Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent
Nevirapine Teva 200 mg pilloli nevirapine
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F'dan il-fuljett:
1.X'inhu Nevirapine Teva u għal xiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Nevirapine Teva
3.Kif għandek tieħu Nevirapine Teva
4.Effetti sekondarji possibbli
5 Kif taħżen Nevirapine Teva
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1.X’inhu Nevirapine Teva u gћalxiex jintuża
Nevirapine Teva jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu antiretrovirali, użati fit-trattament ta’ infezzjonijiet ikkaġunati mill-Vajrus ta’ Immunodefiċjenza Umana (HIV-1).
Is-sustanza attiva tal-mediċina tiegħek tissejjaħ nevirapine. Nevirapine jappartjeni għal kategorija ta’ mediċini li jaħdmu kontra l-HIV imsejħa non-nucleoside reverse transcriptase (NNRTIs). Reverse transcriptase hi enzima li l-HIV jeħtieġ biex jimmultiplika. Meta jwaqqaf reverse transcriptase milli jaħdem, Nevirapine Teva jgħin biex jikkontrolla l-infezzjoni ta’ HIV-1.
Nevirapine Teva hu indikat għall-kura ta’ adulti, adolexxenti, u tfal ta’ kull età infettati bl-HIV-1. Inti għandek tieħu Nevirapine Teva flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra. It-tabib tiegħek ser jirrakomanda l-aħjar mediċini għalik.
Jekk Nevirapine Teva ġie preskritt lit-tifel/tifla tiegħek, jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni kollha f’dan il-fuljett hi indirizzata għat-tifel/tifla tiegħek (jekk jogħġbok aqra “it-tifel/tifla tiegħek” minflok “inti”).
2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Nevirapine Teva
Tieħux Nevirapine Teva
-jekk għandek allerġiku għal nevirapine jew xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).
-jekk kont tieħu Nevirapine Teva u kellek twaqqaf it-trattament minħabba li kien ikollok:
-raxx tal-ġilda sever
-raxx tal-ġilda u sintomi oħra bħal pereżempju
-deni
-infafet
-postumetti
-infjammazzjoni tal-għajnejn
-nefħa fil-wiċċ
-nefħa ġenerali
-qtugħ ta’ nifs
-uġigħ muskolari jew tal-ġogi
-tħoss li ma’ tiflaħx b’mod ġenerali
-uġigħ addominali
-reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva (allerġija)
-infjammazzjoni tal-fwied (epatite)
-jekk għandek marda fil-fwied severa
-jekk kellek twaqqaf il-kura b’nevirapine fil-passat minħabba bidliet fil-funzjoni tal-fwied tiegħek
-jekk qed tieħu mediċina li fiha s-sustanza mill-ħxejjex ta’ St.John’s Wort (Hypericum perforatum). Din is-sustanza mill-ħxejjex tista’ timpedixxi ’l Nevirapine Teva milli jaħdem sew.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Nevirapine Teva
Fl-ewwel 18-il ġimgħa ta' kura b'Nevirapine Teva huwa importanti ħafna li inti u t-tabib tiegħek toqgħodu attenti ħafna sabiex jintgħarfu sinjali ta’ reazzjonijiet tal-fwied jew tal-ġilda. Dawn jistgħu jaggravaw u jkunu ta’ periklu għall-ħajja. L-akbar riskju għalik għal reazzjoni bħal din hu fl-ewwel 6 ġimgħat ta’ trattament.
Jekk ikollok raxx sever jew sensittività eċċessiva (reazzjonijiet allerġiċi li jistgħu jidhru f’forma ta’ raxx) flimkien ma’ effetti sekondarji oħra bħal:
-deni
-nfafet
-ġrieħi fil-ħalq
-infjammazzjoni tal-għajnejn
-nefħa fil-wiċċ
-nefħa ġenerali
-qtugħ ta’ nifs
-uġigħ fil-muskoli jew fil-ġogi
-tħoss li ma tiflaħx b’mod ġenerali
-jew uġigħ ta’ żaqq
GĦANDEK TIEQAF TIEĦU NEVIRAPINE TEVA U GĦANDEK TIKKUNTATTJA lit-tabib tiegħek MINNUFIH peress li reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħajja. Jekk qatt ikollok xi sintomi ħfief ta’ raxx mingħajr reazzjoni oħra jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih, li ser jagħtik parir jekk għandekx tieqaf tieħu Nevirapine Teva
Jekk tħoss sintomi li jistgħu jissuġġerixxu ħsara fil-fwied, bħal
-nuqqas t’aptit,
-dardir,
-remettar,
-ġilda safranija (suffejra)
-uġigħ ta’ żaqq
għandek tieqaf tieħu Nevirapine Teva u għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.
Jekk tiżviluppa reazzjonijiet severi tal-fwied jew tal-ġilda, jew ta’ sensittività eċċessiva waqt li qed tieħu Nevirapine Teva, M’GĦANDEK QATT TIEĦU Nevirapine Teva darb’oħra mingħajr ma tirreferi lit-tabib tiegħek.
Għandek tieħu d-doża ta’ Nevirapine Teva li kitiblek fuq ir-riċetta t-tabib tiegħek. Dan hu importanti speċjalment fl-ewwel 14-il jum ta’ kura (ara aktar informazzjoni f’”Kif għandek tieħu Nevirapine Teva”).
Il-pazjenti li ġejjin jinsabu f’riskju ogħla li jiżviluppaw problemi tal-fwied:
-nisa
-persuni infettati b’epatite B jew Ċ
-testijiet anormali ta’ kif qed jaħdem il-fwied
-pazjenti inkonsapevoli mill-kura b’għadd ogħla ta’ ċelloli CD4 fil-bidu tat-terapija b’Nevirapine Teva (nisa aktar minn 250 ċellula/mm³, irġiel aktar minn 400 ċellula/mm³)
-Pazjenti kkurati minn qabel b’ikkargar virali ta’ HIV-1 fil-plażma intraċċabbli u għadd ogħla ta’
CD4 fil-bidu tat-terapija b’nevirapine (nisa li għandhom aktar minn 250 ċellula/mm³, irġiel b’aktar minn 400 ċellula/mm3)
F'xi pazjenti li għandhom infezzjoni avanzata ta' HIV (AIDS) u storja ta' reazzjonijiet opportunistiċi
(mard assoċjat mal-AIDS), is-sinjali u s-sintomi ta' infjammazzjoni minn infezzjonijiet li kellhom qabel jistgħu jerġgħu jitfaċċaw wara li tinbeda mill-ġdid il-kura kontra l-HIV. Hu maħsub li dawn is-sintomi huma dovuti għal titjib fis-sistema immunitarja tal-ġisem, li jippermetti lil ġisem jiġġieled l-infezzjonijiet li setgħu kienu preżenti mingħajr sintomi ovvji. Jekk tinnota xi sintomi ta' infezzjoni, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek minnufih.
Flimkien mal-infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tiegħek bl-HIV. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta' infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex il-kura meħtieġa.
Bidliet fid-distribuzzjoni tax-xaħam tal-ġisem jistgħu jseħħu f'pazjenti li jkunu fuq terapija antiretrovirali kkombinata. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tinduna f'xi bidliet fix-xaħam tal-ġisem tiegħek (ara sezzjoni 4, “Effetti sekondarji possibbli”).
Xi pazjenti li qed jieħdu terapija antiretrovirali kkombinata jistgħu jiżviluppaw marda tal-għadam li tissejjaħ osteonekrosi (mewt ta’ tessut tal-għadam li tiġi kkaġunata minn nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tad-demm fl-għadam). It-tul tat-terapija antiretrovirali kkombinata, l-użu ta' kortikosterojdi, il-konsum ta' alkoħol, debbulezza tas-sistema immuni severa u indiċi ogħla fil-piż tal-ġisem, fost oħrajn, jistgħu jkunu xi wħud mill-ħafna fatturi li jippredisponu biex tiżviluppa din il-marda. Sinjali ta' osteonekrosi huma ebusija fil-ġogi, uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, l-irkoppa u l-ispallejn) u diffikultà biex tiċċaqlaq. Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.
Jekk qed tieħu nevirapine u zidovudine fl-istess ħin, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek għax jista' jkun li jkollu bżonn jiċċekkja ċ-ċelluli tad-demm bojod tiegħek.
Tiħux Nevirapine Teva wara li tkun ġejt espost għall-HIV ħlief jekk tkun ġejt iddijanjostikat bl-HIV u ngħatajt parir biex tagħmel hekk mit-tabib tiegħek. Nevirapine Teva mhix kura għall-infezzjoni ta’ HIV. Għalhekk, jista’ jkun li int tkompli tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor assoċjat ma’ l- infezzjoni ta’ HIV. Għalhekk inti għandek tibqa’ f’kuntatt regolari mat-tabib tiegħek. Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.
Prednisone m’għandux jintuża biex jikkura raxx relatat ma’ Nevirapine Teva.
Jekk qed tieħu kontraċettivi orali (eż. il-“pillola”) jew metodu oħra ta’ kontraċezzjoni ormonali waqt il-kura b’Nevirapine Teva, għandek tuża kontraċezzjoni li tostakola (eż. kondom) b’mod addizzjonali, sabiex tevita li toħroġ tqila u biex ma xxerridx aktar l-HIV.
Jekk qed tirċievi terapija bl-ormoni ta’ wara l-menopawsa, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina.
Jekk qed tieħu jew ingħatajt riċetta għal rifampicin biex tikkura t-tuberkulożi, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina ma’ Nevirapine Teva.
Tfal u adolexxenti
Il-pilloli Nevirapine jistgħu jittieħdu minn:
-tfal li għandhom 16-il sena jew aktar
-tfal taħt is-16-il sena li:
-jiżnu 50 kg jew aktar
-li għandhom erja superfiċjali ’l fuq minn 1.25 metri kwadri.
Għal tfal taħt 16-il sena li jiżnu anqas minn 50 kg jew li erja tas-superfiċje tal-ġisem hija taħt 1.25 m2 hemm disponibbli u għandhom jintużaw kif xieraq formulazzjonijiet orali oħra li fihom nevirapine.
Mediċini oħra u Nevirapine Teva
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra. Informa lit-tabib dwar kull mediċina oħra li tkun qed tieħu qabel ma tibda tieħu Nevirapine Teva. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jissorvelja jekk il-mediċini l-oħra tiegħek humiex jaħdmu u sabiex jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa tad-doża. Aqra sew il-fuljett ta’ tagħrif tal-prodotti mediċinali l-oħra kollha tal-HIV li inti qed tieħu flimkien ma’ Nevirapine Teva.
Huwa partikolarment importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew riċentement ħadt:
-St John’s Wort (Hypericum perforatum, mediċina li tikkura d-dipressjoni)
-rifampicin (mediċina li tikkura t-tuberkolosi)
-rifabutin (mediċina li tikkura t-tuberkolosi)
-makrolidi (eż. clarithromycin) (mediċina li tikkura l-infezzjonijiet batteriċi)
-fluconazole (mediċina kontra l-infezzjonijiet fungali)
-ketoconazole (mediċina li tikkura l-infezzjonijiet fungali)
-itraconazole (mediċina li tikkura l-infezzjonijiet fungali)
-methadone (mediċina użata biex tikkura ’l persuni viżjati bil-loppji)
-warfarin (mediċina li tnaqqas li jsiru emboli tad-demm)
-kontraċettivi ormonali (eż. il-“pill”)
-atazanavir (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)
-lopinavir/ritonavir (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)
-fosamprenavir (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)
-efavirenz (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)
-etravirine (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)
-rilpivirine (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)
-delavirdine (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)
-zidovudine (mediċina oħra għall-kura ta’ infezzjoni bl-HIV)
-boceprevir (mediċina li tikkura l-epatite Ċ)
-telaprevir (mediċina li tikkura l-epatite Ċ)
-elvitegravir/cobicistat (mediċina oħra li tikkura infezzjoni bl-HIV)
It-tabib tiegħek ser jissorvelja mill-qrib l-effett ta’ Nevirapine Teva u kwalunkwe wieħed minn dawn il-mediċini jekk qed teħodhom flimkien.
Jekk qed ikollok dijaliżi tal-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jikkonsidra li jaġġusta d-doża ta’ Nevirapine Teva. Dan peress li Nevirapine Teva jista’ jiġi eliminat mid-demm tiegħek bid-dijalizi.
Nevirapine Teva ma’ ikel u xorb:
M'hemm l-ebda restrizzjoni fuq it-teħid ta' pilloli Nevirapine Teva ma' l-ikel u x-xorb.
Tqala u treddigħ
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Għandek tieqaf tredda’ jekk qed tieħu l-pilloli Nevirapine Teva. Ġeneralment m’għandekx tredda’ jekk int infettata b’HIV għax hu possibbli li t-tarbija tiegħek tista’ tiġi infettata b’HIV permezz tal-
ħalib tas-sider.
Sewqan u tħaddim ta' magni
Tista’ tħossok għajjien meta tieħu Nevirapine Teva. Uża l-kawtela meta tipparteċipa f’attivitajiet bħal sewqan, u l-użu ta’ kwalunkwe għodda jew magni. Jekk tħossok għajjien, għandek tevita xogħol potenzjalment perikoluż bħal sewqan jew li tuża kwalunkwe għodda jew magni.
Nevirapine Teva fih il-lactose
Il-pilloli Nevirapine Teva fihom lactose (zokkor tal-ħalib).
Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Nevirapine Teva.
3.Kif gћandek tieћu Nevirapine Teva
Inti qatt m’għandek tieħu Nevirapine Teva waħdu. Dejjem għandek tieħdu mill-anqas ma’ żewġ mediċini antiretrovirali oħra. It-tabib tiegħek ser jirrakomanda l-aħjar mediċini għalik.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Doża:
Id-doża li tingħata hija ta’ pillola waħda ta' 200 mg kuljum għall-ewwel 14-il jum ta' trattament (perjodu “inizjali”). Wara 14-il jum, id-doża rakkomandata hi ta’ pillola waħda ta’ 200 mg darbtejn kuljum.
Huwa importanti ħafna li tieħu pillola waħda ta’ Nevirapine Teva kuljum għall-ewwel 14-il jum (il- perjodu ‘inizjali’). Jekk ikollok xi raxx f’dan il-perijodu, iżżidx id-doża imma kkonsulta t-tabib tiegħek.
Il-perijodu “inizjali” ta’ 14-il jum intwera li jnaqqas ir-riskju ta’ raxx fuq il-ġilda.
Peress li Nevirapine Teva għandu dejjem jittieħed ma’ mediċini antiretrovirali oħra tal-HIV, inti għandek issegwi l-istruzzjonijiet għal mediċini l-oħra b’attenzjoni. Dawn huma mogħtija fil-fuljetti ta’ tagħrif għal dawk il-mediċini.
Għandek tibqa' tieħu l-pilloli Nevirapine Teva sakemm ikun qallek it-tabib tiegħek.
Kif spjegat fit-taqsima ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’, hawn fuq, it-tabib tiegħek għandu jissorvelja t- testijiet tal-fwied tiegħek jew jara għal xi effetti mhux mixtieqa bħal raxx. Skond ir-riżultati, it-tabib tiegħek jista' jiddeċiedi jekk għandux iwaqqaf il-kura tiegħek ta’ Nevirapine Teva. It-tabib tiegħek għandu mnejn jiddeċiedi li jibdiek mill-ġdid fuq doża aktar baxxa.
Il-pilloli Nevirapine Teva jittieħdu mill-ħalq biss. Tomgħodhomx il-pilloli. Tista' tieħu Nevirapine Teva mal-ikel jew waħedhom.
Jekk tieħu aktar Nevirapine Teva milli suppost għandek:
M'għandekx taqbeż id-doża li t-tabib tiegħek ikun kitiblek u mfissra f'dan il-fuljett. Attwalment, hemm biss ftit tagħrif fuq l-effetti ta' doża eċċessiva b'Nevirapine Teva. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk tieħu aktar Nevirapine Teva milli suppost.
Jekk tinsa tieħu Nevirapine Teva
Ipprova tinsiex milli tieħu xi doża. Jekk tinduna li ma ħadtx d-doża li suppost ħadt fi żmien 8 sigħat minn meta suppost ħadtha, ħu d-doża li tkun insejt tieħu kemm jista’ jkun malajr. Jekk ikunu għaddew iktar minn 8 sigħat mill-ħin li fih suppost ħadt id-doża, ħu biss id-doża li jmissek tieħu fil-ħin skedat.
Jekk tieqaf tieħu Nevirapine Teva:
Intwera li jekk tieħu d-dożi kollha fil-ħinijiet xierqa:
-tiżdied l-effettività tal-kombinazzjoni ta’ mediċini antiretrovirali tiegħek.
-tnaqqas iċ-ċansijiet li l-infezzjoni tal-HIV tiegħek ssir reżistenti għal mediċini antiretrovirali.
Huwa importanti li tkompli tieħu Nevirapine Teva b'mod korrett, kif imfisser hawn fuq, sakemm it- tabib tiegħek ma jagħtikx struzzjonijiet biex tieqaf.
Jekk tieqaf tieħu Nevirapine Teva għal aktar minn sebat ijiem it-tabib tiegħek għandu jagħtik parir biex tibda bil-perijodu ta' 14-il jum 'tal-bidu' (mfissra hawn fuq) mill-ġdid, qabel tibda bid-doża ta' żewġ pilloli kuljum.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
4.Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
Matul terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan hu parzjalment marbuta ma’ saħħa li terġa’ lura għan-normal u l-istil tal-ħajja, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm, xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestjak għal dawn it- tibdiliet.
Kif imsemmi fit-taqsima ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’hawn fuq, l-effetti sekondarji l-aktar importanti ta’ Nevirapine Teva huma reazzjonijiet tal-ġilda u ħsara fil-fwied li jistgħu jkunu severi u ta’ periklu għal ħajja. Dawn ir-reazzjonijiet iseħħu prinċipalment fl-ewwel 18-il ġimgħa ta' kura b'Nevirapine Teva. Huwa għalhekk perijodu importanti li jinħtieġ monitoraġġ mill-qrib mit-tabib tiegħek.
Jekk tosserva xi sintomi ta’ raxx, informa lit-tabib tiegħek minnufih.
Meta jiżviluppa r-raxx dan hu normalment minn ħafif sa moderat. Madankollu, f'xi pazjenti raxx li jidher bħala nfafet fuq il-ġilda jista' jkun serju u ta' periklu għal ħajja (sindromu ta' Stevens-Johnson u nekroliżi epidermali tossika) u kien hemm anke imwiet li ġew irreġistrati. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kemm ta' raxx serju u raxx ħafif/moderat jseħħu fl-ewwel sitt ġimgħat ta' kura.
Jekk tinnota xi sintomi ta' raxx u tħossok ukoll ma tiflaħx, għandek twaqqaf it-kura u żżur lit-tabib minnufih.
Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva (allerġiji) jistgħu jseħħu. Dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jidhru fil-forma ta' anafilassi (forma ta’ reazzjoni allerġika severa) b’sintomi bħal:
-raxx
-nefħa fil-wiċċ
-diffikutà biex tieħu n-nifs (spażmu bronkjali)
-xokk anafilattiku
Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva jistgħu jseħħu wkoll bħala raxx ma’ effetti sekondarji oħra bħal:
-deni
-infafet fuq il-ġilda
-pustumetti
-infjammazzjoni tal-għajnejn
-nefħa tal-wiċċ
-nefħa ġenerali
-qtugħ ta’ nifs
-uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi
-tnaqqis fl-għadd ta' ċelluli bojod tad-demm (granuloċitopenija)
-wieħed iħossu marid b'mod ġenerali
-problemi serji bil-fwied jew kliewi (insuffiċjenza tal-fwied jew tal-kliewi).
Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi raxx jew xi effett kollaterali ieħor ta' reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva (allerġija). Reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ta' periklu għal ħajja.
Funzjoni anormali tal-fwied ġiet irrapportata bit-teħid ta' Nevirapine Teva. Din tinkludi xi każijiet ta' infjammazzjoni tal-fwied (epatite), li tista’ tkun f’daqqa u intensa (epatite fulminanti) u insuffiċjenza tal-fwied li t-tnejn li huma jistgħu jkunu fatali.
Għarraf lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi wieħed mis-sintomi kliniċi li ġejjin ta’ ħsara fil-fwied:
-nuaqqas t’aptit
-tħossok ma tiflaħx (tqalligħ)
-rimettar
-ġilda safra (suffejra)
-uġigħ addominali
L-effetti sekondarji deskritti hawn taħt inħassu minn pazjenti li ngħataw neviparine:
Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni
-raxx
Komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni
-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod (granuloċitopenija)
-reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva)
-uġigħ ta’ ras
-tħossok ma tiflaħx (nawsea)
-remettar
-uġigħ ta’ żaqq
-ippurgar maħlul (dijarea)
-infjammazzjoni tal-fwied (epatite)
-tħossok għajjien (għeja kbira)
-deni
-testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali
Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna
-reazzjoni allerġika kkaraterizzata b’raxx, nefħa tal-wiċċ, diffikultà biex tieħu n-nifs (spażmu bronkjal)i jew xokk anafilattiku
-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija)
-ġilda safranija (suffejra)
-raxxijiet severi u li jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħajja (is-sindromu ta’ Stevens Johnson/nekrolisi epidermali tossika)
-ħorriqija (urtikarja)
-fluwidu taħt il-ġilda (anġjoedema)
-uġigħ fil-ġogi (artralġja)
-uġigħ fil-muskoli (mijalġja)
-tnaqqis tal-phosphorus fid-demm
-żieda fil-pressjoni tad-demm
Rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna
-infjammazzjoni tal-fwied f’daqqa u intensa (epatite fulminanti)
-reazzjoni minħabba l-mediċina b’sintomi sistemiċi (reazzjoni minħabba l-mediċina b’eosinofilija u sintomi sistemiċi)
Il-każijiet li ġejjin ġew rapportati wkoll meta Nevirapine Teva ġie użat f'kombinazzjoni ma' mediċini antiretrovirali oħrajn:
-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli l-ħomor tad-demm jew plejtlets
-infjammazzjoni tal-frixa
-tnaqqis jew sensazzjonijiet anoramli tal-ġilda.
Dawn il-każijiet huma assoċjati b’mod komuni ma’ mediċini anti-retrovirali oħrajn u jista' jkun li jseħħu meta Nevirapine Teva jiġi użat flimkien ma' mediċini oħra; madankollu huwa x'aktarx improbabbli li dawn il-każijiet iseħħu minħabba kura b’Nevirapine Teva.
Effetti sekondarji addizzjonali fit-tfal u l-adolexxenti
Jista’ jkun hemm tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm (granuloċitopenija), li hu aktar komuni fit-tfal. Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija) li jista’ jkun relatat ma’ kura b’ nevirapine, huwa wkoll osservat aktar spiss fit-tfal. Bħal fil-każ ta’ sintomi tar-raxx, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih b’xi effetti sekondarji.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezztas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
5.Kif taħżen Nevirapine Teva
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara “JIS”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.
Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent
X’fih Nevirapine Teva:
-Is-sustanza attiva hi nevirapine. Kull pillola fiha 200 mg nevirapine (bħala nevirapine anidru).
-Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, lactose monohydrate, povidone K25, sodium starch glycolate (Tip A), colloidal silicon dioxide u magnesium stearate.
Id-dehra ta’ Nevirapine Teva u d-daqs tal-pakkett:
Pilloli bojod, ovali, u mżaqqa fuq iż-żewġ naħat. Fuq naħa minnhom hemm intaljat “N”, sinjal imnaqqax u “200”. In-naħa l-oħra għandha sinjal imnaqqax. Is-sinjal imnaqqax qiegħed hemm biex il- pillola tinqasam faċilment u tkun tista’ tiblagħha aħjar u mhux biex tinqasam f’dożi indaqs.
Il-pilloli Nevirapine Teva jiġu f’folji, b’14 (Pakkett bil-kalendarju), 60 jew 120 pillola f’kull kartuna. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Teva B.V.
Swensweg 5
2031GA Haarlem
L-Olanda
Manifattur:
TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,
4042 Debrecen, L-Ungerija
TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company
H-2100 Gödöllő,
Táncsics Mihály út 82
L-Ungerija
TEVA UK Ltd
Brampton Road,
Hampden Park,
Eastbourne,
East Sussex,
BN22 9AG
Ir-Renju Unit
Pharmachemie B.V.
Swensweg 5,
Postbus 552,
2003 RN 2031 GA Haarlem
L-Olanda
Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.
België/Belgique/Belgien | Lietuva |
Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG | UAB “Sicor Biotech” |
Tel/Tél: +32 3 820 73 73 | Tel: +370 5 266 02 03 |
България | Luxembourg/Luxemburg |
Тева Фармасютикълс България ЕООД | Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG |
Teл: +359 2 489 95 82 | Tél: +32 3 820 73 73 |
Česká republika | Magyarország |
Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. | Teva GyógyszergyárZrt |
Tel: +420 251 007 111 | Tel.: +36 1 288 64 00 |
Danmark | Malta |
Teva Denmark A/S | Teva Pharmaceuticals IrelandL-Irlanda |
Tlf: +45 44 98 55 11 | Tel: +353 51 321740 |
Deutschland | Nederland |
TEVA GmbH | Teva Nederland B.V. |
Tel: (+49) 731 402 08 | Tel: +31 (0) 800 0228400 |
Eesti | Norge |
Teva Eesti esindus | Teva Norway AS |
UAB Sicor Biotech Eesti filiaal | Tlf: + 47 66 77 55 90 |
Tel: +372 6610801 | |
Ελλάδα | Österreich |
Teva Ελλάς Α.Ε. | ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH |
Τηλ: +30 210 72 79 099 | |
España | Polska |
Teva Pharma, S.L.U. | Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. |
Tél: +(34) 91 387 32 80 | Tel.: +(48) 22 345 93 00 |
France | Portugal |
Teva Santé | Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda |
Tél: +(33) 1 55 91 7800 | Tel: +351 21 476 75 50 |
Hrvatska | România |
Pliva Hrvatska d.o.o. | Teva Pharmaceuticals S.R.L |
Tel:+ 385 1 37 20 000 | Tel: +4021 230 65 24 |
Ireland | Slovenija |
Teva Pharmaceuticals Ireland | Pliva Ljubljana d.o.o. |
Tel: +353 (0)51 321 740 | Tel: +386 1 58 90 390 |
Ísland | Slovenská republika |
ratiopharm Oy | Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. |
Finland | Tel: +(421) 2 5726 7911 |
Puh/Tel: +358 20 180 5900 | |
Italia | Suomi/Finland |
Teva Italia S.r.l. | ratiopharm Oy |
Tel: +(39) 028917981 | Puh/Tel: +358 20 180 5900 |
Κύπρος | Sverige |
Teva Ελλάς Α.Ε. | Teva Sweden AB |
Ελλάδα | Tel: +(46) 42 12 11 00 |
Τηλ: +30 210 72 79 099 | |
Latvija | United Kingdom |
Sicor Biotech filiāle Latvijā | Teva UK Limited |
Tel: + 37167323666 | Tel: +44(0) 1977 628500 |
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'{data} | |
| |
Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.
Kummenti