Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Nevanac (nepafenac) – Fuljett ta’ tagħrif - S01BC10

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNevanac
Kodiċi ATCS01BC10
Sustanzanepafenac
ManifatturNovartis Europharm Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

NEVANAC 1 mg/ml qtar għall-għajnejn, suspensjoni

Nepafenac

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok kwalunkwe effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu NEVANAC u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża NEVANAC

3.Kif għandek tuża NEVANAC

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen NEVANAC

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu NEVANAC u għalxiex jintuża

NEVANAC fih is-sustanza attiva nepafenac , u jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs).

NEVANAC għandu jintuża minn adulti:

-biex jipprevjeni u jtaffi uġigħ u infjammazzjoni fl-għajn wara kirurġija tal-kataretti fl-għajn

-biex inaqqas ir-riskju ta’ edima makulari (nefħa fuq in-naħa ta’ wara tal-għajn) wara kirurġija tal-katarretti fl-għajn f’pazjenti dijabetiċi.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tużaNEVANAC

Tużax NEVANAC

-jekk inti allerġiku għal nepafenac jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

-jekk inti allerġiku għal mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAID) oħra

-jekk kellek esperjenza ta’ ażżma, allerġija fil-ġilda, jew infjammazzjoni severa f’imnieħrek waqt l- użu ta’ NSAIDs oħra. Eżempji ta’ NSAIDs huma: acetylsalicylic acid, ibuprofen, ketoprofen, piroxicam, diclofenac.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża NEVANAC:

-jekk titbenġel malajr jew għandek problemi ta’ fsada jew jekk kellek fil-passat.

-jekk għandek xi disturb ieħor fl-għajnejn (eż. infezzjoni fl-għajn) jew jekk qed tuża mediċini oħra fl-għajn (speċjalment sterojdi topiċi).

-jekk għandek dijabete.

-jekk għandek artrite rewmatojda.

-jekk kellek operazzjoni ripetuta fl-għajn f’perjodu qasir ta’ żmien.

Evita d-dawl tax-xemx waqt il-kura b’NEVANAC

Lentijiet tal-kuntatt mhux irrakkomandati wara kirurġija tal-katarretti. It-tabib tiegħek ser jagħtik parir dwar meta tista’ terġa’ tuża lentijiet tal-kuntatt (ara wkoll “NEVANAC fih benzalkonium chloride”)

Tfal u adolexxenti

M’għandekx tagħti din il-mediċina lil tfal u adoloxxenti b’età inqas minn 18-il sena peress li s-sigurtà u l-effikaċja f’din il-popolazzjoni ma ġewx stabbiliti.

Mediċini oħra u NEVANAC

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

NEVANAC jista’ jaffettwa jew jiġi affettwat minn mediċini oħra li qed tuża, inkluż qtar ieħor għall- għajnejn għall-kura tal-glawkoma.

Għid lit-tabib tiegħek ukoll jekk qed tieħu mediċini li jnaqqsu t-tagħqid tad-demm (warfarin) jew NSAIDs oħra. Dawn jistgħu jżidu r-riskju ta’ fsada.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew tista’ toħroġ tqila, kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża NEVANAC. Nisa li jistgħu joħorġu tqal huma avżati biex jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt kura b’NEVANAC. L-użu ta’

NEVANAC mhux irrakkomandat waqt it-tqala. Tużax NEVANAC jekk mhux indikat b’mod ċar mit- tabib tiegħek.

Jekk qed tredda’, NEVANAC jista’ jgħaddi ġol-ħalib tiegħek. Madankollu, mhux mistennija effetti fit- tarbija li qed terda’. NEVANAC jista’ jintuża waqt it-treddigħ.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Issuqx u tħaddimx magni qabel il-vista tiegħk tkun ċara. Għandek mnejn tinnota li l-vista tiegħek tiċċajpar għal xi ħin hekk kif tuża NEVANAC.

NEVANAC fih benzalkonium chloride

Il-preservattiv f’NEVANAC, benzalkonium chloride, jista’ jbiddel il-kulur ta’ lentijiet rotob u jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn u effetti sekondarji tal-kornea (problemi fis-superfiċje tal-

għajn). Jekk it-tabib tiegħek javżak li tista’ tuża lentijiet tal-kuntatt mill-ġdid, jekk jogħġbok innota li għandek tneħħihom qabel l-applikazzjoni u tistenna mill-inqas 15-il minuta qabel tilbishom mill-ġdid.

3.Kif għandek tuża NEVANAC

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Uża NEVANAC għall-għajnejn biss. Tibilgħux u tinjettaħx.

Id-doża rrakkomandata hija

Qatra waħda fl-għajn jew għajnejn affettwati, tliet darbiet kuljum, filgħodu, f’nofsinhar, u filgħaxija. Uża kuljum fl-istess ħin.

Meta tieħu u għal kemm

Ibda ġurnata qabel il-kirurġija tal-katarretti. Kompli fil-ġurnata tal-kirurġija. Wara użaħ għal kemm jgħidlek it-tabib tiegħek. Dan jista’ jkun sa 3 ġimgħat (sabiex tipprevjeni u ttaffi uġigħ u infjammazzjoni fl-għajn) jew 60 jum (sabiex tipprevjeni l-iżvilupp ta’ edima makulari) wara l-operazzjoni tiegħek.

Kif tużaħ

Aħsel idejk qabel tibda.

Ħawwad sew qabel tużaħ.

Dawwar l-għatu tal-flixkun biex tneħħieħ.

Wara li jitneħħa l-għatu, jekk iċ-ċirku li juri li għadu ssiġillat u li jinqata’ jkun maħlul, neħħieħ qabel tuża l-prodott.

Żomm il-flixkun, ippuntat ’l isfel, bejn is-seba l-kbir u s-swaba l-oħrajn.

Aqleb rasek lura.

Iġbed il-kappel ta’ taħt ta’ l-għajn ’l isfel b’seba nadif, sakemm ikun hemm ‘borża’ bejn il-kappel ta’ l-għajn u l-għajn tiegħek. Il-qatra tmur hemm (stampa 1).

Ressaq il-ponta tal-filxkun qrib l-għajn. Għamel dan quddiem mera jekk dan jgħin.

Tmissx l-għajn jew il-kappell tal-għajn tiegħek, iż-żoni tal-madwar jew uċuħ oħra bl-applikatur għat-tqattir. Dan jista’ jinfetta l-qtar.

Għafas bil-mod il-bażi tal-flixkun biex tinżel qatra waħda ta’ NEVANAC kull darba

(stampa 2).

T’għafasx il-flixkun bis-saħħa: huwa maħsub biex kull m’għandu bżonn hija għafsa ħafifa fuq il-qiegħ (stampa 2).

Jekk tuża qtar fiż-żewġ għajnejn, irrepeti l-passi għall-għajn l-oħra tiegħek. Għalaq sew l-għatu tal-flixkun immedjatament wara l-użu.

Jekk qatra ma tidħolx ġo għajnejk, erġa’ pprova.

Jekk qed tuża qtar ieħor għall-għajnejn, stenna mill-inqas ħames minuti bejn l-użu ta’ NEVANAC u l- qtar l-ieħor.

Jekk tuża NEVANAC aktar milli suppost

Laħlaħ għajnejk sew b’ilma fietel. T’applikax aktar qtar sakemm ikun ħin għad-doża tas-soltu li jmiss tiegħek.

Jekk tinsa tuża NEVANAC

Uża doża waħda hekk kif tiftakar. Jekk ikun kważi sar il-ħin għad-doża li jmiss, t’applikax id-doża minsija u kompli bid-doża li jmiss tar-rutina tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. M’għandekx tuża aktar minn qatra waħda fl-għajn(ejn) affetwata

3 darbiet kuljum.

Jekk tieqaf tuża NEVANAC

Tieqafx tuża NEVANAC qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek. Normalment tista’ tkompli tuża l-qtar, jekk ma jkollokx effetti sekondarji serji. Jekk imħasseb, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jista’ jkun hemm riskju akbar ta’ effetti sekondarji fil-kornea (problemi fis-superfiċje tal-għajn) jekk għandek:

-kirurġija kkomplikata tal-għajn

-kirurġija ripetuta tal-għajn f’perjodu qasir ta’ żmien

-ċertu disturbi fis-superfiċje tal-għajn, bħal infjammazzjoni jew l-għajn tinħass xotta

-ċertu mard ġenerali, bħal dijabete jew artrite rewmatojde

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk għajnejk jiħmaru jew juġgħu aktar waqt li qed tuża l-qtar. Dan jista’ jkun riżultat ta’ infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajn bi jew mingħajr telf jew ħsara ta’ ċelluli jew infjammazzjoni tal-parti kkulurita tal-għajn (irite). Dawn l-effetti sekondarji kienu osservati f’sa persuna waħda minn kull 100 persuna.

L-effetti sekondarji li ġejjin ukoll kienu osservati b’NEVANAC 1 mg/ml qtar għall-għajnejn, suspensjoni jew NEVANAC 3 mg/ml qtar għall-għajnejn, suspensjoni, jew it-tnejn.

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Effetti fl-għajn: infjammazzjoni fis-superfiċje tal-għajn flimkien ma’ jew mingħajr telf jew ħsara fiċ-ċelluli, sensazzjoni ta’ xi frak fl-għajnejn, qxur fil-kappell tal-għajn, jew il-kappell jitbaxxa.

Effetti sekondarji rari

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

Effetti fl-għajn: infjammazzjoni tal-ħabba tal-għajn, uġigħ fl-għajn, skonfort fl-għajn, għajn xotta, nefħa tal-kappell tal-għajn, irritazzjoni fl-għajn, ħakk fl-għajn, tnixxija mill-għajn, konġuntivite allerġika (allerġija fl-għajnejn), żieda fid-dmugħ, depożiti fuq is-superfiċje tal- għajn, fluwidu jew nefħa fin-naħa ta’ wara tal-għajn, ħmura fl-għajn.

Effetti sekondarji ġenerali: sturdament, uġigħ ta’ ras, sintomi allerġiċi (nefħa kkawżata minn allerġija ta’ tebqet l-għajn), dardir, infjammazzjoni, ħmura u ħakk fil-ġilda.

Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli)

Effetti fl-għajn: ħsara fis-superfiċje tal-għajn inkluż li din tirqaq jew perforazzjoni, indeboliment fil-fejqan tal-għajn, ċikatriċi fis-superfiċje tal-għajn, vista mċajpra, tnaqqis fil- vista, nefħa fl-għajn, vista mċajpra.

Effetti sekondarji ġenerali: rimettar, żieda fil-pressjoni.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen NEVANAC

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C.

Armi l-flixkun 4 ġimgħat wara li jinfetaħ għall-ewwel darba, biex tipprevjeni nfezzjonijiet. Ikteb id-data ta’ meta jinfetaħ fuq il-flixkun u t-tikketta tal-kartuna fl-ispazju pprovdut.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih NEVANAC

Is-sustanza attiva hi nepafenac. Ml ta’ suspensjoni fih 1 mg nepafenac.

Is-sustanzi l-oħra huma benzalkonium chloride (ara sezzjoni 2), carbomer, disodium edetate, mannitol, ilma ppurifikat, sodium-chloride u tyloxapol.

Ammonti żgħar ta’ sodium hydroxide u/jew hydrochloric acid huma miżjuda biex iżommu l-livell ta’ l-aċidità (livelli tal-pH) normali.

Kif jidher NEVANAC u l-kontenut tal-pakkett

NEVANAC huwa likwidu (suspenjoni safra ċara sa oranġjo ċara) disponibbli f’pakkett li fiħ flixkun wieħed tal-plastik ta’ 5 ml b’għatu bil-kamin.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

S.A. Alcon–Couvreur N.V

Rijksweg 14

B-2870 Puurs

Il-Belġju

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

 

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

NEVANAC 3 mg/ml qtar għall-għajnejn, suspensjoni

Nepafenac

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok kwalunkwe effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu NEVANAC u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża NEVANAC

3.Kif għandek tuża NEVANAC

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen NEVANAC

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu NEVANAC u għalxiex jintuża

NEVANAC fih is-sustanza attiva nepafenac , u jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs).

NEVANAC għandu jintuża minn adulti:

-Biex jipprevjeni u jtaffi uġigħ u infjammazzjoni fl-għajn wara kirurġija tal-kataretti fl-għajn.

-Biex inaqqas ir-riskju ta’ edima makulari (nefħa fuq in-naħa ta’ wara tal-għajn) wara kirurġija tal-katarretti fl-għajn f’pazjenti dijabetiċi.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tużaNEVANAC

Tużax NEVANAC

-jekk inti allerġiku għal nepafenac jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)

-jekk inti allerġiku għal mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAID) oħra

-jekk kellek esperjenza ta’ ażżma, allerġija fil-ġilda, jew infjammazzjoni severa f’imnieħrek waqt l-użu ta’ NSAIDs oħra. Eżempji ta’ NSAIDs huma: acetylsalicylic acid, ibuprofen, ketoprofen, piroxicam, diclofenac.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża NEVANAC:

-jekk titbenġel malajr jew għandek problemi ta’ fsada jew jekk kellek fil-passat

-jekk għandek xi disturb ieħor fl-għajnejn (eż. infezzjoni fl-għajn) jew jekk qed tuża mediċini oħra fl-għajn (speċjalment sterojdi topiċi)

-jekk għandek dijabete

-jekk għandek artrite rewmatojda

-jekk kellek operazzjoni ripetuta fl-għajn f’perjodu qasir ta’ żmien.

Evita d-dawl tax-xemx waqt il-kura b’NEVANAC.

Lentijiet tal-kuntatt mhux irrakkomandati wara kirurġija tal-katarretti. It-tabib tiegħek ser jagħtik parir dwar meta tista’ terġa’ tuża lentijiet tal-kuntatt (ara wkoll “NEVANAC fih benzalkonium chloride”).

Tfal u adolexxenti

M’għandekx tagħti din il-mediċina lil tfal u adoloxxenti b’età inqas minn 18-il sena peress li s-sigurtà u l-effikaċja f’din il-popolazzjoni ma ġewx stabbiliti.

Mediċini oħra u NEVANAC

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

NEVANAC jista’ jaffettwa jew jiġi affettwat minn mediċini oħra li qed tuża, inkluż qtar ieħor għall- għajnejn għall-kura tal-glawkoma.

Għid lit-tabib tiegħek ukoll jekk qed tieħu mediċini li jnaqqsu t-tagħqid tad-demm (warfarin) jew NSAIDs oħra. Dawn jistgħu jżidu r-riskju ta’ fsada.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew tista’ toħroġ tqila, kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża NEVANAC. Nisa li jistgħu joħorġu tqal huma avżati biex jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt kura b’NEVANAC. L-użu ta’

NEVANAC mhux irrakkomandat waqt it-tqala. Tużax NEVANAC jekk mhux indikat b’mod ċar mit- tabib tiegħek.

Jekk qed tredda’, NEVANAC jista’ jgħaddi ġol-ħalib tiegħek. Madankollu, mhux mistennija effetti fit- tarbija li qed terda’. NEVANAC jista’ jintuża waqt it-treddigħ.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Issuqx u tħaddimx magni qabel il-vista tiegħk tkun ċara. Għandek mnejn tinnota li l-vista tiegħek tiċċajpar temporanjament hekk kif tuża NEVANAC.

NEVANAC fih benzalkonium chloride

Il-preservattiv f’NEVANAC, benzalkonium chloride jista’ jbiddel il-kulur ta’ lentijiet rotob u jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn u effetti sekondarji tal-kornea (problemi fis-superfiċje tal-

għajn). Jekk it-tabib tiegħek javżak li tista’ tuża lentijiet tal-kuntatt mill-ġdid, jekk jogħġbok innota li għandek tneħħihom qabel l-applikazzjoni u tistenna mill-inqas 15-il minuta qabel tilbishom mill-ġdid.

3. Kif għandek tuża NEVANAC

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Uża NEVANAC għall-għajnejn biss. Tibilgħux u tinjettaħx.

Id-doża rrakkomandata hija

Qatra waħda fl-għajn jew għajnejn affettwati, darba kuljum. Uża kuljum fl-istess ħin.

Meta tieħu u għal kemm

Ibda ġurnata qabel il-kirurġija tal-katarretti. Kompli fil-ġurnata tal-kirurġija. Wara użaħ għal kemm jgħidlek it-tabib tiegħek. Dan jista’ jkun sa 3 ġimgħat (sabiex tipprevjeni u ttaffi uġigħ u infjammazzjoni fl-għajn) jew 60 jum (sabiex tipprevjeni l-iżvilupp ta’ edima makulari u ttejjeb il- vista) wara l-operazzjoni tiegħek.

Kif tużaħ

Aħsel idejk qabel tibda.

Ħawwad sew qabel tużaħ.

Dawwar il-flixkun magħluq ta’ taħt fuq u ħawwad ’l isfel darba qabel kull użu.

Dawwar l-għatu tal-flixkun biex tneħħieħ.

Wara li jitneħħa l-għatu, jekk ikun preżenti ċirku li juri li għadu ssiġillat u li jinqata’, u dan ikun maħlul, neħħieħ qabel tuża l-prodott.

Żomm il-flixkun, ippuntat ’l isfel, bejn is-seba l-kbir u s-swaba l-oħrajn.

Aqleb rasek lura.

Iġbed il-kappel ta’ taħt ta’ l-għajn ’l isfel b’seba nadif, sakemm ikun hemm ‘borża’ bejn il-kappel ta’ l-għajn u l-għajn tiegħek. Il-qatra tmur hemm (stampa 1).

Ressaq il-ponta tal-filxkun qrib l-għajn. Għamel dan quddiem mera jekk dan jgħin.

Tmissx l-għajn jew il-kappell tal-għajn tiegħek, iż-żoni tal-madwar jew uċuħ oħra bl-applikatur għat-tqattir. Dan jista’ jinfetta l-qtar.

Bil-mod għafas il-ġnub tal-flixkun sakemm tintreħa qatra waħda f’għajnejk (stampa 2).

Jekk tuża qtar fiż-żewġ għajnejn, irrepeti l-passi għall-għajn l-oħra tiegħek. Mhux meħtieġ li tagħlaq u tħawwad il-flixkun bejn l-amministrazzjonijiet fiż-żewġ għajnejn. Għalaq sew l-għatu tal-flixkun immedjatament wara l-użu.

Jekk qatra ma tidħolx ġo għajnejk, erġa’ pprova.

Jekk qed tuża qtar ieħor għall-għajnejn, stenna mill-inqas ħames minuti bejn l-użu ta’ NEVANAC u l- qtar l-ieħor.

Jekk tuża NEVANAC aktar milli suppost

Laħlaħ għajnejk sew b’ilma fietel. T’applikax aktar qtar sakemm ikun ħin għad-doża tas-soltu li jmiss tiegħek.

Jekk tinsa tuża NEVANAC

Uża doża waħda hekk kif tiftakar. Jekk ikun kważi sar il-ħin għad-doża li jmiss, t’applikax id-doża minsija u kompli bid-doża li jmiss tar-rutina tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. M’għandekx tuża aktar minn qatra waħda fl-għajn(ejn) affetwata.

Jekk tieqaf tuża NEVANAC

Tieqafx tuża NEVANAC qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek. Normalment tista’ tkompli tuża l-qtar, jekk ma jkollokx effetti sekondarji serji.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jista’ jkun hemm riskju akbar ta’ effetti sekondarji fil-kornea (problemi fis-superfiċje tal-għajn) jekk għandek:

-kirurġija kkomplikata tal-għajn

-kirurġija ripetuta tal-għajn f’perjodu qasir ta’ żmien

-ċertu disturbi fis-superfiċje tal-għajn, bħal infjammazzjoni jew l-għajn tinħass xotta

-ċertu mard ġenerali, bħal dijabete jew artrite rewmatojde.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk għajnejk jiħmaru jew juġgħu aktar waqt li qed tuża l-qtar.

Dan jista’ jkun riżultat ta’ infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajn bi jew mingħajr telf jew ħsara ta’ ċelluli jew infjammazzjoni tal-parti kkulurita tal-għajn (irite). Dawn l-effetti sekondarji kienu osservati f’sa persuna waħda minn kull 100 persuna.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati b’NEVANAC 3 mg/ml qtar għall-għajnejn, suspensjoni jew Nevanac 1 mg/ml qtar għall-għajnejn, suspensjoni jew it-tnejn.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Effetti fl-għajn: infjammazzjoni fis-superfiċje tal-għajn flimkien ma’ jew mingħajr telf jew ħsara fiċ-ċelluli, sensazzjoni ta’ xi frak fl-għajnejn, qxur fil-kappell tal-għajn, jew il-kappell jitbaxxa.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

Effetti fl-għajn: infjammazzjoni tal-ħabba tal-għajn, uġigħ fl-għajn, skonfort fl-għajn, għajn xotta, nefħa tal-kappell tal-għajn, irritazzjoni fl-għajn, ħakk fl-għajn, tnixxija mill-għajn, konġuntivite allerġika (allerġija fl-għajnejn), żieda fid-dmugħ, depożiti fuq is-superfiċje tal- għajn, fluwidu jew nefħa fin-naħa ta’ wara tal-għajn, ħmura fl-għajn.

Effetti sekondarji ġenerali: sturdament, uġigħ ta’ ras, sintomi allerġiċi (nefħa kkawżata minn allerġija ta’ tebqet l-għajn), dardir, infjammazzjoni, ħmura u ħakk fil-ġilda.

Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-dejta disponibbli)

Effetti fl-għajn: ħsara fis-superfiċje tal-għajn inkluż li din tirqaq jew perforazzjoni, indeboliment fil-fejqan tal-għajn, ċikatriċi fis-superfiċje tal-għajn, vista mċajpra, tnaqqis fil- vista, nefħa fl-għajn, vista mċajpra.

Effetti sekondarji ġenerali: rimettar, żieda fil-pressjoni.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen NEVANAC

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25 C. Żomm il-flixkun fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Armi l-flixkun 4 ġimgħat wara li jinfetaħ għall-ewwel darba, biex tipprevjeni nfezzjonijiet. Ikteb id-data ta’ meta jinfetaħ fuq it-tikketta tal-kartuna fl-ispazju pprovdut.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih NEVANAC

Is-sustanza attiva hi nepafenac. Ml ta’ suspensjoni fih 3 mg nepafenac.

Is-sustanzi l-oħra huma boric acid, propylene glycol, carbomer, sodium chloride, guar, carmellose sodium, disodium edetate, benzalkonium chloride (ara sezzjoni 2) u ilma ppurifikat.

Ammonti żgħar ta’ sodium hydroxide u/jew hydrochloric acid huma miżjuda biex iżommu l-livell ta’ l-aċidità (livelli tal-pH) normali.

Kif jidher NEVANAC u l-kontenut tal-pakkett

NEVANAC qtar għall-għajnejn, suspensjoni (qtar għall-għajnejn) huwa likwidu (suspenjoni safra ċara sa oranġjo skur) disponibbli fi flixkun tal-plastik b’għatu bil-kamin. Kull flixkun jista’ jitpoġġa f’borża.

Kull pakkett fih flixkun ta’ 3 ml

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

S.A. Alcon–Couvreur N.V

Rijksweg 14

B-2870 Puurs

Il-Belgju

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

 

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati