Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Nexium Control (esomeprazole) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A02BC05

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNexium Control
Kodiċi ATCA02BC05
Sustanzaesomeprazole
ManifatturPfizer Consumer Healthcare Ltd

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Nexium Control 20 mg pilloli gastro-reżistenti

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola gastro-reżistenti fiha 20 mg ta’ esomeprazole (bħala magnesium trihydrate)

Eċċipjent(i) b’effett magħruf

Kull pillola gastro-reżistenti fiha 28 mg ta’ sukrosju.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola gastro-reżistenti.

Pillola roża ċara, tawwalija, ġejja għat-tond miż-żewġ naħat, miksija b’rita ta’ 14 mm x 7 mm mnaqqxa b’‘20 mG’ fuq naħa waħda u b’A/EH fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Nexium Control huwa indikat għall-kura għal żmien qasir ta’ sintomi ta’ rifluss (eż. ħruq ta’ stonku u rigurġitazzjoni tal-aċidu) fl-adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata hija ta’ 20 mg ta’ esomeprazole (pillola waħda) kuljum.

Jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-pilloli jittieħdu għal 2-3 ijiem konsekuttivi biex ikun hemm titjib fis-sintomi. Il-kura ddum sa ġimagħtejn. Ladarba jkun hemm solliev komplet mis-sintomi, il-kura għandha titwaqqaf.

Jekk wara ġimagħtejn ta’ kura kontinwa ma jkun hemm l-ebda solliev mis-sintomi, il-pazjent għandu jingħata parir biex jikkonsulta tabib.

Popolazzjonijiet speċjali Pazjenti b’indeboliment renali

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża f’pazjenti b’funzjoni renali indebolita. Minħabba esperjenza limitata f’pazjenti b’insuffiċjenza renali severa, dawn il-pazjenti għandhom jiġu kkurati b’kawtela (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn ħafif sa moderat. Madankollu, pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied għandhom jirċievu parir ta’ tabib qabel ma jieħdu Nexium Control (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Anzjani (≥65 sena)

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża f’pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Ma hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Nexium Control fil-popolazzjoni pedjatrika taħt it-18-il sena għall-indikazzjoni ta’ “kura għal perjodu qasir ta’ sintomi ta’ rifluss (eż. ħruq ta’ stonku u rigurġitazzjoni tal-aċidu)”.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli għandhom jinbelgħu sħaħ ma’ nofs tazza ilma. Il-pilloli ma għandhomx jintmagħdu jew jitfarrku.

Inkella, il-pillola tista' tinħall f’nofs tazza ilma mhux karbonizzat. Ma għandu jintuża l-ebda likwidu ieħor peress li l-kisja enterika tista' tinħall. L-ilma għandu jiġi mħawwad sakemm il-pillola tiddiżintegra. Il-likwidu bir-residwi għandu jinxtorob minnufih jew fi żmien nofs siegħa. It-tazza għandha titlaħlaħ b’nofs tazza ilma u l-ilma għandu jinxtorob. Ir-residwi m’għandhomx jintmagħdu jew jitfarrku.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva, sostituti ta’ benzimidazoles jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti (ara sezzjoni 6.1).

Esomeprazole ma għandux jintuża b’mod konkomitanti ma’ nelfinavir (ara sezzjoni 4.5).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġenerali

Pazjenti għandhom jingħataw istruzzjonijiet biex ikellmu tabib jekk:

Ikollhom telf sinifikanti u mhux intenzjonat fil-piż, rimettar rikorrenti, disfaġja, ematemesi jew malaena u meta jkun hemm suspett ta’ ulċera gastrika jew ikun hemm ulċera gastrika preżenti, għandha tiġi eskluża l-preżenza ta’ tumur malinn peress li kura b’esomeprazole tista’ ttaffi s- sintomi u tittardja d-dijanjosi.

Fil-passat kellhom ulċera gastrika jew operazzjoni gastrointestinali.

Ilhom fuq kura sintomatika kontinwa għal indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku għal aktar minn 4 ġimgħat.

Għandhom suffejra jew mard sever tal-fwied.

Għandhom aktar minn 55 sena b’sintomi ġodda jew b’sintomi li nbidlu riċentement.

Pazjenti b’sintomi rikorrenti fit-tul ta’ indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku għandhom jaraw lit-tabib tagħhom f’intervalli regolari. Pazjenti ta’ aktar minn 55 sena li ta’ kuljum jieħdu xi rimedji mingħajr riċetta tat-tabib għal indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku għandhom jinfurmaw lill-ispiżjar jew lit-tabib tagħhom.

Pazjenti ma għandhomx jieħdu Nexium Control bħala prodott mediċinali preventiv fit-tul. Kura b’inibituri tal-pompa tal-proton (PPIs) tista' twassal għal żieda żgħira fir-riskju ta’ infezzjonijiet gastrointestinali bħal Salmonella u Campylobacter u f’pazjenti li qegħdin jirċievu kura l-isptar, possibbilment anke Clostridium difficile (ara sezzjoni 5.1).

Il-pazjenti għandhom jikkonsultaw lit-tabib tagħhom qabel ma jieħdu dan il-prodott mediċinali jekk se ssirilhom endoskopija jew test tan-nifs tal-urea.

Kombinazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra

L-għoti flimkien ta’ esomeprazole ma’ atazanavir mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.5). Jekk jiġi ġġudikat li l-kombinazzjoni ta’ atazanavir ma’ PPI ma tistax tiġi evitata, huwa rrakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku mill-qrib f’kombinazzjoni ma’ żieda fid-doża ta’ atazanavir għal 400 mg

b’100 mg ta’ ritonavir. Ma għandhiex tinagħta doża ta’ Esomeprazole akbar minn 20 mg.

Esomeprazole huwa inibitur ta’ CYP2C19. Meta tinbeda jew tintemm kura b’esomeprazole, għandu jiġi kkunsidrat il-potenzjal għal interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali metabolizzati permezz

ta’ CYP2C19. Interazzjoni hija osservata bejn clopidogrel u esomeprazole. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-interazzjoni mhijiex ċerta. L-użu ta’ esomeprazole ma’ clopidogrel għandu jiġi skoraġġut (ara sezzjoni 4.5).

Pazjenti ma għandhomx jieħdu PPI ieħor jew antagonist ta’ H2 b’mod konkomitanti.

Interferenza mat-testijiet tal-laboratorju

Il-livell ta' Kromogranin A (CgA) miżjud jista' jinterferixxi mal-investigazzjonijiet għal tumuri newroendokrinali. Biex din l-interferenza tiġi evitata, il-kura bi Nexium Control għandha titwaqqaf għal mill-inqas 5 ijiem qabel il-kejl ta' CgA (ara sezzjoni 5.1). Jekk il-livelli ta' CgA u gastrin ma jkunux irritornaw għall-medda ta' referenza wara kejl inizjali, il-kejl jenħtieġ li jiġi ripetut 14-il jum wara l-waqfien tal-kura tal-inibitur tal-pompa tal-proton.

Lupus erythematosus tal-ġilda subakut (SCLE)

Inibituri tal-pompa tal-protoni huma assoċjati ma’ każijiet infrekwenti ħafna ta’ SCLE. Jekk iseħħu leżjonijiet, speċjalment f’postijiet fuq il-ġilda esposti għax-xemx, u jekk akkumpanjati minn artralġja, il-pazjent għandu jfittex għajnuna medika mill-ewwel u l-professjonist tal-kura tas-saħħa għandu jikkunsidra jwaqqaf Nexium Control. SCLE wara kura preċedenti b’inibitur tal-pompa tal- protoni jista’ jżid ir-riskju ta’ SCLE b’inibituri tal-protoni oħrajn.

Sukrosju

Dan il-prodott mediċinali fih sferi taz-zokkor (sukrosju). Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal fruttosju, malassorbiment ta’ glucose-galactose jew insuffiċjenza ta’ sucrase- isomaltase ma għandhomx jieħdu dan il-prodott mediċinali.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

Effetti ta’ esomeprazole fuq il-farmakokinetika ta’ prodotti mediċinali oħra

Peress li esomeprazole huwa enantiomer wieħed ta’ omeprazole huwa raġonevoli li jingħata parir dwar interazzjonijiet rapportati b’omeprazole.

Inibituri tal-protease

Omeprazole ġie rrapportat li jinteraġixxi ma’ xi inibituri tal-protease. L-importanza klinika u l- mekkaniżmi wara dawn l-interazzjonijiet irrapportati mhumiex dejjem magħrufa. Żieda fil-pH gastriku matul kura b’omeprazole tista' tbiddel l-assorbiment tal-inibituri tal-protease. Mekkaniżmi possibbli oħra ta’ interazzjoni huma permezz tal-inibizzjoni ta’ CYP2C19.

Għal atazanavir u nelfinavir, ġie rrapportat tnaqqis fil-livelli fis-serum meta jingħataw flimkien ma’ omeprazole u l-għoti konkomitanti mhuwiex rakkomandat. L-għoti flimkien ta’

omeprazole (40 mg darba kuljum) ma’ atazanavir 300 mg/ritonavir 100 mg lil voluntiera b’saħħithom wassal għal tnaqqis sostanzjali fl-espożizzjoni għal atazanavir (tnaqqis ta’ madwar 75% fl-AUC, s-Cmax u s-Cmin). Iż-żieda fid-doża ta’ atazanavir għal 400 mg ma

kkumpensatx għall-impatt ta’ omeprazole fuq l-espożizzjoni għal atazanavir. L-għoti flimkien ta’ omeprazole (20 mg darba kuljum (qd)) ma’ atazanavir 400 mg/ritonavir 100 mg lil voluntiera b’saħħithom wassal għal tnaqqis ta’ madwar 30% fl-espożizzjoni għal atazanavir meta mqabbel mal-espożizzjoni osservata b’atazanavir 300 mg/ritonavir 100 mg qd mingħajr omeprazole 20 mg qd. L-għoti flimkien ta’ omeprazole (40 mg qd) naqqas l-AUC, is-Cmax u s-Cmin medji ta’nelfinavir b’36–39 % u l-AUC, is-Cmax u s-Cmin medji għall-metabolit farmakoloġikament

attiv M8 tnaqqas b’75-92%. Minħabba l-effetti farmakodinamiċi u l-karatteristiċi farmakokinetiċi simili ta’ omeprazole u esomeprazole, l-għoti konkomitanti ma’ esomeprazole u atazanavir

mhuwiex rakkomandat u l-għoti konkomitanti ma’ esomeprazole u nelfinavir huwa kontraindikat (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Għal saquinavir (b’ritonavir konkomitanti), ġiet irrapportata żieda fil-livelli fis-serum (80-100%) matul kura konkomitanti b’omeprazole (40 mg qd). Kura b’omeprazole 20 mg qd ma kellha l-ebda effett fuq l-espożizzjoni ta’ darunavir (b’ritonavir konkomitanti) u amprenavir (b’ritonavir konkomitanti).

Kura b’esomeprazole 20 mg qd ma kellha l-ebda effett fuq l-espożizzjoni ta’ amprenavir (bi u mingħajr ritonavir konkomitanti). Kura b’omeprazole 40 mg qd ma kellha l-ebda effett fuq l- espożizzjoni ta’ lopinavir (b’ritonavir konkomitanti).

Methotrexate

Meta ngħata flimkien ma’ PPIs, il-livelli ta’ methotrexate ġew irrapportati li żdiedu f’xi pazjenti. Meta methotrexate jingħata f’dożi għoljin jista' jkun hemm il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat il-waqfien temporanju ta’ esomeprazole.

Tacrolimus

L-għoti konkomitanti ta’ esomeprazole ġie rrapportat li jżid il-livelli ta’ tacrolimus fis-serum. Għandu jsir monitoraġġ imsaħħaħ tal-konċentrazzjonijiet ta’ tacrolimus kif ukoll tal-funzjoni renali (tneħħija ta’ krejatinina), u d-doża ta’ tacrolimus tiġi aġġustata jekk ikun meħtieġ.

Prodotti mediċinali b’assorbiment dipendenti fuq il-pH

Soppressjoni tal-aċidu gastriku matul kura b’esomeprazole u b’PPIs oħra tista' tnaqqas jew iżżid l- assorbiment ta’ prodotti mediċinali li l-assorbiment tagħhom jiddependi fuq il-pH gastriku. L- assorbiment ta’ prodotti mediċinali li jittieħdu b’mod orali bħal ketoconazole, itraconazole u erlotinib jista' jonqos matul kura b’esomeprazole u l-assorbiment ta’ digoxin jista' jiżdied matul kura b’esomeprazole.

Kura konkomitanti b’omeprazole (20 mg kuljum) u digoxin f’individwi b’saħħithom żiedet il- bijodisponibilità ta’ digoxin b’10% (sa 30% fi tnejn minn għaxar individwi). Tossiċità b’digoxin rarament ġiet osservata. Madankollu, għandha tiġi eżerċitata kawtela meta esomeprazole jingħata f’dożi għoljin lil pazjenti anzjani. F’dak il-każ il-monitoraġġ terapewtiku tal-mediċina għandu jiġi msaħħaħ.

Prodotti mediċinali metabolizzati b’CYP2C19

Esomeprazole jinibixxi lil CYP2C19, l-enzim maġġuri li jimmetabolizza lil esomeprazole. Għalhekk, meta esomeprazole jiġi kkombinat ma’ prodotti mediċinali metabolizzati b’CYP2C19, bħal warfarin, phenytoin, citalopram, imipramine, clomipramine, diazepam, eċċ., il- konċentrazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti mediċinali fil-plasma jistgħu jiżdiedu u jista' jkun hemm bżonn ta’ tnaqqis fid-doża. Fil-każ ta’ clopidogrel, prodroga li tiġi trasformata fil-metabolit attiv tagħha permezz ta’ CYP2C19, il-konċentrazzjonijiet tal-metabolit attiv fil-plażma jistgħu jitnaqqsu.

Warfarin

Fi prova klinika, l-għoti konkomitanti ta’40 mg ta’ esomeprazole lil pazjenti li kienu qed jirċievu kura b’warfarin wera li l-ħinijiet ta’ koagulazzjoni kienu fil-medda aċċettata. Madankollu, wara t- tqegħid fis-suq, ġew irrapportati xi każijiet iżolati ta’ żieda fl-INR ta’ sinifikat kliniku matul kura konkomitanti. Huwa rakkomandat monitoraġġ meta tinbeda jew tintemm kura konkomitanti b’esomeprazole matul kura b’warfarin jew derivati oħra ta’ coumarine.

Clopidigrel

Riżultati minn studji fuq individwi b’saħħithom urew interazzjoni

farmakokinetika (PK)/farmakodinamika (PD) bejn clopidogrel (300 mg doża ta’ tagħbija /75 mg doża ta’ manteniment ta’ kuljum) u esomeprazole (40 mg b’mod orali kuljum) li wasslet għal tnaqqis fl- espożizzjoni għall-metabolit attiv ta’ clopidogrel b’medja ta’ 40%, u wasslet għal tnaqqis fl-inibizzjoni massima fl-aggregazzjoni tal-plejtlits (indotta minn ADP) b’medja ta’ 14%.

Fi studju fuq individwi b’saħħithom, kien hemm tnaqqis ta’ madwar 40% fl-espożizzjoni tal- metabolit attiv ta’ clopidogrel meta kombinazzjoni ta’ doża fissa ta’ esomeprazole 20 mg + aċidu aċetilsaliċiliku (acetylsalicylic acid) 81 mg ingħatat ma’ clopidogrel meta mqabbla ma’ clopidogrel waħdu. Madankollu, il-livelli massimi ta’ inibizzjoni tal-aggregazzjoni tal-plejtlits (indotta minn ADP) f’dawn l-individwi kienu l-istess fiż-żewġ gruppi.

Dejta kemm minn studji ta’ osservazzjoni kif ukoll minn dawk kliniċi rrapportata dwar l-implikazzjonijiet kliniċi ta’ din l-interazzjoni PK/PD f’termini ta’ avvenimenti kardjovaskulari maġġuri kienet inkonsistenti. Bħala prekawzjoni, l-użu konkomitanti ta’ esomeprazole u clopidogrel ma għandux jiġi mħeġġeġ.

Phenytoin

L-għoti konkomitanti ta’ 40 mg ta’ esomeprazole wassal għal żieda ta’ 13% fil-livelli l-aktar baxxi ta’ phenytoin fil-plasma f’pazjenti epilettiċi. Huwa rrakkomandat li l-konċentrazzjonijiet ta’ phenytoin fil- plasma jiġu mmonitorjati meta tiġi introdotta jew titwaqqaf kura b’esomeprazole.

Voriconazole

Omeprazole (40 mg darba kuljum) żied is-Cmax u l-AUCτ ta’ voriconazole (substrat ta’ CYP2C19) bi 15% u 41%, rispettivament.

Cilostazol

Omeprazole kif ukoll esomeprazole jaġixxu bħala inibituri ta’ CYP2C19. Omeprazole, meta ngħata f’dożi ta’ 40 mg lil individwi b’saħħithom fi studju cross-over, żied is-Cmax u l-AUC għal cilostazol

bi 18% u 26% rispettivament, u wieħed mill-metaboliti tiegħu b’29% u 69% rispettivament.

Cisapride

F’voluntiera b’saħħithom, l-għoti konkomitanti ta’ 40 mg ta’ esomeprazole wassal għal żieda ta’ 32% fl-erja taħt il-kurva tal- konċentrazzjoni mal-ħin fil-plasma (AUC) u titwil ta’ 31% tal-half-life(t1/2) tal-

eliminazzjoni imma l-ebda żieda sinifikanti fil-livelli massimi ta’ cisapride fil-plasma. L-intervall kemxejn imtawwal fil-QTc osservat wara l-għoti ta’ cisapride waħdu, ma kompliex jitwal meta cisapride ngħata f’kombinazzjoni ma’ esomeprazole.

Diazepam

L-għoti konkomitanti ta’ 30 mg ta’ esomeprazole wassal għal tnaqqis ta’ 45% fit-tneħħija tas-substrat ta’ CYP2C19 diazepam.

Prodotti mediċinali investigati bl-ebda interazzjoni klinikament rilevanti Amoxicillin u quinidine

Esomeprazole intwera li ma għandu l-ebda effett klinikament rilevanti fuq il-farmakokinetika ta’ amoxicillin u quinidine.

Naproxen jew rofecoxib

Studji li evalwaw l-għoti konkomitanti ta’ esomeprazole u jew naproxen jew rofecoxib ma identifikaw l-ebda interazzjoni farmakokinetikaklinikament rilevanti matul studji fuq perjodu qasir.

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq il-farmakokinetika ta’ esomeprazole

Prodotti mediċinali li jinibixxu CYP2C19 u/jew CYP3A4

Esomeprazole jiġi metabolizzat minn CYP2C19 u CYP3A4. L-għoti konkomitanti ta’ esomeprazole u inibitur ta’ CYP3A4, clarithromycin (500 mg darbtejn kuljum (b.i.d.)), wassal għal irduppjar tal- espożizzjoni (AUC) għal esomeprazole. L-għoti konkomitanti ta’ esomeprazole u inibitur kombinat ta’ CYP2C19 u CYP 3A4 jista' jwassal għal aktar minn irduppjar tal-espożizzjoni għal esomeprazole. L- inibitur ta’ CYP2C19 u CYP3A4 voriconazole żied l-AUCt ta’ omeprazole b’280%. Aġġustament fid-

doża ta’ esomeprazole mhuwiex regolament meħtieġ, fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet. Madankollu, aġġustament fid-doża għandu jiġi kkunsidrat f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever u jekk tkun indikata kura fit-tul.

Prodotti mediċinali li jinduċu CYP2C19 u/jew CYP3A4

Prodotti mediċinali magħrufa li jinduċu CYP2C19 jew CYP3A4 jew it-tnejn (bħal rifampicin u St. John’s wort (Hypericum perforatum)) jistgħu jwasslu għal livelli mnaqqsa ta’ esomeprazole fis-serum billi jżidu l-metaboliżmu ta’ esomeprazole.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ammont moderat ta’ tagħrif fuq nisa tqal (bejn 300-1000 riżultat ta’ tqala) ma jindika l-ebda malformazzjoni jew tossiċità fil-fetu/neonatali ta’ esomeprazole.

Studji f’annimali ma jurux effetti ħżiena diretti jew indiretti fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3). Bħala miżura prekawzjonarja, huwa aħjar li l-użu ta’ Nexium Control jiġi evitat matul it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk esomeprazole/il-metaboliti tiegħu jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal- bniedem. Ma hemmx biżżejjed tagħrif dwar l-effetti ta’ esomeprazole fit-trabi tat-twelid/trabi. Esomeprazole ma għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

Studji fuq l-annimali bit-taħlita raċemika ta’ omeprazole, mogħtija b’mod orali ma jindikaw l- ebda effett fir-rigward tal-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Esomeprazole ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Reazzjonijiet avversi bħal sturdament u disturbi viżwali mhumiex komuni (ara sezzjoni 4.8). Jekk jiġu affettwati, pazjenti ma għandhomx isuqu jew jużaw magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Uġigħ ta’ ras, uġigħ addominali, dijarea u nawseja huma fost dawk ir-reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b’mod komuni fi provi kliniċi (u wkoll mill-użu wara t-tqegħid fis-suq). Barra minn hekk, il-profil ta’ sigurtà huwa simili għal formulazzjonijiet differenti, indikazzjonijiet ta’ kura, gruppi ta’ età u popolazzjonijiet ta’ pazjenti. Ma ġiet identifikata l-ebda reazzjoni avversa relatata mad-doża.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew identifikati jew suspettati fil-programm ta’ provi kliniċi għal esomeprazole u wara t-tqegħid fis-suq. Ir-reazzjonijiet huma kklassifikati skont il-konvenzjoni tal- frekwenza MedDRA: komuni ħafna > 1/10; komuni ≥1/100 sa <1/10; mhux

komuni ≥1/1000 sa <1/100; rari ≥1/10,000 sa <1/1,000; rari ħafna <1/10,000; mhux magħruf (ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli).

 

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari ħafna

Mhux magħruf

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

lewkopenja,

agranuloċitosi,

 

tad-demm u

 

 

tromboċitopenija

panċitopenja

 

tas-sistema

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

reazzjonijiet ta’

 

 

sistema immuni

 

 

sensittività

 

 

 

 

 

eċċessiva eż. deni,

 

 

 

 

 

anġjoedema u

 

 

 

 

 

reazzjoni

 

 

 

 

 

anafilattika/xokk

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

edema

iponatrimja

 

ipomagnesimj

metaboliżmu u n-

 

periferali

 

 

a;

nutrizzjoni

 

 

 

 

ipomagnesimj

 

 

 

 

 

a severa tista'

 

 

 

 

 

tkun korrelata

 

 

 

 

 

ma’

 

 

 

 

 

ipokalċimja;

 

 

 

 

 

ipomanjesimij

 

 

 

 

 

a tista' twassal

 

 

 

 

 

ukoll għal

 

 

 

 

 

ipokalemija

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

insomnija

aġitazzjoni,

aggressjoni,

 

psikjatriċi

 

 

konfużjoni,

alluċinazzjoni

 

 

 

 

dipressjoni

jiet

 

Disturbi fis-

uġigħ ta’ ras

sturdament,

disturb fit-

 

 

sistema nervuża

 

parasteżija,

togħma

 

 

 

 

ngħas

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn

 

 

vista mċajpra

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-widnejn

 

vertiġini

 

 

 

u fis-sistema

 

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

bronkospażmu

 

 

respiratorji,

 

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-

uġigħ

ħalq xott

stomatite,

 

kolite

intestinali

addominali,

 

kandidjasi

 

mikroskopika

 

stitikezza,

 

gastrointestinali

 

 

 

dijarea, gass

 

 

 

 

 

fl-istonku,

 

 

 

 

 

nawseja/

 

 

 

 

 

rimettar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

Mhux

 

 

komuni

 

 

magħruf

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

żieda fl-

epatite bi jew

insuffiċjenza

 

fwied u fil-

 

enzimi tal-

mingħajr suffejra

epatika,

 

marrara

 

fwied

 

enċefalopatija

 

 

 

 

 

epatika

 

 

 

 

 

f'pazjenti

 

 

 

 

 

b'mard pre-

 

 

 

 

 

eżistenti tal-

 

 

 

 

 

fwied

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

dermatite,

alopeċja,

eritema

lupus

u fit-tessuti ta’

 

ħakk, raxx

fotosensittività

multiforme,

erythematosus

taħt il-ġilda

 

urtikarja

 

sindromu ta’

tal-ġilda

 

 

 

 

Stevens-Johnson,

subakut (ara

 

 

 

 

nekroliżi

sezzjoni 4.4).

 

 

 

 

epidermali

 

 

 

 

 

tossika

 

 

 

 

 

(TEN)

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi muskolu-

 

 

artralġja,

dgħjufija

 

skeletriċi u tat-

 

 

mijalġja

muskolari

 

tessuti konnettivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

nefrite interstizjali

 

kliewi u fis-

 

 

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

urinarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

ġinekomastja

 

sistema

 

 

 

 

 

riproduttiva u fis-

 

 

 

 

 

sider

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

 

 

telqa, żieda

 

 

u kondizzjonijiet

 

 

fl-għaraq

 

 

ta' mnejn jingħata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sal-lum l-esperjenza b’doża eċċessiva intenzjonata hija limitata. Is-sintomi deskritti b’rabta ma’ 280 mg kienu sintomi gastrointestinali u dgħjufija. Dożi uniċi ta’ 80 mg ta’ esomeprazole kienu mingħajr inċidenza. Ma hemm l-ebda antidotu magħruf. Esomeprazole jintrabat b’mod

estensiv mal-proteini fil-plasma u għalhekk ma jiġix dijalizzat malajr. Il-kura għandha tkun sintomatika u għandhom jintużaw miżuri ġenerali ta’ appoġġ.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini għal disturbi relatati mal-aċidu, inibituri tal-pompa tal- proton, Kodiċi ATC: A02B C05.

Esomeprazole huwa l-isomeru-S ta’ omeprazole u jnaqqas it-tnixxija tal-aċidu gastriku permezz ta’ mekkaniżmu ta’ azzjoni immirat speċifikament. Huwa inibitur speċifiku tal-pompa tal-aċidu fiċ- ċellola parjetali. Kemm l-isomeru-R u -S ta’ omeprazole għandhom attività farmakodinamika simili.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Esomeprazole huwa bażi dgħajjef u jiġi kkonċentrat u konvertit fil-forma attiva fl-ambjent aċiduż

ħafna tal-kanalikuli sekretorji taċ-ċellola parjetali, fejn jinibixxi l-enzim H+K+-ATPase (il-pompa tal-aċidu) u jinibixxi t-tnixxija kemm bażali u stimulata tal-aċidu.

Effetti farmakodinamiċi

Wara dożaġġ orali b’esomeprazole 20 mg u 40 mg, l-effett jibda fi żmien siegħa. Wara għoti ripetut ta’ 20 mg esomeprazole darba kuljum għal ħamest ijiem, il-produzzjoni massima medja ta’ aċidu wara stimulazzjoni tal-pentagastrin tonqos b’90% meta titkejjel 6-7 sigħat wara d- dożaġġ fil-ħames jum.

Wara ħamest ijiem ta’ dożaġġ orali b’20 mg u 40 mg ta’ esomeprazole, pH intragastriku ogħla minn 4 inżamm għal ħin medju ta’ 13-il siegħa u 17-il siegħa, rispettivament fuq 24 siegħa f’pazjenti b’mard ta’ rifluss gastroesofagali (GERD) sintomatiku. Il-proporzjonijiet ta’ pazjenti li żammew pH intragastriku ogħla minn 4 għal mill-anqas 8, 12 u 16-il siegħa għal esomeprazole 20 mg kienu 76%, 54% u 24% rispettivament. Il-proporzjonijiet korrispondenti għal esomeprazole 40 mg kienu 97%, 92% u 56%.

Bl-użu tal-AUC bħala parametru sostitut għall-konċentrazzjoni fil-plażma, intweriet relazzjoni bejn l-inibizzjoni tas-sekrezzjoni tal-aċidu u l-espożizzjoni.

Matul kura bi prodotti mediċinali antisekretorji, il-gastrin fis-serum jiżdied b'rispons għal sekrezzjoni mnaqqsa ta' aċidu. Barra minn hekk, CgA jiżdied minħabba aċidità gastrika mnaqqsa. Il-livell ta' CgA miżjud jista' jinterferixxi mal-investigazzjonijiet għal tumuri newroendokrinali.

Evidenza ppubblikata disponibbli tissuġġerixxi li inibituri tal-pompa tal-proton jenħtieġ li jitwaqqfu bejn 5 ijiem u ġimagħtejn qabel il-kejl ta' CgA. Dan sabiex il-livelli ta' CgA li jistgħu jiżdiedu b'mod apparenti wara kura b'PPI jitħallew jirritornaw għall-medda ta' referenza.

Żieda fin-numru ta’ ċelloli ECL possibbilment relatata maż-żieda fil-livelli ta’ gastrina fis-serum, kienet osservata f’xi pazjenti waqt kura fit-tul b’esomeprazole.

It-tnaqqis fl-aċidità gastrika minħabba kwalunkwe mezz fosthom il-PPIs, iżid l-għadd gastriku ta’ batterji normalment preżenti fl-apparat gastro-intestinali. Il-kura bil-PPIs tista’ twassal għal żieda żgħira fir-riskju ta’ infezzjonijiet gastro-intestinali bħal Salmonella u Campylobacter u fil-pazjenti li jkollhom jiddaħħlu l-isptar, possibbilment ukoll Clostridium difficile.

Effikaċja klinika

Esomeprazole 20 mg intwera li jikkura b’mod effettiv ħruq tal-istonku frekwenti f’individwi li jirċievu doża waħda kull 24 siegħa fuq ġimagħtejn. F’żewġ studji pivitali, multiċentri, randomizzati, double-blind u kkontrollati bil-plaċebo, 234 individwu bi storja riċenti ta’ ħruq ta’ stonku frekwenti kienu kkurati b’20 mg esomeprazole għal 4 ġimgħat. Is-sintomi assoċjati ma’ rifluss tal-aċidu (bħal

ħruq ta’ stonku u rigurġitazzjoni tal-aċidu) ġew evalwati retrospettivament fuq perjodu ta’ 24 siegħa. Fiż-żewġ studji, esomeprazole 20 mg kien konsiderevolment aħjar meta mqabbel mal-plaċebo għall- endpoint primarju, il-fejqan sħiħ tal-ħruq ta’ stonku, definit bħala ebda episodju ta’ ħruq ta’ stonku matul l-aħħar 7 t’ijiem qabel l-aħħar vista (33.9% - 41.6% vs. plaċebo 11.9 – 13.7%, (p<0.001). Il- punt ta’ tmiem sekondarju għall-fejqan komplet tal-ħruq tal-istonku, definit bħala ebda ħruq tal- istonku fuq il-kard tad-djarju tal-pazjent għal 7 t’ijiem konsekuttivi, kien statistikament sinifikanti kemm f’ġimgħa 1 (10.0% - 15.2% vs plaċebo 0.9% - 2.4%, p = 0.014, p<0.001) kif ukoll f’ġimgħa 2 (25.2% - 35.7% vs plaċebo 3.4% - 9.0%, p<0.001).

Punti ta’ tmiem sekondarji oħrajn appoġġaw il-punt ta’ tmiem primarju, inkluż serħan mill-ħruq ta’ stonku f’ġimgħa 1 u f’ġimgħa 2, perċentwal ta’ jiem ta’ 24 siegħa mingħajr ħruq ta’ stonku f’ġimgħa 1 u ġimgħa 2, severità medja ta’ ħruq ta’ stonku f’ġimgħa 1 u f’ġimgħa 2, u ħin għal solliev inizjali jew sostnut ta’ ħruq ta’ stonku fuq perjodu ta’ 24 siegħa u matul il-lejl meta mqabbel ma’ plaċebo. Madwar 78% tal-individwi fuq 20 mg esomeprazole rrappurtaw l-ewwel fejqan tal- ħruq ta’ stonku fi żmien l-ewwel ġimgħa tal-kura meta mqabbel ma’ 52 – 58% għal plaċebo. Il-ħin għal solliev sostnut ta’ ħruq ta’ stonku, definit bħala meta perjodu ta’ 7 t’ijiem konsekuttivi ta’ ħruq ta’ stonku ġie rreġistrat għall-ewwel darba, kien ferm iqsar fil-grupp ta’ esomeprazole 20 mg (39.7% - 48.7% sa jum 14 vs plaċebo 11.0% - 20.2%). Iż-żmien medjan sal-ewwel fejqan tal-ħruq ta’ stonku bil-lejl kien ġurnata, statistikament sinifikanti meta mqabbel ma’ plaċebo fi studju wieħed (p=0.048) u jqarreb is-sinifikanza fl-ieħor (p=0.069). Madwar 80% tal-iljieli kienu bla ħruq ta’ stonku matul il-perjodi taż-żmien kollha u 90% tal-iljieli kienu bla ħruq ta’ stonku sa ġimgħa 2 ta’ kull prova, meta mqabbel ma’ 72.4 – 78.3% għal plaċebo. Il-valutazzjonijiet tal-investigaturi ta’ solliev minn ħruq ta’ stonku kienu konsistenti mal-valutazzjonijiet tal-individwi, u dan juri differenzi statistikament sinifikanti bejn esomeprazole (34.7% - 41.8%) meta mqabbel ma’ plaċebo (8.0% - 11.4%). L-investigaturi sabu wkoll li esomeprazole kien ferm iktar effettiv minn plaċebo fis-solliev ta’ li wieħed itella’ l-aċidu mill-istonku (58.5% - 63.6% vs plaċebo 28.3% - 37.4%) matul l-evalwazzjoni ta’ ġimgħa 2.

Wara Evalwazzjoni Globali tal-Kura (Overall Treatment Evaluation - OTE) tal-pazjenti fuq esomeprazole 20 mg, meta mqabbel ma’ 72.4 – 78.3% għal plaċebo, irrappurtaw il-kundizzjoni tagħhom bħala li marret għall-aħjar. Il-maġġoranza tagħhom ikklassifikaw l-importanza ta’ din il- bidla bħala Importanti sa Importanti Ħafna biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta’ kuljum (79 - 86% f’ġimgħa 2).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Esomeprazole huwa aċidu labili u jingħata mill-ħalq bħala granijiet li ma jinħallux fl-istonku. Il- konverżjoni in vivo għall-isomeru R hija negliġibbli. L-assorbiment ta’ esomeprazole huwa rapidu, bil- konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma jseħħu madwar siegħa sa sagħtejn wara d-doża. Il- bijodisponibbiltà assoluta hija ta’ 64% wara doża waħda ta’ 40 mg u tiżdied għal 89% wara għoti ripetut darba kuljum. Għal 20 mg esomeprazole, il-valuri korrispondenti huma 50% u 68% rispettivament. It-teħid tal-ikel jittardja u jnaqqas l-assorbiment ta’ esomeprazole għalkemm dan m’għandu l-ebda influwenza sinifikanti fuq l-effett ta’ esomeprazole fuq l-aċidità intragastrika.

Distribuzzjoni

Il-volum apparenti fiss tad-distribuzzjoni f’individwi b’saħħithom huwa madwar 0.22 l/kg tal-piż tal-ġisem. 97% ta’ esomeprazole jeħel mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Esomeprazole huwa metabolizzat kompletament mis-sistema taċ-ċitokromu P450 (CYP). Il-parti l-kbira tal-metaboliżmu ta’ esomeprazole tiddependi fuq is-CYP2C19 polimorfika, li hija responsabbli għall-formazzjoni tal-metaboliti hydroxy u desmethyl ta’ esomeprazole. Il-parti li tifdal tiddependi fuq isoforma speċifika oħra, CYP3A4, li hija responsabbli għall-formazzjoni ta’ esomeprazole sulphone, il-metabolit prinċipali fil-plażma.

Eliminazzjoni

Il-parametri ta’ hawn taħt jirriflettu prinċipalment il-farmakokinetika f’individwi b’enzima CYP2C19 funzjonali, jiġifieri metabolizzaturi estensivi.

It-tneħħija totali mill-plażma hija madwar 17 l/h wara doża waħda u madwar 9 l/h wara għoti ripetut. Il-half-life tal-eliminazzjoni mill-plażma hija madwar 1.3 sigħat wara għoti ripetut darba kuljum. Esomeprazole jiġi eliminat kompletament mill-plażma bejn id-dożi mingħajr l-ebda tendenza ta’ akkumulazzjoni waqt għoti darba kuljum. Il-metaboliti prinċipali ta’ esomeprazole ma għandhom l- ebda effett fuq is-sekrezzjoni tal-aċidu gastriku. Kważi 80% ta’ doża orali ta’ esomeprazole titneħħa bħala metabolite fl-awrina, il-bqija fl-ippurgar. Inqas minn 1% tal-mediċina prinċipali tinstab fl- awrina.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

Il-farmakokinetika ta’ esomeprazole ġiet studjata f’dożi sa 40 mg darbtejn kuljum. L-erja taħt il- kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma mal-ħin tiżdied bl-għoti ripetut ta’ esomeprazole. Din iż-żieda hija dipendenti fuq id-doża u twassal għal żieda fl-AUC proporzjonali mad-doża wara għoti ripetut. Din id-dipendenza fuq il-ħin u d-doża hija minħabba tnaqqis fil-metaboliżmu tal-ewwel passaġġ u fit- tneħħija sistemika probabbilment ikkawżati minn inibizzjoni tal-enzima CYP2C19 minn esomeprazole u/jew il-metabolit sulphone tiegħu.

Popolazzjonijiet speċjali ta’ pazjenti

Metabolizzaturi ħżiena

Madwar 2.9±1.5% tal-popolazzjoni m’għandhomx enzima CYP2C19 funzjonali u jissejħu metabolizzaturi ħżiena. F’dawn l-individwi l-metaboliżmu ta’ esomeprazole huwa probabbilment katalizzat prinċipalment minn CYP3A4. Wara għoti ripetut darba kuljum ta’ 40 mg esomeprazole, l- erja medja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma mal-ħin kienet madwar 100% ogħla fil- metabolizzaturi ħżiena milli f’individwi li kellhom enzima CYP2C19 funzjonali (metabolizzaturi estensivi). Il-konċentrazzjonijiet massimi medji fil-plażma kienu 60% ogħla.

Dawn is-sejbiet m’għandhomx implikazzjonijiet għall-pożoloġija ta’ esomeprazole.

Sess tal-persuna

Wara doża waħda ta’ 40 mg esomeprazole l-erja medja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma mal-ħin hija madwar 30% ogħla fin-nisa milli fl-irġiel. Ma tidhirx differenza bejn is-sessi wara għoti ripetut darba kuljum. Dawn is-sejbiet m’għandhomx implikazzjonijiet għall-pożoloġija ta’ esomeprazole.

Indeboliment tal-fwied

Il-metaboliżmu ta’ esomeprazole f’pazjenti b’funzjoni ħażina ħafifa sa moderata tal-fwied jista’ jkun imdgħajjef. Ir-rata metabolika tonqos f’pazjenti b’disfunzjoni severa tal-fwied li twassal għal irduppjar tal-erja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma mal-ħin ta’ esomeprazole. Għalhekk, m’għandux jinqabeż massimu ta’ 20 mg f’pazjenti b’disfunzjoni severa. Esomeprazole jew il-metaboliti prinċipali tiegħu ma juru l-ebda tendenza ta’ akkumulazzjoni b’għoti darba kuljum.

Indeboliment tal-kliewi

Ma sarux studji fuq pazjenti b’funzjoni tal-kliewi mnaqqsa. Billi l-kliewi huma responsabbli għat-tneħħija tal-metaboliti ta’ esomeprazole iżda mhux għall-eliminazzjoni tal-kompost prinċipali, il-metaboliżmu ta’ esomeprazole mhuwiex mistenni li jinbidel f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi.

Anzjani (≥65 sena)

Il-metaboliżmu ta’ esomeprazole ma jinbidilx b’mod sinifikanti f’pazjenti anzjani (71-80 sena).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku bbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Ir-reazzjonijiet avversi li ma kinux osservati fl-istudji

kliniċi, iżda li dehru f’annimali f’livelli ta’ espożizzjoni simili għal-livelli tal-espożizzjoni klinika u b’rilevanza possibbli għall-użu kliniku kienu kif ġej:

Studji dwar ir-riskju ta’ kanċer fil-far b’taħlita raċemika wrew iperplasija u karċinojdi taċ-ċelloli ECL tal-istonku. Dawn l-effetti gastriċi fil-far huma r-riżultat ta’ ipergastrinemija ċara sostnuta b’riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-aċidu gastriku u kienu osservati wara kura fit-tul fil-far b’inibituri tas- sekrezzjoni tal-aċidu gastriku.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Glycerol monostearate 40-55, hyprolose,

hypromellose,

iron oxide (aħmar fil-kannella) (E 172), iron oxide (isfar) (E 172),

magnesium stearate,

methacrylic acid ethylacrylate copolymer (I:I) dispersjoni 30 fil-mija, cellulose microcrystalline,

synthetic paraffin, macrogol 6000, polysorbate 80, crospovidone (Tip A), sodium stearyl fumarate, sugar spheres (sucrose), talc,

titanium dioxide (E 171), triethyl citrate.

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji tal-aluminju. Daqs tal-pakketti ta’ 7 u 14-il pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Pfizer Consumer Healthcare Ltd

Ramsgate Road

Sandwich

Kent

CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/860/001

EU/1/13/860/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 26 ta’ Awwissu 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Nexium Control 20 mg kapsuli ibsin gastro-reżistenti

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula iebsa gastro-reżistenti fiha 20 mg ta’ esomeprazole (bħala magnesium trihydrate)

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Kull kapsula iebsa gastro-reżistenti fiha 11.5 mg ta’ sukrosju.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula iebsa gastro-reżistenti (Kapsula iebsa gastro-reżistenti).

Kapsula ta’ madwar 11 x 5 mm b’korp ċar, u b’għatu ta’ kulur amethyst b’kitba’ “NEXIUM 20 MG” bl-abjad. Il-kapsula għandha faxxa ċentrali safra, u fiha pellets sofor u vjola b’kisja enterika.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Nexium Control huwa indikat għall-kura għal żmien qasir ta’ sintomi ta’ rifluss (eż. ħruq ta’ stonku u rigurġitazzjoni tal-aċidu) fl-adulti.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata hija ta’ 20 mg ta’ esomeprazole (kapsula waħda) kuljum.

Jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-kapsuli jittieħdu għal 2-3 ijiem konsekuttivi biex ikun hemm titjib fis-sintomi. Il-kura ddum sa ġimagħtejn. Ladarba jkun hemm solliev komplet mis-sintomi, il-kura għandha titwaqqaf.

Jekk wara ġimagħtejn ta’ kura kontinwa ma jkun hemm l-ebda solliev mis-sintomi, il-pazjent għandu jingħata parir biex jikkonsulta tabib.

Popolazzjonijiet speċjali Pazjenti b’indeboliment renali

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża f’pazjenti b’funzjoni renali indebolita. Minħabba esperjenza limitata f’pazjenti b’insuffiċjenza renali severa, dawn il-pazjenti għandhom jiġu kkurati b’kawtela (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn ħafif sa moderat. Madankollu, pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied għandhom jirċievu parir ta’ tabib qabel ma jieħdu Nexium Control (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Anzjani (≥65 sena)

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża f’pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Ma hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Nexium Control fil-popolazzjoni pedjatrika taħt it-18-il sena għall-indikazzjoni ta: “kura għal perjodu qasir ta’ sintomi ta’ rifluss (eż. ħruq ta’ stonku u rigurġitazzjoni tal-aċidu)”.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kapsuli għandhom jinbelgħu sħaħ ma’ nofs tazza ilma. Il-kapsuli ma għandhomx jintmagħdu, jitfarrku jew jinfetħu.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva esomeprazole, sostituti ta’ benzimidazoles jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Esomeprazole ma għandux jintuża b’mod konkomitanti ma’ nelfinavir (ara sezzjoni 4.5).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġenerali

Pazjenti għandhom jingħataw istruzzjonijiet biex ikellmu tabib jekk:

Ikollhom telf sinifikanti u mhux intenzjonat fil-piż, rimettar rikorrenti, disfaġja, ematemesi jew malaena u meta jkun hemm suspett ta’ ulċera gastrika jew ikun hemm ulċera gastrika preżenti, għandha tiġi eskluża l-preżenza ta’ tumur malinn peress li kura b’esomeprazole tista’ ttaffi s- sintomi u tittardja d-dijanjosi.

Fil-passat kellhom ulċera gastrika jew operazzjoni gastrointestinali.

Ilhom fuq kura sintomatika kontinwa għal indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku għal aktar minn 4 ġimgħat.

Għandhom suffejra jew mard sever tal-fwied.

Għandhom aktar minn 55 sena b’sintomi ġodda jew b’sintomi li nbidlu riċentement.

Pazjenti b’sintomi rikorrenti fit-tul ta’ indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku għandhom jaraw lit-tabib tagħhom f’intervalli regolari. Pazjenti ta’ aktar minn 55 sena li ta’ kuljum jieħdu xi rimedji mingħajr riċetta tat-tabib għal indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku għandhom jinfurmaw lill-ispiżjar jew lit-tabib tagħhom.

Pazjenti ma għandhomx jieħdu Nexium Control bħala prodott mediċinali preventiv fit-tul. Kura b’inibituri tal-pompa tal-proton (PPIs) tista' twassal għal żieda żgħira fir-riskju ta’ infezzjonijiet gastrointestinali bħal Salmonella u Campylobacter u f’pazjenti li qegħdin jirċievu kura l-isptar, possibbilment anke Clostridium difficile (ara sezzjoni 5.1).

Il-pazjenti għandhom jikkonsultaw lit-tabib tagħhom qabel ma jieħdu dan il-prodott mediċinali jekk se ssirilhom endoskopija jew test tan-nifs tal-urea.

Kombinazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra

L-għoti flimkien ta’ esomeprazole ma’ atazanavir mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.5). Jekk jiġi ġġudikat li l-kombinazzjoni ta’ atazanavir ma’ PPI ma tistax tiġi evitata, huwa rrakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku mill-qrib f’kombinazzjoni ma’ żieda fid-doża ta’ atazanavir għal 400 mg b’100 mg ta’ ritonavir. Ma għandhiex tinagħta doża ta’ Esomeprazole akbar minn 20 mg.

Esomeprazole huwa inibitur ta’ CYP2C19. Meta tinbeda jew tintemm kura b’esomeprazole, għandu jiġi kkunsidrat il-potenzjal għal interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali metabolizzati permezz

ta’ CYP2C19. Interazzjoni hija osservata bejn clopidogrel u esomeprazole. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-interazzjoni mhijiex ċerta. L-użu ta’ esomeprazole ma’ clopidogrel għandu jiġi skoraġġut (ara

sezzjoni 4.5).

Pazjenti ma għandhomx jieħdu PPI ieħor jew antagonist ta’ H2 b’mod konkomitanti.

Interferenza mat-testijiet tal-laboratorju

Il-livell ta' Kromogranin A (CgA) miżjud jista' jinterferixxi mal-investigazzjonijiet għal tumuri newroendokrinali. Biex din l-interferenza tiġi evitata, il-kura bi Nexium Control għandha titwaqqaf għal mill-inqas 5 ijiem qabel il-kejl ta' CgA (ara sezzjoni 5.1). Jekk il-livelli ta' CgA u gastrin ma jkunux irritornaw għall-medda ta' referenza wara kejl inizjali, il-kejl jenħtieġ li jiġi ripetut 14-il jum wara l-waqfien tal-kura tal-inibitur tal-pompa tal-proton.

Lupus erythematosus tal-ġilda subakut (SCLE)

Inibituri tal-pompa tal-protoni huma assoċjati ma’ każijiet infrekwenti ħafna ta’ SCLE. Jekk iseħħu leżjonijiet, speċjalment f’postijiet fuq il-ġilda esposti għax-xemx, u jekk akkumpanjati minn artralġja, il-pazjent għandu jfittex għajnuna medika mill-ewwel u l-professjonist tal-kura tas-saħħa għandu jikkunsidra jwaqqaf Nexium Control. SCLE wara kura preċedenti b’inibitur tal-pompa tal- protoni jista’ jżid ir-riskju ta’ SCLE b’inibituri tal-protoni oħrajn.

Sukrosju

Dan il-prodott mediċinali fih sferi taz-zokkor (sukrosju). Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal fruttosju, malassorbiment ta’ glucose-galactose jew insuffiċjenza ta’ sucrase- isomaltase ma għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

Effetti ta’ esomeprazole fuq il-farmakokinetika ta’ prodotti mediċinali oħra

Peress li esomeprazole huwa enantiomer wieħed ta’ omeprazole huwa raġonevoli li jingħata parir dwar interazzjonijiet rapportati b’omeprazole.

Inibituri tal-protease

Omeprazole ġie rrapportat li jinteraġixxi ma’ xi inibituri tal-protease. L-importanza klinika u l- mekkaniżmi wara dawn l-interazzjonijiet irrapportati mhumiex dejjem magħrufa. Żieda fil-pH gastriku matul kura b’omeprazole tista' tbiddel l-assorbiment tal-inibituri tal-protease. Mekkaniżmi possibbli oħra ta’ interazzjoni huma permezz tal-inibizzjoni ta’ CYP2C19.

Għal atazanavir u nelfinavir, ġie rrapportat tnaqqis fil-livelli fis-serum meta jingħataw flimkien ma’ omeprazole u l-għoti konkomitanti mhuwiex rakkomandat. L-għoti flimkien ta’

omeprazole (40 mg darba kuljum) ma’ atazanavir 300 mg/ritonavir 100 mg lil voluntiera b’saħħithom wassal għal tnaqqis sostanzjali fl-espożizzjoni għal atazanavir (tnaqqis ta’ madwar 75% fl-AUC, s-Cmax, u s-Cmin). Iż-żieda fid-doża ta’ atazanavir għal 400 mg ma

kkumpensatx għall-impatt ta’ omeprazole fuq l-espożizzjoni għal atazanavir. L-għoti flimkien ta’ omeprazole (20 mg darba kuljum (qd)) ma’ atazanavir 400 mg/ritonavir 100 mg lil voluntiera b’saħħithom wassal għal tnaqqis ta’ madwar 30% fl-espożizzjoni għal atazanavir meta mqabbel mal-espożizzjoni osservata b’atazanavir 300 mg/ritonavir 100 mg qd mingħajr omeprazole 20 mg qd. L-għoti flimkien ta’ omeprazole (40 mg qd) naqqas l-AUC, is-Cmax, u s-Cmin medji ta’nelfinavir b’36 - 39 % u l-AUC, is-Cmax, u s-Cmin medji għall-metabolit farmakoloġikament

attiv M8 tnaqqas b’75 - 92%. Minħabba l-effetti farmakodinamiċi u l-karatteristiċi farmakokinetiċi simili ta’ omeprazole u esomeprazole, l-għoti konkomitanti ma’ esomeprazole u atazanavir mhuwiex rakkomandat u l-għoti konkomitanti ma’ esomeprazole u nelfinavir huwa kontraindikat (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Għal saquinavir (b’ritonavir konkomitanti), ġiet irrapportata żieda fil-livelli fis-serum (80-100%) matul kura konkomitanti b’omeprazole (40 mg qd). Kura b’omeprazole 20 mg qd ma kellha l-ebda effett fuq l-espożizzjoni ta’ darunavir (b’ritonavir konkomitanti) u amprenavir (b’ritonavir konkomitanti).

Kura b’esomeprazole 20 mg qd ma kellha l-ebda effett fuq l-espożizzjoni ta’ amprenavir (bi u mingħajr ritonavir konkomitanti). Kura b’omeprazole 40 mg qd ma kellha l-ebda effett fuq l- espożizzjoni ta’ lopinavir (b’ritonavir konkomitanti).

Methotrexate

Meta ngħata flimkien ma’ PPIs, il-livelli ta’ methotrexate ġew irrapportati li żdiedu f’xi pazjenti. Meta methotrexate jingħata f’dożi għoljin jista' jkun hemm il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat il-waqfien temporanju ta’ esomeprazole.

Tacrolimus

L-għoti konkomitanti ta’ esomeprazole ġie rrapportat li jżid il-livelli ta’ tacrolimus fis-serum. Għandu jsir monitoraġġ imsaħħaħ tal-konċentrazzjonijiet ta’ tacrolimus kif ukoll tal-funzjoni renali (tneħħija ta’ krejatinina), u d-doża ta’ tacrolimus tiġi aġġustata jekk ikun meħtieġ.

Prodotti mediċinali b’assorbiment dipendenti fuq il-pH

Soppressjoni tal-aċidu gastriku matul kura b’esomeprazole u b’PPIs oħra tista' tnaqqas jew iżżid l- assorbiment ta’ prodotti mediċinali li l-assorbiment tagħhom jiddependi fuq il-pH gastriku. L- assorbiment ta’ prodotti mediċinali li jittieħdu b’mod orali bħal ketoconazole, itraconazole u erlotinib jista' jonqos matul kura b’esomeprazole u l-assorbiment ta’ digoxin jista' jiżdied matul kura b’esomeprazole.

Kura konkomitanti b’omeprazole (20 mg kuljum) u digoxin f’individwi b’saħħithom żiedet il- bijodisponibilità ta’ digoxin b’10% (sa 30% fi tnejn minn għaxar individwi). Tossiċità b’digoxin rarament ġiet osservata. Madankollu, għandha tiġi eżerċitata kawtela meta esomeprazole jingħata f’dożi għoljin lil pazjenti anzjani. F’dak il-każ il-monitoraġġ terapewtiku tal-mediċina għandu jiġi msaħħaħ.

Prodotti mediċinali metabolizzati b’CYP2C19

Esomeprazole jinibixxi lil CYP2C19, l-enzim maġġuri li jimmetabolizza lil esomeprazole. Għalhekk, meta esomeprazole jiġi kkombinat ma’ prodotti mediċinali metabolizzati b’CYP2C19, bħal warfarin, phenytoin, citalopram, imipramine, clomipramine, diazepam, eċċ., il- konċentrazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti mediċinali fil-plasma jistgħu jiżdiedu u jista' jkun hemm bżonn ta’ tnaqqis fid-doża. Fil-każ ta’ clopidogrel, prodroga li tiġi trasformata fil-metabolit attiv tagħha permezz ta’ CYP2C19, il-konċentrazzjonijiet tal-metabolit attiv fil-plażma jistgħu jitnaqqsu.

Warfarin

Fi prova klinika, l-għoti konkomitanti ta’40 mg ta’ esomeprazole lil pazjenti li kienu qed jirċievu kura b’warfarin wera li l-ħinijiet ta’ koagulazzjoni kienu fil-medda aċċettata. Madankollu, wara t- tqegħid fis-suq, ġew irrapportati xi każijiet iżolati ta’ żieda fl-INR ta’ sinifikat kliniku matul kura konkomitanti. Huwa rakkomandat monitoraġġ meta tinbeda jew tintemm kura konkomitanti b’esomeprazole matul kura b’warfarin jew derivati oħra ta’ coumarine.

Clopidigrel

Riżultati minn studji fuq individwi b’saħħithom urew interazzjoni

farmakokinetika (PK)/farmakodinamika (PD) bejn clopidogrel (300 mg doża ta’ tagħbija /75 mg doża ta’ manteniment ta’ kuljum) u esomeprazole (40 mg b’mod orali kuljum) li wasslet għal tnaqqis fl- espożizzjoni għall-metabolit attiv ta’ clopidogrel b’medja ta’ 40%, u wasslet għal tnaqqis fl-inibizzjoni massima fl-aggregazzjoni tal-plejtlits (indotta minn ADP) b’medja ta’ 14%.

Fi studju fuq individwi b’saħħithom, kien hemm tnaqqis ta’ madwar 40% fl-espożizzjoni tal- metabolit attiv ta’ clopidogrel meta kombinazzjoni ta’ doża fissa ta’ esomeprazole 20 mg + aċidu aċetilsaliċiliku (acetylsalicylic acid) 81 mg ingħatat ma’ clopidogrel meta mqabbla ma’ clopidogrel waħdu. Madankollu, il-livelli massimi ta’ inibizzjoni tal-aggregazzjoni tal-plejtlits (indotta minn ADP) f’dawn l-individwi kienu l-istess fiż-żewġ gruppi.

Dejta kemm minn studji ta’ osservazzjoni kif ukoll minn dawk kliniċi rrapportata dwar l-implikazzjonijiet kliniċi ta’ din l-interazzjoni PK/PD f’termini ta’ avvenimenti kardjovaskulari maġġuri kienet inkonsistenti. Bħala prekawzjoni, l-użu konkomitanti ta’ esomeprazole u clopidogrel ma għandux jiġi mħeġġeġ.

Phenytoin

L-għoti konkomitanti ta’ 40 mg ta’ esomeprazole wassal għal żieda ta’ 13% fil-livelli l-aktar baxxi ta’ phenytoin fil-plasma f’pazjenti epilettiċi. Huwa rrakkomandat li l-konċentrazzjonijiet ta’ phenytoin fil- plasma jiġu mmonitorjati meta tiġi introdotta jew titwaqqaf kura b’esomeprazole.

Voriconazole

Omeprazole (40 mg darba kuljum) żied is-Cmax u l-AUCτ ta’ voriconazole (substrat ta’ CYP2C19) bi 15% u 41%, rispettivament.

Cilostazol

Omeprazole kif ukoll esomeprazole jaġixxu bħala inibituri ta’ CYP2C19. Omeprazole, meta ngħata f’dożi ta’ 40 mg lil individwi b’saħħithom fi studju cross-over, żied is-Cmax u l-AUC għal cilostazol

bi 18% u 26% rispettivament, u wieħed mill-metaboliti tiegħu b’29% u 69% rispettivament.

Cisapride

F’voluntiera b’saħħithom, l-għoti konkomitanti ta’ 40 mg ta’ esomeprazole wassal għal żieda ta’ 32% fl-erja taħt il-kurva tal- konċentrazzjoni mal-ħin fil-plasma (AUC) u titwil ta’ 31% tal-half-life(t1/2) tal-

eliminazzjoni imma l-ebda żieda sinifikanti fil-livelli massimi ta’ cisapride fil-plasma. L-intervall kemxejn imtawwal fil-QTc osservat wara l-għoti ta’ cisapride waħdu, ma kompliex jitwal meta cisapride ngħata f’kombinazzjoni ma’ esomeprazole.

Diazepam

L-għoti konkomitanti ta’ 30 mg ta’ esomeprazole wassal għal tnaqqis ta’ 45% fit-tneħħija tas-substrat ta’ CYP2C19 diazepam.

Prodotti mediċinali investigati bl-ebda interazzjoni klinikament rilevanti Amoxicillin u quinidine

Esomeprazole intwera li ma għandu l-ebda effett klinikament rilevanti fuq il-farmakokinetika ta’ amoxicillin u quinidine.

Naproxen jew rofecoxib

Studji li evalwaw l-għoti konkomitanti ta’ esomeprazole u jew naproxen jew rofecoxib ma identifikaw l-ebda interazzjoni farmakokinetikaklinikament rilevanti matul studji fuq perjodu qasir.

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq il-farmakokinetika ta’ esomeprazole

Prodotti mediċinali li jinibixxu CYP2C19 u/jew CYP3A4

Esomeprazole jiġi metabolizzat minn CYP2C19 u CYP3A4. L-għoti konkomitanti ta’ esomeprazole u inibitur ta’ CYP3A4, clarithromycin (500 mg darbtejn kuljum (b.i.d.)), wassal għal irduppjar tal- espożizzjoni (AUC) għal esomeprazole. L-għoti konkomitanti ta’ esomeprazole u inibitur kombinat ta’ CYP2C19 u CYP3A4 jista' jwassal għal aktar minn irduppjar tal-espożizzjoni għal esomeprazole. L- inibitur ta’ CYP2C19 u CYP3A4 voriconazole żied l-AUCt ta’ omeprazole b’280%. Aġġustament fid-

doża ta’ esomeprazole mhuwiex regolament meħtieġ, fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet. Madankollu, aġġustament fid-doża għandu jiġi kkunsidrat f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever u jekk tkun indikata kura fit-tul.

Prodotti mediċinali li jinduċu CYP2C19 u/jew CYP3A4

Prodotti mediċinali magħrufa li jinduċu CYP2C19 jew CYP3A4 jew it-tnejn (bħal rifampicin u St. John’s wort (Hypericum perforatum)) jistgħu jwasslu għal livelli mnaqqsa ta’ esomeprazole fis-serum billi jżidu l-metaboliżmu ta’ esomeprazole.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ammont moderat ta’ tagħrif fuq nisa tqal (bejn 300-1,000 riżultat ta’ tqala) ma jindika l-ebda malformazzjoni jew tossiċità fil-fetu/neonatali ta’ esomeprazole.

Studji f’annimali ma jurux effetti ħżiena diretti jew indiretti fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3). Bħala miżura prekawzjonarja, huwa aħjar li l-użu ta’ Nexium Control jiġi evitat matul it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk esomeprazole/il-metaboliti tiegħu jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal- bniedem. Ma hemmx biżżejjed tagħrif dwar l-effetti ta’ esomeprazole fit-trabi tat-twelid/trabi. Esomeprazole ma għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

Studji fuq l-annimali bit-taħlita raċemika ta’ omeprazole, mogħtija b’mod orali ma jindikaw l- ebda effett fir-rigward tal-fertilità.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Esomeprazole ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Reazzjonijiet avversi bħal sturdament u disturbi viżwali mhumiex komuni (ara sezzjoni 4.8). Jekk jiġu affettwati, pazjenti ma għandhomx isuqu jew jużaw magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Uġigħ ta’ ras, uġigħ addominali, dijarea u nawseja huma fost dawk ir-reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b’mod komuni fi provi kliniċi (u wkoll mill-użu wara t-tqegħid fis-suq). Barra minn hekk, il-profil ta’ sigurtà huwa simili għal formulazzjonijiet differenti, indikazzjonijiet ta’ kura, gruppi ta’ età u popolazzjonijiet ta’ pazjenti. Ma ġiet identifikata l-ebda reazzjoni avversa relatata mad-doża.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew identifikati jew suspettati fil-programm ta’ provi kliniċi għal esomeprazole u wara t-tqegħid fis-suq. Ir-reazzjonijiet huma kklassifikati skont il-konvenzjoni tal- frekwenza MedDRA: komuni ħafna > 1/10; komuni ≥1/100 sa <1/10; mhux

komuni ≥1/1,000 sa <1/100; rari ≥1/10,000 sa <1/1,000; rari ħafna <1/10,000; mhux magħruf (ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli).

 

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari ħafna

Mhux magħruf

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

lewkopenja,

agranuloċitosi,

 

tad-demm u

 

 

tromboċitopenija

panċitopenja

 

tas-sistema

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

reazzjonijiet ta’

 

 

sistema immuni

 

 

sensittività

 

 

 

 

 

eċċessiva eż.

 

 

 

 

 

deni, anġjoedema

 

 

 

 

 

u reazzjoni

 

 

 

 

 

anafilattika/xokk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari ħafna

Mhux magħruf

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

edema

iponatrimja

 

ipomagnesimj

metaboliżmu u n-

 

periferali

 

 

a;

nutrizzjoni

 

 

 

 

ipomagnesimj

 

 

 

 

 

a severa tista'

 

 

 

 

 

tkun korrelata

 

 

 

 

 

ma’

 

 

 

 

 

ipokalċimja;

 

 

 

 

 

ipomanjesimij

 

 

 

 

 

a tista' twassal

 

 

 

 

 

ukoll għal

 

 

 

 

 

ipokalemija

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

insomnija

aġitazzjoni,

aggressjoni,

 

psikjatriċi

 

 

konfużjoni,

alluċinazzjoni

 

 

 

 

dipressjoni

jiet

 

Disturbi fis-

uġigħ ta’ ras

sturdament,

disturb fit-

 

 

sistema nervuża

 

parasteżija,

togħma

 

 

 

 

ngħas

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn

 

 

vista mċajpra

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-widnejn

 

vertiġini

 

 

 

u fis-sistema

 

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

bronkospażmu

 

 

respiratorji,

 

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-

uġigħ

ħalq xott

stomatite,

 

kolite

intestinali

addominali,

 

kandidjasi

 

mikroskopika

 

stitikezza,

 

gastrointestinali

 

 

 

dijarea, gass

 

 

 

 

 

fl-istonku,

 

 

 

 

 

nawseja/

 

 

 

 

 

rimettar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

żieda fl-

epatite bi jew

insuffiċjenza

 

fwied u fil-

 

enzimi tal-

mingħajr suffejra

epatika,

 

marrara

 

fwied

 

enċefalopatija

 

 

 

 

 

epatika

 

 

 

 

 

f'pazjenti

 

 

 

 

 

b'mard pre-

 

 

 

 

 

eżistenti tal-

 

 

 

 

 

fwied

 

 

 

 

 

 

 

 

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari ħafna

Mhux magħruf

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

dermatite,

alopeċja,

eritema

lupus

u fit-tessuti ta’

 

ħakk, raxx

fotosensittività

multiforme,

erythematosus

taħt il-ġilda

 

urtikarja

 

sindromu ta’

tal-ġilda

 

 

 

 

Stevens-Johnson,

subakut (ara

 

 

 

 

nekroliżi

sezzjoni 4.4).

 

 

 

 

epidermali

 

 

 

 

 

tossika

 

 

 

 

 

(TEN)

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi muskolu-

 

 

artralġja,

dgħjufija

 

skeletriċi u tat-

 

 

mijalġja

muskolari

 

tessuti konnettivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

nefrite interstizjali

 

kliewi u fis-

 

 

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

urinarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

ġinekomastja

 

sistema

 

 

 

 

 

riproduttiva u fis-

 

 

 

 

 

sider

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

 

 

telqa, żieda

 

 

u kondizzjonijiet

 

 

fl-għaraq

 

 

ta' mnejn jingħata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sal-lum l-esperjenza b’doża eċċessiva intenzjonata hija limitata. Is-sintomi deskritti b’rabta ma’ 280 mg kienu sintomi gastrointestinali u dgħjufija. Dożi uniċi ta’ 80 mg ta’ esomeprazole kienu mingħajr inċidenza. Ma hemm l-ebda antidotu magħruf. Esomeprazole jintrabat b’mod estensiv mal-proteini fil-plasma u għalhekk ma jiġix dijalizzat malajr. Il-kura għandha tkun sintomatika u għandhom jintużaw miżuri ġenerali ta’ appoġġ.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini għal disturbi relatati mal-aċidu, inibituri tal-pompa tal- proton, Kodiċi ATC: A02B C05.

Esomeprazole huwa l-isomeru-S ta’ omeprazole u jnaqqas it-tnixxija tal-aċidu gastriku permezz ta’ mekkaniżmu ta’ azzjoni immirat speċifikament. Huwa inibitur speċifiku tal-pompa tal-aċidu fiċ- ċellola parjetali. Kemm l-isomeru-R u -S ta’ omeprazole għandhom attività farmakodinamika simili.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Esomeprazole huwa bażi dgħajjef u jiġi kkonċentrat u konvertit fil-forma attiva fl-ambjent aċiduż

ħafna tal-kanalikuli sekretorji taċ-ċellola parjetali, fejn jinibixxi l-enzim H+K+-ATPaseil-pompa tal-aċidu u jinibixxi t-tnixxija kemm bażali u stimulata tal-aċidu.

Effetti farmakodinamiċi

Wara dożaġġ orali b’esomeprazole 20 mg u 40 mg, l-effett jibda fi żmien siegħa. Wara għoti ripetut ta’ 20 mg esomeprazole darba kuljum għal ħamest ijiem, il-produzzjoni massima medja ta’ aċidu wara stimulazzjoni tal-pentagastrin tonqos b’90% meta titkejjel 6-7 sigħat wara d- dożaġġ fil-ħames jum.

Wara ħamest ijiem ta’ dożaġġ orali b’20 mg u 40 mg ta’ esomeprazole, pH intragastriku ogħla minn 4 inżamm għal ħin medju ta’ 13-il siegħa u 17-il siegħa, rispettivament fuq 24 siegħa f’pazjenti b’mard ta’ rifluss gastroesofagali (GERD) sintomatiku. Il-proporzjonijiet ta’ pazjenti li żammew pH intragastriku ogħla minn 4 għal mill-anqas 8, 12 u 16-il siegħa għal esomeprazole 20 mg kienu 76%, 54% u 24% rispettivament. Il-proporzjonijiet korrispondenti għal esomeprazole 40 mg kienu 97%, 92% u 56%.

Bl-użu tal-AUC bħala parametru sostitut għall-konċentrazzjoni fil-plażma, intweriet relazzjoni bejn l-inibizzjoni tas-sekrezzjoni tal-aċidu u l-espożizzjoni.

Matul kura bi prodotti mediċinali antisekretorji, il-gastrin fis-serum jiżdied b'rispons għal sekrezzjoni mnaqqsa ta' aċidu. Barra minn hekk, CgA jiżdied minħabba aċidità gastrika mnaqqsa. Il-livell ta' CgA miżjud jista' jinterferixxi mal-investigazzjonijiet għal tumuri newroendokrinali.

Evidenza ppubblikata disponibbli tissuġġerixxi li inibituri tal-pompa tal-proton jenħtieġ li jitwaqqfu bejn 5 ijiem u ġimagħtejn qabel il-kejl ta' CgA. Dan sabiex il-livelli ta' CgA li jistgħu jiżdiedu b'mod apparenti wara kura b'PPI jitħallew jirritornaw għall-medda ta' referenza.

Żieda fin-numru ta’ ċelloli ECL possibbilment relatata maż-żieda fil-livelli ta’ gastrina fis-serum, kienet osservata f’xi pazjenti waqt kura fit-tul b’esomeprazole.

It-tnaqqis fl-aċidità gastrika minħabba kwalunkwe mezz fosthom il-PPIs, iżid l-għadd gastriku ta’ batterji normalment preżenti fl-apparat gastro-intestinali. Il-kura bil-PPIs tista’ twassal għal żieda żgħira fir-riskju ta’ infezzjonijiet gastro-intestinali bħal Salmonella u Campylobacter u fil-pazjenti li jkollhom jiddaħħlu l-isptar, possibbilment ukoll Clostridium difficile.

Effikaċja klinika

Esomeprazole 20 mg intwera li jikkura b’mod effettiv ħruq tal-istonku frekwenti f’individwi li jirċievu doża waħda kull 24 siegħa fuq ġimagħtejn. F’żewġ studji pivitali, multiċentri, randomizzati, double-blind u kkontrollati bil-plaċebo, 234 individwu bi storja riċenti ta’ ħruq ta’ stonku frekwenti kienu kkurati b’20 mg esomeprazole għal 4 ġimgħat. Is-sintomi assoċjati ma’ rifluss tal-aċidu (bħal ħruq ta’ stonku u rigurġitazzjoni tal-aċidu) ġew evalwati retrospettivament fuq perjodu ta’ 24 siegħa. Fiż-żewġ studji, esomeprazole 20 mg kien konsiderevolment aħjar meta mqabbel mal-plaċebo għall- endpoint primarju, il-fejqan sħiħ tal-ħruq ta’ stonku, definit bħala ebda episodju ta’ ħruq ta’ stonku matul l-aħħar 7 t’ijiem qabel l-aħħar vista (33.9% - 41.6% vs. plaċebo 11.9 - 13.7%, (p<0.001). Il-

punt ta’ tmiem sekondarju għall-fejqan komplet tal-ħruq tal-istonku, definit bħala ebda ħruq tal- istonku fuq il-kard tad-djarju tal-pazjent għal 7 t’ijiem konsekuttivi, kien statistikament sinifikanti kemm f’ġimgħa 1 (10.0% - 15.2% vs. plaċebo 0.9% - 2.4%, p = 0.014, p<0.001) kif ukoll f’ġimgħa 2 (25.2% - 35.7% vs. plaċebo 3.4% - 9.0%, p<0.001).

Punti ta’ tmiem sekondarji oħrajn appoġġaw il-punt ta’ tmiem primarju, inkluż serħan mill-ħruq ta’ stonku f’ġimgħa 1 u f’ġimgħa 2, perċentwal ta’ jiem ta’ 24 siegħa mingħajr ħruq ta’ stonku f’ġimgħa 1 u ġimgħa 2, severità medja ta’ ħruq ta’ stonku f’ġimgħa 1 u f’ġimgħa 2, u ħin għal solliev inizjali jew sostnut ta’ ħruq ta’ stonku fuq perjodu ta’ 24 siegħa u matul il-lejl meta mqabbel ma’ plaċebo. Madwar 78% tal-individwi fuq 20 mg esomeprazole rrappurtaw l-ewwel fejqan tal- ħruq ta’ stonku fi żmien l-ewwel ġimgħa tal-kura meta mqabbel ma’ 52 - 58% għal plaċebo. Il-ħin għal solliev sostnut ta’ ħruq ta’ stonku, definit bħala meta perjodu ta’ 7 t’ijiem konsekuttivi ta’ ħruq ta’ stonku ġie rreġistrat għall-ewwel darba, kien ferm iqsar fil-grupp ta’ esomeprazole 20 mg (39.7% - 48.7% sa jum 14 vs. plaċebo 11.0% - 20.2%). Iż-żmien medjan sal-ewwel fejqan tal-ħruq ta’ stonku bil-lejl kien ġurnata, statistikament sinifikanti meta mqabbel ma’ plaċebo fi studju wieħed (p=0.048) u jqarreb is-sinifikanza fl-ieħor (p=0.069). Madwar 80% tal-iljieli kienu bla ħruq ta’ stonku matul il-perjodi taż-żmien kollha u 90% tal-iljieli kienu bla ħruq ta’ stonku sa ġimgħa 2 ta’ kull prova, meta mqabbel ma’ 72.4 - 78.3% għal plaċebo. Il-valutazzjonijiet tal-investigaturi ta’ solliev minn ħruq ta’ stonku kienu konsistenti mal-valutazzjonijiet tal-individwi, u dan juri differenzi statistikament sinifikanti bejn esomeprazole (34.7% - 41.8%) meta mqabbel ma’ plaċebo (8.0% - 11.4%). L-investigaturi sabu wkoll li esomeprazole kien ferm iktar effettiv minn plaċebo fis-solliev ta’ li wieħed itella’ l-aċidu mill-istonku (58.5% - 63.6% vs. plaċebo 28.3% - 37.4%) matul l-evalwazzjoni ta’ ġimgħa 2.

Wara Evalwazzjoni Globali tal-Kura (Overall Treatment Evaluation - OTE) tal-pazjenti fuq esomeprazole 20 mg, meta mqabbel ma’ 72.4 – 78.3% għal plaċebo, irrappurtaw il-kundizzjoni tagħhom bħala li marret għall-aħjar. Il-maġġoranza tagħhom ikklassifikaw l-importanza ta’ din il- bidla bħala Importanti sa Importanti Ħafna biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta’ kuljum (79 - 86% f’ġimgħa 2).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Esomeprazole huwa aċidu labili u jingħata mill-ħalq bħala granijiet li ma jinħallux fl-istonku. Il- konverżjoni in vivo għall-isomeru R hija negliġibbli. L-assorbiment ta’ esomeprazole huwa rapidu, bil- konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma jseħħu madwar siegħa sa sagħtejn wara d-doża. Il- bijodisponibbiltà assoluta hija ta’ 64% wara doża waħda ta’ 40 mg u tiżdied għal 89% wara għoti ripetut darba kuljum. Għal 20 mg esomeprazole, il-valuri korrispondenti huma 50% u 68% rispettivament. It-teħid tal-ikel jittardja u jnaqqas l-assorbiment ta’ esomeprazole għalkemm dan m’għandu l-ebda influwenza sinifikanti fuq l-effett ta’ esomeprazole fuq l-aċidità intragastrika.

Distribuzzjoni

Il-volum apparenti fiss tad-distribuzzjoni f’individwi b’saħħithom huwa madwar 0.22 l/kg tal-piż tal-ġisem. 97% ta’ esomeprazole jeħel mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Esomeprazole huwa metabolizzat kompletament mis-sistema taċ-ċitokromu P450 (CYP). Il-parti l-kbira tal-metaboliżmu ta’ esomeprazole tiddependi fuq is-CYP2C19 polimorfika, li hija responsabbli għall-formazzjoni tal-metaboliti hydroxy u desmethyl ta’ esomeprazole. Il-parti li tifdal tiddependi fuq isoforma speċifika oħra, CYP3A4, li hija responsabbli għall-formazzjoni ta’ esomeprazole sulphone, il-metabolit prinċipali fil-plażma.

Eliminazzjoni

Il-parametri ta’ hawn taħt jirriflettu prinċipalment il-farmakokinetika f’individwi b’enzima CYP2C19 funzjonali, jiġifieri metabolizzaturi estensivi.

It-tneħħija totali mill-plażma hija madwar 17 l/h wara doża waħda u madwar 9 l/h wara għoti ripetut.

Il-half-life tal-eliminazzjoni mill-plażma hija madwar 1.3 sigħat wara għoti ripetut darba kuljum. Esomeprazole jiġi eliminat kompletament mill-plażma bejn id-dożi mingħajr l-ebda tendenza ta’ akkumulazzjoni waqt għoti darba kuljum. Il-metaboliti prinċipali ta’ esomeprazole ma għandhom l- ebda effett fuq is-sekrezzjoni tal-aċidu gastriku. Kważi 80% ta’ doża orali ta’ esomeprazole titneħħa bħala metabolite fl-awrina, il-bqija fl-ippurgar. Inqas minn 1% tal-mediċina prinċipali tinstab fl- awrina.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

Il-farmakokinetika ta’ esomeprazole ġiet studjata f’dożi sa 40 mg darbtejn kuljum. L-erja taħt il- kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma mal-ħin tiżdied bl-għoti ripetut ta’ esomeprazole. Din iż-żieda hija dipendenti fuq id-doża u twassal għal żieda fl-AUC proporzjonali mad-doża wara għoti ripetut. Din id-dipendenza fuq il-ħin u d-doża hija minħabba tnaqqis fil-metaboliżmu tal-ewwel passaġġ u fit- tneħħija sistemika probabbilment ikkawżati minn inibizzjoni tal-enzima CYP2C19 minn esomeprazole u/jew il-metabolit sulphone tiegħu.

Popolazzjonijiet speċjali ta’ pazjenti

Metabolizzaturi ħżiena

Madwar 2.9±1.5% tal-popolazzjoni m’għandhomx enzima CYP2C19 funzjonali u jissejħu metabolizzaturi ħżiena. F’dawn l-individwi l-metaboliżmu ta’ esomeprazole huwa probabbilment katalizzat prinċipalment minn CYP3A4. Wara għoti ripetut darba kuljum ta’ 40 mg esomeprazole, l- erja medja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma mal-ħin kienet madwar 100% ogħla fil- metabolizzaturi ħżiena milli f’individwi li kellhom enzima CYP2C19 funzjonali (metabolizzaturi estensivi). Il-konċentrazzjonijiet massimi medji fil-plażma kienu 60% ogħla.

Dawn is-sejbiet m’għandhomx implikazzjonijiet għall-pożoloġija ta’ esomeprazole.

Sess tal-persuna

Wara doża waħda ta’ 40 mg esomeprazole l-erja medja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma mal-ħin hija madwar 30% ogħla fin-nisa milli fl-irġiel. Ma tidhirx differenza bejn is-sessi wara għoti ripetut darba kuljum. Dawn is-sejbiet m’għandhomx implikazzjonijiet għall-pożoloġija ta’ esomeprazole.

Indeboliment tal-fwied

Il-metaboliżmu ta’ esomeprazole f’pazjenti b’funzjoni ħażina ħafifa sa moderata tal-fwied jista’ jkun imdgħajjef. Ir-rata metabolika tonqos f’pazjenti b’disfunzjoni severa tal-fwied li twassal għal irduppjar tal-erja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma mal-ħin ta’ esomeprazole. Għalhekk, m’għandux jinqabeż massimu ta’ 20 mg f’pazjenti b’disfunzjoni severa. Esomeprazole jew il-metaboliti prinċipali tiegħu ma juru l-ebda tendenza ta’ akkumulazzjoni b’għoti darba kuljum.

Indeboliment tal-kliewi

Ma sarux studji fuq pazjenti b’funzjoni tal-kliewi mnaqqsa. Billi l-kliewi huma responsabbli għat-tneħħija tal-metaboliti ta’ esomeprazole iżda mhux għall-eliminazzjoni tal-kompost prinċipali, il-metaboliżmu ta’ esomeprazole mhuwiex mistenni li jinbidel f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi.

Anzjani (≥65 sena)

Il-metaboliżmu ta’ esomeprazole ma jinbidilx b’mod sinifikanti f’pazjenti anzjani (71-80 sena).

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku bbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Ir-reazzjonijiet avversi li ma kinux osservati fl-istudji kliniċi, iżda li dehru f’annimali f’livelli ta’ espożizzjoni simili għal-livelli tal-espożizzjoni klinika u b’rilevanza possibbli għall-użu kliniku kienu kif ġej:

Studji dwar ir-riskju ta’ kanċer fil-far b’taħlita raċemika wrew iperplasija u karċinojdi taċ-ċelloli ECL tal-istonku. Dawn l-effetti gastriċi fil-far huma r-riżultat ta’ ipergastrinemija ċara sostnuta b’riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-aċidu gastriku u kienu osservati wara kura fit-tul fil-far b’inibituri tas-

sekrezzjoni tal-aċidu gastriku.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Kontenut tal-kapsula

Glycerol monostearate 40-55,

Hydroxypropylcellulose

Hypromellose

Magnesium stearate,

Methacrylic acid - ethyl acrylate copolymer (1:1) dispersjoni 30 fil-mija

Polysorbate 80

Sugar spheres (sucrose u maize starch)

Talc

Triethyl citrate

Carmine (E120)

Indigo carmine (E132)

Titanium dioxide (E171)

Iron oxide isfar (E172)

Qoxra tal-kapsula Ġelatina

Indigo carmine (E132) Erythrosine (E127) Allura red AC (E129)

Linka tal-istampar

Povidone

Propylene glycol

Shellac

Sodium hydroxide

Titanium dioxide (E171)

Faxxa Ġelatina,

Iron oxide isfar (E172)

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Flixkun tal-polietilene ta’ densità għolja (HPDE, high-density polyethylene) b’għeluq b’siġill ta’ induzzjoni u b’għeluq reżistenti għat-tfal li jkun fih 14-il kapsula. Il-flixkun fih ukoll kontenitur issiġillat b’dessikant li jkun fih ġel tas-silika.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Pfizer Consumer Healthcare Ltd

Ramsgate Road

Sandwich

Kent

CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/860/003

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 26 ta’ Awwissu 2013

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati