Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Neupro (rotigotine) – Fuljett ta’ tagħrif - N04BC09

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNeupro
Kodiċi ATCN04BC09
Sustanzarotigotine
ManifatturUCB Manufacturing Ireland Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall- min qed jagħmel użu minnha Neupro 1 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. Mgħandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tistatagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Neupro u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

3.Kif għandek tuża Neupro

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Neupro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Neupro u gћalxiex jintuża

Neupro fih is-sustanza attiva rotigotine.Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Neupro jintuża biex jikkura is-sindromu ta’ Restless Legs (RLS) f’adulti, li tista` tiġi assoċjata ma’ skonfort f’riġlejk u dirgħajk. L-impuls li tiċċaqlaq l’hemm u l’hawn, disturbi fl-irqad, għajja jew nagħas waqt il-ġurnata. It-trattament b’ Neupro jtaffi jew inaqqas it-tul ta’ dawn is-sintomi.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

Tużax Neupro

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’ sezzjoni 6).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb). Għandek tneħħi l-impjastru Neupro qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża Neupro

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Neupro jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Neupro. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Neupro jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju.( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera). Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Neupro jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Neupro. Biex tevita li

jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-

-Jista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, li jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

Tfal u addoloxxenti

-Neupro m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Neupro

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Neupro, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Neupro jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Neupro.

Neupro ma’ ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Neupro.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Neupro jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Neupro. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Neupro jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Neupro fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3.Kif għandek tuża Neupro

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Neupro differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 1 mg/24 siegħa, 2 mg/24 siegħa u 3 mg/24 siegħa.

Tibda billi tuża impjastru wieħed Neupro 1 mg/ 24 siegħa kuljum. Jekk ikun neċessarju, din id-doża ta’ kuljum tista’ tiżdied b’ 1 mg, kull ġimgħa, sakemm jintlaħaq id-doża addattata ( ta’ manteniment) għalik. Din tiġri meta int u t-tabib tiegħek taqblu li s-sintomi huma kontrollati b’mod adekwat u li l- effetti mhux mixtieqa tal-mediċina huma aċċettabli.

Id-doża massima hi ta’ 3 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Neupro‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Neupro

Neupro huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed fuq il-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Neupro fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Neupro f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal l-impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Neupro fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Neupro. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Neupro fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-iISTRUZZJONIJIET t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Neupro milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Neupro minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-pariri tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Neupro

Tieqafx tieħu Neupro għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Neupro għandha titnaqqas gradwalment

b’1 mg kull jumejn – jekk tuża Neupro għas-sindromu ta’ Restless Legs.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Neupro għas-sindromu ta’ Restless Legs, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

tħossok ħażin (dardir)

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

debboleza (għajja)

uġigħ ta’ ras

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

rimettar, ħruq ta’istonku

irritabilita`

reazzjoni allerġika

ngħas, li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija, problemi biex torqod, problem ta’ l-irqad, ħolm mhux tas-soltu

xenqa ikbar għal attività sesswali

ħakk

pressjoni għolja tad-demm

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv, u xiri kompulsiv

nefħa fir-riġlejn u s-saqajn

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

tħossok stordut minħabba tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwiefqa

aġitazzjoni

Effetti Sekondarji Rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

aġir aggressive/aggressjoni

diżorjentazzjoni

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Neupro (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċini dopenerġiċi f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

tara u tisma affarijiet li mhux vera (alluċinazzjonijiet)

ħolm ikraħ

paranojja

konfużjoni

mard psikotiku

delużjoni

delirju

sturdament

telf ta’ koxxenza

movimenti involontarji relatati mal-marda ta’ Parkinson (diskineżja)

tħossok storduta meta tqum bil-wieqfa minħabba li tinżel il-pressjoni, spażmi fil-muskoli involontarji (aċċessjonijiet)

viżjoni mċajpra

disturbi fil-vista bħal tara kuluri jew dwal

vertigo (sensazzjoni li kollox qed idur bik)

tħoss qalbek tħabbat (palpitazzjonijiet)

ritmu tal-qalb abnormali

pressjoni tad-demm baxxa

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott

skonfort u uġigħ fl-istonku

ħmura, togħroq iżjed

ħakk ġeneralizzat

irritazzjoni fil-ġilda

ma jkunx tista’ jkollok jew ma tkunx tista’ tmantni erezzjoni

telf ta’ piz, żieda fil-piz

riżultati tat-test tal-funzjoni tal-fwied għolja jew abnormali

żieda fit-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali)

waqgħat

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Neupro

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżati xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li mgħadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjonital-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informformazzjoni oħra

X’fih Neupro

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 1 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 5 cm2 fih 2.25 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol (E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Neupro u l-kontenuti tal-pakkett

Neupro hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem Neupro 1 mg/24 h stampat fuqha.

Neupro hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 14, 28, 30,or 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42) impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co.Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

UCB GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: + 49 / (0) 2173 48 48 48

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

Norge

UCB Pharma Oy Finland

UCB Nordic A/S

Tel: +358-92 514 4221 (Soome)

Tlf: +45-32 46 24 00

Ελλάδα

Österreich

UCB Α.Ε.

UCB Pharma GmbH

Τηλ: +30 / 2109974000

Tel: +43-(1)291 80 00

España

Polska

UCB Pharma S.A.

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Tel.: +48-22 696 99 20

France

Portugal

UCB Pharma S.A.

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Tel: +351-22 986 61 00

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Neupro 2 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. Mgħandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tistatagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Neupro u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

3.Kif għandek tuża Neupro

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Neupro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’ inhu Neupro u gћalxiex jintuża

Neupro fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Neupro jintuża biex jikkura:

-Is-sindromu ta’ Restless Legs (RLS) fl’adulti, li tista` tiġi assoċjata ma’ skonfort f’riġlejk u dirgħajk. L-impuls li tiċċaqlaq l’hemm u l’hawn, disturbi fl-irqad, għajja jew nagħas waqt il- ġurnata. It-trattament b’ Neupro jtaffi jew inaqqas it-tul ta’ dawn is-sintomi.

-s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson fl’adulti jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

Tużax Neupro

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’ sezzjoni 6 ).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb). Għandek tneħħi l-impjastru Neupro qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

-Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Neupro.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Neupro jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Neupro. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, l-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tsl-mediċina.

-Neupro jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju.( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera). Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-

-Neupro jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Neupro. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-Tista’ jkollok l’esperjenza tas-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

Tfal u addoloxxenti

Neupro m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Neupro

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, u tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Neupro, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Neupro u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Neupro jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Neupro.

Neupro mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Neupro.

Tqala u, treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Neupro jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Neupro. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Neupro jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Neupro fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Neupro

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Neupro differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 1 mg/24 siegħa, 2 mg/24 siegħa, 3 mg/24 siegħa, 4 mg/24 siegħa, 6 mg/24 siegħa u 8 mg/24 siegħa. Għal dożi ogħla, impjastri multipli jridu jiġu applikati. Per eżempju, doża ta’ 10 mg tista’ tintlaħaq billi tapplika impjastru ta’ 6 mg/24 siegħa u impjastru ta’ 4 mg/24 siegħa.

Trattament tas-sindromu ta’ Restless Legs

Tibda billi tuża impjastru wieħed Neupro 1 mg/ 24 siegħa kuljum. Jekk ikun neċessarju, din id-doża ta’ kuljum tista’ tiżdied b’ 1 mg, kull ġimgħa, sakemm jintlaħaq id-doża addattata ( ta’ manteniment)

għalik. Din tiġri meta int u t-tabib tiegħek taqblu li s-sintomi huma kontrollati b’mod adekwat u li l- effetti mhux mixtieqa tal-mediċina huma aċċettabli.

Id-doża massima hi ta’ 3 mg kuljum.

Trattament tal-Marda ta’ Parkinson

Pazjenti li m’humiex jieħdu levodopa (istadju bikri tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru ta’ Neupro 2 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id- doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 6 mg u 8 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 4 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum.

Pazjenti li jieħdu levodopa (istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru wieħed ta’ Neupro 4 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 8 mg u 16 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Neupro‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Neupro:

Neupro huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Neupro fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Neupro f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Neupro fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Neupro. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Neupro fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Neupro milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Neupro minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament u segwi l-pariri tagħhom dwar it-tneħħija ta’ l-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Neupro

Tieqafx tieħu Neupro għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’

koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Neupro għandha titnaqqas gradwalment

b’1 mg kull jumejn – jekk tuża Neupro għas-sindromu ta’ Restless Legs, jew

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċinatista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Neupro għas-sindromu ta’ Restless Legs, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

ffetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

tħossok ħażin (dardir)

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

debboleza (għajja)

uġigħ ta’ ras

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

rimettar, ħruq ta’istonku

irritabilita`

reazzjoni allerġika

ngħas, li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija, problemi biex torqod, problem ta’ l-irqad, ħolm mhux tas-soltu

xenqa ikbar għal attività sesswali

ħakk

pressjoni għolja tad-demm

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

nefħa fir-riġlejn u saqajn

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

tħossok stordut minħabba tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwiefqa

aġitazzjoni

Effetti Sekondarji Rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

aġir aggressive/aggressjoni

diżorjentazzjoni

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Neupro (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

tara u tisma affarijiet li mhux vera (alluċinazzjonijiet)

ħolm ikraħ

paranojja

konfużjoni

mard psikotiku

delużjoni

delirju

sturdament

telf ta’ koxxenza

movimenti involontarji relatati mal-marda ta’ Parkinson (diskineżja)

tħossok storduta meta tqum bil-wieqfa minħabba li tinżel il-pressjoni

spażmi fil-muskoli involontarji (aċċessjonijiet)

viżjoni mċajpra, disturbi fil-vista bħal tara kuluri jew dwal, vertigo (sensazzjoni li kollox qed idur bik)

tħoss qalbek tħabbat (palpitazzjonijiet)

ritmu tal-qalb abnormali

pressjoni tad-demm baxxa

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott

skonfort u uġigħ fl-istonku

ħmura, togħroq iżjed

ħakk ġeneralizzat

irritazzjoni fil-ġilda

ma jkunx tista’ jkollok jew ma tkunx tista’ tmantni erezzjoni

telf ta’ piz, żieda fil-piz

riżultati tat-test tal-funzjoni tal-fwied għolja jew abnormali

żieda fit-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali)

waqgħat

Jekk qed tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl, ħolm mhux tas- soltu

tintilef minn sensik, movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott, ħruq ta’istonku

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa’

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

Reazzjonijiet allerġiċi

li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorientazzjoni

aġitazzjoni

ġibda ikbar għal attività sesswali,

konfuzzjoni

viżżjoni mċajpra

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Neupro (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xieffett sekondarju,kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Neupro

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżati xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif għandek tarmimediċini li mgħadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjonital-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Neupro

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 2 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 10 cm2 fih 4.5 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol (E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Neupro u l-kontenuti tal-pakkett

Neupro hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem Neupro 2 mg/24 h stampat fuqha.

Neupro hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 14, 28, 30 jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42), impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co.Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

UCB GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: + 49 / (0) 2173 48 48 48

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

Norge

UCB Pharma Oy Finland

UCB Nordic A/S

Tel: +358-92 514 4221 (Soome)

Tlf: +45-32 46 24 00

Ελλάδα

Österreich

UCB Α.Ε.

UCB Pharma GmbH

Τηλ: +30 / 2109974000

Tel: +43-(1)291 80 00

España

Polska

UCB Pharma S.A.

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Tel.: +48-22 696 99 20

France

Portugal

UCB Pharma S.A.

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Tel: +351-22 986 61 00

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Neupro 3 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Neupro u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

3.Kif għandek tuża Neupro

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Neupro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Neupro u gћalxiex jintuża

Neupro fih s-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Neupro jintuża biex jikkura s-sindromu ta’ Restless Legs (RLS) f’adulti, li tista` tiġi assoċjata ma’ skonfort f’riġlejk u dirgħajk. L-impuls li tiċċaqlaq l’hemm u l’hawn, disturbi fl-irqad, għajja jew nagħas waqt il-ġurnata. It-trattament b’ Leganto jtaffi jew inaqqas it-tul ta’ dawn is-sintomi.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

Tużax Neupro

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6 ).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb). Għandek tneħħi l-impjastru Neupro qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża Neupro.

-

Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Neupro jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Neupro. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

-Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, l-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Neupro jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju. Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Neupro jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Neupro. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-Tfal u addoloxxenti

-

Neupro m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Neupro

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Neupro, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Neupro u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Neupro.

Neupro mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Neupro.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Neupro jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Neupro. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Neupro jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Informazzjoni importanti dwar xi ingredjenti ta’ Neupro

Neupro fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Neupro

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Neupro differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 1 mg/24 siegħa, 2 mg/24 siegħa u 3 mg/24 siegħa.

Trattament tas-sindromu ta’ Restless Legs

Tibda billi tuża impjastru wieħed Neupro 1 mg/ 24 siegħa kuljum. Jekk ikun neċessarju, din id-doża ta’ kuljum tista’ tiżdied b’ 1 mg, kull ġimgħa, sakemm jintlaħaq id-doża addattata ( ta’ manteniment)

għalik. Din tiġri meta int u t-tabib tiegħek taqblu li s-sintomi huma kontrollati b’mod adekwat u li l- effetti mhux mixtieqa tal-mediċina huma aċċettabli.

Id-doża massima hi ta’ 3 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Neupro‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Neupro:

Neupro huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda. Għandek twaħħal impjastru fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Neupro f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal Neupro fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Neupro fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Neupro. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Neupro fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Neupro milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Neupro minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni,ngħas estrem movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament u segwi l-pariri tagħhom dwar it-tneħħija ta’ l-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Neupro

Tieqafx tieħu Neupro għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Neupro għandha titnaqqas gradwalment

b’1 mg kull jumejn – jekk tuża Neupro għas-sindromu ta’ Restless Legs.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawżz effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara

għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Neupro għas-sindromu ta’ Restless Legs, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

tħossok ħażin (dardir)

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

debboleza (għajja)

uġigħ ta’ ras

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

rimettar, ħruq ta’istonku

irritabilita`

reazzjoni allerġika

ngħas, li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija, problemi biex torqod, problem ta’ l-irqad, ħolm mhux tas-soltu

xenqa ikbar għal attività sesswali

ħakk

pressjoni għolja tad-demm

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kumpulsiv u xiri kompulsiv

nefħa fir-riġlejn u saqajn

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjenti

tħossok stordut minħabba tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwiefqa

aġitazzjoni

Effetti Sekondarji Rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjenti

aġir aggressive/aggressjoni

diżorjentazzjoni

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Neupro (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

tara u tisma affarijiet li mhux vera (alluċinazzjonijiet)

ħolm ikraħ, paranojja, konfużjoni, mard psikotiku

delużjoni

delirju

sturdament

telf ta’ koxxenza

movimenti involontarji relatati mal-marda ta’ Parkinson (diskineżja)

tħossok storduta meta tqum bil-wieqfa minħabba li tinżel il-pressjoni

spażmi fil-muskoli involontarji (aċċessjonijiet)

viżjoni mċajpra

disturbi fil-vista bħal tara kuluri jew dwal

vertigo (sensazzjoni li kollox qed idur bik)

tħoss qalbek tħabbat (palpitazzjonijiet)

ritmu tal-qalb abnormali

pressjoni tad-demm baxxa

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott

skonfort u uġigħ fl-istonku

ħmura, togħroq iżjed

ħakk ġeneralizzat

irritazzjoni fil-ġilda

ma jkunx tista’ jkollok jew ma tkunx tista’ tmantni erezzjoni

telf ta’ piz, żieda fil-piz

riżultati tat-test tal-funzjoni tal-fwied għolja jew abnormali

żieda fit-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali)

waqgħat

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarjukellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Neupro

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżat xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġ jew mal-skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu biex jgħinu għall-protezzjonital- ambjent.

6. Contents tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Neupro

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 3 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 15 cm2 fih 6.75 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol (E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Neupro u l-kontenuti tal-pakkett

Neupro hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem Neupro 3 mg/24 h stampat fuqha.

Neupro hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 14, 28, 30, jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42), impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co.Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

UCB GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: + 49 / (0) 2173 48 48 48

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

Norge

UCB Pharma Oy Finland

UCB Nordic A/S

Tel: +358-92 514 4221 (Soome)

Tlf: +45-32 46 24 00

Ελλάδα

Österreich

UCB Α.Ε.

UCB Pharma GmbH

Τηλ: +30 / 2109974000

Tel: +43-(1)291 80 00

España

Polska

UCB Pharma S.A.

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Tel.: +48-22 696 99 20

France

Portugal

UCB Pharma S.A.

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Tel: +351-22 986 61 00

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Neupro 4 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Neupro u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

3.Kif għandek tuża Neupro

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Neupro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Neupro u gћalxiex jintuża

Neupro fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Neupro jintuża biex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson f’adulti jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

Tużax Neupro

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’ sezzjoni 6 ).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb). Għandek tneħħi l-impjastru Neupro qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Neupro

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Neupro jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Neupro. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Neupro jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju. Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-

-Neupro jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Neupro. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-

-Tfal u addoloxxenti

Neupro m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti is-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit- tfal.

Mediċini oħra u Neupro

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Neupro, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Neupro u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Neupro jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Neupro.

Neupro mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Neupro.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Neupro jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Neupro. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Informazzjoni importanti dwar xi ingredjenti ta’ Neupro

Neupro fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Neupro

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Neupro differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 2 mg/24 siegħa, 4 mg/24 siegħa, 6 mg/24 siegħa u 8 mg/24 siegħa. Għal dożi ogħla, impjastri multipli jridu jiġu applikati. Per eżempju, doża ta’ 10 mg tista’ tintlaħaq billi tapplika impjastru ta’ 6 mg/24 siegħa u impjastru ta’ 4 mg/24 siegħa.

Pazjenti li m’humiex jieħdu levodopa (istadju bikri tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru ta’ Neupro 2 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id- doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 6 mg u 8 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 4 ġimgħat). Din tiġri meta int u t- tabib tiegħek taqblu li s-sintomi huma kontrollati b’mod adekwat u li l-effetti mhux mixtieqa tal- mediċina huma aċċettabli.

Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum.

Pazjenti li jieħdu levodopa (istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru ta’ Neupro 4 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id- doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 8 mg u 16 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Neupro‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Neupro:

Neupro huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda,

Għandek twaħħal impjastru Neupro fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Neupro f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal l-impastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Neupro fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Neupro. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Neupro fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Neupro milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Neupro minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament u segwi l-pariri tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Neupro

Tieqafx tieħu Neupro għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Neupro għandha titnaqqas gradwalment

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawza effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistaw jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni: jistaw jaffettwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl ħolm mhux tas- soltu,

Tintilef minn sensik, movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott,ħruq ta’istonku,

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk,

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa’

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

Reazzjonijiet allerġiċi

li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorjentazzjoni

aġitazzjoni

ġibda ikbar għal attività sesswali

konfuzzjoni

vizzjoni mċajpra

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Neupro (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Neupro

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżati xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas +oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Neupro

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 4 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 20 cm2 fih 9.0 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol (E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Neupro u l-kontenuti tal-pakkett

Neupro hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem Neupro 4 mg/24 h stampat fuqha.

Neupro hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 14, 28, 30 jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketi ta’ 42) impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co.Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

UCB GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: + 49 / (0) 2173 48 48 48

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

Norge

UCB Pharma Oy Finland

UCB Nordic A/S

Tel: +358-92 514 4221 (Soome)

Tlf: +45-32 46 24 00

Ελλάδα

Österreich

UCB Α.Ε.

UCB Pharma GmbH

Τηλ: +30 / 2109974000

Tel: +43-(1)291 80 00

España

Polska

UCB Pharma S.A.

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Tel.: +48-22 696 99 20

France

Portugal

UCB Pharma S.A.

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Tel: +351-22 986 61 00

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Neupro 6 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Neupro u għalxiex jintuża'

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

3.Kif għandek tuża Neupro

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Neupro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Neupro u gћalxiex jintuża

Neupro fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Neupro jintuża biex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson f’adultijew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

Tużax Neupro

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb). Għandek tneħħi l-impjastru Neupro qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Neupro.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Neupro jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Neupro. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Neupro jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju. Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-Neupro jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Neupro. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

Tfal u addoloxxenti

Neupro m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma’ ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Neupro

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Neupro, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Neupro u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Neupro jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Neupro.

Neupro mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Neupro.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Neupro jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Neupro. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Neupro jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Neupro fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Neupro

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Neupro differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 2 mg/24 siegħa, 4 mg/24 siegħa, 6 mg/24 siegħa u 8 mg/24 siegħa. Għal dożi ogħla, impjastri multipli jridu jiġu applikati. Per eżempju, doża ta’ 10 mg tista’ tintlaħaq billi tapplika impjastru ta’ 6 mg/24 siegħa u impjastru ta’ 4 mg/24 siegħa.

Pazjenti li m’humiex jieħdu levodopa (istadju bikri tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru wieħed ta’ Neupro 2 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża

korretta hija ta’ bejn 6 mg u 8 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 4 ġimgħat). Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum.

Pazjenti li jieħdu levodopa (istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru wieħed ta’ Neupro 4 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 8 mg u 16 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Neupro‘.

Segwi dawn l-istuzzjonijiet meta tuża Neupro:

Neupro huwa għal użu minn ġol-ġilda, ġarża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Neupro fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Neupro f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Neupro fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Neupro. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Neupro fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Neupro milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Neupro minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-pariri tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Neupro

Tieqafx tieħu Neupro għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Neupro għandha titnaqqas gradwalment

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni jaffettwa iżjed minn pazjent 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl ħolm mhux tas- soltu

tintilef minn sensik movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott, ħruq ta’istonku

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa’

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffanger, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

Reazzjonijiet allerġiċi

li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

aġitazzjoni

xenqa ikbar għal attività sesswali,

diżorjentazzjoni

aġitazzjoni

konfużjoni

viżżjoni mċajpra

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, raxx fil-ġilda, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fit-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Neupro (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Neupro

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżat xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Neupro

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 6 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 30 cm2 fih 13.5 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol (E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Neupro u l-kontenuti tal-pakkett

Neupro hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem Neupro 6 mg/24 h stampat fuqha.

Neupro hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 14, 28, 30,jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42), impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co.Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur

ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

 

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

UCB GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: + 49 / (0) 2173 48 48 48

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

Norge

UCB Pharma Oy Finland

UCB Nordic A/S

Tel: +358-92 514 4221 (Soome)

Tlf: +45-32 46 24 00

Ελλάδα

Österreich

UCB Α.Ε.

UCB Pharma GmbH

Τηλ: +30 / 2109974000

Tel: +43-(1)291 80 00

España

Polska

UCB Pharma S.A.

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Tel.: +48-22 696 99 20

France

Portugal

UCB Pharma S.A.

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Tel: +351-22 986 61 00

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Neupro 8 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Neupro u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

3.Kif għandek tuża Neupro

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Neupro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’ inhu Neupro u gћalxiex jintuża

Neupro fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Neupro jintuża biex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

Tużax Neupro

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb). Għandek tneħħi l-impjastru Neupro qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Neupro.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Neupro. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Neupro jew meta

tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-

-

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Neupro jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju. Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-Neupro jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Neupro. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

Tfal u addoloxxenti

Neupro m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti is-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Neupro

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Neupro, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Neupro u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Neupro.

Neupro mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Neupro.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Neupro jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Neupro. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Neupro jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Neupro fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Neupro

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Neupro differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 2 mg/24 siegħa, 4 mg/24 siegħa, 6 mg/24 siegħa u 8 mg/24 siegħa. Għal dożi ogħla, impjastri multipli jridu jiġu applikati. Per eżempju, doża ta’ 10 mg tista’ tintlaħaq billi tapplika impjastru ta’ 6 mg/24 siegħa u impjastru ta’ 4 mg/24 siegħa.

Pazjenti li m’humiex jieħdu levodopa (istadju bikri tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru ta’ Neupro 2 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id- doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża

korretta hija ta’ bejn 6 mg u 8 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 4 ġimgħat). Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum.

Pazjenti li jieħdu levodopa (istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru wieħed ta’ Neupro 4 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 8 mg u 16 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Neupro‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Neupro:

Għandek twaħħal impjastru Neupro fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Neupro f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Neupro fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser

twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Neupro. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Neupro fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Neupro milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Neupro minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-pariri tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Neupro

Tieqafx tieħu Neupro għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Neupro għandha titnaqqas gradwalment

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw iżjed minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl ħolm mhux tas- soltu

tintilef minn sensik, movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott, ħruq ta’istonku

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa’

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

reazzjonijiet allerġiċi

li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorjentazzjoni

ġibda ikbar għal attività sesswali,

konfużjoni

viżżjoni mċajpra,

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, raxx fil-ġilda, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja

żieda fil-piż

żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Neupro (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex imsemmi f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Neupro

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżat xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u tagħrif ieħor

X’fih Neupro

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 8 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 40 cm2 fih 18.0 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol (E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Neupro u l-kontenuti tal-pakkett

Neupro hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem Neupro 8 mg/24 h stampat fuqha.

Neupro hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 14, 28, 30 jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42) impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co.Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

UCB GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: + 49 / (0) 2173 48 48 48

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

Norge

UCB Pharma Oy Finland

UCB Nordic A/S

Tel: +358-92 514 4221 (Soome)

Tlf: +45-32 46 24 00

Ελλάδα

Österreich

UCB Α.Ε.

UCB Pharma GmbH

Τηλ: +30 / 2109974000

Tel: +43-(1)291 80 00

España

Polska

UCB Pharma S.A.

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Tel.: +48-22 696 99 20

France

Portugal

UCB Pharma S.A.

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Tel: +351-22 986 61 00

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Neupro 2 mg/24 siegħaNeupro 4 mg/24 siegħa Neupro 6 mg/24 siegħa

Neupro 8 mg/24 siegħa

garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Neupro u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

3.Kif għandek tuża Neupro

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Neupro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Neupro u gћalxiex jintuża

Neupro fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Neupro jintuża biex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson f’adulti jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Neupro

Tużax Neupro

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb). Għandek tneħħi l-impjastru Neupro qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

-Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Neupro.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Neupro jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Neupro. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

-Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tsl-mediċina.

-Neupro jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju. Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-Neupro jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Neupro. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-

Tfal u addoloxxenti

Neupro m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Neupro

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Neupro, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Neupro u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Neupro jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Neupro.

Neupro mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Neupro.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Neupro jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Neupro. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Neupro jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Neupro fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Neupro

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħed. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Neupro huwa ġeneralment użat f’trattament fit-tul. Normalment, ser tibda t-trattament b’doża baxxa u, jekk ikun neċessarju, iżżidha ġimgħa wara ġimgħa, kif jgħidlek it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek, sakemm tilħaq id-doża korretta għalik. Imbagħad għandek tkompli t-trattament b’din id-doża, li jgħidulha doża ta’ manteniment.

Il-pakkett tal-bidu tal-kura ta’ Neupro fih 4 pakketti differenti (wieħed għal kull qawwa) b’7 impjastri kull wieħed. Dawn il-pakketti normalment hemm bżonnhom għall-ewwel erba’ ġimgħat tat-terapija, imma skont ir-rispons tiegħek għal Neupro, jista’ ma’ jkollokx bżonn l-pakketti tad-dożi kollha nklużi,

jew jista’ jkollok bżonn dożi ogħla addizzjonali wara ġimgħa 4, li mhumiex koperti minn dan il- pakkett.

Fl-ewwel jum tat-trattament, ibda b’Neupro 2 mg (pakkett immarkat “Ġimgħa 1”), uża impjastru wieħed ta’ Neupro 2 mg kuljum. Għandek tuża Neupro 2 mg għal 7 tijiem (eż. Jekk inti tibda il-Ħadd, aqleb għad-doża li jmiss il-Ħadd ta’ wara.).

Fil-bidu tat-tieni ġimgħa, inti għandek tieħu Neupro 4 mg (pakkett immarkat “Ġimgħa 2”). Fil-bidu tat -tielet ġimgħa, inti għandek tieħu Neupro 6 mg (pakkett immarkat “Ġimgħa 3). Fil-bidu tar-raba’ ġimgħa, inti għandek tieħu Neupro 8 mg (pakkett immarkat “Ġimgħa 4”). 888

Id-doża addattata għalik tiddependi mill-bżonnijiet tiegħek.

4 mg ta’ Neupro kuljum tista’ tkun doża effettiva għal xi pazjenti. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti bil- marda ta’ Parkinson fl-istadju bikri, d-doża addattata tintlaħaq fi żmien 3 jew 4 ġimgħat, f’dożi ta’ 6 mg kuljum jew 8 mg kuljum rispettivament. Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat, d-doża addattata tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat, f’dożi ta’ 8 mg kuljum sa doża massima ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Neupro‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Neupro:

Neupro huwa għall-użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Neupro fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Neupro f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Neupro fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Neupro. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma ikunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Neupro fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Neupro milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Neupro minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni,ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-pariri tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk użajt impjastru differenti (eż. Neupro 4 mg/24 siegħa minflok Neupro 2 mg/24 siegħa) minn dik li qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l- pariri tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri .

Jekk għandek xi reazzjonijiet ħżiena, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Neupro

Tieqafx tieħu Neupro għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Neupro għandha titnaqqas gradwalment

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Neupro għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffettwa aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjent

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl ħolm mhux tas- soltu

tintilef minn sensik, movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija),

tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott, ħruq ta’istonku

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk,

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa'

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

reazzjonijiet allerġiċi

torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorjentazzjoni

aġitazzjoni

ġibda ikbar għal attività sesswali, konfużjoni

viżżjoni mċajpra

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, raxx fil-ġilda, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Neupro (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’

tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Neupro

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżati xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Neupro

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Neupro 2 mg/ 24 siegħa

Kull impjastru jerħi 2 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 10 cm2 fih 4.5 mg ta’ rotigotine.

Neupro 4 mg/ 24 siegħa

Kull impjastru jerħi 4 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 20 cm2 fih 9.0 mg ta’ rotigotine.

Neupro 6 mg/ 24 siegħa

Kull impjastru jerħi 6 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 30 cm2 fih 13.5 mg ta’ rotigotine.

Neupro 8 mg/ 24 siegħa

Kull impjastru jerħi 8 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 40 cm2 fih 18.0 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol (E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Neupro u l-kontenuti tal-pakkett

Neupro hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem Neupro 2 mg/24 h, 4 mg/24 h, 6 mg/24 h, 8 mg/24 h stampat fuqha.

Neupro hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Pakkett tal-bidu tal-kura wieħed fih 28 ġarża li jipprovdi mediċina li tgħaddi taħt il-ġilda f’ 4 kaxxi tal-

kartun b’ 2 mg, 4 mg, 6 mg, u 8 mg kull wieħed li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co.Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

UCB GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: + 49 / (0) 2173 48 48 48

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

Norge

UCB Pharma Oy Finland

UCB Nordic A/S

Tel: +358-92 514 4221 (Soome)

Tlf: +45-32 46 24 00

Ελλάδα

Österreich

UCB Α.Ε.

UCB Pharma GmbH

Τηλ: +30 / 2109974000

Tel: +43-(1)291 80 00

España

Polska

UCB Pharma S.A.

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Tel.: +48-22 696 99 20

France

Portugal

UCB Pharma S.A.

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Tel: +351-22 986 61 00

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati