Moventig u l-kontenut tal-pakkett

Moventig 12.5 mg: pillola miksija b’rita b’dimensjonijiet ta’ 10.5 x 5.5 mm, ovali, ta’ kulur vjola, immarkata "nGL" fuq naħa minnhom u "12.5" fuq in-naħa l-oħra.

Moventig 25 mg: pillola miksija b’rita b’dimensjonijiet ta’ 13 x 7 mm, ovali, ta’ kulur vjola, immarkata "nGL" fuq naħa minnhom u "25" fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli ta’ Moventig 12.5 mg huma disponibbli f’folji tal-aluminju f’pakketti ta’ 30 jew 90 pillola miksija b’rita ġo folji mhux imtaqqba u pilloli miksijin b’rita ta’ 90x1 f’folji mtaqqba b’doża waħda.

Il-pilloli ta’ Moventig 25 mg huma disponibbli f’folji tal-aluminju f’pakketti ta’ 10, 30 jew 90 pillola miksija b’rita ġo folji mhux imtaqqba u pilloli miksijin b’rita ta’ 90x1 f’folji mtaqqba b’doża waħda.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jiġu kkumerċjalizzati f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Kyowa Kirin Limited

Galabank Business Park

Galashiels, TD1 1QH

Ir-Renju Unit

Manifattur

AstraZeneca AB

Gärtunavägen

SE-151 85 Södertälje

L-Isvezja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Kyowa Kirin Ltd

Kyowa Kirin Ltd

Verenigd Koninkrijk/Royaume-Uni/Vereinigtes

Didžioji Britanija (Jungtinė Karalystė)

Königreich

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel/Tél: + 44 (0)1896 664000

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Kyowa Kirin Ltd

Kyowa Kirin Ltd

Великобритания (Обединеното кралство)

Royaume-Uni/Vereinigtes Königreich

Teл.: + 44 (0)1896 664000

Tel/Tél: + 44 (0)1896 664000

Česká republika

Magyarország

Novatin s.r.o.

Kyowa Kirin Ltd

Tel: + 420257 217 762

Egyesült Királyság (Nagy-Britannia)

 

Tel: + 44 (0)1896 664000

Danmark

Malta

Kyowa Kirin filial af Kyowa Kirin AB

Novatin Ltd.

Sverige

Tel: +356 21375788

Tlf: +46 8 50 90 74 10

 

Deutschland

Nederland

Kyowa Kirin GmbH

Kyowa Kirin Pharma BV

Tel: +31 (0)900 1231236

Eesti

Norge

Kyowa Kirin Ltd

Kyowa Kirin filial av Kyowa Kirin AB

Ühendkuningriik

Sverige

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tlf: +46 8 50 90 74 10

Ελλάδα

Österreich

ΑΝΑΒΙΩΣΙΣ ΙΚΕ

Kyowa Kirin Ltd

Τηλ: +30 2102711020

Vereinigtes Königreich

 

Tel: + 44 (0)1896 664000

España

Polska

Kyowa Kirin Farmacéutica S.L.U

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +34 91 534 37 10

Wielka Brytania

 

Tel: + 44 (0)1896 664000

France

Portugal

Kyowa Kirin Pharma SAS

Kyowa Kirin Farmacêutica, Unip. Lda.

Tél : +33 (0)1 55 39 14 30

Tel: + 351 21 121 2035

Hrvatska

România

Novatin d.o.o.

Kyowa Kirin Ltd

Tel: + 385 1 2347 074

Marea Britanie

 

Tel: + 44 (0)1896 664000

Ireland

Slovenija

Kyowa Kirin Ltd

Novatin s.r.o.

United Kingdom

Češka

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 420257 217 762

Ísland

Slovenská republika

Kyowa Kirin Ltd

Novatin s.r.o.

c/o Icepharma hf

Česká republika

Sími: +354 5408000

Tel: + 420257 217 762

Italia

Suomi/Finland

Kyowa Kirin S.r.l

Kyowa Kirin Ab filial i Finland

Tel: +39 02 92169424

Puh/Tel: +358 10 23 55 560

Κύπρος

Sverige

CENTROM PHARMA LIMITED

Kyowa Kirin AB

Τηλ: + 357 22 283565

Tel: +46 8 50 90 74 10

Latvija

United Kingdom

Kyowa Kirin Ltd

Kyowa Kirin Ltd

Lielbritānija

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 44 (0)1896 664000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati