Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Nimenrix (Neisseria meningitidis serogroup A polysaccharide...) – Fuljett ta’ tagħrif - J07AH08

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNimenrix
Kodiċi ATCJ07AH08
SustanzaNeisseria meningitidis serogroup A polysaccharide conjugated to tetanus toxoid / Neisseria meningitidis serogroup C polysaccharide conjugated to tetanus toxoid /Neisseria meningitidis serogroup W-135 polysaccharide conjugated to tetanus toxoid / Neisseria
ManifatturPfizer Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Nimenrix trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Vaċċin konjugat tal-gruppi A, C, W-135 u Y tal-meningokokkus

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tirċievi dan il-vaċċin peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Dan il-vaċċin ġie mogħti lilek jew lil ibnek/bintek. M’għandekx tgħaddih lil persuni oħra.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Dan il-fuljett inkiteb b’mod li jassumi li qed taqrah il-persuna li se tirċievi l-vaċċin, iżda huwa jista’ jingħata lill-adulti u lit-tfal għaldaqstant inti tista’ kun qed taqrah għal ibnek/bintek.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Nimenrix

3.Kif jingħata Nimenrix

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Nimenrix

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża

X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża

Nimenrix huwa vaċċin li jgħin biex jiproteġi kontra infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji (mikrobi) msejħa “Neisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y.

Il-batterji “Neisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y jistgħu jikkawżaw mard serju bħal:

meninġite – infezzjoni fit-tessut li jinforra l-moħħ u s-sinsla tad-dahar.

settiċemija – infezzjoni fid-demm.

Dawn l-infezzjonijiet jgħaddu faċilment minn persuna għal oħra u jistgħu jikkawżaw mewt jekk ma jiġux ikkurati.

Nimenrix jista’ jingħata lill-adulti, lill-adoloxxenti, lit-tfal u lil trabi li għandhom aktar minn 6 ġimgħat.

Kif jaħdem Nimenrix

Nimenrix jgħin lill-ġisem tiegħek jipproduċi protezzjoni għalih innifsu (antikorpi) kontra l-batterji. Dawn l-antikorpi jgħinu biex jipproteġuk kontra l-mard.

Nimenrix jipproteġik biss kontra infezzjonijiet ikkawżati mill-batterjiNeisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Nimenrix

Nimenrix m’għandux jingħata jekk:

inti allerġiku għas-sustanzi attivi jew għal xi sustanzi oħra ta’ dan il-vaċċin (elenkati fis- sezzjoni 6).

Sinjali ta’ reazzjoni allerġika jistgħu jinkludu raxx bil-ħakk fil-ġilda, qtugħ ta’ nifs u nefħa fil- wiċċ u fl-ilsien. Ara t-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sinjali.

Jekk mintix ċert, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel ma tirċievi Nimenrix.

Twissijiet u prekawzjonijiet:

Iċċekkja mat-tabib jew mal-infermier tiegħek qabel tirċievi dan il-vaċċin jekk:

inti għandek infezzjoni b’deni qawwi (aktar minn 38°C). Jekk dan japplika għalik, it-tilqim mhuwiex se jingħata sakemm inti tkun qed tħossok aħjar. Infezzjoni ħafifa bħal riħ m’għandhiex tkun problema. Madankollu l-ewwel kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

inti jekk għandek problema ta’ ħruġ ta’ demm jew titbenġel malajr.

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew jekk għandek xi dubju), kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tirċievi Nimenrix.

Nimenrix jista’ ma jipproteġix lil kull min jitlaqqam. Jekk għandek sistema immuni dgħajfa (bħal minħabba infezzjoni b’HIV jew mediċini li jaffettwaw is-sistema immuni) inti tista’ ma tiħux benefiċċju sħiħ minn Nimenrix.

Jista’ jseħħ ħass ħażin (l-aktar fl-adolexxenti) wara, jew saħansitra qabel, kwalunkwe injezzjoni ta’ labra. Għalhekk għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek qatt ħasskom ħażin qabel b’injezzjoni.

Mediċini oħra u Nimenrix

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra, inkluż tilqim ieħor u mediċini oħra li ksibt mingħajr riċetta.

Nimenrix jista’ ma jaħdimx daqshekk tajjeb jekk inti tkun qed tieħu mediċini li jaffettwawlek is- sistema immuni.

Mill-età ta’ sena ʼl fuq, Nimenrix jista’ jingħata fl-istess waqt ma’ kwalunkwe tilqim milli ġej: tilqim tal-epatite A (HAV) u tal-epatite B (HBV), it-tilqima tal-ħosba, tal-gattone u tal-ħosba Ġermaniża (MMR), it-tilqima tal-ħosba, tal-gattone, tal-ħosba Ġermaniża u tal-ġidri r-riħ (MMRV), it-tilqima konjugata 10 valenti tal-pnewmokokkus jew it-tilqima mhux awżiljata tal-influwenza tal-istaġun.

Fit-tieni sena tal-ħajja, Nimenrix jista’ jingħata wkoll fl-istess waqt ma’ tilqim ikkombinat tad- difterite, tat-tetnu u tas-sogħla konvulsiva aċellulari (DTaP) inkluż il-kombinazzjoni tat-tilqim DTaP mal-epatite B, il-poljovirus inattivat jew il-Haemophilus influenzae tat-tip b (HBV, IPV jew Hib), bħat-tilqima DTaP-HBV-IPV/Hib) u l-vaċċin konjugat pnewmokokkali 13-il valent.

Fejn ikun possibbli, Nimenrix u tilqima li fiha t-TT, bħat-tilqima DTaP-HBV-IPV/Hib għandhom jingħataw fl-istess waqt jew Nimenrix għandu jingħata tal-inqas xahar qabel it-tilqima li fiha TT.

Għandu jintuża post tal-injezzjoni differenti għall-kull vaċċin.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, għid b’dan lit-tabib tiegħek qabel tirċievi Nimenrix.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Nimenrix x’aktarx ma jaffettwax il-ħila li inti ssuq u tħaddem magni. Madankollu, m’għandekx issuq jew tħaddem magni jekk mhux qed tħossok f’sikktek.

3.Kif jingħata Nimenrix

Nimenrix se jingħatalek minn tabib jew infermier.

Nimenrix dejjem jiġi injettat ġo muskolu, ġeneralment fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ jew fil-koxxa.

Trabi mill-età ta’ 6 ġimgħat sa 12-il ġimgħa

2 injezzjonijiet mogħtija xahrejn ’il bogħod minn xulxin eż. fl-età ta’ xahrejn u 4 xhur (l-ewwel injezzjoni tista’ tingħata mill-età ta’ 6 xhur).

Ta’ 12-il xahar, tingħata injezzjoni addizzjonali (booster).

Inti se tiġi infurmat meta l-wild tiegħek għandu jmur għall-injezzjoni li jmiss. Jekk il-wild tiegħek jaqbeż injezzjoni skedata, huwa importanti li tagħmel appuntament ieħor.

Ara li l-wild tiegħek itemm il-kors sħiħ tat-tilqim.

Tfal ʼil fuq mill-età ta’ sena, adoloxxenti u adulti:

Għandha tingħata doża waħda tal-vaċċin.

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk inti qabel irċivejt injezzjoni b’vaċċin ieħor tal- meningokokkus li ma kienx Nimenrix.

It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk u meta jkollok bżonn doża addizzjonali ta’ Nimenrix, b’mod speċjali jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek:

irċevejtu l-ewwel doża tagħkom f’età ta’ 12 sa 23 xahar u tistgħu tkunu f’riskju ta’ infezzjoni kkawżata minn Neisseria meningitidis tipi A, C, W-135 u Y

kellkom aktar minn sentejn meta tlaqqamtu għall-ewwel darba u tistgħu tkunu f’riskju ta’ infezzjoni kkawżata minn Neisseria meningitidis tip A

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jiġru b’din il-mediċina:

Komuni ħafna (dawn jistgħu jiġru b’aktar minn doża waħda minn kull 10 dożi tal-vaċċin):

deni

għeja (għeja kbira)

uġigħ ta’ ras

tħossok imħeddel

telf t’aptit

tħossok irritabbli

nefħa, uġigħ u ħmura fejn tingħata l-injezzjoni.

Komuni (dawn jistgħu jseħħu b’mhux aktar minn doża waħda minn kull 10 dożi tal-vaċċin):

tbenġil (ematoma) fejn tingħata l-injezzjoni

problemi fl-istonku jew ta’ diġestjoni bħal dijarrea, rimettar u dardir

raxx (trabi).

Mhux komuni (dawn jistgħu jseħħu b’mhux aktar minn doża waħda minn kull 100 doża tal- vaċċin):

raxx

biki

ħakk

tħossok stordut

uġigħ fil-muskoli

uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

diffikultà biex torqod

tnaqqis fis-sens tal-ħass jew ta’ sensittività, speċjalment fil-ġilda

reazzjonijiet fejn tingħata l-injezzjoni bħal ħakk, il-parti tinħass sħuna jew imtarrxa jew tinħass għoqda iebsa.

Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli

nefħa u ħmura tas-sit tal-injezzjoni; dan jista’ jaffettwa erja kbira tad-driegħ imlaqqam

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Nimenrix

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tagħmlux fil-friża.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Nimenrix

 

Is-sustanzi attivi huma:

 

 

- Wara r-rikostituzzjoni, doża waħda (0.5 ml) jkun fiha:

 

 

Polysaccharide tal-grupp A ta’ Neisseria meningitidis 1

5 mikrogrammi

 

Polysaccharide tal-grupp C ta’ Neisseria meningitidis1

5 mikrogrammi

 

Polysaccharide tal-grupp W-135 ta’ Neisseria meningitidis1

5 mikrogrammi

 

Polysaccharide tal-grupp Y ta’ Neisseria meningitidis1

5 mikrogrammi

 

1konjugat ma’ proteina ġarriera ta’ toxoid tat-tetnu

44 mikrogramma

Is-sustanzi l-oħra huma:

-Fit-trab: sucrose u trometamol

-Fis-solvent: sodium chloride u ilma għall-injezzjonijiet

Kif jidher Nimenrix u l-kontenut tal-pakkett

Nimenrix huwa trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni.

Nimenrix huwa fornut bħala trab jew kejk abjad għal doża waħda f’kunjett tal-ħġieġ u solvent ċar u bla kulur f’siringa mimlija għal-lest.

Dawn għandhom jitħalltu flimkien qabel l-użu. Il-vaċċin imħallat se jidher bħala soluzzjoni ċara u bla kulur.

Nimenrix huwa disponibbli f’pakketti ta’ 1 jew ta’ 10 bil-labar jew mingħajrhom. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott:

Suq u l-Manifattur:

Pfizer Manufacturing Belgium N.V.

Pfizer Limited

Rijksweg 12

Ramsgate Road

B-2870 Puurs

Sandwich

Il-Belġju

Kent CT13 9NJ

 

Ir-Renju Unit

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A./N.V.

Tél/Tel: + 32 (0)2 554 62 11

България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Teл: +359 2 970 4333

Česká Republika

Pfizer PFE,spol. s r.o. Tel: +420 283 004 111

Danmark

Pfizer ApS

Tlf: + 45 44 201 100

Deutschland

Pfizer Pharma GmbH

Tel: + 49 (0)30 550055-51000

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel.: +372 666 7500

Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E. Τηλ.: +30 210 6785 800

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. + 370 52 51 4000

Magyarország

Pfizer Kft

Tel: +36 1 488 3700

Malta

Vivian Corporation Ltd.

Tel: + 35621 344610

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Norge

Pfizer Norge AS

Tlf: +47 67 526 100

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 335 61 00

España

Portugal

Pfizer, S.L.

Pfizer Biofarmacêutica,

Télf:+34914909900

Sociedade Unipessoal Lda

 

Tel: +351 21 423 5500

France

România

Pfizer

Pfizer Romania S.R.L

Tél +33 1 58 07 34 40

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Hrvatska

Slovenija

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: + 385 1 3908 777

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

 

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel.: + 386 (0) 1 52 11 400

Ireland

Slovenská republika

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL,

Tel: 1800 633 363 (toll free)

organizačná zložka

+44 (0)1304 616161

Tel: + 421 2 3355 5500

Ísland

Suomi/Finland

Icepharma hf

Pfizer Oy

Simi: + 354 540 8000

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040

Italia

Sverige

Pfizer S.r.l.

Pfizer Innovations AB

Tel: +39 06 33 18 21

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Kύπρος

United Kingdom

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch)

Pfizer Limited

Tηλ: +357 22 817690

Tel: +44 (0) 1304 616161

Latvija

 

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

 

Tel.: + 371 670 35 775

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Dan il-vaċċin qiegħed għal użu ġol-muskoli biss. Tagħtihx b’mod intravaskulari, minn ġol-ġilda jew taħti il-ġilda.

Jekk Nimenrix jingħata flimkien ma’ tilqim ieħor, għandhom jintużaw postijiet differenti għall- injezzjoni.

Nimenrix m’għandux jitħallat ma’ tilqimiet oħrajn.

Istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni tal-vaċċin bis-solvent ippreżentat f’siringa mimlija għal-lest:

Nimenrix għandu jiġi rrikostitwit billi żżid il-kontenut kollu tas-siringa mimlija għal-lest tas-solvent mal-kunjett li fih it-trab.

Biex twaħħal il-labra mas-siringa, irreferi għall-istampa. Madankollu, is-siringa pprovduta ma’ Nimenrix tista’ tkun xi ftit differenti (mingħajr kamin) minn dik li hemm fl-istampa. F’dak il-każ, il- labra għandha titwaħħal mingħajr ma ddawwar il-kamin.

1.Filwaqt li żżomm il-bettija tas-siringa f’id waħda (evita li żżomm il-planġer tas-siringa),

ħoll l-għatu tas-siringa billi ddawru lejn ix-xellug.

2.Biex twaħħal il-labra mas-siringa, dawwar il-labra lejn il-lemin ġos-siringa sakemm tħossa tissikka (Ara l-istampa).

3.Neħħi l-għatu tal-labra, li xi drabi jista’ jkun xi ftit iebes.

Planġer tas-siringa

Bettija tas-siringa

Għatu tas-siringa

Għatu tal-labra

4.Żid is-solvent mat-trab. Wara li tkun żidt is-solvent mat-trab, it-taħlita għandha titħawwad sew sakemm it-trab jinħall kompletament fis-solvent.

Il-vaċċin irrikostitwit huwa soluzzjoni ċara mingħajr kulur.

Il-vaċċin irrikostitwit għandu jiġi mifli għal kwalunkwe frak u/jew bidla fl-aspett fiżiku qabel ma jingħata. F’każ li tiġi osservata xi waħda minn dawn, armi l-vaċċin.

Wara r-rikostituzzjoni, il-vaċċin għandu jintuża fil-pront.

Għandha tintuża labra ġdida biex jingħata l-vaċċin.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Nimenrix trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’ampulla

Vaċċin konjugat tal-gruppi A, C, W-135 u Y tal-meningokokkus

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tirċievi dan il-vaċċin peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Dan il-vaċċin ġie mogħti lilek jew lil ibnek/bintek. M’għandekx tgħaddih lil persuni oħra.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Dan il-fuljett inkiteb b’mod li jassumi li qed taqrah il-persuna li se tirċievi l-vaċċin, iżda huwa jista’ jingħata lill-adulti u lit-tfal għaldaqstant inti tista’ kun qed taqrah għal ibnek/bintek.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Nimenrix

3.Kif jingħata Nimenrix

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Nimenrix

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża

X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża

Nimenrix huwa vaċċin li jgħin biex jiproteġi kontra infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji (mikrobi) msejħa “Neisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y.

Il-batterji “Neisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y jistgħu jikkawżaw mard serju bħal:

meninġite – infezzjoni fit-tessut li jinforra l-moħħ u s-sinsla tad-dahar

settiċemija – infezzjoni fid-demm.

Dawn l-infezzjonijiet jgħaddu faċilment minn persuna għal oħra u jistgħu jikkawżaw mewt jekk ma jiġux ikkurati.

Nimenrix jista’ jingħata lill-adulti, lill-adoloxxenti, lit-tfal u lil trabi li għandhom aktar minn 6 ġimgħat.

Kif jaħdem Nimenrix

Nimenrix jgħin lill-ġisem tiegħek jipproduċi protezzjoni għalih innifsu (antikorpi) kontra l-batterji. Dawn l-antikorpi jgħinu biex jipproteġuk kontra l-mard.

Nimenrix jipproteġik biss kontra infezzjonijiet ikkawżati mill-batterjiNeisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Nimenrix

Nimenrix m’għandux jingħata jekk:

inti allerġiku għas-sustanzi attivi jew għal xi sustanzi oħra ta’ dan il-vaċċin (elenkati fis- sezzjoni 6).

Sinjali ta’ reazzjoni allerġika jistgħu jinkludu raxx bil-ħakk fil-ġilda, qtugħ ta’ nifs u nefħa fil- wiċċ u fl-ilsien. Ara t-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sinjali.

Jekk mintix ċert, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel ma tirċievi Nimenrix.

Twissijiet u prekawzjonijiet:

Iċċekkja mat-tabib jew mal-infermier tiegħek qabel tirċievi dan il-vaċċin jekk:

inti għandek infezzjoni b’deni qawwi (aktar minn 38°C). Jekk dan japplika għalik, it-tilqim mhuwiex se jingħata sakemm inti tkun qed tħossok aħjar. Infezzjoni ħafifa bħal riħ m’għandhiex tkun problema. Madankollu l-ewwel kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

inti jekk għandek problema ta’ ħruġ ta’ demm jew titbenġel malajr.

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew jekk għandek xi dubju), kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tirċievi Nimenrix.

Nimenrix jista’ ma jipproteġix lil kull min jitlaqqam. Jekk għandek sistema immuni dgħajfa (bħal minħabba infezzjoni b’HIV jew mediċini li jaffettwaw is-sistema immuni) inti tista’ ma tiħux benefiċċju sħiħ minn Nimenrix.

Jista’ jseħħ ħass ħażin (l-aktar fl-adolexxenti) wara, jew saħansitra qabel, kwalunkwe injezzjoni ta’ labra. Għalhekk għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek qatt ħasskom ħażin qabel b’injezzjoni.

Mediċini oħra u Nimenrix

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra, inkluż tilqim ieħor u mediċini oħra li ksibt mingħajr riċetta.

Nimenrix jista’ ma jaħdimx daqshekk tajjeb jekk inti tkun qed tieħu mediċini li jaffettwawlek is- sistema immuni.

Mill-età ta’ sena ʼl fuq, Nimenrix jista’ jingħata fl-istess waqt ma’ kwalunkwe tilqim milli ġej: tilqim tal-epatite A (HAV) u tal-epatite B (HBV), it-tilqima tal-ħosba, tal-gattone u tal-ħosba Ġermaniża (MMR), it-tilqima tal-ħosba, tal-gattone, tal-ħosba Ġermaniża u tal-ġidri r-riħ (MMRV), it-tilqima konjugata 10 valenti tal-pnewmokokkus jew it-tilqima mhux awżiljata tal-influwenza tal-istaġun.

Fit-tieni sena tal-ħajja, Nimenrix jista’ jingħata wkoll fl-istess waqt ma’ tilqim ikkombinat tad- difterite, tat-tetnu u tas-sogħla konvulsiva aċellulari (DTaP) inkluż il-kombinazzjoni tat-tilqim DTaP mal-epatite B, il-poljovirus inattivat jew il-Haemophilus influenzae tat-tip b (HBV, IPV jew Hib), bħat-tilqima DTaP-HBV-IPV/Hib) u l-vaċċin konjugat pnewmokokkali 13-il valent.

Fejn ikun possibbli, Nimenrix u tilqima li fiha t-TT, bħat-tilqima DTaP-HBV-IPV/Hib għandhom jingħataw fl-istess waqt jew Nimenrix għandu jingħata tal-inqas xahar qabel it-tilqima li fiha TT.

Għandu jintuża post tal-injezzjoni differenti għall-kull vaċċin.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, għid b’dan lit-tabib tiegħek qabel tirċievi Nimenrix.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Nimenrix x’aktarx ma jaffettwax il-ħila li inti ssuq u tħaddem magni. Madankollu, m’għandekx issuq jew tħaddem magni jekk mhux qed tħossok f’sikktek.

3. Kif jingħata Nimenrix

Nimenrix se jingħatalek minn tabib jew infermier.

Nimenrix dejjem jiġi injettat ġo muskolu, ġeneralment fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ jew fil-koxxa.

Trabi mill-età ta’ 6 ġimgħat sa12-il ġimgħa

2 injezzjonijiet mogħtija xahrejn ’il bogħod minn xulxin eż. fl-età ta’ xahrejn u 4 xhur (l-ewwel injezzjoni tista’ tingħata mill-età ta’ 6 xhur ġimgħat).

Ta’ 12-il xahar, tingħata injezzjoni addizzjonali (booster).

Inti se tiġi infurmat meta l-wild tiegħek għandu jmur għall-injezzjoni li jmiss. Jekk il-wild tiegħek jaqbeż injezzjoni skedata, huwa importanti li tagħmel appuntament ieħor.

Ara li l-wild tiegħek item il-kors sħiħ tat-tilqim.

Tfal ta’ età ’l fuq minn sena, adoloxxenti u adulti:

Għandha tingħata doża waħda tal-vaċċin.

Kemm għandu jingħata

Id-doża rrakkomandata hija ta’ injezzjoni waħda ta’(0.5 ml) ta’ Nimenrix.

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk inti qabel irċivejt injezzjoni b’vaċċin ieħor tal- meningokokkus li ma kienx Nimenrix.

It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk u meta jkollok bżonn doża addizzjonali ta’ Nimenrix, b’mod speċjali jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek:

irċevejtu l-ewwel doża tagħkom f’età ta’ 12-23 xahar u tistgħu tkunu f’riskju ta’ infezzjoni kkawżata minn Neisseria meningitidis tipi A, C, W-135 u Y

kellkom aktar minn sentejn meta tlaqqamtu għall-ewwel darba u tistgħu tkunu f’riskju ta’ infezzjoni kkawżata minn Neisseria meningitidis tip A

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jiġru b’din il-mediċina:

Komuni ħafna (dawn jistgħu jiġru b’aktar minn doża waħda minn kull 10 dożi tal-vaċċin):

deni

għeja (għeja kbira)

uġigħ ta’ ras

tħossok imħeddel

telf t’aptit

tħossok irritabbli

nefħa, uġigħ u ħmura fejn tingħata l-injezzjoni.

Komuni (dawn jistgħu jseħħu b’mhux aktar minn doża waħda minn kull 10 dożi tal-vaċċin):

tbenġil (ematoma) fejn tingħata l-injezzjoni

problemi fl-istonku jew ta’ diġestjoni bħal dijarrea, rimettar u dardir.

raxx (trabi).

Mhux komuni (dawn jistgħu jseħħu b’mhux aktar minn doża waħda minn kull 100 doża tal- vaċċin):

raxx

biki

ħakk

tħossok stordut

uġigħ fil-muskoli

uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

diffikultà biex torqod

tnaqqis fis-sens tal-ħass jew ta’ sensittività, speċjalment fil-ġilda

reazzjonijiet fejn tingħata l-injezzjoni bħal ħakk, il-parti tinħass sħuna jew imtarrxa jew tinħass għoqda iebsa.

Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli

nefħa u ħmura tas-sit tal-injezzjoni; dan jista’ jaffettwa erja kbira tad-driegħ imlaqqam

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Nimenrix

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tagħmlux fil-friża.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Nimenrix

Is-sustanzi attivi huma:

-Wara r-rikostituzzjoni, doża waħda (0.5 ml) jkun fiha:

 

Polysaccharide tal-grupp A ta’ Neisseria meningitidis 1

5 mikrogrammi

 

Polysaccharide tal-grupp C ta’ Neisseria meningitidis1

5 mikrogrammi

 

Polysaccharide tal-grupp W-135 ta’ Neisseria meningitidis1

5 mikrogrammi

 

Polysaccharide tal-grupp Y ta’ Neisseria meningitidis1

5 mikrogrammi

 

1konjugat ma’ proteina ġarriera ta’ toxoid tat-tetnu

44 mikrogramma

 

Is-sustanzi l-oħra huma:

 

 

- Fit-trab: sucrose u trometamol

 

 

- Fis-solvent: sodium chloride u ilma għall-injezzjonijiet

 

Kif jidher Nimenrix u l-kontenut tal-pakkett

Nimenrix huwa trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni.

Nimenrix huwa fornut bħala trab jew kejk abjad għal doża waħda f’kunjett tal-ħġieġ u solvent ċar u bla kulur f’ampulla.

Dawn għandhom jitħalltu flimkien qabel l-użu. Il-vaċċin imħallat se jidher bħala soluzzjoni ċara u bla kulur.

Nimenrix huwa disponibbli f’pakketti ta’ 1, 10 jew ta’ 100.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott:

Suq u l-Manifattur:

Pfizer Manufacturing Belgium N.V.

Pfizer Limited

Rijksweg 12

Ramsgate Road

B-2870 Puurs

Sandwich

Il-Belġju

Kent CT13 9NJ

 

Ir-Renju Unit

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A./N.V.

Tél/Tel: + 32 (0)2 554 62 11

България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Teл: +359 2 970 4333

Česká Republika

Pfizer PFE,spol. s r.o. Tel: +420 283 004 111

Danmark

Pfizer ApS

Tlf: + 45 44 201 100

Deutschland

Pfizer Pharma GmbH

Tel: + 49 (0)30 550055-51000

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel.: +372 666 7500

Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E. Τηλ.: +30 210 6785 800

España

Pfizer, S.L.

Télf:+34914909900

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. + 370 52 51 4000

Magyarország

Pfizer Kft

Tel: +36 1 488 3700

Malta

Vivian Corporation Ltd.

Tel: + 35621 344610

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Norge

Pfizer Norge AS

Tlf: +47 67 526 100

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 335 61 00

Portugal

Pfizer Biofarmacêutica,

Sociedade Unipessoal Lda

Tel: +351 21 423 5500

France

România

Pfizer

Pfizer Romania S.R.L

Tél +33 1 58 07 34 40

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Hrvatska

Slovenija

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: + 385 1 3908 777

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

 

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel.: + 386 (0) 1 52 11 400

Ireland

Slovenská republika

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL,

Tel: 1800 633 363 (toll free)

organizačná zložka

+44 (0)1304 616161

Tel: + 421 2 3355 5500

Ísland

Suomi/Finland

Icepharma hf

Pfizer Oy

Simi: + 354 540 8000

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040

Italia

Sverige

Pfizer S.r.l.

Pfizer Innovations AB

Tel: +39 06 33 18 21

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Kύπρος

United Kingdom

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch)

Pfizer Limited

Tηλ: +357 22 817690

Tel: +44 (0) 1304 616161

Latvija

 

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

 

Tel.: + 371 670 35 775

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Dan il-vaċċin qiegħed għal użu ġol-muskoli biss. Tagħtihx b’mod intravaskulari, minn ġol-ġilda jew taħti il-ġilda.

Jekk Nimenrix jingħata flimkien ma’ tilqim ieħor, għandhom jintużaw postijiet differenti għall- injezzjoni.

Nimenrix m’għandux jitħallat ma’ tilqimiet oħrajn.

Istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni tal-vaċċin bis-solvent ippreżentatf’ampulli:

Nimenrix għandu jiġi rrikostitwit billi żżid il-kontenut kollu tal-ampulla bis-solvent mal-kunjett li fih it-trab.

1.Kisser il-parti ta’ fuq tal-ampulla, iġbed is-solvent b’siringa u żid is-solvent mat-trab.

2.It-taħlita għandha titħawwad sew sakemm it-trab jinħall kompletament fis-solvent.

Il-vaċċin irrikostitwit huwa soluzzjoni ċara mingħajr kulur.

Il-vaċċin irrikostitwit għandu jiġi mifli għal kwalunkwe frak u/jew bidla fl-aspett fiżiku qabel ma jingħata. F’każ li tiġi osservata xi waħda minn dawn, armi l-vaċċin.

Wara r-rikostituzzjoni, il-vaċċin għandu jintuża fil-pront.

Għandha tintuża labra ġdida biex jingħata l-vaċċin.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati