Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Neuraceq (florbetaben (18F)) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - V09AX06

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNeuraceq
Kodiċi ATCV09AX06
Sustanzaflorbetaben (18F)
ManifatturPiramal Imaging Limited

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Neuraceq 300 MBq/mL soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni fih 300 MBq ta’ florbetaben (18F) fid-data u l-ħin ta’ kalibrazzjoni.

L-attività f’kull kunjett tvarja minn 300 MBq sa 3000 MBq fid-data u l-ħin ta’ kalibrazzjoni.

Fluorine (18F) jiddeġenera f’ossiġnu stabbli (18O) b’half-life ta’ madwar 110 minuti billi jemittja radjazzjoni ta’ positron ta’ 634 keV, segwita minn trasformazzjoni għal radjazzjoni fotonika ta’

511 keV.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Dan il-prodott mediċinali fih sa 1.2 g ta’ ethanol u sa 33 mg ta’ sodju f’kull doża (ara sezzjoni 4.4).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni.

Soluzzjoni ċara, u mingħajr kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Dan il-prodott mediċinali huwa għall-użu dijanjostiku biss.

Neuraceq huwa prodott radjofarmaċewtiku indikat għal immaġni bi Positron Emission Tomography (PET) ta’ densità ta’ plakka newritika ta’ β-amyloid fil-moħħ ta’ adulti b’indeboliment konjittiv li qed jiġu valutati għall-marda ta’ Alzheimer (AD - Alzheimer’s Disease) u kawżi oħra ta’ indeboliment konjittiv. Neuraceq għandu jintuża flimkien ma’ valutazzjoni klinika.

Skenn negattiva tindika li hemm plakki sparsi jew xejn, li mhux konsistenti ma’ dijanjosi ta’ AD.

Għal-limitazzjonijiet fl-interpretazzjoni ta’ skenn pożittiva, ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

PET skenn bi florbetaben (18F) għandha tkun mitluba minn tobba b’esperjenza fil-ġestjoni klinika ta’ disturbi newrodeġenerattivi.

Immaġini b’Neuraceq għandhom jiġu interpretati biss minn persuni mħarrġa fl-interpretazzjoni ta’ immaġini PET bi florbetaben (18F). Skenn riċenti koreġistrata b’tomografija komputata (CT - computerized tomography) jew resonanza manjetika (MR - magnetic resonance) tal-pazjent sabiex tinkiseb immaġini PET-CT jew PET-MR hija rrakkomandata f’każijiet ta’ inċertezza dwar l-allokazzjoni ta’ materja griża u tal-burdura tal-materja griża/bajda fil-PET skenn (ara sezzjoni 4.4 Interpretazzjoni ta’ immaġini ta’ Neuraceq).

Pożoloġija

L-attività rakkomandata għal adult hi ta’ 300 MBq florbetaben (18F). Id-doża massima m’għandhiex taqbeż 360 MBq u m’għandhiex taqa’ taħt 240 MBq fil-ħin li tingħata. Il-volum ta’ Neuraceq li jrid jiġi injettat jista’ jkun minn 0.5 sa 10 mL, sabiex jipprovdi l-attività mixtieqa ta’ 300 MBq fil-ħin tal- għoti ġol-vina.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu rakkomandat abbażi tal-età.

Indeboliment tal-kliewi u tal-fwied

Konsiderazzjoni xierqa tal-attività li trid tingħata hi meħtieġa peress li żieda fl-esponiment ta’ radjazzjoni hi possibbli f’dawn il-pazjenti. Ara sezzjoni 4.4.

Studji estensivi dwar il-medda tad-dożi u t’aġġustament bil-prodott mediċinali f’popolazzjonijiet normali u speċjali ma sarux. Il-farmakokinetika ta’ florbetaben (18F) f’pazjenti b’indeboliment tal- kliewi u tal-fwied ma ġietx ikkaraterizzata.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemmx użu rilevanti ta’ Neuraceq fil-popolazzjoni pedjatrika.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Neuraceq għandu jingħata ġol-vina u għall-użu ta’ aktar minn doża waħda.

L-attività ta’ florbetaben (18F) trid tiġi mkejjla b’attivimetru (kalibratur tad-doża) immedjatament qabel l-injezzjoni.

Florbetaben (18F) m’għandux jiġi dilwit.

Id-doża tingħata bħala bolus bil-mod ġol-vina (6 sek/mL) segwita b’madwar 10 mL ta’

9 mg/mL (0.9 %) sodium chloride soluzzjoni għall-injezzjoni mogħtija malajr sabiex tiġi żgurata l- portata sħiħa tad-doża. Jekk il-volum tal-injezzjoni fis-siringa jvarja bejn 0.5 u 1 mL, siringi ta’ daqs xieraq (1 mL) biss għandhom jintużaw u s-siringa teħtieġ li tiġi mlaħalħa sew b’soluzzjoni ta’ sodium chloride (ara sezzjoni 12).

L-injezzjoni ta’ florbetaben (18F) trid issir ġol-vina sabiex tiġi evitata l-irradjazzjoni bħala riżultat ta’ ekstravazazzjoni lokali, kif ukoll artefatti fl-immaġni.

Akkwist tal-immaġini

Immaġini PET ta’ 20 minuta għandha tinkiseb li tibda madwar 90 minuti wara l-injezzjoni ġol-vina bi florbetaben (18F).

Il-pazjenti għandhom ikunu f’pożizzjoni mimduda wiċċhom ’l fuq b’rashom pożizzjonata biex tiċċentra l-moħħ, li jinkludi ċ-ċerebellum, fil-kamp tal-vista tal-iskenner PET. Sabiex jitnaqqas il- moviment tar-ras jista’ jintuża ristrinġitur flessibbli tar-ras. Ir-rikostruzzjoni għandha tinkludi korrezzjoni għall-attenwazzjoni b’riżultati ta’ daqsijiet ta’ pixel transassjali ta’ bejn 2.0 u 3.0 mm.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġustifikazzjoni għall-benefiċċju/riskju individwali

Għal kull pazjent, l-esponiment mir-radjazzjoni għandu jkun ġġustifikat mill-benefiċċju li jista’ jikseb. L-attività amministrata għandha, fi kwalunkwe każ, tkun kemm tista’ tkun raġonevolment baxxa sabiex tinkiseb l-informazzjoni dijanjostika meħtieġa.

Indeboliment tal-kliewi u tal-fwied.

Konsiderazzjoni xierqa tal-proporzjon tal-benefiċċju mar-riskju hi meħtieġa peress li żieda fl-esponiment ta’ radjazzjoni hi possibbli f’dawn il-pazjenti. Florbetaben (18F) jiġi eliminat prinċipalment mis-sistema tal-fwied u l-marrara u pazjenti b’indeboliment tal-fwied għandhom il-potenzjal ta’ esponiment ogħla ta’ radjazzjoni. Ara sezzjoni 4.2.

Popolazzjoni pedjatrika

Għal tagħrif dwar l-użu fil-popolazzjoni pedjatrika, ara sezzjonijiet 4.2 jew 5.1.

Interpretazzjoni tal-immaġini b’Neuraceq

Immaġini b’Neuraceq għandhom jiġu interpretati biss minn persuni mħarrġa fl-interpretazzjoni ta’ immaġini PET bi florbetaben (18F). Skenn negattiva tindika plakki rari jew li ma hemm l-ebda densità ta’ β-amyloid fil-kortiċi. Skenn pożittiva tindika densità minn moderata għal frekwenti. Kien hemm żbalji fl-interpretazzjoni tal-immaġini fl-istima tad-densità tal-plakka newritika ta’ β-amyloid fil- moħħ, li jinkludu negattivi foloz u pożittivi foloz.

Immaġini PET għandhom jinqraw f’orjentazzjoni transassjali permezz ta’ skala griża. L-ispeċjalista għandu jikkompara l-intensità tas-sinjal fil-materja kortikali griża mal-intensità massima tas-sinjal fil-materja l-bajda. L-immaġini għandhom jiġu analizzati sistematikament (Figura 1) billi wieħed jibda fil-livell taċ-ċerebellum u jiskrollja ’l fuq lejn il-lobi temporali laterali u frontali, imbagħad għaż-żona tal-kortiċi posterjuri singulat u prekuneju, u fl-aħħar fil-lobu parjetali.

L-interpretazzjoni tal-immaġini ssir b’mod viżwali billi tiġi mqabbla l-attività fil-materja kortikali griża mal-attività fil-materja kortikali bajda tal-viċin. Kull wieħed minn dawn ir-reġjuni, il-lobi temporali laterali, ċingulat posterjuri u lobi parjetali għandhom jiġu analizzati viżwalment b’mod sistematiku u jingħataw punti skont it-teħid ta’ intraċċatur fil-kortiċi reġjonali (RCTU-regional cortical tracer uptake) (Tabella 1).

Tabella 1: Tifsiriet tat-teħid ta’ intraċċar kortikali reġjonal (RCTU - regional cortical tracer uptake)

Punteġġ ta’ teħid ta’ intraċċar kortikali

Kondizzjoni għall-istima

reġjonali

 

 

 

Teħid ta’ intraċċatur (i.e. intensità tas-sinjal)

1. (Ebda teħid ta’ intraċċatur)

f’materja griża fir-reġjun huwa inqas milli

 

fil-materja bajda.

 

Parti(jiet) iżgħar ta’ teħid ta’ intraċċatur ugwali għal

 

jew ogħla minn dak preżenti fil-materja bajda: li

2. (Teħid moderat ta’ intraċċatur)

jestendi lil hinn mit-tarf tal-materja l-bajda

sal-marġini kortikali ta’ barra b’involviment

 

 

tal-maġġoranza tal-porzjonijiet fi ħdan ir-reġjun

 

rispettiv.

 

Żona konfluwenti kbira ta’ teħid ta’ intraċċatur

 

ugwali għal jew ogħla minn dak preżenti fil-materja

3. (Teħid ta’ intraċċatur notevoli)

bajda: li jestendi lil hinn mit-tarf tal-materja l-bajda

sal-marġni kortikali ta’ barra b’involviment

 

 

tar-reġjun sħiħ li jinkludi l-maġġoranza

 

tal-porzjonijiet fi ħdan ir-reġjun rispettiv.

 

Nota: Għal punteġġ ta’ teħid ta’ intraċċatur fil-kortiċi, l-intraċċar għandu jkun preżenti fil-maġġoranza tal-porzjonijiet fir-reġjun rispettiv.

Figura 1: Każijiet b’Neuraceq PET li juru eżempji ta’ florbetaben (18F) PET skenn negattiv (ringiela ta’ fuq) u skenn pożittiv (ringiela ta’ taħt).

Id-deċiżjoni globali tal-istima viżwali tal-PET skenn hija bbażata skont l-individwu fuq ir-riżultat binarju bħala ‘pożittiv’ jew ‘negattiv’. Individwu huwa kklassifikat bħala "pożittiv" jew "negattiv" skont il-punteġġ ta’ tagħbija ta’ plakka ta’ amyloid tal-moħħ (BAPL-brainamyloid plaque load) (Tabella 2) li hi derivata minn punteġġi RCTU fl-erba’ reġjuni tal-moħħ (Tabella 1).

Tabella 2: Definizzjonijiet ta’ tagħbija ta’ plakka ta’ amyloid fil-moħħ (BAPL-brain amyloid plaque load)

Stima

Punteġġ BAPL

Regola għal analiżi

 

 

 

 

 

Skenn mingħajr depożizzjoni ta’

Punteġġ RCTU 1 f’kull wieħed

 

 

beta-amyloid

mill-4 reġjuni tal-moħħ (lobi temporali

Skenn negativ

 

 

posterjuri, lobi frontali, ċingulat

 

 

 

posterjuri/perkuneju, lobi parijetali).

 

 

 

 

 

Skenn b’depożizzjoni moderata

Punteġġ RCTU 2 f’xi wieħed jew kull

 

 

ta’ beta-amyloid

wieħed mill-4 reġjuni u ebda punteġġ 3

Skenn pożittiv

 

 

f’dawn l-4 reġjuni tal-moħħ.

 

Skenn b’depożizzjoni

Punteġġ RCTU 3 f’tal-anqas wieħed mill-

 

 

enfasizzata ta’ beta--amyloid

4 reġjuni tal-moħħ.

Limitazzjonijiet dwar l-użu

Skenn pożittiva ma tistabilixxix b’mod indipendenti dijanjosi ta’ AD jew disturb konġenitali ieħor peress li d-depożizzjoni ta’ plakka newritika fil-materja l-griża tista’ tkun preżenti f’anzjani mingħajr sintomi u xi demenzji newrodeġenerattivi (marda ta’ Alzheimer, demenzja bil-korpi ta’ Lewy, demenzja minħabba l-marda ta’ Parkinson).

Għal-limitazzjoniiet dwar l-użu f’pazjenti b’indeboliment konjittiv ħafif (MCI-mild cognitive impairment), ara sezzjoni 5.1

L-effikaċja ta’ florbetaben (18F) li jipprevedi l-iżvilupp ta’ AD jew jimmonitorja rispons għat-terapija ma ġiex stabbilit (ara sezzjoni 5.1).

Xi skenns jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu interpretati minħabba l-ħoss fl-immaġini, atrofija b’żugraga kortikali mraqqa, jew immaġni mċajpra, li jistgħu jwasslu għal żbalji fl-interpretazzjoni. Għal każijiet fejn hemm inċertezza dwar l-allokazzjoni ta’ materja griża u barriera ta’ materja griża/bajda fuq il-PET skenn, u immaġini koreġistrata riċenti ta’ CT jew MRI hija disponibbli, l-interpretu għandu jeżamina l-immaġni integrati ta’ PET-CT jew PET-MRI sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni tar-radjoattività PET u l-anatomija tal-materja griża.

Kienet osservata żieda fl-assorbiment fl-istrutturi extraċerebrali bħall-wiċċ, il-qorriegħa u l-għadam f’xi każijiet. L-attività residwa fil-midsagittal sinus xi kultant tista’ tkun osservata (ara sezzjoni 5.2).

Wara l-proċedura

Kuntatt mill-qrib ma’ trabi u nisa tqal għandu jkun ristrett matul l-ewwel 24 siegħa wara l-injezzjoni.

Twissijiet speċifiċi

Dan il-prodott mediċinali fih sa 1.5 mmol sodium (i.e. 33 mg) f’kull doża. Dan għandu jittieħed inkonsiderazzjoni f’pazjenti b’dieta bis-sodium ikkontrollat.

Dan il-prodott mediċinali fih sa 15 vol % ta’ ethanol (alkoħol) i.e. sa 1.2 g f’kull doża, ekwivalenti għal 30 mL ta’ birra jew 12.5 mL ta’ imbid f’kull doża. Dan jista’ jkun ta’ ħsara għal dawk li jbatu minn alkoħoliżmu, u wkoll għandu jittieħed inkonsiderazzjoni min-nisa tqal jew li jkunu qed ireddgħu u fi gruppi ta’ persuni b’riskju għoli bħal pazjenti bil-mard tal-fwied jew epilessija.

Għal prekawzjonijiet fir-rigward ta’ periklu ambjentali ara sezzjoni 6.6.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma sar l-ebda studju ta’ interazzjoni in vivo.

F’assaġġi b’irbit b’radioligand permezz ta’ panew wiesa’ ta’ riċettaturi, kanali ta’ ijoni u trasportaturi f’annimali u bnedmin, l-ebda irbit sinifikanti ma ġie osservat.

Studji in vitro permezz ta’ mikrosomi tal-fwied uman ma wrewx xi potenzjal għall-impediment tas-sistema ta’ enzimi P450.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal

Meta hu maħsub li jingħataw radjofarmaċewtiċi lil mara li jista’ jkollha tfal, huwa importanti li jiġi stabbilit jekk hiex tqila jew le. Kull mara li l-pirjid tagħha ma ġiex għandha titqies bħallikieku hi tqila sakemm jiġi ppruvat mod ieħor. Jekk ikun hemm dubju fuq it-tqala potenzjali tagħha (jekk il-pirjid ma jkunx ġie, jekk il-pirjid tagħha jkun irregolari, etc.), tekniċi alternattivi li ma jużawx radjazzjoni ijonizzanti (jekk ikun hemm) għandhom jiġu offruti lill-pazjent.

Tqala

Proċeduri radjonukliejdi li jsiru fuq nisa tqal jinvolvu wkoll doża ta’ radjazzjoni lill-fetu. Għalhekk, investigazzjonijiet essenzjali biss għandhom isiru waqt it-tqala, meta l-benefiċċju potenzjali jisboq ir-riskju li jista’ jittieħed mill-omm u l-fetu.

Ma sarux studji f’nisa tqal. Studji fuq l-annimali saru biex jiġu investigati l-effetti riproduttivi ta’ florbetaben (18F) (ara sezzjoni 5.3).

Treddigħ

Mhux magħruf jekk florbetaben (18F) jiġix eliminat fil-ħalib tal-omm waqt it-treddigħ. Qabel l-għoti ta’ radjofarmaċewtiċi lil omm li qed tredda’ għandha tingħata konsiderazzjoni għall-possibilità li tippostponi l-għoti ta’ radjonuklide sakemm l-omm tkun temmet it-treddigħ, u x’inhi l-aħjar għażla ta’ radjofarmaċewtiċi xierqa, meta wieħed iżomm f’moħħu t-tnixxija ta’ attività tal-ħalib tas-sider. Jekk l- għoti hu kkonsidrat meħtieġ, it-treddigħ għandu jitwaqqaf għal 24 siegħa u l-ħalib miġbur għandu jintrema.

Kuntatt fil-qrib ma’ trabi għandu jiġi ristrett waqt l-ewwel 24 siegħa wara l-injezzjoni.

Fertilità

Ma sarux studji ta’ fertilità

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Neuraceq m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Il-profil tas-sigurtà globali ta’ Neuraceq hu bbażat fuq tagħrif minn 1090 għotja ta’ Neuraceq lil 872 individwu u 12-il individwu li ngħataw trasportatur. Dożaġġ ripetut f’intervalli ta’ sena wrew li ma kien hemm l-ebda differenza fil-profil tas-sigurtà wara l-ewwel, it-tieni jew it-tielet dożaġġ.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi

Il-frekwenzi huma mfissra bħala komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa < 1/10); mhux

komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa 1/1,000), rari ħafna (<1/10,000); mhux magħruf (ma jistax jiġi stmat mit-tagħrif disponibbli). Filwaqt li fir-realtà jistgħu jseħħu fi frekwenzi aktar baxxi milli indikat hawn isfel, id-daqs tad-database fis-sors ma ppermettiex għall-assenjazzjoni ta’ kategoriji ta’ frekwenza inqas minn “mhux komuni” (≥1/1,000 sa 1/100).

Disturbi fis-sistema nervuża

Mhux komuni: sensazzjoni ta’ ħruq, uġigħ ta’ ras, nevralġija, rogħda

Disturbi vaskolari

Mhux komuni: fwawar, ematoma, pressjoni baxxa

Disturbi gastrointestinali

Mhux komuni: dijarea, tqalligħ

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Mhux komuni: funzjoni tal-fwied mhix normali

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni: iperidrosi, raxx, eruzzjoni tossika fuq il-ġilda

Disturbi muskoloskeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni: skonfort fid-dirgħajn jew ir-riġlejn, uġigħ fl-estremitajiet.

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Komuni: irritazzjoni fis-sit tal-injezzjoni; uġigħ fis-sit tal-injezzjoni, injezzjoni / eritema fis- sitt’applikazzjoni.

Mhux komuni: uġigħ fis-sit tal-katiter; skonfort fis-sit ta’ injezzjoni; ematoma fis-sit ta’ injezzjoni; sħana fis-sit ta’ injezzjoni, reazzjoni fis-sit tat-titqib; uġigħ fis-sit tat-titqib tal-vaż tad-demm; tħossok sħun, deni.

Investigazzjonijiet

Mhux komuni: kreatinina ogħla fid-demm

L-esponiment għal radjazzjoni ijonizzanti hu marbut mal-induzzjoni tal-kanċer u l-possibilità li jiżviluppaw difetti ereditarji. Doża effettiva hija madwar 5.8 mSv meta l-attività massima rrakkomandata ta’ 300 MBq ta’ florbetaben (18F) hija mogħtija; dawn ir-reazzjonijiet avversi huma mistennija li jseħħu bi probabilità baxxa.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Minħabba l-kwantità baxxa ta’ florbetaben (18F) f’kull doża, id-doża eċċessiva mhix mistennija li tirriżulta f’effetti farmakoloġiċi. Fil-każ li tingħata doża eċċessiva ta’ radjazzjoni, id-doża assorbita għall-pazjent għandha titnaqqas meta jkun possibbli għax tiżdied it-tneħħija tar-radjonuklide minn ġol-ġisem billi l-awrina u l-ippurgar ikunu ta’ spiss. Jaf tkun t’għajnuna li tiġi stmata d-doża effettiva li ġiet applikata.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: radjofarmaċewtiku dijanjostiku, sistema nervuża ċentrali; Kodiċi ATC: V09AX06

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Florbetaben (18F) jingħaqad ma’ depożiti ta’ plakki newritiċi ta’ β-amyloid fil-moħħ. In vitro, florbetaben (18F) juri affinità għal irbit nanomolari ma’ fibrili sintetiċi li jkun fihom β-amyloid u mal- omoġenat tal-moħħ tal-AD. Barra minn hekk, l-irbit ma’ florbetaben (18F) ma’ plakki ta’ β-amyloid f’sezzjonijiet ta’ moħħ ta’ pazjenti b’AD ta’ wara l-mewt ġie muri b’awtoradjografija u appoġġat b’immunoħistokimika jew il-Bielschowsky stain.

Il-korrelazzjoni kwantitattiva in vivo ma kinetx stmata f’pazjenti moribondi bejn it-teħid ta’ florbetaben (18F) fil-materja l-griża tal-kortiċi u d-depożizzjoni ta’ β-amyloid f’kampjuni tal-awtopsja. L-irbit in vivo ta’ florbetaben (18F) ma’ strutturi ta’ amyloid oħra jew strutturi oħra tal-moħħ jew riċettaturi jibqgħu mhux magħrufa.

Effetti farmakodinamiċi

Fil-konċentrazzjonijiet kimiċi baxxi preżenti f’Neuraceq, florbetaben (18F) m’għandux xi attività farmakodinamika li tista’ tiġi osservata.

Fi provi kliniċi kompluti, it-teħid ta’ florbetaben (18F) f’7 żoni kortikali tal-moħħ indikati minn qabel (frontali, parijetali, temporali laterali u medjali, oċċipitali, kawdate, kortiċi singulat posterjuri/prekuneju, u l-ġirus singulat anterjuri) u l-kortiċi ċerebellari kienu mkejjla b’mod kwantitattiv permezz ta’ valuri ta’ teħid standardizzat. (SUV - standardized uptake values). Proporzjonijiet ta’ SUV kortikali (SUVRs, relattivi għal kortiċi ċerebellari) huma ogħla f’pazjenti b’AD meta mqabbla ma’ individwi volontieri b’saħħithom.

Effikaċja klinika

Studju ewlieni fuq 31 pazjenti fi tmiem il-ħajja kien immirat biex jistabbilixxi l-prestazzjoni dijanjostika ta’ florbetaben (18F) biex tiġi osservata id-densità tal-plakka newritika kortikali (ebda jew sparsi kontra moderati jew frekwenti) kif stabbilit mill-kriterji CERAD. Ir-riżultati ta’ PET kienu mqabbla mad-densità ta’ plakka newritika massima mkejjla f’sezzjonijiet ta’ girus frontali min-nofs,

ġiri temporali superjuri u min-nofs, lobu parjetali inferjuri, ħippokampus u partijiet oħra tal-moħħ fl- awtopsja tal-pazjent. L-istat konjittiv tal-individwi ma setgħax jiġi stabbilit b’mod afidabbli. F’kull wieħed mill-31 individwu, qari fil-għama ta’ PET fuq livell individwali minn 3 qarrejja fl-għama rriżultaw f’sensittività maġġoritarja moqrija ta’ 100 % (95% CI: 80.5-100%) u speċifiċità ta’ 85.7 % (95%CI: 67.4-100%). F’analiżi tas-sensittività u l-ispeċifiċità post hoc tal-qari maġġoritarju tal-qari PET fuq livell individwali viżwali kontra l-ħistopatoloġija f’popolazzjoni akbar (74pazjent) kienet ta’ 97.9 % (95% CI: 93.8-100%) u 88.9 % (95%CI: 77-100%).

Is-sensittività u l-ispeċifiċità sabiex tiġi stmata d-depożizzjoni ta’ beta-amyloid ta’ florbetaben (18F) ġew mistħarrġa aktar fi studju addizzjonali ieħor, li fih sett differenti ta’ 5 qarrejja mħarrġa elettronikament fl-għama interpretaw immaġini minn 54 individwu segwiti sal-awtopsja fl-istudju ewlieni. Il-kriterji ħistopatoloġiċi ma rriflettewx il-kriterja ta’ CERAD. Ir-riżultati kienu aktar baxxi mir-riżultati miksuba fil-prova ewlenija: medda tas-sensittività kienet bejn 77.5% sa 90 % u l-ispeċifiċità kienet mifruxa bejn62.5 - 85.7 %. Qbil bejn gradaturi permezz ta’ valuri ta’ Fleiss kappa kienu fil-firxata’ bejn 0.68 sa 0.87. Meta tqabblu r-riżultati miġbura tal-qari tal-iskenn PET mal-

ħistopatoloġija għall-individwi kollha (l-istess bħalma ntuża fl-istudju ewlieni u l-analiżi post-hoc), is- sensittività u l-ispeċifiċità maġġura moqrija kienu ta’ 100% (95% CI: 89.4-100%) u 71.4% (95%CI: 52.1-90.8), rispettivament.

Fi studju lonġitudinali, 45 individwu iddijanjostikat b’mod kliniku b’indeboliment konjittiv ħafif

(MCI-mild cognitive impairment), kellhom skenns b’PET bl-użu ta florbetaben (18F) fil-linja bażi, u ġew segwiti għal 24 xahar sabiex tiġi evalwata r-relazzjoni bejn l-immaġinità florbetaben (18F) u bidliet fl-istat dijanjostiku. 29 (64.4 %) pazjent b’MCI kienu pożittivi b’PET skenn bi

florbetaben (18F). Fl-24 xahar tat-tkomplija tal-istudju, 19 (42.2%) ikkonvertaw għal AD klinika. Minn 29 individwu b’MCI li kellhom PET skenn pożittiva, 19 (65.5 %) kienu kklassifikati klinikament għal AD wara 4 xhur meta mqabbla ma’ 0 (0 %) minn 16 li kellhom skenn negattiva. Is- sensittività tal-iskenn bi florbetaben (18F) biex tintwera r-rata ta’ konverżjoni MCI għal AD fi 19-il konvertur kienet ta’ 100%, l-ispeċifiċità f’26 individwu li ma jikkonvertux kienet ta’ 61.5 % (95 %CI:

42.8-80.2 %) u l-proporzjon ta’ probabilità pożittiva kienet ta’ 2.60-(1.60-4.23). Il-mod kif ġie ddisinjat l-istudju ma jippermettix stima ta’ riskju ta’ progressjoni ta’ MCI għal AD klinika.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’florbetaben (18F) f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika peress li l-marda jew il-kondizzjoni li għalih il-prodott mediċinali speċifiku huwa maħsub iseħħ biss fil-popolazzjoni adulta, u l-prodott mediċinali speċifiku ma jirrapreżentax benefiċċju terapewtiku sinifikanti fuq trattamenti eżistenti oħra għal pazjenti tfal.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Distribuzzjoni

Wara injezzjoni ta’ bolus li jingħata ġol-vina, tintlaħaq konċentrazzjoni ta’ radjoattività ta’ 2-3 % tad- doża injettata/L fil-plażma arterjali 10 minuti wara l-injezzjoni.

Florbetaben (18F) jintrabat b’mod qawwi ma’ proteini fil-plażma (>98.5%).

Teħid mill-organi

It-teħid ta’ radjoattività mill-organi fil-moħħ isir malajr, u jilħaq madwar 6 % tar-radjuattività injettata f’10 minuti mill-injezzjoni.

Kontrolli tas-saħħa juru livell relattivament baxx ta’ żamma ta’ florbetaben (18F) fil-kortiċi. L-ogħla livell ta’ teħid jinsab fil-pons u reġjuni oħra tal-materja l-bajda. F’individwi b’AD, reġjuni kortikali u reġjuni strijatali juru teħid akbar b’mod sinifikanti meta mqabbla ma’ kontrolli.F’individwi b’AD, bħal fil-kontrolli, hemm żamma ogħla fil-pons u żoni ta’ materja bajda oħra.

L-assorbiment ġie identifikat ukoll f’xi każijiet fl-istrutturi exstraċerebrali bħall-wiċċ, il-qorriegħa u l- għadam. Ir-raġuni għal din l-akkumulazzjoni mhix magħrufa, imma possibbilment hi dovuta għal akkumulazzjoni ta’ florbetaben-(18F) jew għal xi wieħed mill-metaboliti radjoattivi, jew għal radjoattività tad-demm.

Attività residwali fis-sinus saġittali tan-nofs tista’ xi kultant tiġi osservata, probabbli dovuta għall- preżenza ta’ intraċċatur fid-demm miġbur.

Il-bażi bijofiżika taż-żamma ta’ florbetaben (18F) fil-materja l-bajda fil-moħħ ħaj tal-bniedem ma tistax tiġi spjegata b’mod definittiv. Huwa ipotizzat li rbit mhux speċifiku tar-radjofarmaċewtiku mal-kisja tal-myelin li fih il-lipidi jistgħu jikkontribwixxu għaż-żamma tal-materja l-bajda.

Eliminazzjoni

Florbetaben (18F) jiġi eliminat mill-plażma ta’ pazjenti b’AD b’half-life bijoloġiku medju ta’ madwar siegħa. L-ebda radjoattività ma setgħet titkejjel madwar 4 sigħat wara l-injezzjoni.

Abbażi ta’ stħarriġ in vitro, florbetaben (18F) jiġi mmetabolizzat prinċipalment b’ CYP2J2 u CYP4F2. Fi 12-il siegħa wara l-injezzjoni, sa madwar 30 % tar-radjoattività injettata tiġi eliminata mal-awrina. Punti tal-ħin aktar lil hinn mill-qafas ta’ dak il-kwadru ta’ ħin ma ppermettewx għal aktar kwantifikazzjoni ta’ attività fl-awrina.

Half-life

Fluorine(18F)għandu half-life fiżika ta’ 110 minuti.

Wara 12-il siegħa mill-injezzjoni 98.93 % tal-attività tkun iddeterjorat; 24 siegħa wara l-injezzjoni 99.99 % tal-attività tkun deterjorat.

Indeboliment tal-kliewi u tal-fwied

Il-farmakokinetika f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi u tal-fwied ma ġewx ikkaratterizzati.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn doża waħda u dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. It-tossiċità potenzjali ta’ 28 jum ta’ injezzjonijiet ġol-vina ripetuti ta’ florbetaben kienu ttestjati fil- firien u l-klieb, u n-NOAEL instabu li huma tal-anqas 20 darba d-doża massima għall-bniedem.

Studji kroniċi u studji ta’ karċinoġeniċità ma twettqux, peress li l-prodott mediċinali mhux maħsub għall-għoti regolari jew kontinwu.

Studji fuq tossiċità riproduttiva ma twettqux.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Ascorbic acid

Ethanol anidru

Macrogol 400

Sodium ascorbate (għall-aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sa 10 sigħat minn tmiem is-sintesi.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Il-ħażna ta’ radjofarmaċewtiċi għandu jkun b’mod konformi mar-regolamenti nazzjonali fuq materjal radjuattiv.

6.5In-natura tal-kontenitur u dak li hemm ġo fih

Il-prodott mediċinali jiġi fornut f’kunjett tal-ħġieġ ta’ Tip I ta’ 15 mL b’ħafna dożi, mingħajr kulur issiġillat f’tapp tal-chlorobutyl u siġill tal-aluminju.

Kull kunjett b’ħafna dożi fih 1.0 mL sa 10 mL ta’ soluzzjoni li jikkorispondi għal 300 sa 3000 MBq fid-data u l-ħin ta’ kalibrazzjoni (ToC).

Bħala riżultat ta’ differenzi fil-proċess ta’ produzzjoni, huwa possibbli li xi kunjetti jiġu distribwiti b’tappijiet mtaqqba.

Daqs tal-pakkett: kunjett wieħed

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Twissija ġenerali

Radjofarmaċewtiċi għandhom jintlaqgħu, jiġu użati u jingħataw biss minn persuni awtorizzati f’ambjent ta’ kliniċi apposta. Il-wasla tagħhom, il-ħażna, l-użu, it-trasferiment u r-rimi tagħhom huma suġġetti għal regolamenti u/jew liċenzji xierqa tal-organizzazzjoni uffiċjali kompetenti.

Ir-radjofarmaċewtiċi għandhom jiġu ppreparati b’mod li jissodisfa rekwiżiti dwar ir-radjazzjoni kif ukoll il-kwalità farmaċewtika. Prekawzjonijiet asettiċi xierqa għandhom jittieħdu.

Jekk l-integrità tal-kunjett ikun kompromess, m’għandux jintuża.

Il-proċeduri ta’ għoti għandhom isiru b’mod li jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-prodott mediċinali u l-irradjazzjoni tal-operaturi. Protezzjoni xierqa hi obbligatorja.

L-għoti ta’ radjufarmaċewtiċi joħloq riskji għal persuni oħra (li jinkludu professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa li jkunu tqal) minn radjazzjoni esterna jew tniġġis mit-tixrid tal-awrina, remettar eċċ. Għalhekk, il-prekawzjonijiet dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni għandhom jittieħdu b’mod konformi mar-regolamenti nazzjonali.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Piramal Imaging Limited

Langstone Technology Park

Langstone Road, Havant, Hampshire PO9 1SA

Ir-Renju Unit

e-mail: GRA.Imaging@piramal.com

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/906/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

20.02.2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

11.DOŻIMETRIJA

It-tabella t’hawn taħt turi d-dożimetrija kif ikkalkulata permezz tas-softwer OLINDA (Organ Level

INternal Dose Assessment)

L-istima tad-dożi ta’ radjazzjoni assorbiti fl-organi huma elenkati f’Tabella 3 billi jipprovdu tagħrif minn voluntieri Kawkasi b’saħħithom (n=17). Il-kalkulazzjonijiet dożimetriċi kienu adattati għall-mudell adult (b’piż korporali ta’ 70 kg)

Tabella 3: Stima ta’ dożi ta’ radjazzjoni assorbiti minn injezzjoni ġol-vina ta’ Neuraceq lil individwi Kawkasi.

Organu

Doża assorbita għal kull attività amministrata

[mGy/MBq]

 

Adrenali

0.0130

Moħħ

0.0125

Sider

0.0074

Il-marrara

0.137

Passaġġ gastrointestinali

 

Naħa t’isfel tal-musrana l-kbira

0.0351

Musrana ż-żgħira

0.0314

Stonku

0.0116

Naħa ta’ fuq tal-musrana l-kbira

0.0382

Qalb

0.0139

Kliewi

0.0238

Fwied

0.0386

Pulmun

0.0148

Muskoli

0.00948

Ovarji

0.0156

Frixa

0.0139

Mudullun aħmar

0.0122

Ċelluli osteoġeniċi

0.0148

Ġilda

0.00689

Milsa

0.0102

Testikoli

0.00913

Timu

0.00892

Tirojde

0.00842

Bużżieqa tal-awrina

0.0695

Utru

0.0163

Organi li fadal

0.0110

Doża Effettiva (mSv/MBq)

0.0193

Id-doża effettiva li tirriżulta mill-amministrazzjoni ta’ attività massima rrakkomandata ta’ 360 MBq għal adult li jiżen 70 kg hi madwar 7.0 mSv. Jekk issir CT skenn fl-istess ħin bħala parti mill-proċedura PET, l-esponiment għal radjazzjoni ijonizzanti ser jiżdied f’ammont li jiddependi mill-kontrolli fil-kisba tal-immaġini CT. Għal attività amministrata ta’ 360 MBq id-doża ta’ radjazzjoni tipika għall-organu fil-mira (moħħ) hi ta’ 4.5 mGy.

Għal attività amministrata ta’ 360 MBq id-dożi ta’ radjazzjoni tipiċi mogħtija fl-organi kritiċi, il-marrara, il-bużżieqa awrinarja, ir-rita tan-naħa ta’ fuq tal-musrana l-kbira, ir-rita tan-naħa t’isfel tal-musrana l-kbira, il-musrana ż-żgħira u l-fwied huma 49.3 mGy, 25.0 mGy, 13.8 mGy, 12.6 mGy, 11.3 mGy u 13.9 mGy, rispettivament.

12.STRUZZJONIJIET GĦALL-PREPARAZZJONI TA’ PRODOTTI

RADJUFARMAĊEWTIĊI

Metodu ta’ preparazzjoni

Il-pakkett għandu jiġi ċċekkjat qabel l-użu u l-attività mkejla permezz ta’ attivimetru.

It-tneħħija trid issir taħt kondizzjonijiet asettiċi. Il-kunjetti m’għandhomx jinfetħu qabel ma jiġi diżinfettat it-tapp, is-soluzzjoni għandha tinġibed minn ġot-tapp permezz ta’ siringa ta’ doża waħda mgħammra b’għant protettiv adattat u labra sterili li tintuża u tintrema, jew billi tintuża sistema ta’

applikazzjoni awtomatizzata awtorizzata. Jekk l-integrità tal-kunjett tkun kompromessa, il-prodott mediċinali m’għandux jintuża.

Florbetaben (18F) m’għandux jiġi dilwit

Id-doża għandha tingħata b’injezzjoni bolus li tingħata bil-mod (6 sek/mL) li tiġi segwita bi tlaħliħa ta’ madwar 10 mL ta’ 9 mg/mL (0.9 %) sodium chloride għall-injezzjoni sabiex jiġi żgurat li d-doża ngħatat kollha. Jekk il-volum tal-injezzjoni jvarja bejn 0.5 ml u 1 ml, għandhom jintużaw biss siringi ta’ daqs xieraq (1 mL) u s-siringa tiġi mlaħalħa sewwa b’soluzzjoni ta’ sodium chloride.

L-injezzjoni ta’ florbetaben (18F) għandha ssir ġol-vina sabiex tiġi evitata irradjazzjoni bħala riżultat ta’ ekstravazazzjoni kif ukoll artefiċi tal-immaġini.

Kontroll tal-kwalità.

Is-soluzzjoni għandha tiġi spezzjonata viżwalment qabel l-użu. Għandhom jintużaw soluzzjonijiet ċari biss, li ma jkunx fihom frak viżibbli.

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati