Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Multaq (dronedarone) – Fuljett ta’ tagħrif - C01BD07

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMultaq
Kodiċi ATCC01BD07
Sustanzadronedarone
Manifattursanofi-aventis groupe

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

MULTAQ 400 mg pilloli miksijin b’rita dronedarone

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu MULTAQ u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu MULTAQ

3.Kif għandek tieħu MULTAQ

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen MULTAQ

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu MULTAQ u għalxiex jintuża

MULTAQ fih sustanza attiva li tissejjaħ dronedarone u jagħmel parti mill-grupp ta’ mediċini msejħa antiarritmiċi li jgħinu jirregolaw it-taħbit ta’ qalbek.

MULTAQ jintuża jekk għandek problema bit-taħbit ta’ qalbek (qalbek titlef ir-ritmu - fibrillazzjoni atrijali) u kura li tissejjaħ kardjoverżjoni ġabet it-taħbit ta’ qalbek lura għar-ritmu normali. MULTAQ jipprevjeni ripetizzjoni tal-problema tiegħek ta' taħbit tal-qalb irregolari.

Qabel ma jagħmillek riċetta għal MULTAQ, it-tabib se jikkunsidra kull kura alternattiva disponibbli.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu MULTAQ

Tieħux MULTAQ jekk

-inti allerġiku/a għal dronedarone jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6),

-għandek problema bin-nervituri ta’ qalbek (nuqqas ta’ koordinament fit-taħbit tal-qalb). Qalbek tista’ tħabbat bil-mod ħafna u tista’ tħossok sturdut. Jekk għandek pacemaker minħabba din il- problema, tista’ tuża MULTAQ,

-qalbek tħabbat bil-mod ħafna (anqas minn 50 taħbita fil-minuta),

-jekk l-ECG (elettrokardjogramma) tiegħek, turi problema fil-qalb imsejħa “intervall QT ikkoreġut imtawwal” (dan l-intervall ikun aktar minn 500 millisekonda),

-għandek tip ta’ fibrillazzjoni atrijali li tissejjaħ fibrillazzjoni atrijali (FA) permanenti. F’FA permanenti, l-FA ilha presenti għal żmien twil (għallinqas 6 xhur) u ttieħdet deċiżjoni biex ir- ritmu tal-qalb tiegħek ma titbidilx lura għal dik ta’ ritmu normali atrijali b’kura li tissejjaħ kardjoverżjoni,

-għandek jew kellek problema fejn qalbek ma tistax tippompja demm madwar ġismek kif suppost (kondizzjoni li tissejjaħ insuffiċjenza serja tal-qalb). Jista’ jkollok saqajk jew riġlejk minfuħin, tbati biex tieħu nifs meta tkun mimdud/a jew rieqed/rieqda, jew qtugħ ta’ nifs meta tiċċaqlaq minn post għall-ieħor,

-il-persentaġġ tad-demm li joħroġ mill-qalb kull darba li tħabbat ikun baxx wisq (kundizzjoni li tissejjaħ disfunzjoni tal-ventriklu tax-xellug)

-ħadt l-amiodarone (mediċina antiarritmika oħra) qabel u kellek problemi fil-pulmun jew fil- fwied

-tieħu mediċini għall-infezzjoni (fosthom infezzjoni tal-fungu jew AIDS), allerġiji, problemi fit- taħbit tal-qalb, depressjoni, wara trapjant (ara s-sezzjoni ta’ hawn taħt “Mediċini oħra u MULTAQ”. Din fiha aktar dettalji dwar liema mediċini eżatt ma tistax tieħu ma’ MULTAQ),

-għandek problema serja fil-fwied,

-għandek problema serja fil-kliewi,

-tieħu dabigatran (ara s-sezzjoni aktar ’l isfel f’“Mediċini oħra u MULTAQ”).

Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik, teħux MULTAQ.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu MULTAQ jekk

għandek problema li tikkawżalek livell baxx ta’ potassium jew magnesium fid-demm tiegħek. Din il-problema għandha tiġi kkurata qabel ma tinbeda l-kura b’MULTAQ

għandek iżjed minn 75 sena

għandek kundizzjoni fejn il-passaġġi li jwaslulek id-demm għall-muskolu tal-qalb jibbiesu u jiddjieku (mard tal-arterji koronarji)

Waqt li qed/a tieħu MULTAQ, għid lit-tabib tiegħek jekk

il-fibrillazzjoni atrijali tiegħek issir permanenti waqt li qed/a tieħu MULTAQ. Għandek tieqaf tieħu MULTAQ.

għandek saqajk jew riġlejk minfuħin, tbati biex tieħu nifs meta tkun mimdud/a jew rieqed/rieqda, qtugħ ta’ nifs meta tiċċaqlaq minn post għall-ieħor jew żieda fil-piż (li huma sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza tal-qalb).

b’mod immedjat għid lit-tabib tiegħek jekk jiżviluppawlek xi sinjali jew sintomi ta’ problemi fil- fwied: uġigħ jew dwejjaq madwar l-istonku (addominali), nuqqas ta’ aptit, dardir, rimettar, il-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn jisfaru (suffejra), l-awrina b’mod mhux normali tkun skura, għeja ( speċjalment flimkien mas-sintomi l-oħra mniżżla hawn fuq), ħakk.

Għandek qtugħ ta’ nifs jew sogħla fil-vojt. Għid lit-tabib biex jeżaminalek il-pulmun.

Jekk dan japplika għalik (jew m’intix ċert), jekk jogħġbok kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu MULTAQ.

Testijiet tal-qalb, tal-pulmun u tad-demm

Waqt li tkun qiegħed/qegħda tieħu MULTAQ, it-tabib tiegħek jista’ jagħmillek xi testijiet sabiex jiċċekkja l-kundizzjoni medika tiegħek u kif il-medicina qegħda taħdem.

It-tabib tiegħek jista’ josserva l-attività elettrika ta’ qalbek permezz ta’ ECG (elettrokardjogramma).

It-tabib tiegħek se jordna t-testijiet tad-demm sabiex jiċċekkja l-funzjoni tal-fwied tiegħek qabel ma tibda tiegħu MULTAQ u waqt il-kura.

Jekk qed/a tieħu xi mediċini kontra l-formazzjoni ta’ capep fid-demm bħal warfarin, it-tabib tiegħek se jordnalek test tad-demm li jissejjaħ INR biex jiċċekkja kemm qiegħda taħdem tajjeb il- mediċina tiegħek.

It-tabib tiegħek jista’ jagħmel ukoll testijiet oħra tad-demm. Ir-riżultat ta’ wieħed mit-testijiet tad- demm biex jiġi ċċekkjat il-funzjoni tal-kliewi (livelli ta’ krejatinina fid-demm) jista’jinbidel minħabba MULTAQ. It-tabib tiegħek jikkunsidra dan meta jiċċekjalek il-livelli fid-demm u juża referenza oħra tal-livelli “normali” ta’ creatine fid-demm.

It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkjalek il-pulmuni.

F’xi każijiet il-kura b’MULTAQ ikollha bżonn tieqaf.

Jekk jogħġbok għid lil kull persuna li tiċċekkjalek id-demm li inti qiegħed/qegħda tieħu MULTAQ.

Tfal u adolexxenti

MULTAQ mhuwiex irrakkomandat fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u MULTAQ

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomandalek li tuża mediċina kontra l-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm skont il-kundizzjoni tiegħek.

MULTAQ u xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin u jikkawżaw effetti sekondarji serji. It-tabib tiegħek jista’ jibdel id-doża ta’ xi mediċini oħra li qiegħed/qegħda tieħu.

Il-mediċini li ġejjin ma jistawx jittieħdu ma’ MULTAQ:

mediċini oħra li jintużaw biex jikkontrollaw taħbit tal-qalb irregolari jew mgħaġġel bħal flecainide, propafenone, quinidine, disopyramide, dofetilide, sotalol, amiodarone,

xi mediċini għall-infezzjonijiet tal-fungu bħal ketoconazole, voriconazole, itraconazole jew posaconazole,

xi mediċini għall-infezzjonijiet, imsejħa macrolides,

xi mediċini għad-depressjoni, imsejħa antidepressanti triċikliċi,

xi kalmanti msejħa phenothiazines,

bepridil għall-uġigħ fis-sider ikkawżat minn mard tal-qalb,

telithromycin, erythromycin jew clarithromycin (antibijotiċi għall-infezzjonijiet),

terfenadine – (mediċina għall-allerġiji),

nefazodone –(mediċina għad-depressjoni),

cisapride –(mediċina għar-rifluss tal-ikel u tal-aċidu mill-istonku tiegħek għall-ħalqek),

ritonavir – (mediċina għall-infezzjoni tal-AIDS),

dabigatrin –(mediċina għall-prevenzjoni ta’ formazzjoni ta’ ċapep fid-demm).

Trid tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed/qegħda tieħu xi mediċini minn dawn li ġejjin:

mediċini oħra għall-pressjoni għolja, għall-uġigħ fis-sider ikkawżat minn mard tal-qalb, jew problemi oħra fil-qalb, bħal verapamil, diltiazem, nifedipine, metoprolol, propranolol jew digoxin,

xi mediċini li jbaxxu l-kolesterol fid-demm tiegħek (bħal simvastatin, lovastatin, atorvastatin jew rosuvastatin),

xi mediċini kontra l-formazzjoni ta’ ċapep tad-demm bħal warfarin

xi mediċini għall-epilessija msejħa phenobarbital, carbamazepine jew phenytoin,,

sirolimus, tacrolimus, everolimus u cyclosporine (li jintużaw wara trapjant),

St John’s Wort – mediċina mill-ħxejjex għad-depressjoni,

rifampicin – għat-tuberkulosi.

MULTAQ mal-ikel u max-xorb

Tixrobx megħraq tal-grejpfrut meta tkun qiegħed/qegħda tieħu MULTAQ. Dan jista’ jżid il-livelli fid- demm ta’ dronedarone u tista’ tiżdied il-possibbiltà li jkollok effetti sekondarji.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

MULTAQ mhuwiex irrakkomandat jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila.

Tiħux MULTAQ jekk inti mara li jista’ jkollok it-tfal u m’intix tuża metodu ta’ kontraċezzjoni li tista’ togħqod fuqu.

Waqqaf il-pilloli u kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk toħroġ tqila waqt li qegħda tieħu MULTAQ.

Jekk inti omm li qegħda tredda’ tarbija, għandek titkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu MULTAQ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Normalment, MULTAQ ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, il- ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni tista 'tiġi affettwata mill-effetti sekondarji bħal għeja (jekk preżenti).

MULTAQ fih il-lactose

Lactose huwa tip ta’ zokkor. Jekk it-tabib tiegħek għarrfek li għandek intolleranza għal xi tip ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din it-tip ta’ mediċina.

3.Kif għandek tieħu MULTAQ

Il-kura b’MULTAQ għandha ssir taħt is-superviżjoni ta’ tabib li għandu l-esperjenza fil-kura tal-mard tal-qalb.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Jekk ikollok bżonn tbiddel minn amiodarone (mediċina oħra għat-taħbit irregolari tal-qalb) għal MULTAQ, it-tabib tiegħek se jieħu ħsieb din it-tibdila b’kawtela.

Kemm għandek tieħu

Id-doża li ssoltu tingħata hija pillola waħda ta’ 400 mg darbtejn kuljum. Ħu:

pillola waħda waqt l-ikla ta’ filgħodu u

pillola waħda waqt l-ikla ta’ filgħaxija.

Jekk taħseb li l-mediċina tiegħek hija qawwija wisq jew dgħajfa wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

It-teħid ta’ din il-mediċina

Ibla’ l-pilloli sħaħ bl-ilma waqt ikla.Il-pillola ma tistax tiqasam f;dożi ugwali.

Jekk tieħu MULTAQ aktar milli suppost

Ikkuntattja minnufih lit-tabib tiegħek jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza jew sptar. Ħu l-pakkett tal-mediċina miegħek.

Jekk tinsa tieħu MULTAQ

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża li jmiss fil- ħin li normalment teħodha.

Jekk tieqaf tieħu MULTAQ

Tiqafx tieħu din il-mediċina mingħajr ma l-ewwel tkellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrapportati b’din il-mediċina:

Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinduna b’kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji li ġejjin- jista’ jkollok bżonn ta’ assistenza medika urġenti

Problema fejn il-qalb ma tippompjax biżżejjed demm madwar ġismek kif suppost (insuffiċjenza konġestiva tal-qalb), li tista’ tikkawża qtugħ ta’ nifs jew nefħa fl-għekiesi.F’studji kliniċi, dan l- effett mhux mixtieq ġie osservat b’rata simili f’pazjenti li kienu qed jirċievu MULTAQ u f’pazjenti li kienu qed jirċievu l-plaċebo. Is-sinjali jinkludu saqajn jew riġlejn minfuħin, diffikultà biex tieħu n-nifs waqt li tkun mimdud/a jew waqt l-irqad, qtugħ ta’ nifs meta tiċċaqlaq minn post għall-ieħor jew żieda fil-piż.

Dijarea, rimettar meta jkunu eċċessivi għax jistgħu jwaslu għal problemi fil-kliewi.

Il-qalb tħabbat bil-mod

Infjammazzjoni tal-pulmun ( fosthom li l-pulmuni jiħxienu u jrabbu qoxra). Is-sinjali jinkludu qtugħ ta’ nifs u sogħla fil-vojt.

Problemi fil-fwied inkluż l-insuffiċjenza tal-fwied li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Is-sinjali jinkludu uġigħ jew dwejjaq madwar l-istonku (addominali), nuqqas ta’ aptit, dardir, rimettar, il- ġilda jew l-abjad tal-għajnejn jisfaru (suffejra), l-awrina b’mod mhux normali tkun skura, għeja (speċjalment flimkien mas-sintomi l-oħra mniżżla hawn fuq), ħakk.

Reazzjonijiet allerġiċi, li jinkludu nefħa tal-wiċċ, tax-xufftejn, tal-ħalq, tal-ilsien jew tal- gerżuma.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

tibdil fir-riżultati ta’ test wieħed tad-demm : il-livell tal-krejatinina fid-demm tiegħek,

tibdil fl-ECG (elettrokardjogramma) tiegħek li tissejjaħ QTc Bazett imtawwal,

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

problemi bid-diġestjoni bħal dijarea, tqalligħ, rimettar u uġigħ fl-istonku,

tħossok għajjien,

problemi fil-ġilda bħal raxx jew ħakk,

tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm użati biex wieħed jiċċekkja l-funzjoni tal-fwied.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

problemi oħra fil-ġilda bħal ħmura tal-ġilda jew ekżema (ħmura, ħakk, ħruq jew infafet),

il-ġilda tiegħek issir aktar sensittiva għax-xemx,

bidla fit-togħma ta’ xi affarijiet

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

telf tas-sens tat-togħma,

infjammazzjoni tal-vini u tal-arterji (vaskulite fosthom vaskulite lewkoċitoklastika).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen MULTAQ

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali ma jeħtiġ l-ebda kundizzjoni speċjali tal-ħażna.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi sinjali viżibbli ta’ deterjorament (ara f’sezzjoni 6).

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih MULTAQ

-Is-sustanza attiva hija dronedarone.

Kull pillola miksija b’rita fiha 400 mg ta’ dronedarone (bħala hydrochloride).

-Is-sustanzi l-oħra fil-qalba tal-pillola huma hypromellose (E464), maize starch, crospovidone (E1202), poloxamer 407, lactose monohydrate, colloidal anhydrous silica, magnesium stearate (E572).

-Is-sustanzi l-oħra fil-kisja tal-pillola huma hypromellose (E464),, macrogol 6000, titanium dioxide (E171), carnauba wax (E903).

Kif jidher MULTAQ u l-kontenut tal-pakkett

MULTAQ hija pillola miksija b’rita (pillola) bajda, ovali, immarkata b’mewġa doppja fuq naħa u b’“4142” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli MULTAQ miksijin b’rita jiġu f’pakketti ta’ 20, 50, 60 pillola f’folji opaki tal-PVC u aluminju u ta’ 100 x 1 pilloli f’folji opaki mtaqqbin tal-PVC u aluminju u li jagħtu doża waħda. Mhux id-daqsijiet kollha jistgħu jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq sanofi-aventis groupe

54, rue La Boétie F-75008 Paris – Franza

Il-Manifattur

Sanofi Winthrop Industrie

1 rue de la Vierge, Ambarès & Lagrave, F-33565 Carbon Blanc Cedex - Franza

Chinoin Pharmaceutical and Chemical Works Private Co.Ltd

2112 Veresegyhaz Lévai u.5

L-Ungerija

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Sanofi Belgium

UAB "SANOFI-AVENTIS LIETUVA"

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Tel: +370 5 2755224

България

Luxembourg/Luxemburg

SANOFI BULGARIA EOOD

Sanofi Belgium

Тел.: +359 (0)2 970 53 00

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

sanofi-aventis, s.r.o.

SANOFI-AVENTIS Zrt.

Tel: +420 233 086 111

Tel.: +36 1 505 0050

Danmark

Malta

sanofi-aventis Denmark A/S

Sanofi Malta Ltd.

Tlf: +45 45 16 70 00

Tel: +356 21493022

Deutschland

Nederland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

sanofi-aventis Netherlands B.V.

Tel: +49 (0)180 2 222010

Tel: +31 (0)182 557 755

Eesti

Norge

sanofi-aventis Estonia OÜ

sanofi-aventis Norge AS

Tel: +372 627 34 88

Tlf: +47 67 10 71 00

Ελλάδα

Österreich

sanofi-aventis AEBE

sanofi-aventis GmbH

Τηλ: +30 210 900 16 00

Tel: +43 1 80 185 – 0

España

Polska

sanofi-aventis, S.A.

sanofi-aventis Sp. z o.o.

Tel: +34 93 485 94 00

Tel.: +48 22 280 00 00

France

Portugal

sanofi-aventis France

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: 0 800 222 555

Tel: +351 21 35 89 400

Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23

 

Hrvatska

România

sanofi-aventis Croatia d.o.o.

Sanofi Romania SRL

Tel: +385 1 600 34 00

Tel: +40 (0) 21 317 31 36

Ireland

Slovenija

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI

sanofi-aventis d.o.o.

Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Tel: +386 1 560 48 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 33 100 100

Italia

Suomi/Finland

Sanofi S.p.A.

Sanofi Oy

Tel: 800.536389

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300

Κύπρος

Sverige

sanofi-aventis Cyprus Ltd.

Sanofi AB

Τηλ: +357 22 871600

Tel: +46 (0)8 634 50 00

Latvija

United Kingdom

sanofi-aventis Latvia SIA

Sanofi

Tel: +371 67 33 24 51

Tel: +44 (0) 845 372 7101

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati