Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Neofordex (dexamethasone) - H02AB02

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNeofordex
Kodiċi ATCH02AB02
Sustanzadexamethasone
ManifatturLaboratoires CTRS 

Neofordex

dexamethasone

Dan huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta' Valutazzjoni (EPAR) għal Neofordex. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l- kundizzjonijiet tal-użu tagħha. Dan mhux maħsub biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’

Neofordex.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Neofordex, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Neofordex u għal xiex jintuża?

Neofordex huwa mediċina użata flimkien ma’ mediċini kontra l-kanċer biex tikkura adulti b’majeloma multipla li żviluppaw sintomi. Majeloma multipla hija kanċer ta’ tip ta’ ċelloli bojod tad-demm li jissejħu ċelloli tal-plażma, li huma parti mis-sistema immunitarja (id-difiżi naturali tal-ġisem).

Neofordex fih is-sustanza attiva dexamethasone. Dan huwa ‘mediċina ibrida’. Dan ifisser li huwa simili għal mediċina ta' referenza li fiha l-istess sustanza attiva, iżda Neofordex huwa disponibbli f'qawwa ogħla. Il-mediċina ta’ referenza għal Neofordex hi Dectancyl.

Kif jintuża Neofordex?

Neofordex jista’ jinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib u l-kura għandha tinbeda u tkun sorveljata minn tabib b’esperjenza fil-ġestjoni tal-majeloma multipla.

Neofordex jiġi bħala pilloli ta' 40 mg. Id-doża normali hija 40 mg darba kuljum li tittieħed preferibbilment filgħodu. Madanakollu, id-doża u kemm spiss jingħata Neofordex ivarjaw skont il- mediċini li jingħata magħhom u skont il-kundizzjoni tal-pazjent. Għal aktar informazzjoni, ara l-fuljett ta' tagħrif.

Kif jaħdem Neofordex?

Is-sustanza attiva f’Neofordex, dexamethasone, tifforma parti mill-grupp ta’ mediċini magħrufin bħala kortikosterojdi. F’majeloma multipla, Neofordex jintuża flimkien ma’ mediċini kontra l-kanċer biex joqtol ċelloli tal-plażma kanċeroġeni. Jagħmel dan billi jitħallat ma’ proteini differenti (fattur nukleari kB u caspase 9) li jirregolaw il-mewt taċ-ċelloli. Neofordex jista’ wkoll inaqqas ċerti effetti sekondarji tal-kura tal-kanċer, bħal dardir (tħossok ma tiflaħx) jew rimettar.

Liema benefiċċju wera Neofordex waqt l-istudji mwettqa?

Minħabba li l-effetti ta’ dexamethasone b’doża għolja f’majeloma multipla huwa stabbiliti sew, il- kumpanija għal Neofordex ippreżentat studji mil-letteratura dwar l-użu ta’ dexamethasone għall-kura tal-majeloma multipla.

Barra minn hekk, sar studju tal-bijoekwivalenza f’24 voluntiera b’saħħithom li wera li Neofordex għandu kwalità komparabbli għall-mediċina ta’ referenza, Dectancyl.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Neofordex?

L-aktar effetti sekondarji komuni b’Neofordex (li dehru f’aktar minn pazjent 1 minn kull 10) jinkludu ipergliċemija (livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm), insomnja (diffikultà fl-irqad), uġigħ u dgħjufija fil- muskoli, astenja (dgħjufija), edema (nefħa) u żieda fil-piż. Effetti sekondarji inqas komuni iżda serji jinkludu pulmonite (infezzjoni tal-pulmun) u infezzjonijiet oħrajn u disturbi psikjatriċi bħal dipressjoni. Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji kollha rrappurtati b’Neofordex, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Neofordex m’għandux jintuża f’pazjenti b’marda virali attiva (speċjalment epatite, selħiet relatati mal- kesħa, ħruq ta’ Sant’Antnin jew ġidri r-riħ) jew bi psikożi mhux ikkontrollata (sens mibdul tar-realtà). Għal-lista sħiħa ta’ restrizzjonijiet, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Għaliex ġie approvat Neofordex?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-bniedem tal-Aġenzija (CHMP) ikkonkluda li Neofordex wera li għandu kwalità komparabbli għal Dectancyl u l-użu ta’ dexamethasone b’doża għolja f’majeloma multipla huwa stabbilit sew. Is-CHMP għaldaqstant iddeċieda li l-benefiċċji ta’ Neofordex huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jiġi approvat għall-użu fl-UE.

Liema miżuri qed jitteħdu sabiex jiġi assigurat l-użu sigur ta’ Neofordex?

Ġie żviluppat pjan ta’ ġestjoni tar-riskju biex jassigura li Neofordex jintuża bl-aktar mod sigur possibbli. Abbażi ta’ dan il-pjan, fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljett ta’ tagħrif għal Neofordex ġiet inkluża informazzjoni rigward is-sigurtà, inklużi l-prekawzjonijiet xierqa li jridu jkunu segwiti mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti.

Aktar informazzjoni tinstab fis-sommarju tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskju.

Informazzjoni oħra dwar Neofordex

L-EPAR sħiħ u s-sommarju tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskju għal Neofordex jinstabu fis-sit web tal-

Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Neofordex, aqra l-fuljett ta' tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati