Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Norvir (ritonavir) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AE03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNorvir
Kodiċi ATCJ05AE03
Sustanzaritonavir
ManifatturAbbVie Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Norvir 80 mg/ml soluzzjoni orali ritonavir

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik jew għat-tifel jew tifla tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Norvir u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir

3.Kif għandek tieħu Norvir

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Norvir

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Norvir u għalxiex jintuża

Norvir fih is-sustanza attiva ritonavir. Norvir huwa impeditur protejaż użat biex jikkontrolla l- infezzjoni tal-HIV. Norvir huwa wżat flimkien ma’ mediċini oħra għal kontra l-HIV (antiretrovirali) biex jikkontrollalek l-infezzjoni tal-HIV. It-tabib tiegħek jiddiskuti miegħek liema taħlita ta’ mediċini hija l-aħjar għalik.

Norvir jintuża fit-tfal li għandhom sentejn jew aktar, fl-adolexxenti u fl-adulti li huma infettati bl-HIV, il-virus li jikkawża l-AIDS.

2.X’għandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir

Tiħux Norvir

-jekk inti allerġiku għal ritonavir jew sustanzi oħra ta’ Norvir (ara sezzjoni 6).

-jekk inti għandek mard serju tal-fwied.

-jekk bħalissa qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini segwenti:

-astemizole jew terfenadine (issoltu użata biex tikkura sintomi ta’ allergija – dawn il- mediċini jistgħu jiġu akkwistati mingħajr riċetta tat-tabib);

-amiodarone, bepridil, dronedarone, encainide, flecainide, propafenone, quinidine (użati sabiex jikkoreġu taħbit irregolari tal-qalb);

-dihydroergotamine, ergotamine (użati għall-kura tal-migranja);

-ergonovine, methylergonovine (użati biex iwaqqfu ħruġ eċċessiv ta’ demm li jista’ jkun hemm wara l-ħlas jew wara abort);

-clorazepate, diazepam, estazolam, flurazepam, triazolam jew midazolam orali (mittieħed mill-ħalq) (użati biex jgħinuk torqod u/jew inaqqsu l-ansjetà);

-clozapine, pimozide (użati biex jikkuraw ħsibijiet jew emozzjonijiet li m’humiex normali);

-quetiapine (użat biex jikkura skiżofrenija, disturb bipolari u disturb dipressiv maġġuri);

-lurasidone (użat biex jittratta dipressjoni);

-ranolazine (użat biex jittratta uġigħ fis-sider kroniku [anġina]);

-

-pethidine, piroxicam, propoxyphene (użati biex itaffu l-uġigħ);

-cisapride (użat biex itaffi ċerti problemi fl-istonku);

-rifabutin (użat biex jippreveni / jikkura ċerti infezzjonijiet)*;

-voriconazole (użat biex jikkura infezzjonijiet tal-fungu)*;

-simvastatin, lovastatin (użati biex inaqqsu l-kolesterol fid-demm);

-alfuzosin (użati biex jikkuraw it-tkabbir tal-glandola tal-prostata );

-fusidic acid (użat biex jikkura infezzjonijiet bil-batterji);

-sildenafil jekk int tbati minn marda tal-pulmun li tissejjaħ pressjoni għolja fl-arterji pulmonari li tagħmilha diffiċli biex tieħu n-nifs. Pazjenti li m’għandhomx din il-marda jistgħu jieħdu sildenafil għall-impotenza (disfunzjoni erettili) taħt superviżjoni tat-tabib tagħhom (ara s-sezzjoni dwar Mediċini oħra u Norvir);

-avanafil jew vardenafil (użati biex jikkuraw disfunzjoni erettili);

-colchicine (użat biex jikkura l-gotta) jekk għandek problemi fil-kliewi u/jew fil-fwied (ara s-sezzjoni dwar Mediċini oħra u Norvir);

-prodotti li fihom l-fexfiex tar-raba’ (Hypericum perforatum) peress li din tista’ twaqqaf lil Norvir milli jaħdem kif sippost. Il-fexfiex tar-raba’ huwa użatt ta’ spiss f’mediċini tal- ħxejjex li tista’ tixtrihom inti stess.

*It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li int tista’ tieħu rifabutin u/jew voriconazole b’buster (doża iżgħar) ta’ Norvir, iżda m’għandhiex tittieħed doża sħiħa ta’ Norvir flimkien ma’ dawn iż-żewġ mediċini.

Jekk preżentament inti qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, staqsi lit-tabib tiegħek dwar jekk tistax taqleb fuq mediċina oħra waqt li inti qiegħed tieħu Norvir.

Aqra ukoll il-lista ta’ mediċini taħt is-sezzjoni ‘Mediċini oħra u Norvir’ meta tkun se tieħu Norvir flimkien ma’ ċerti mediċini oħra li jeħtieġu attenzjoni speċjali.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Norvir.

Informazzjoni Importanti

-Jekk Norvir jiġi mogħoti flimkien ma’ mediċini anti retrovirali oħra, huwa mportanti li taqra wkoll il fuljetti ta’ tagħrif li jiġu ma dawn il-mediċini l-oħra. Jista’ jagħti l-kas li jkun hemm informazzjoni addizzjonali f’dawn il-fuljetti ta’ tagħrif fejn Norvir għandu jkun evitat. Jekk għandek aktar mistoqsijiet fuq Norvir (ritonavir) jew fuq il-mediċini l-oħra li ngħatewlek, jekk jogħoġbok staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

-Norvir m’huwiex kura għall-infezzjoni tal-HIV jew l-AIDS.

-Persuni li jkunu qegħdin jieħdu Norvir xorta jistgħu jiżviluppaw infezzjonijiet jew mard ieħor assoċjat mal-infezzjoni tal-HIV jew l-AIDS. Għalhekk huwa importanti li int tibqa’ taħt is- superviżjoni tat-tabib tiegħek waqt li tkun qiegħed tieħu Norvir.

-Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.

Għid lit-tabib tiegħek jekk int għandek/kellek:

-Storja ta’ mard tal-fwied.

-Epatite B jew C u qiegħed tiġi kkurat b’taħlita ta’ aġenti antiretrovirali, peress li int tinsab f’riskju akbar ta’ reazzjoni avversa severa li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajtek minħabba l-effett fuq il-fwied. Jista’ jkun hemm bżonn li jsiru testijiet tad-demm regolarment biex jiġi assigurat li l-fwied tiegħek qiegħed jaħdem tajjeb.

-Emofilja, peress li kien hemm rapporti ta’ żieda fil-ħruġ ta’ demm f’pazjenti li jbatu mill- emofilja u li qegħdin jieħdu din it-tip ta’ mediċina (impedituri protejaż). Il-kaġun ta’ dan għadu

mhux magħruf. Jista’ jkollok bżonn mediċina addizzjonali biex tgħin lid-demm jagħqad (fattur

VIII), sabiex tikkontrolla l-ħruġ ta’ demm.

-Disfunzjoni erettili, peress li l-mediċini użati għall-kura tad-disfunzjoni erettili jistgħu jikkawżaw pressjoni baxxa ħafna u erezzjoni fit-tul

-Dijabete, peress li f’każ ta’ xi pazjenti li kienu qegħdin jieħdu l-impedituri protejaż, kien hemm rapporti ta’ istanzi fejn id-dijabete marret għall-agħar jew fejn żviluppat id-dijabete (dijabete mellitus).

-Mard tal-kliewi (renali), peress li t-tabib tiegħek jista’ jkun li jkollu bżonn jiċċekkja id-doża tal-mediċini l-oħra (bħall impedituri tal-proteaż).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int tesperjenza:

-Dijarea jew rimettar li mhux qiegħed imur ’il quddiem (persistenti), għaliex dan jista’ jnaqqas l-effettività tal-mod kif jaħdmu l-mediċini li inti qiegħed tieħu.

-Dardir (nawseja), rimettar jew jekk għandek uġigħ fl-istonku, għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite). Xi pazjenti li jieħdu Norvir jistgħu jiżviluppaw problemi severi fil-frixa. Għid lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun jekk dan japplika għalik.

-Sintomi ta’ infezzjoni – informa lit-tabib tiegħek immedjatament. Xi pazjenti li għandhom l- infezzjoni tal-HIV fi stadju avanzat (AIDS) li mbagħad jibdew l-kura għal kontra l-HIV jistgħu jiżviluppaw is-sintomi ta’ infezzjonijiet li huma kellhom fil-passat anke jekk huma lanqas kienu jafu li huma qatt kellhom dawn l-infezzjonijiet. Huwa maħsub li dan jiġri minħabba l-fatt li r- rispons immunitarju tal-ġisem jitjieb u jgħin lill-ġisem biex jiġġieled dawn l-infezzjonijiet. Barra min infezzjonijiet opportunistiċi, jista’ ikun hemm disturbi awtoimmunitarji (kundizzjoni li sseħħ meta is-sistema immunitarja tattakka tessuti b’saħħithom tal-ġisem) wara li tbda tieħu mediċini għat-trattament tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmunitarji jistgħu jfeġġu xhur wara li jkun inbeda it-trattament. Jekk tinnota xi sintomi ta infezzjoni jew sintomi oħra bħal djufija fil-muskoli, djufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn imbgħad timxi għal parti centrali tal- ġisem, palpitazzjonijiet, rgħoda jew iperattivita’, jekk jogħġbok informa minnufih lit-tabib tiegħek sabiex tfittex trattament meħtieġ.

-Ebusija tal-ġogi, weġgħat u uġigħ (speċjalment tal-ġenbejn, tal-irkoppa u tal-ispalla) u diffikultà biex tiċċaqlaq, għid lit-tabib tiegħek għax dan jista’ jkun sinjal ta’ problema li tista’ teqred l-għadam (nekrosi tal-għadam). Xi pazjenti li jieħdu numru ta’ mediċini antiretrovirali jistgħu jiżviluppaw din il-marda.

-Uġigħ fil-muskoli, sensittivitàjew dgħjufija, speċjalment jekk int qiegħed tieħu Norvir flimkien ma’ terapija antiretrovirali li tinkludi impedituri protejaż u analogi ta’ nukleòside. F’każi rari, dawn id-disturbi kienu serji (Ara sezzjoni 4 Effetti sekondarji li jista’ jkollu).

-Sturdament, tħossok li se jtik ħass hażin, ituk il-ħass ħażinijiet jew tħabbit tal-qalb b’mod mhux normali. Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu Norvir jista’ jkollhom tibdil fl- elettrokardjogramm (ECG). Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek xi difett fil-qalb jew difett fis-sistema li tikkontrolla r-rittmu tat-taħbit tal-qalb.

-Jekk għandek xi diffikultajiet oħra relatati mas-saħħa, iddiskutihom mat-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Tfal u adolexxenti

Norvir m’huwiex irrakkomandat fuq tfal ta’ taħt is-sentejn.

Mediċini oħra u Norvir

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti qiegħed tieħu jew ħadt riċentement jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inklużi mediċini li jiġu akkwistati mingħajr riċetta tat-tabib. Hemm ċerti mediċini li inti assolutament ma tistax tieħu ma’ Norvir. Dawn kienu mniżżla qabel f’sezzjoni 2, taħt ‘Tieħux Norvir’. Hemm mediċini oħra li jistgħu jintużaw biss f’ċerti ċirkostanzi kif deskritt hawn taħt.

It-twissijiet li ġejjin japplikaw meta Norvir jittieħed bħala doża sħiħa. Madanakollu, dawn it-twissijiet jistgħu japplikaw ukoll meta Norvir jintuża f’dożi iżgħar (buster) flimkien ma’ mediċini oħra.

Jekk int qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn taħt, għid lit-tabib tiegħek, għax hemm bżonn li tittieħed attenzjoni speċjali.

-Sildenafil jew tadalafil għall-impotenza (disfunsjoni erettili).

Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li tiġi mnaqqsa d-doża u/jew il-frekwenza tal-użu ta’ dawn il- mediċini biex tiġi evitata li tirriżulta pressjoni baxxa ħafna u erezzjoni fit-tul. M’għandekx tieħu

Norvir ma’ sildenafil jekk int tbati minn pressjoni għolja fl-arterji pulmonari (ara wkoll sezzjoni 2. Xgħandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir). Għid lit- tabib tiegħek jekk inti qed tieħu tadalafil għal pressjoni għolja fl-arterji pulmonari.

-Colchicine (għall-gotta) peress li Norvir jista’ jgħolli l-livelli ta’ din il-mediċina fid-demm. M’għandekx tieħu Norvir ma’ colchicine jekk għandek problemi fil-kliewi u / jew fil-fwied (ara wkoll is-sezzjoni ta’ fuq: ‘Tieħux Norvir’).

-Digoxin (mediċina għall-qalb). Jista’ jkun li t-tabib tiegħek ikollu bżonn jaġġusta d-doża ta’ digoxin u jżommok taħt l-osservazzjoni tiegħu waqt li int tkun qiegħed tieħu digoxin u Norvir, biex tevita li jkollok problemi tal-qalb.

-Kontraċettivi li fihom l-ormoni li fihom ethinyl oestradiol għax Norvir jista’ jnaqqas l- effettività ta’ dawn il-mediċini. Huwa rrakkomandat li minflok, jintuża kondom jew metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni li ma fihx ormoni. Jista’ jkun ukoll li tinnota ħruġ ta’ demm irregolari mill-ġuf jekk int tieħu dan it-tip ta’ kontraċettiv li fih l-ormoni flimkien ma’ Norvir.

-Atorvastatin jew rosuvastatin (għall-kolesterol għoli) għax Norvir jista’ jżid il-livelli fid- demm ta’ dawn il-mediċini. Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu mediċini li jnaqqsu l- kolesterol flimkien ma’ Norvir (ara ukoll ‘Tieħux Norvir’ hawn fuq).

-Sterojdi (eż. dexamethasone, fluticasone propionate, prednisolone, triamcinolone) għax Norvir jista’ jżid il-livelli fid-demm ta’ dawn il-mediċini li jista’ jwassal għas-sindromu Cushing

(Cushing’s syndrome) (żvilupp ta’ wiċċ tond) u jnaqqas il-produzzjoni tal-ormon cortisol. Jista’ jkun li t-tabib tiegħek ikun irid inaqqaslek id-doża tal-isterojd jew josserva l-effetti avversi aktar mill-qrib.

-Trazodone (mediċina għad-depressjoni) għax jistgħu jseħħu effetti li m’humiex mixtieqa, bħal nawseja, sturdament, pressjoni baxxa fid-demm u jagħtik ħass ħażin meta dan jittieħed flimkien ma’ Norvir.

-Rifampicin u saquinavir (użati għat-tuberkulosi u għall-HIV, rispettivament) għax tista’ tiġi kkawżata ħsara serja fil-fwied meta jittieħdu flimkien ma’ Norvir.

-Bosentan, riociguat (użat għal-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari) għax Norvir jista’ jżid il- livelli ta’ din il-mediċina fid-demm.

Hemm mediċini li ma jistgħux jitħalltu flimkien ma’ Norvir għax l-effetti tagħhom jistgħu jiżdiedu jew jonqsu meta dawn jittieħdu flimkien. F’ċerti każi, it-tabib tiegħek ikollu bżonn jagħmillek ċerti testijiet, ibiddel id-doża jew josservak regolarment. Din hi r-raġuni għaliex int għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk int qiegħed tieħu xi mediċini, inklużi dawk li xtrajt int stess mingħajr riċetta tat-tabib jew prodotti tal-ħxejjex, iżda hu partikolarment importanti li ssemmi dawn:

-amfetamina jew derivattivi tal-amfetamina;

-anti-bijotiċi (e.ż. erythromycin, clarithromycin);

-trattamenti għal kontra l-kanċer (e.ż. afatinib, ceritinib, dasatinib, nilotinib, venetoclax, vincristine, vinblastine);

-mediċini għal kontra l-koagulazzjoni tad-demm (e.ż. rivaroxaban, vorapaxar, warfarin);

-anti-dipressanti (e.ż. desipramine, fluoxetine, imipramine, nefazodone, nortriptyline, paroxetine, sertraline, trazodone);

-mediċini għal kontra l-fungu (e.ż. ketoconazole, itraconazole);

-mediċini għal kontra l-istamina (e.ż. loratidine, fexofenadine);

-mediċini antiretrovirali, inklużi mpedituri protejaż HIV (amprenavir, atazanavir, darunavir, fosamprenavir, indinavir, nelfinavir, saquinavir, tipranavir), impedituri reverse transcriptase li m’humiex nucleòside (NNRTI) (delavirdine, efavirenz, nevirapine), u oħrajn (didanosine, maraviroc, raltegravir, zidovudine);

-mediċina ta’ kontra t-tuberkolosi (bedaquiline u delamanid);

-mediċina antivirali użata biex tittratta infezzjoni kronika mill-virus tal-epatite Ċ (HCV) f'adulti

(simeprevir);

-mediċina għal kontra l-ansjetà, buspirone;

-mediċina għal kontra l-ażżma, theophylline, salmeterol;

-atovaquone, mediċina użata għall-kura ta’ ċertu tip ta’ pnewmonja u malarja;

-buprenorphine, mediċina użata għall-kura ta’ uġigħ kroniku;

-bupropion, mediċina użata biex tgħinek tieqaf tpejjep;

-mediċini għall-epilessija (e.ż. carbamazepine, divalproex, lamotrigine, phenytoin);

-mediċini għall-qalb (e.ż. disopyramide, mexiletine u mediċini li jaħdmu kontra l-kanali tal- kalċju bħal amlodipine, diltiazem u nifedipine);

-is-sistema immunitarja (e.ż. cyclosporine, tacrolimus, everolimus);

-morfina u mediċini simili għall-morfina użati għall-kura ta’ uġigħ kbir ħafna (e.ż. methadone, fentanyl);

-pilloli li jgħinuk torqod (e.ż. alprazolam, zolpidem) kif ukoll midazolam li tingħata b’injezzjoni;

-kalmanti (e.ż. haloperidol, risperidone, thioridazine);

-colchicine, trattament għal kontra il-gotta.

Norvir m’għandux jittieħed ma’ disulfiram (mediċina użata għall-kura tal-alkoħoliżmu) u ma’ metronidazole (mediċina użata għal ċerti infezzjonijiet bil-batterji) għax dawn jistgħu jikkawżaw reazzjoni mal-alkoħol li hemm fis-soluzzjoni orali.

Hemm ċerti mediċini li int assolutament ma tistax toħodhom ma’ Norvir. Dawn huma mniżżla aktar ’il fuq f’sezzjoni 2, taħt ‘Tieħux Norvir’.

Meta tieħu Norvir mal-ikel u max-xorb

Preferibbilment, Norvir għandu jittieħed mal-ikel. It-togħma morra tas-soluzzjoni orali Norvir tista’ tittejjeb billi tħallat Norvir mal-ħalib taċ-ċikkulata. Tħallatx mal-ilma. Jekk tiekol ikel mielaħ jew tixrob qabel jew wara li tieħu s-soluzzjoni orali Norvir, dan jista’ jgħinek tneħħi t-togħma ħażina minn ħalqek.

Tqala u Treddigħ

Jekk taħseb li int tqila jew jekk qiegħda tippjana biex tinqabad tqila, huwa importanti ħafna li int tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Teżisti ammont kbir ta’ informazzjoni dwar l-użu ta’ ritonavir (is-sustanza attiva f’Norvir) waqt it- tqala. B’mod ġenerali, nisa tqal ingħataw ritonavir wara l-ewwel tliet xhur tat-tqala f’doża iżgħar milli sippost (buster), flimkien ma’ impedituri protejaż oħra. Ma deherx li Norvir iżid iċ-ċans ta’ żvilupp ta’ difetti tat-twelid meta pparagunat mal-popolazzjoni ġenerali.

Norvir jista’ jgħaddi ġol-ħalib tas-sider. Biex jevitaw li jgħaddu l-infezzjoni lit-tarbija, l-ommijiet li għandhom l-HIV ma jistgħux ireddgħu lit-trabi tagħhom.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Norvir jista’ jikkawża sturdament. Jekk int tkun affetwat, issuqx u tħaddimx magni.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Norvir

Norvir fih 43% v/v alkoħol u 26.0% v/v propylene glycol. Kull 1ml ta’ soluzzjoni orali Norvir fih 344.0 mg ta’ alkoħol u 265.7 mg ta’ propylene glycol. L-alkoħol u l-propylene glycol huma potenzjalment ta’ dannu għal dawk li għandhom mard tal-fwied, alkoħoliżmu, epilessija, ħsara jew mard tal-moħħ kif ukoll nisa tqal u tfal. Dawn jistgħu jbiddlu jew iżidu l-effett ta’ mediċini oħra.

Norvir fih polyoxyl 35 żejt ir-riġnu li jista’ jikkawża taqlih fl-istonku u dijarea.

Norvir fih l-aġent li jagħti l-kulur isfar lewn inżul ix-xemx (E110) li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

3.Kif għandek tieħu Norvir

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skond il-parir tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Aċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Ħu din il-mediċina darba jew darbtejn kuljum mal-ikel.

Ħawwad il-flixkun sewwa qabel kull darba li tużah. Jekk wara li tkun ħawwadt, ikunu jidhru partiċelli jew materja soda fis-soluzzjoni, ħu d-doża li jkun imiss u kellem lit-tabib dwar provvista ġdida.

Id-dożi rrakkomandati ta’ Norvir huma:

jekk Norvir huwa użat biex iżid l-effetti ta’ ċerti mediċini oħra għal kontra l-HIV, id-doża tipika għall-adulti hi minn 1.25 sa 2.5 ml darba jew darbtejn kuljum. Għal aktar rakkomandazzjonijiet fid-dettall dwar dożaġġ, inkluż id-dożaġġ għat-tfal, ara l-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ dawk il-mediċini għal kontra l-HIV li Norvir ikun qiegħed jingħata magħhom.

jekk it-tabib tiegħek jagħtik doża sħiħa, l-adulti jistgħu jibdew fuq doża ta’ 3.75 ml filgħodu u

3.75ml 12 -il siegħa wara, u bil-mod il-mod iżidu, fuq perijodu ta’ żmien sa 14 -il ġurnata, għal doża sħiħa ta’ 7.5 ml darbtejn kuljum. Tfal (2 -12 -il sena) jibdew b’doża iżgħar minn din u jkomplu jżidu għal massimu skond id-daqs tagħhom.

It-tabib tiegħek jgħidlek id-dożaġġ li inti għandek tieħu.

Norvir għandu jittieħed kuljum biex jgħin biex jiġi kontrollat l-HIV, u dan irrispettivament minn kemm inti tħossok tajjeb. Jekk xi effett sekondarju qiegħed iżommok milli tieħu Norvir, għid lit-tabib tiegħek minnufih. F’perijodi fejn tkun qiegħda taqbdek id-dijarea, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li hemm bżonn ta’ aktar osservazzjoni.

Dejjem żomm biżżejjed Norvir biex inti qatt ma tispiċċa mingħajru. Meta tivjaġġa jew ikollok bżonn tmur l-isptar, kun ċert li inti għandek Norvir biżżejjed biex iservik sakemm inti tkun tista’ takkwista provvista ġdida.

Is-soluzzjoni orali Norvir tħalli ċerta togħma ħażina wara li toħodha. Tista’ toħodha waħedha jew tħallatha mal-ħalib taċ-ċikkulata biex ittejjeb it-togħma. Ħallat doża waħda kull darba, u kun ċert li tieħu d-doża kollha mill-ewwel. Int m’għandekx tħallat Norvir ma’ xi ħaġa oħra mingħajr ma’ tkellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Tħallatx mal-ilma. Jekk tiekol ikel mielaħ jew tixrob qabel jew wara li tieħu s-soluzzjoni orali Norvir, dan jista’ jgħinek tneħħi t-togħma ħażina minn ħalqek.

Kif inkejjel id-doża t-tajba tas-soluzzjoni?

Iftaħ l-għatu li ma jinfetaħx mit-tfal billi timbotta ‘l isfel bil-pala ta’ jdejk u ddawru lejn ix-xellug, jew fid-direzzjoni tal-vleġġa. Kellem lill-ispiżjar tiegħek jekk issib diffikultà biex tiftaħ il-flixkun.

Fil-pakkett ta’ flixkun wieħed tas-soluzzjoni orali Norvir, wieħed isib ukoll siringa 1 għad-dożaġġ, u f’kull kartuna ta’ 5 fliexken issib 5 siringi tad-dożaġġ.

Staqsi lill-ispiżjar tiegħek biex jagħtik l-istruzzjonijiet ta’ kif tuża s-siringa kif sippost.

Wara kull doza ta’ Norvir issepara l-planġer minn mas-siringa. Aħsel il-planġer u s-siringa bl-ilma sħun u bis-sapun tal-platti malajr kemm jista’ jkun; tista’ tgħaddas il-planġer u s-siringa fl-ilma bis- sapun għal mhux aktar minn 15-il minuta. Laħlaħ il-planġer u s-siringa b’ilma nadif. Poġġi l-planġer fis-siringa u laħlaħ diversi drabi billi tiġbed l-ilma tal-vit u terġa tneħħiħ. Ħalli s-siringa tinxef kompletament qabel terġa’ tuża s-siringa għad-dożaġġ.

Jekk tieħu Norvir aktar milli suppost

Jekk tieħu Norvir aktar milli sippost tista’ tesperjenza sensazzjoni ta’ tirżiħ, textix jew sensazzjoni bħal qisu “xi ħadd qiegħed iniggżek bil-labar”. Jekk tinduna li inti ħadt aktar Norvir milli suppost, ikkuntatja lit-tabib tiegħek jew lid-Dipartiment tal-Aċċidenti u tal-Emerġenza tal-eqreb sptar minnufih.

Jekk tinsa tieħu Norvir

Jekk tinsa tieħu doża, ħu d-doża li tkun insejt tieħu mill-aktar fis possibbli. Jekk ikun kważi wasal il- ħin biex tieħu d-doża li jmiss, ħu d-doża li jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Norvir

Tieqafx tieħu Norvir mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, anke jekk tkun qiegħed tħossok aħjar. Jekk tieħu Norvir kif irrakkomandat lilek, dan għandu jagħtik l-aħjar ċans biex inti tittardja l-iżvilupp tar- reżistenza għall-mediċini.

4.Effetti sekondarji possibli

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

Bħal kull mediċina oħra, Norvir jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Barra minn hekk, l-effetti sekondarji ta’ Norvir meta jintuża ma’ mediċini oħra antiretrovirali, huma dipendenti fuq dawn il-mediċini l-oħra. Għalhekk huwa importanti li inti taqra b’attenzjoni s-sezzjoni dwar l-effetti sekondarji tal-Fuljett ta’ Tagħrif ipprovdut ma’ dawn il-mediċini.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji mniżżla hawn taħt hija determinata bil-mod kif inhu indikat hawn taħt:

Komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw iżjed aktar minn 1 f’10 persuni

uġigħ fil-parti ta’ fuq jew t’isfel tal-istonku

sensazzjoni ta’ tnemnim jew tirżiħ fl-idejn,

rimettar

 

fis-saqajn jew madwar ix-xofftejn u l-ħalq

dijarea (tista’ tkun severa)

tħossok dgħajjef/għajjien

tħossok imdardar (nawseja)

ikollok togħma ħażina fil-ħalq

fwawar, tħoss is-sħana

ħsara fin-nervituri li tista’ tikkawża

uġigħ ta’ ras

 

dgħjufija jew uġigħ

sturdament

ħakk

uġigħ fil-ġriżmejn

raxx

sogħla

uġigħ fil-ġoi jew uġigħ fid-dahar

 

 

 

taqlib fl-istonku jew indiġestjoni

Komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 f’10 persuni

reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx fil-

ġilda (tista’ tkun ħamra, mqabbża u tqabbdek il-ħakk), nefħa severa tal-ġilda u ta’ tessuti oħra

ma tkunx tista’ torqod (nuqqas ta’ rqad)

ansjetà

żieda fil-livelli tal-kolesterol

żieda fil-livelli tat-triġliċeridi

gotta

fsada fl-istonku

infjammazjoni tal-fwied u sfurija tal-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn

żieda fl-awrina

tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

attakk tal-epilessija (aċċessjonijiet)

livelli baxxi tad-diski żgħar fid-demm (platelets)

għatx (deidratazzjoni)

menstrwazzjoni esaġerata

Mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 f’100 persuni

gass fl-istonku u fl-imsaren

telf ta’ aptit

ulċeri fil-ħalq

weġgħat fil-muskoli (uġigħ), sensittività jew dgħjufija

deni

tnaqqis fil-piż

riżultati tat-testijiet tal-laboratorju: tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm

(bħal kimika tad-demm u add ta’ ċelloli fid demm)

konfużjoni

diffikultà biex toqgħod attent

ħass ħażin

visjoni mċajpra

nefħa fl-idejn u fis-saqajn

pressjoni għolja

pressjoni baxxa u tħossok ħażin meta tqum bil-wieqfa

kesħa fl-idejn u fis-saqajn

akne

attakk tal-qalb

insuffiċjenza renali

dijabete

Rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 f’1,000 ’persuni

reazzjonijiet fil-ġilda severi jew li jpoġġu l-

reazzjonijiet allerġiċi serji (anafilassi)

 

ħajja fil-periklu, inklużi bżieżaq (is-

livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm

 

sindromu Stevens Johnson, nekroliżi

 

 

 

tossika tal-epidermide)

 

 

Għid lit-tabib tiegħek jekk tħossok imdardar, jekk qieġħed tirremetti, jew għandek uġigħ fl-istonku, għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tal-frixa. Għid lit-tabib tiegħek ukoll jekk tesperjenza uġigħ fil-ġogi, weġgħat u uġigħ (speċjalment tal-ġenbejn, tal-irkoppa u tal-ispalla) u

diffikultà biex tiċċaqlaq, għax dan jista’ jkun sinjal ta’ nekrosi tal-għadam. Ara ukoll sezzjoni 2 Xgħandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir.

F’pazjenti li jbatu mill-emofilja tip A u B, kien hemm rapporti ta’ żieda fit-telf ta’ demm waqt li kienu qegħdin jieħdu dan it-trattament jew impeditur protejaż iehor. Jekk jiġrilek hekk, fittex immedjatament il-parir tat-tabib tiegħek.

Testijiet abnormali tal-funzjoni tal-fwied, epatite (infjammazzjoni tal-fwied) u rarament is-suffejra,

ġew rapportati f’pazjenti li jieħdu Norvir. Xi nies oħra kellhom mard ieħor jew kienu qegħdin jieħdu mediċini oħra. Persuni li jbatu minn mard tal-fwied jew mill-epatite jista’ jkollhom aggravament tal- mard tal-fwied.

Kien hemm rapporti ta’ uġigħ fil-muskoli, sensittività jew dgħjufija, partikolarment meta jkunu qegħdin jittieħdu prodotti mediċinali biex jitbaxxa l-livell tal-kolosterol, flimkien ma’ terapija antiretrovirali, inklużi impedituri protejaż u analogi nuklèoside. F’okkażjonijiet rari dawn id-disturbi

muskolari kienu ta’ natura serja (rabdomijolożi). Fil-każ ta’ uġigħ fil-muskoli, sensittività, dgħjufija, bugħawwieġ li ma tafx minn fejn ġejjin jew li jkunu kontinwi, waqqaf il-mediċina, ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jew mur fid-Dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza tal-eqreb sptar.

Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli, jekk wara li tkun ħadt Norvir inti tħoss xi sintomi li jissuġerixxu reazzjoni allerġika bħal raxx, urtikarja jew diffikultajiet biex tieħu n-nifs.

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex imsemmijin f’dan il-fuljett, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew lid-Dipartiment tal-

Aċċidenti u tal-Emerġenza, jew jekk hu każ ta’ urġenza ġib għajnuna medika immedjatament.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhuwiex elenkati f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Norvir

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax is-soluzzjoni orali Norvir wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-flixkun. Id-Data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Il-fliexken tas-soluzzjoni oral Norvir għandhom jinħażnu f’temepratura taħt 25°C. Tagħmilx is- soluzzjoni orali Norvir fil-friġġ, jew fi sħana jew kesħa estrema (bħal ġo karozza f’temp sħun jew kiesaħ ħafna, jew fil-friża)

Huwa importanti li żżomm Norvir fil-flixkun oriġinali. Titfgħux f’kontenitur ieħor.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Norvir

-Is-sustanza attiva hi ritonavir. Kull ml Norvir fih 80 mg ritonavir.

-Is-sustanzi l-oħra huma alkoħol, ilma ppurifikat, polyoxyl 35 żejt ir-riġnu, propylene glycol, sakkarina tas-sodju, aċidu ċitriku mingħajr ilma, żejt tal-pepermint, togħma tal-krema tal- karamel u kulur isfar lewn inżul ix-xemx (E110)

Id-dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakkett

Is-soluzzjoni orali Norvir tiġi fi flixkun ta’ aktar minn doża waħda li jesa’ 90 ml, u hu ta’ kulur l- ambra.

Hawn żewġ qisien ta’ pakketti tas-soluzzjoni orali Norvir:

-Flixkun wieħed ta’ 90 ml (90 ml) b’siringa tad-dożaġġ ta’ 7.5ml.

-Pakkett li fih 5 fliexken ta’ 90 ml kull wieħed (450 ml) ta’ soluzzjoni orali b’ 5 siringi tad-dożaġġ ta’ 7.5ml.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Norvir huwa fornut ukoll bħala pillola miksija b’rita li fiha 100 mg ritonavir u bħala trab għal suspensjoni orali li fih 100 mg ta’ ritonavir.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

AbbVie Ltd

Maidenhead

SL6 4UB

Renju Unit

Manifattur

Aesica Queenborough Limited

Queenborough

Kent ME11 5EL

Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AbbVie SA

AbbVie UAB

Tél/Tel: +32 10 477811

Tel: +370 5 205 3023

България

Luxembourg/Luxemburg

АбВи ЕООД

AbbVie SA

Тел.: +359 2 90 30 430

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 10 477811

Česká republika

Magyarország

AbbVie s.r.o.

AbbVie Kft.

Tel: +420 233 098 111

Tel.: +36 1 455 8600

Danmark

Malta

AbbVie A/S

V.J.Salomone Pharma Limited

Tlf: +45 72 30-20-28

Tel: +356 22983201

Deutschland

Nederland

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG

AbbVie B.V.

Tel: 00800 222843 33 (gebührenfrei)

Tel: +31 (0)88 322 2843

 

Eesti

Norge

AbbVie Biopharmaceuticals GmbH Eesti filiaal

AbbVie AS

Tel: +372 623 1011

Tlf: +47 67 81 80 00

Ελλάδα

Österreich

AbbVie ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ Α.Ε.

AbbVie GmbH

Τηλ: +30 214 4165 555

España

Polska

AbbVie Spain, S.L.U.

AbbVie Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 9 1 384 0910

Tel.: +48 22 372 78 00

France

Portugal

AbbVie

AbbVie, Lda.

Tél: +33 (0)1 45 60 13 00

Tel: +351 (0)21 1908400

Hrvatska

România

AbbVie d.o.o.

AbbVie S.R.L.

Tel: +385 (0)1 5625 501

Tel: +40 21 529 30 35

Ireland

Slovenija

AbbVie Limited

AbbVie Biofarmacevtska družba d.o.o.

Tel: +353 (0)1 4287900

Tel: +386 (1)32 08 060

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AbbVie s.r.o.

Tel: +354 535 7000

Tel: +421 2 5050 0777

Italia

Suomi/Finland

AbbVie S.r.l.

AbbVie Oy

Tel: +39 06 928921

Puh/Tel: +358 (0) 10 2411 200

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

AbbVie AB

Τηλ: +357 22 34 74 40

Tel: +46 (0)8 684 44 600

Latvija

United Kingdom

AbbVie SIA

AbbVie Ltd

Tel: +371 67605000

Tel: +44 (0)1628 561090

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Norvir 100 mg trab għal suspensjoni orali ritonavir

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik jew għat-tifel jew tifla tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Norvir u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir

3.Kif għandek tieħu Norvir

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Norvir

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Norvir u għalxiex jintuża

Norvir fih is-sustanza attiva ritonavir. Norvir huwa impeditur protejaż użat biex jikkontrolla l- infezzjoni tal-HIV. Norvir huwa wżat flimkien ma’ mediċini oħra għal kontra l-HIV (antiretrovirali) biex jikkontrollalek l-infezzjoni tal-HIV. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek l-aħjar kombinazzjoni ta’ mediċini għalik

Norvir jintuża fit-tfal li għandhom sentejn jew aktar, fl-adolexxenti u fl-adulti li huma infettati bl-HIV, il-virus li jikkawża l-AIDS.

2 X’għandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir

Tiħux Norvir

-jekk inti allerġiku għal ritonavir jew sustanzi oħra ta’ Norvir (ara sezzjoni 6).

-jekk inti għandek mard serju tal-fwied.

-jekk bħalissa qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini segwenti:

-astemizole jew terfenadine (issoltu użata biex tikkura sintomi ta’ allergija – dawn il- mediċini jistgħu jiġu akkwistati mingħajr riċetta tat-tabib);

-amiodarone, bepridil, dronedarone, encainide, flecainide, propafenone, quinidine (użati sabiex jikkoreġu taħbit irregolari tal-qalb);

-dihydroergotamine, ergotamine (użati għall-kura tal-migranja);

-ergonovine, methylergonovine (użati biex iwaqqfu ħruġ eċċessiv ta’ demm li jista’ jkun hemm wara l-ħlas jew wara abort);

-clorazepate, diazepam, estazolam, flurazepam, triazolam jew midazolam orali (mittieħed mill-ħalq) (użati biex jgħinuk torqod u/jew inaqqsu l-ansjetà);

-clozapine, pimozide (użati biex jikkuraw ħsibijiet jew emozzjonijiet li m’humiex normali);

-quetiapine (użat biex jikkura skiżofrenija, disturb bipolari u disturb dipressiv maġġuri);

-lurasidone (użat biex jittratta dipressjoni);

-ranolazine (użat biex jittratta uġigħ fis-sider kroniku [anġina]);

-

-pethidine, piroxicam, propoxyphene (użati biex itaffu l-uġigħ);

-cisapride (użat biex itaffi ċerti problemi fl-istonku);

-rifabutin (użat biex jippreveni / jikkura ċerti infezzjonijiet)*;

-voriconazole (użat biex jikkura infezzjonijiet tal-fungu)*;

-simvastatin, lovastatin (użati biex inaqqsu l-kolesterol fid-demm);

-alfuzosin (użati biex jikkuraw it-tkabbir tal-glandola tal-prostata );

-fusidic acid (użat biex jikkura infezzjonijiet bil-batterji);

-sildenafil jekk int tbati minn marda tal-pulmun li tissejjaħ pressjoni għolja fl-arterji pulmonari li tagħmilha diffiċli biex tieħu n-nifs. Pazjenti li m’għandhomx din il-marda jistgħu jieħdu sildenafil għall-impotenza (disfunzjoni erettili) taħt superviżjoni tat-tabib tagħhom. (ara s-sezzjoni dwar Mediċini oħra u Norvir);

-avanafil jew vardenafil (użati biex jikkuraw disfunzjoni erettili);

-colchicine (użat biex jikkura l-gotta) jekk għandek problemi fil-kliewi u/jew fil-fwied (ara s-sezzjoni dwar Mediċini oħra u Norvir);

-prodotti li fihom l-fexfiex tar-raba’ (Hypericum perforatum) peress li din tista’ twaqqaf lil

Norvir milli jaħdem kif sippost. Il-fexfiex tar-raba’ huwa użatt ta’ spiss f’mediċini tal- ħxejjex li tista’ tixtrihom inti stess.

*It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li int tista’ tieħu rifabutin u/jew voriconazole b’buster (doża iżgħar) ta’ Norvir, iżda m’għandhiex tittieħed doża sħiħa ta’ Norvir flimkien ma’ dawn iż-żewġ mediċini.

Jekk preżentament inti qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, staqsi lit-tabib tiegħek dwar jekk tistax taqleb fuq mediċina oħra waqt li inti qiegħed tieħu Norvir.

Aqra ukoll il-lista ta’ mediċini taħt is-sezzjoni ‘Mediċini oħra u Norvir’ meta tkun se tieħu Norvir flimkien ma’ ċerti mediċini oħra li jeħtieġu attenzjoni speċjali.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Norvir.

Informazzjoni Importanti

-Jekk Norvir jiġi mogħoti flimkien ma’ mediċini anti retrovirali oħra, huwa mportanti li taqra wkoll il fuljetti ta’ tagħrif li jiġu ma’ dawn il-mediċini l-oħra. Jista’ jagħti l-kas li jkun hemm informazzjoni addizzjonali f’dawn il-fuljetti ta’ tagħrif fejn Norvir għandu jkun evitat. Jekk għandek aktar mistoqsijiet fuq Norvir (ritonavir) jew fuq il-mediċini l-oħra li ngħatewlek, jekk jogħoġbok staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

-Norvir m’huwiex kura għall-infezzjoni tal-HIV jew l-AIDS.

-Persuni li jkunu qegħdin jieħdu Norvir xorta jistgħu jiżviluppaw infezzjonijiet jew mard ieħor assoċjat mal-infezzjoni tal-HIV jew l-AIDS. Għalhekk huwa importanti li int tibqa’ taħt is- superviżjoni tat-tabib tiegħek waqt li tkun qiegħed tieħu Norvir.

-Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.

Għid lit-tabib tiegħek jekk int għandek/kellek:

-Storja ta’ mard tal-fwied.

-Epatite B jew C u qiegħed tiġi kkurat b’taħlita ta’ aġenti antiretrovirali, peress li int tinsab f’riskju akbar ta’ reazzjoni avversa severa li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajtek minħabba l-effett fuq il-fwied. Jista’ jkun hemm bżonn li jsiru testijiet tad-demm regolarment biex jiġi assigurat li l-fwied tiegħek qiegħed jaħdem tajjeb.

-Emofilja, peress li kien hemm rapporti ta’ żieda fil-ħruġ ta’ demm f’pazjenti li jbatu mill- emofilja u li qegħdin jieħdu din it-tip ta’ mediċina (impedituri protejaż). Il-kaġun ta’ dan għadu

mhux magħruf. Jista’ jkollok bżonn mediċina addizzjonali biex tgħin lid-demm jagħqad (fattur

VIII), sabiex tikkontrolla l-ħruġ ta’ demm.

-Disfunzjoni erettili, peress li l-mediċini użati għall-kura tad-disfunzjoni erettili jistgħu jikkawżaw pressjoni baxxa ħafna u erezzjoni fit-tul

-Dijabete, peress li f’każ ta’ xi pazjenti li kienu qegħdin jieħdu l-impedituri protejaż, kien hemm rapporti ta’ istanzi fejn id-dijabete marret għall-agħar jew fejn żviluppat id-dijabete (dijabete mellitus).

-Mard tal-kliewi (renali), peress li t-tabib tiegħek jista’ jkun li jkollu bżonn jiċċekkja id-doża tal-mediċini l-oħra (bħall impedituri tal-proteaż).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int tesperjenza:

-Dijarea jew rimettar li mhux qiegħed imur ’il quddiem (persistenti), għaliex dan jista’ jnaqqas l-effettività tal-mod kif jaħdmu l-mediċini li inti qiegħed tieħu.

-Dardir (nawseja), rimettar jew jekk għandek uġigħ fl-istonku, għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite). Xi pazjenti li jieħdu Norvir jistgħu jiżviluppaw problemi severi fil-frixa. Għid lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun jekk dan japplika għalik.

-Sintomi ta’ infezzjoni – informa lit-tabib tiegħek immedjatament. Xi pazjenti li għandhom l- infezzjoni tal-HIV fi stadju avanzat (AIDS) li mbagħad jibdew l-kura għal kontra l-HIV jistgħu jiżviluppaw is-sintomi ta’ infezzjonijiet li huma kellhom fil-passat anke jekk huma lanqas kienu jafu li huma qatt kellhom dawn l-infezzjonijiet. Huwa maħsub li dan jiġri minħabba l-fatt li r- rispons immunitarju tal-ġisem jitjieb u jgħin lill-ġisem biex jiġġieled dawn l-infezzjonijiet. Barra min infezzjonijiet opportunistiċi, jista’ ikun hemm disturbi awtoimmunitarji (kundizzjoni li sseħħ meta is-sistema immunitarja tattakka tessuti b’saħħithom tal-ġisem) wara li tbda tieħu mediċini għat-trattament tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmunitarji jistgħu jfeġġu xhur wara li jkun inbeda it-trattament. Jekk tinnota xi sintomi ta infezzjoni jew sintomi oħra bħal djufija fil-muskoli, djufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn imbgħad timxi għal parti centrali tal- ġisem, palpitazzjonijiet, rgħoda jew iperattivita’, jekk jogħġbok informa minnufih lit-tabib tiegħek sabiex tfittex trattament meħtieġ.

-Ebusija tal-ġogi, weġgħat u uġigħ (speċjalment tal-ġenbejn, tal-irkoppa u tal-ispalla) u diffikultà biex tiċċaqlaq, għid lit-tabib tiegħek għax dan jista’ jkun sinjal ta’ problema li tista’ teqred l-għadam (nekrosi tal-għadam). Xi pazjenti li jieħdu numru ta’ mediċini antiretrovirali jistgħu jiżviluppaw din il-marda.

-Uġigħ fil-muskoli, sensittivitàjew dgħjufija, speċjalment jekk int qiegħed tieħu Norvir flimkien ma’ terapija antiretrovirali li tinkludi impedituri protejaż u analogi ta’ nukleòside.

F’każi rari, dawn id-disturbi kienu serji (Ara sezzjoni 4 Effetti sekondarji li jista’ jkollu).

-Sturdament, tħossok li se jtik ħass hażin, ituk il-ħass ħażinijiet jew tħabbit tal-qalb b’mod mhux normali. Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu Norvir jista’ jkollhom tibdil fl- elettrokardjogramm (ECG). Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek xi difett fil-qalb jew difett fis-sistema li tikkontrolla r-rittmu tat-taħbit tal-qalb.

-Jekk għandek xi diffikultajiet oħra relatati mas-saħħa, iddiskutihom mat-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Tfal u adolexxenti

Norvir m’huwiex irrakkomandat fuq tfal ta’ taħt is-sentejn.

Mediċini oħra u Norvir

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti qiegħed tieħu jew ħadt riċentement jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inklużi mediċini li jiġu akkwistati mingħajr riċetta tat-tabib. Hemm ċerti mediċini li inti assolutament ma tistax tieħu ma’ Norvir. Dawn kienu mniżżla qabel f’sezzjoni 2, taħt ‘Tieħux Norvir’. Hemm mediċini oħra li jistgħu jintużaw biss f’ċerti ċirkostanzi kif deskritt hawn taħt.

It-twissijiet li ġejjin japplikaw meta Norvir jittieħed bħala doża sħiħa. Madanakollu, dawn it-twissijiet jistgħu japplikaw ukoll meta Norvir jintuża f’dożi iżgħar (buster) flimkien ma’ mediċini oħra.

Jekk int qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn taħt, għid lit-tabib tiegħek, għax hemm bżonn li tittieħed attenzjoni speċjali.

-Sildenafil jew tadalafil għall-impotenza (disfunsjoni erettili).

Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li tiġi mnaqqsa d-doża u/jew il-frekwenza tal-użu ta’ dawn il- mediċini biex tiġi evitata li tirriżulta pressjoni baxxa ħafna u erezzjoni fit-tul. M’għandekx tieħu

Norvir ma’ sildenafil jekk int tbati minn pressjoni għolja fl-arterji pulmonari (ara wkoll sezzjoni 2. Xgħandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir). Għid lit- tabib tiegħek jekk inti qed tieħu tadalafil għal pressjoni għolja fl-arterji pulmonari.

-Colchicine (għall-gotta) peress li Norvir jista’ jgħolli l-livelli ta’ din il-mediċina fid-demm. M’għandekx tieħu Norvir ma’ colchicine jekk għandek problemi fil-kliewi u / jew fil-fwied (ara wkoll is-sezzjoni ta’ fuq: ‘Tieħux Norvir’).

-Digoxin (mediċina għall-qalb). Jista’ jkun li t-tabib tiegħek ikollu bżonn jaġġusta d-doża ta’ digoxin u jżommok taħt l-osservazzjoni tiegħu waqt li int tkun qiegħed tieħu digoxin u Norvir, biex tevita li jkollok problemi tal-qalb.

-Kontraċettivi li fihom l-ormoni li fihom ethinyl oestradiol għax Norvir jista’ jnaqqas l- effettività ta’ dawn il-mediċini. Huwa rrakkomandat li minflok, jintuża kondom jew metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni li ma fihx ormoni. Jista’ jkun ukoll li tinnota ħruġ ta’ demm irregolari mill-ġuf jekk int tieħu dan it-tip ta’ kontraċettiv li fih l-ormoni flimkien ma’ Norvir.

-Atorvastatin jew rosuvastatin (għall-kolesterol għoli) għax Norvir jista’ jżid il-livelli fid- demm ta’ dawn il-mediċini. Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu mediċini li jnaqqsu l- kolesterol flimkien ma’ Norvir (ara ukoll ‘Tieħux Norvir’ hawn fuq).

-Sterojdi (eż. dexamethasone, fluticasone propionate, prednisolone, triamcinolone) għax Norvir jista’ jżid il-livelli fid-demm ta’ dawn il-mediċini li jista’ jwassal għas-sindromu Cushing

(Cushing’s syndrome) (żvilupp ta’ wiċċ tond) u jnaqqas il-produzzjoni tal-ormon cortisol. Jista’ jkun li t-tabib tiegħek ikun irid inaqqaslek id-doża tal-isterojd jew josserva l-effetti avversi aktar mill-qrib.

-Trazodone (mediċina għad-depressjoni) għax jistgħu jseħħu effetti li m’humiex mixtieqa, bħal nawseja, sturdament, pressjoni baxxa fid-demm u jagħtik ħass ħażin meta dan jittieħed flimkien ma’ Norvir.

-Rifampicin u saquinavir (użati għat-tuberkulosi u għall-HIV, rispettivament) għax tista’ tiġi kkawżata ħsara serja fil-fwied meta jittieħdu flimkien ma’ Norvir.

-Bosentan, riociguat (użat għal-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari) għax Norvir jista’ jżid il- livelli ta’ din il-mediċina fid-demm.

Hemm mediċini li ma jistgħux jitħalltu flimkien ma’ Norvir għax l-effetti tagħhom jistgħu jiżdiedu jew jonqsu meta dawn jittieħdu flimkien. F’ċerti każi, it-tabib tiegħek ikollu bżonn jagħmillek ċerti testijiet, ibiddel id-doża jew josservak regolarment. Din hi r-raġuni għaliex int għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk int qiegħed tieħu xi mediċini, inklużi dawk li xtrajt int stess mingħajr riċetta tat-tabib jew prodotti tal-ħxejjex, iżda hu partikolarment importanti li ssemmi dawn:

-amfetamina jew derivattivi tal-amfetamina;

-anti-bijotiċi (e.ż. erythromycin, clarithromycin);

-trattamenti għal kontra l-kanċer (e.ż. afatinib, ceritinib, dasatinib, nilotinib, venetoclax, vincristine, vinblastine);

-mediċini għal kontra l-koagulazzjoni tad-demm (e.ż. rivaroxaban, vorapaxar, warfarin);

-anti-dipressanti (e.ż. amitriptyline, desipramine, fluoxetine, imipramine, nefazadone, nortriptyline, paroxetine, sertraline, trazodone);

-mediċini għal kontra l-fungu (e.ż. ketoconazole, itraconazole);

-mediċini għal kontra l-istamina (e.ż. loratidine, fexofenadine);

-mediċini antiretrovirali, inklużi mpedituri protejaż HIV u impedituri reverse transcriptase

(amprenavir, atazanavir, darunavir, fosamprenavir, indinavir, nelfinavir, saquinavir, tipranavir), li m’humiex nucleòside (NNRTI) (delavirdine, efavirenz, nevirapine), and others (didanosine, maraviroc, raltegravir, zidovudine);

-mediċina ta’ kontra t-tuberkolosi (bedaquiline u delamanid);

-mediċina antivirali użata biex tittratta infezzjoni kronika mill-virus tal-epatite Ċ (HCV) f'adulti

(simeprevir);

-mediċina għal kontra l-ansjetà, buspirone;

-mediċina għal kontra l-ażżma, theophylline, salmeterol;

-atovaquone, mediċina użata għall-kura ta’ ċertu tip ta’ pnewmonja u malarja;

-buprenorphine, mediċina użata għall-kura ta’ uġigħ kroniku;

-bupropion, mediċina użata biex tgħinek tieqaf tpejjep;

-mediċini għall-epilessija (e.ż. carbamazepine, divalproex, lamotrigine, phenytoin);

-mediċini għall-qalb (e.ż. disopyramide, mexiletine u mediċini li jaħdmu kontra l-kanali tal- kalċju bħal amlodipine, diltiazem u nifedipine);

-is-sistema immunitarja (e.ż. cyclosporine, tacrolimus, everolimus);

-morfina u mediċini simili għall-morfina użati għall-kura ta’ uġigħ kbir ħafna (e.ż. methadone, fentanyl);

-pilloli li jgħinuk torqod (e.ż. alprazolam, zolpidem) kif ukoll midazolam li tingħata b’injezzjoni;

-kalmanti (e.ż. haloperidol, risperidone, thioridazine);

-colchicine, trattament għal kontra il-gotta.

Hemm ċerti mediċini li int assolutament ma tistax toħodhom ma’ Norvir. Dawn huma mniżżla aktar ’il fuq f’sezzjoni 2, taħt ‘Tieħux Norvir’.

Meta tieħu Norvir mal-ikel u max-xorb

Ara sezzjoni 3.

Tqala u Treddigħ

Jekk taħseb li int tqila jew jekk qiegħda tippjana biex tinqabad tqila, huwa importanti ħafna li int tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Teżisti ammont kbir ta’ informazzjoni dwar l-użu ta’ ritonavir (is-sustanza attiva f’Norvir) waqt it- tqala. B’mod ġenerali, nisa tqal ingħataw ritonavir wara l-ewwel tliet xhur tat-tqala f’doża iżgħar milli sippost (buster), flimkien ma’ impedituri protejaż oħra. Ma deherx li Norvir iżid iċ-ċans ta’ żvilupp ta’ difetti tat-twelid meta pparagunat mal-popolazzjoni ġenerali.

Norvir jista’ jgħaddi ġol-ħalib tas-sider. Biex jevitaw li jgħaddu l-infezzjoni lit-tarbija, l-ommijiet li għandhom l-HIV ma jistgħux ireddgħu lit-trabi tagħhom.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Norvir jista’ jikkawża sturdament. Jekk int tkun affetwat, issuqx u tħaddimx magni.

3. Kif għandek tieħu Norvir

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skond il-parir tat-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek . Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Ħu din il-mediċina darba jew darbtejn f’ġurnata kuljum mal-ikel.

Għal dożi eżatti ta’ ammonti ta’ 100 mg (100, 200, 300, 400, 500, jew 600 mg) ferra il-kontenut kollu ta’ kull qartas fuq ikel artab (zalza tat-tuffieħ jew pudina vanilla ) jew ħallat ma’ ammont żgħir ta’ likwidu (ilma, ħalib taċ-ċikkulata , jew formula għat-trabi ) u kkonsma l-porzjon kollu.

Għal dożi inqas minn ammonti ta’ 100 mg jew dożi bejn ammonti ta’ 100 mg, il-kontenut tal-qartas kollu għandu jiġi mħallat ma’ likwidu u mbagħad għandu jiġi dożat mill-volum mL xierqa kif ntqal lilek mit- tabib tiegħek billi tuża s-siringa tad-dożaġġ orali.

Għall-amministrazzjoni bl-użu ta’ tubu għall-alimentazzjoni segwi l-istruzzjonijiet fis-sezzjoni ‘Kif għandi nieħu d-doża korretta ta’ trab għal suspensjoni orali Norvir mħallat ma’ likwidu?’ Uża ilma biex tħawwad il-mediċina u segwi l-istruzzjonijiet għall-tubu tal-alimentazzjoni li jamministra l- mediċina .

Id-dożi rrakkomandati ta’ Norvir huma:

jekk Norvir huwa użat biex iżid l-effetti ta’ mediċini oħra għal kontra l-HIV, id-doża tipika għall- adulti hi 1 jew 2 qratas darba jew darbtejn kuljum. Għal aktar rakkomandazzjonijiet fid-dettall dwar dożaġġ, inkluż id-dożaġġ għat-tfal, ara l-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ dawk il-mediċini għal kontra l-HIV li Norvir ikun qiegħed jingħata magħhom.

jekk it-tabib tiegħek jagħtik doża sħiħa, l-adulti jistgħu jibdew fuq doża ta’ 3 qratas filgħodu u 3 qratas 12-il siegħa wara, u bil-mod il-mod iżidu, fuq perijodu ta’ żmien sa 14 -il ġurnata, għal doża sħiħa ta’ 6 qratas darbtejn kuljum. Tfal (2 -12 -il sena) jibdew b’doża iżgħar minn din u jkomplu jżidu għal massimu skond id-daqs tagħhom.

It-tabib tiegħek jgħidlek id-dożaġġ li inti għandek tieħu.

Norvir għandu jittieħed kuljum biex jgħin biex jiġi kontrollat l-HIV, u dan irrispettivament minn kemm inti tħossok tajjeb. Jekk xi effett sekondarju qiegħed iżommok milli tieħu Norvir, għid lit-tabib tiegħek minnufih. F’perijodi fejn tkun qiegħda taqbdek id-dijarea, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li hemm bżonn ta’ aktar osservazzjoni.

Dejjem żomm biżżejjed Norvir biex inti qatt ma tispiċċa mingħajru. Meta tivjaġġa jew ikollok bżonn tmur l-isptar, kun ċert li inti għandek Norvir biżżejjed biex iservik sakemm inti tkun tista’ takkwista provvista ġdida.

It-trab għall-suspensjoni orali Norvir iħalli ċerta togħma ħażina wara li tieħdu. Biex tgħin ħalli teħles mit-togħma ħażina tista’ tiekol butir tal-karawett, taħlita ta’ ġellewż u ċikkulata jew ġulepp tal- passolina sewda immedjatament wara li tieħu l-mediċina.

Ipprepara biss doża waħda kull darba billi tuża l-ammont tajjeb ta’ qratas. Meta tħallat it-trab mal-ikel jew likwidi, kun ċert li tieħu d-doża kollha fi żmien ta’ sagħtejn. Int m’għandekx tħallat Norvir ma’ xi ħaġa oħra mingħajr ma’ tkellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Kif għandi nieħu d-doża korretta ta’ trab għal suspensjoni orali Norvir mħallat mal-ikel (qartas wieħed)?

Segwi l-istruzzjonijiet t’hawn taħt:

Stadju 1. Qabel tħallat doża ta’ Norvir, iġbor l- provvisti li ġejjin: (ara Figura 1).

Stadju 2. Iċċekkja l-preskrizzjoni għal numru ta’ qratas jew ċempel lit-tabib jew spiżjar tiegħek

Figura 1

.

Stadju 3. Poġġi porzjon żgħir ta’ ikel artab (zalza tat- tuffieħ jew pudina tal-vanilla) ġo tazza (ara Figura 2).

Figura 2

Stadju 4. Qatta u iftaħ l-qartas (ara Figura 3).

Figura 3

Stadju 5. Ferra it-trab kollu mill-qartas għal fuq l-ikel (ara

Figura 4).

Figura 4

Stadju 6. Ħallat sewwa (ara Figura 5).

Figura 5

Stadju 7. Itma’ l-porzjon lill-pazjent

Stadju 8. Il-porzjon KOLLU għandu jittiekel (ara Figura

6). Jekk jibqa’ fdal tat-trab, żid aktar kuċċarini tal-ikel u servi lill-pazjent. Uża fi żmien ta’ sagħtejn.

Figura 6

Stadju 9. Poġġi l-qartas vojt fiż-żibel. Aħsel u xxotta ż-

żona tal-preparazzjoni. Aħsel l-imgħarfa u t-tazza fl-ilma sħun u fis-sapun tal-platti (ara Figura 7). Laħlaħ u ħalih jixxotta bl-arja.

Figura 7

Kif għandi nieħu d-doża korretta ta’ trab għal suspensjoni orali Norvir mħallat mal-likwidu?

Segwi l-istruzzjonijiet t’hawn taħt:

Dak li għandek bżonn

Qabel tħallat doża ta’ Norvir, iġbor l-oġġeti murija fil- Figura 1.

Jista’ jkollok bżonn aktar minn qartas 1 għal kull doża Iċċekkja t-tikketta tal-preskrizzjoni fuq il- kartuna jew ċempel lit-tabib tiegħek jew spiżjar jekk mintix ċert. Jekk inti teħtieġ aktar minn qartas

Figura 1

1, irrepeti l-passi kollha ma’ kull qartas.

Permezz tal-użu tas-siringa

Qari tal-iskala

a. Kull millilitru (mL) jintwera bħala numru b’linja kbira.

b. Kull 0.2 mL jintwera bħala linja iżgħar bejn in-numri.

Iċċekkja s-siringa qabel kull użu

Ikollok bżonn tuża siringa ġdida jekk:

• inti ma tistax tnaddaf is-siringa

• inti ma tistax taqra l-iskala

• inti ma tistax iċċaqlaq il-planġer

is-siringa hija bil-ħsara jew tqattar

Stadju 1. Imla s-siringa

a. Imbotta l-planġer kollu fis-siringa. b. Poġġi l- ponta tas-siringa fil-likwidu .

ċ. Bil-mod iġbed il-planġer lura sal-marka 10 mL fuq is-siringa (ara Figura 2).

Figura 2

Stadju 2. Mexxi xi bżieżaq sal-ponta tas-siringa

a. Żomm is-siringa bil-ponta tipponta l-fuq.

b. Tektek is-siringa bl-id l-oħra tiegħek. Dan se jmexxi xi bżieżaq

ċ. Iġbed il-planġer l’isfel. Oqgħod attent li ma tiġbidx il-planġer il-barra.

d. Tektek is-siringa mill-ġdid. Dan se jgħin biex tkisser il-bżieżaq u jiġi żgurat li huma kollha fil- ponta (ara Figura 3)

Figura 3

Figura 4

Figura 5

Figura 6

Figura 7

Stadju 3. Kejjel il-likwidu

a.Żomm is-siringa tipponta l-fuq.

b.Bil-mod imbotta l-planġer sakemm il-quċċata tal-planġer tasal sa 9.4 mL- b’hekk se tneħħi xi bżieżaq mis-siringa (ara Figura 4).

Stadju 4. Żvojta s-siringa

a. Imbotta l-planġer bil-mod biex tbattal il-likwidu mis-siringa fit-tazza tat-taħlit (ara Figura 5).

Stadju 5. Ferra t-trab fit-tazza

a.Ċarat il-qartas biex tiftħu.

b.Ferra t-trab kollu fit-tazza tat-taħlit. ċ. Iċċekja jekk il-qartas huwiex vojt

Oqgħod attent li ma xxerridx xi trab barra mit- tazza tat-taħlit (ara Figura 6).

Stadju 6. Ħallat it-trab u likwidu

a.Issika l-għatu sew u kompli ħawwad it-tazza tat- taħlit għal mill-inqas 90 sekonda sakemm iċ-ċapep ikunu telqu kollha.

b. Iċċekkja għal kwalunkwe boċċi ta’ trab. Jekk għad hemm ċapep, kompli ħawwad sakemm ikunu telqu kollha.

ċ. Il-likwidu jista’ jidher imdardar - dan huwa aċċettabli.

d.Ħalli l-likwidu joqgħod għal 10 minuti u ħafna mill-bżieżaq se jisparixxu.

e.Int tista’ tara xi bżieżaq żgħar fuq il-quċċata tal- likwidu- dan huwa aċċettabli wkoll (ara Figura 7).

Figura 8

Figura 9

Figura 10

Stadju 7. Imla s-siringa

a.Imbotta l-planġer kompletament fis-siringa.

b.Poġġi l-ponta tas-siringa fil-qiegħ tat-tazza tat- taħlit.

ċ. Bil-mod iġbed il-planġer lura għall-marka tat-10 mL- ipprova tiġbidx xi bżieżaq fis-siringa (ara Figura 8).

Stadju 8. Neħħi kwalunkwe bżieżaq

a.Żomm is-siringa bil-ponta tipponta l-fuq.

b.Tektek is-siringa bl-id l-oħra tiegħek. Dan se jmexxi kwalunkwe bżieżaq sal-ponta.

ċ. Iġbed il-planġer l’isfel. Oqgħod attent li ma tiġbidx il-planġer il-barra.

d.Tektek is-siringa mill-ġdid biex tkisser il-bżieżaq sabiex dawn ikunu kollha fil-ponta (ara Figura 9).

e.Imbotta bil-mod l-planġer sakemm tara ammont żgħir ta’ likwidu fil-ponta tas-siringa.

f.Jekk ikun hem xi bżieżaq tal-arja kbar, żvojta l- likwidu mis-siringa fit-tazza tat-taħlit u erġa ibda minn Stadju 7.

Stadju 9. Kejjel id-doża

a.Iċċekkja t-tikketta tal-preskrizzjoni fuq il-kartuna għad-doża f’ mL. Jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

b.Ipponta s-siringa fit-tazza tat-taħlit u bil-mod imbotta l-planġer sal-mL korretta għad-doża (ara

Figura 10).

ċ. Jekk timbotta l-barra ħafna likwidu, erġa’ ibda minn Stadju 7. Oqgħod attent li ma xxeridx likwidu barra mit-tazza tat-taħlit.

Stadju 10. Agħti l-mediċina lill-pazjent

a. Poġġi l-ponta tas-siringa ma’ ġewwa tal-ħaddejn tal-pazjent.

b. Imbotta bil-mod il-planġer biex tagħti id-doża kollha (ara Figura 11).

ċ. Agħti l-pazjent d-doża sħiħa fi żmien sagħtejn li jinfetaħ il-qartas.

Figura 11

Stadju 11. (Jekk ikun meħtieġ)

Jekk għandek bżonn tuża aktar minn qartas wieħed, irrepeti l-proċess mill-bidu.

Stadju 12. Wara li tkun spiċċajt

a. Poġġi l-qartas vojt u xi mediċina li jkun għad- fadal minn ġot-tazza tat-taħlit f’borża taż-żibel. b. Neħħi l-planġer mis-siringa.

ċ. Aħsel is-siringa, l-planġer, t-tazza tat-taħlit u l- għatu b’idejk f’ilma fitel u sapun tal-platti. Laħlaħ bl-ilma u ħallihom jinxfu bl-arja. Taħsilhomx bil- magna tal-ħasil tal-platti.

d. Aħsel u nixxef l-erja użata biex tħallat il- mediċina.

Jekk tieħu Norvir aktar milli suppost

Jekk tieħu Norvir aktar milli sippost tista’ tesperjenza sensazzjoni ta’ tirżiħ, textix jew sensazzjoni bħal qisu “xi ħadd qiegħed iniggżek bil-labar”. Jekk tinduna li inti ħadt aktar Norvir milli suppost, ikkuntatja lit-tabib tiegħek jew lid-Dipartiment tal-Aċċidenti u tal-Emerġenza tal-eqreb sptar minnufih.

Jekk tinsa tieħu Norvir

Jekk tinsa tieħu doża, ħu d-doża li tkun insejt tieħu mill-aktar fis possibbli. Jekk ikun kważi wasal il- ħin biex tieħu d-doża li jmiss, ħu d-doża li jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Norvir

Tieqafx tieħu Norvir mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, anke jekk tkun qiegħed tħossok aħjar. Jekk tieħu Norvir kif irrakkomandat lilek, dan għandu jagħtik l-aħjar ċans biex inti tittardja l-iżvilupp tar- reżistenza għall-mediċini.

4. Effetti sekondarji possibli

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

Bħal kull mediċina oħra, Norvir jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Barra minn hekk, l-effetti sekondarji ta’ Norvir meta jintuża ma’ mediċini oħra antiretrovirali, huma dipendenti fuq dawn il-mediċini l-oħra. Għalhekk huwa importanti li inti taqra b’attenzjoni s-sezzjoni dwar l-effetti sekondarji tal-Fuljett ta’ Tagħrif ipprovdut ma’ dawn il-mediċini.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji mniżżla hawn taħt hija determinata bil-mod kif inhu indikat hawn taħt:

Komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 f’10 persuni

uġigħ fil-parti ta’ fuq jew t’isfel tal-istonku

sensazzjoni ta’ tnemnim jew tirżiħ fl-idejn,

rimettar

 

fis-saqajn jew madwar ix-xofftejn u l-ħalq

dijarea (tista’ tkun severa)

tħossok dgħajjef/għajjien

tħossok imdardar (nawseja)

ikollok togħma ħażina fil-ħalq

fwawar, tħoss is-sħana

ħsara fin-nervituri li tista’ tikkawża

uġigħ ta’ ras

 

dgħjufija jew uġigħ

sturdament

ħakk

uġigħ fil-ġriżmejn

raxx

sogħla

uġigħ fil-ġogi jew uġigħ fid-dahar

taqlib fl-istonku jew indiġestjoni

Komuni jistgħu jaffetwaw sa 1 f’10 persuni

reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx fil-

ġilda (tista’ tkun ħamra, mqabbża u tqabbdek il-ħakk), nefħa severa tal-ġilda u ta’ tessuti oħra

ma tkunx tista’ torqod (nuqqas ta’ rqad)

ansjetà

żieda fil-livelli tal-kolesterol

żieda fil-livelli tat-triġliċeridi

gotta

fsada fl-istonku

infjammazjoni tal-fwied u sfurija tal-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn

żieda fl-awrina

tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

attakk tal-epilessija (aċċessjonijiet)

livelli baxxi tad-diski żgħar fid-demm (platelets)

għatx (deidratazzjoni)

menstrwazzjoni esaġerata

gass fl-istonku u fl-imsaren

telf ta’ aptit

ulċeri fil-ħalq

weġgħat fil-muskoli (uġigħ), sensittività jew dgħjufija

deni

tnaqqis fil-piż

riżultati tat-testijiet tal-laboratorju: tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm

(bħal kimika tad-demm u add ta’ ċelloli fid demm)

konfużjoni

diffikultà biex toqgħod attent

ħass ħażin

visjoni mċajpra

nefħa fl-idejn u fis-saqajn

pressjoni għolja

pressjoni baxxa u tħossok ħażin meta tqum bil-wieqfa

kesħa fl-idejn u fis-saqajn

akne

Mhux komuni jistgħu jaffetwaw sa 1 f’100 persuni

attakk tal-qalb

insuffiċjenza renali

dijabete

Rari jistgħu jaffetwaw sa 1 f 1,000 persuni

reazzjonijiet fil-ġilda severi jew li jpoġġu l-

reazzjonijiet allerġiċi serji (anafilassi)

 

ħajja fil-periklu, inklużi bżieżaq (is-

livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm

 

sindromu Stevens Johnson, nekroliżi

 

 

 

tossika tal-epidermide)

 

 

Għid lit-tabib tiegħek jekk tħossok imdardar, jekk qieġħed tirremetti, jew għandek uġigħ fl-istonku, għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tal-frixa. Għid lit-tabib tiegħek ukoll jekk tesperjenza uġigħ fil-ġogi, weġgħat u uġigħ (speċjalment tal-ġenbejn, tal-irkoppa u tal-ispalla) u

diffikultà biex tiċċaqlaq, għax dan jista’ jkun sinjal ta’ nekrosi tal-għadam. Ara ukoll sezzjoni 2 Xgħandek tkun taf inti jew it-tifel jew tifla tiegħek qabel ma tieħu Norvir.

F’pazjenti li jbatu mill-emofilja tip A u B, kien hemm rapporti ta’ żieda fit-telf ta’ demm waqt li kienu qegħdin jieħdu dan it-trattament jew impeditur protejaż iehor. Jekk jiġrilek hekk, fittex immedjatament il-parir tat-tabib tiegħek.

Testijiet abnormali tal-funzjoni tal-fwied, epatite (infjammazzjoni tal-fwied) u rarament is-suffejra,

ġew rapportati f’pazjenti li jieħdu Norvir. Xi nies oħra kellhom mard ieħor jew kienu qegħdin jieħdu mediċini oħra. Persuni li jbatu minn mard tal-fwied jew mill-epatite jista’ jkollhom aggravament tal- mard tal-fwied.

Kien hemm rapporti ta’ uġigħ fil-muskoli, sensittività jew dgħjufija, partikolarment meta jkunu qegħdin jittieħdu prodotti mediċinali biex jitbaxxa l-livell tal-kolosterol, flimkien ma’ terapija antiretrovirali, inklużi impedituri protejaż u analogi nuklèoside. F’okkażjonijiet rari dawn id-disturbi muskolari kienu ta’ natura serja (rabdomijolożi). Fil-każ ta’ uġigħ fil-muskoli, sensittività, dgħjufija, bugħawwieġ li ma tafx minn fejn ġejjin jew li jkunu kontinwi, waqqaf il-mediċina, ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jew mur fid-Dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza tal-eqreb sptar.

Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli, jekk wara li tkun ħadt Norvir inti tħoss xi sintomi li jissuġerixxu reazzjoni allerġika bħal raxx, urtikarja jew diffikultajiet biex tieħu n-nifs.

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex imsemmijin f’dan il-fuljett, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew lid-Dipartiment tal-

Aċċidenti u tal-Emerġenza, jew jekk hu każ ta’ urġenza ġib għajnuna medika immedjatament.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhuwiex elenkati f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Norvir

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Norvir trab għal suspensjoni orali wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-qartas u l-kartuna. Id- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Norvir trab għal suspensjoni orali għandhu jinħażen f’temperatura taħt 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ.Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Norvir

-Is-sustanza attiva hi ritonavir. Kull qartas ta’ Norvir fih 100 mg ritonavir.

-Is-sustanzi l-oħra huma copovidone; sorbitone laurate; silica, colloidal anhydrous.

Id-dehra ta’ Norvir u l-kontenut tal-pakkett

Norvir trab għas-soluzzjoni orali jiġi fi qratas individwali li fihom 100 mg ritonavir. 30 qartas huma ipakjati ġo kartuna flimkien ma’ tazza 1 tat-taħlit u 2 siringi għall-dożaġġ orali.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Norvir huwa fornut ukoll bħala bħala trab għal suspensjoni orali li fih 80mg/ml ta’ ritonavir u u bħala pillola miksija brita li fiha 100 mg ritonavir.

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-Manifattur

AbbVie Ltd

Maidenhead

SL6 4UB

Renju Unit

Manifattur

Aesica Deutschland GmbH & Co. KG

Knollstrasse

67061 Ludwigshafen

Germany

AbbVie Logistics B.V.,

Zuiderzeelaan 53,

8017 JV Zwolle,

The Netherlands

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AbbVie SA

AbbVie UAB

Tél/Tel: +32 10 477811

Tel: +370 5 205 3023

България

Luxembourg/Luxemburg

АбВи ЕООД

AbbVie SA

Тел.: +359 2 90 30 430

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 10 477811

Česká republika

Magyarország

AbbVie s.r.o.

AbbVie Kft.

Tel: +420 233 098 111

Tel.: +36 1 455 8600

 

Danmark

Malta

AbbVie A/S

V.J.Salomone Pharma Limited

Tlf: +45 72 30-20-28

Tel: +356 22983201

Deutschland

Nederland

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG

AbbVie B.V.

Tel: 00800 222843 33 (gebührenfrei)

Tel: +31 (0)88 322 2843

 

Eesti

Norge

AbbVie Biopharmaceuticals GmbH Eesti filiaal

AbbVie AS

Tel: +372 623 1011

Tlf: +47 67 81 80 00

Ελλάδα

Österreich

AbbVie ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ Α.Ε.

AbbVie GmbH

Τηλ: +30 214 4165 555

España

Polska

AbbVie Spain, S.L.U.

AbbVie Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 9 1 384 0910

Tel.: +48 22 372 78 00

France

Portugal

AbbVie

AbbVie, Lda.

Tél: +33 (0)1 45 60 13 00

Tel: +351 (0)21 1908400

Hrvatska

România

AbbVie d.o.o.

AbbVie S.R.L.

Tel: +385 (0)1 5625 501

Tel: +40 21 529 30 35

Ireland

Slovenija

AbbVie Limited

AbbVie Biofarmacevtska družba d.o.o.

Tel: +353 (0)1 4287900

Tel: +386 (1)32 08 060

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AbbVie s.r.o.

Tel: +354 535 7000

Tel: +421 2 5050 0777

Italia

Suomi/Finland

AbbVie S.r.l.

AbbVie Oy

Tel: +39 06 928921

Puh/Tel: +358 (0) 10 2411 200

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

AbbVie AB

Τηλ: +357 22 34 74 40

Tel: +46 (0)8 684 44 600

Latvija

United Kingdom

AbbVie SIA

AbbVie Ltd

Tel: +371 67605000

Tel: +44 (0)1628 561090

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Norvir 100 mg pilloli miksija b’rita ritonavir

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik jew għat-tifel jew tifla tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Norvir u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir

3.Kif għandek tieħu Norvir

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Norvir

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Norvir u għalxiex jintuża

Norvir fih is-sustanza attiva ritonavir. Norvir huwa impeditur protejaż użat biex jikkontrolla l- infezzjoni tal-HIV. Norvir huwa wżat flimkien ma’ mediċini oħra għal kontra l-HIV (antiretrovirali) biex jikkontrollalalek l-infezzjoni tal-HIV. It-tabib tiegħek jiddiskuti miegħek liema taħlita ta’ mediċini hija l-aħjar għalik.

Norvir jintuża fit-tfal li għandhom sentejn jew aktar, fl-adolexxenti u fl-adulti li huma infettati bl-HIV, il-virus li jikkawża l-AIDS.

2. X’għandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir

Tiħux Norvir

-jekk inti allerġiku għal ritonavir jew sustanzi oħra ta’ Norvir (ara sezzjoni 6).

-jekk inti għandek mard serju tal-fwied.

-jekk bħalissa qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini segwenti:

-astemizole jew terfenadine (issoltu użata biex tikkura sintomi ta’ allergija – dawn il- mediċini jistgħu jiġu akkwistati mingħajr riċetta tat-tabib);

-amiodarone, bepridil, dronedarone, encainide, flecainide, propafenone, quinidine (użati sabiex jikkoreġu taħbit irregolari tal-qalb);

-dihydroergotamine, ergotamine (użati għall-kura tal-migranja);

-ergonovine, methylergonovine (użati biex iwaqqfu ħruġ eċċessiv ta’ demm li jista’ jkun hemm wara l-ħlas jew wara abort);

-clorazepate, diazepam, estazolam, flurazepam, triazolam jew midazolam orali (mittieħed mill-ħalq) (użati biex jgħinuk torqod u/jewinaqqsu l-ansjetà);

-clozapine, pimozide (użati biex jikkuraw ħsibijiet jew emozzjonijiet li m’humiex normali);

-quetiapine (użat biex jikkura skiżofrenija, disturb bipolari u disturb dipressiv maġġuri);

-lurasidone (użat biex jittratta dipressjoni);

-ranolazine (użat biex jittratta uġigħ fis-sider kroniku [anġina]);

-

-pethidine, piroxicam, propoxyphene (użati biex itaffu l-uġigħ);

-cisapride (użat biex itaffi ċerti problemi fl-istonku);

-rifabutin (użat biex jippreveni / jikkura ċerti infezzjonijiet)*;

-voriconazole (użat biex jikkura infezzjonijiet tal-fungu)*;

-simvastatin, lovastatin (użati biex inaqqsu l-kolesterol fid-demm);

-alfuzosin (użati biex jikkuraw it-tkabbir tal-glandola tal-prostata);

-fusidic acid (użat biex jikkura infezzjonijiet bil-batterji);

-sildenafil jekk int tbati minn marda tal-pulmun li tissejjaħ pressjoni għolja fl-arterji pulmonari li tagħmilha diffiċli biex tieħu n-nifs. Pazjenti li m’għandhomx din il-marda jistgħu jieħdu sildenafil għall-impotenza (disfunzjoni erettili) taħt superviżjoni tat-tabib tagħhom. (ara s-sezzjoni dwar Mediċini oħra u Norvir);

-avanafil jew vardenafil (użati biex jikkuraw disfunzjoni erettili);

-colchicine (użat biex jikkura l-gotta) jekk għandek problemi fil-kliewi u/jew fil-fwied (ara s-sezzjoni dwar Mediċini oħra u Norvir);

-prodotti li fihom l-fexfiex tar-raba’ (Hypericum perforatum) peress li din tista’ twaqqaf lil

Norvir milli jaħdem kif sippost. Il-fexfiex tar-raba’ huwa użatt ta’ spiss f’mediċini tal- ħxejjex li tista’ tixtrihom inti stess.

*It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li int tista’ tieħu rifabutin u/jew voriconazole b’buster (doża iżgħar) ta’ Norvir, iżda m’għandhiex tittieħed doża sħiħa ta’ Norvir flimkien ma’ dawn iż-żewġ mediċini.

Jekk preżentament inti qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, staqsi lit-tabib tiegħek dwar jekk tistax taqleb fuq mediċina oħra waqt li inti qiegħed tieħu Norvir.

Aqra ukoll il-lista ta’ mediċini taħt is-sezzjoni ‘Mediċini oħra u Norvir’ meta tkun se tieħu Norvir flimkien ma’ ċerti mediċini oħra li jeħtieġu attenzjoni speċjali.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Norvir.

Informazzjoni Importanti

-Jekk Norvir jittieħed flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra, huwa importanti li inti taqra b’attenzjoni wkoll il-Fuljett ta’ Tagħrif li jkunu pprovduti ma’ dawn il-mediċini l-oħra. F’dawk il-fuljetti jista’ jkun hemm informazzjoni addizzjonali dwar dawk il-każijiet fejn Norvir għandu jiġi evitat. Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar Norvir (ritonavir) jew dwar il-mediċini l-oħra li ġew mogħtija lilek mit-tabib, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Norvir m’huwiex kura għall-infezzjoni tal-HIV jew l-AIDS.

-Persuni li jkunu qegħdin jieħdu Norvir xorta jistgħu jiżviluppaw infezzjonijiet jew mard ieħor assoċjat mal-infezzjoni tal-HIV jew l-AIDS. Għalhekk huwa importanti li int tibqa’ taħt is- superviżjoni tat-tabib tiegħek waqt li tkun qiegħed tieħu Norvir.

-Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.

Għid lit-tabib tiegħek jekk int għandek/kellek:

-Storja ta’ mard tal-fwied.

-Epatite B jew C u qiegħed tiġi kkurat b’taħlita ta’ aġenti antiretrovirali, peress li int tinsab f’riskju akbar ta’ reazzjoni avversa severa li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajtek minħabba l-effett fuq il-fwied. Jista’ jkun hemm bżonn li jsiru testijiet tad-demm regolarment biex jiġi assigurat li l-fwied tiegħek qiegħed jaħdem tajjeb.

-Emofilja, peress li kien hemm rapporti ta’ żieda fil-ħruġ ta’ demm f’pazjenti li jbatu mill- emofilja u li qegħdin jieħdu din it-tip ta’ mediċina (impedituri protejaż). Il-kaġun ta’ dan għadu

mhux magħruf. Jista’ jkollok bżonn mediċina addizzjonali biex tgħin lid-demm jagħqad (fattur

VIII) sabiex tikkontrolla l-ħruġ ta’ demm.

-Disfunzjoni erettili, peress li l-mediċini użati għall-kura tad-disfunzjoni erettili jistgħu jikkawżaw pressjoni baxxa ħafna u erezzjoni fit-tul.

-Dijabete, peress li f’każi ta’ xi pazjenti li kienu qegħdin jieħdu l-impedituri protejaż, kien hemm rapporti ta’ istanzi fejn id-dijabete marret għall-agħar jew fejn żviluppat id-dijabete (dijabete mellitus).

-Mard tal-kliewi (renali), peress li jista’ jkun hemm bżonn li t-tabib tiegħek jiċċekkja d-doża tal-mediċini l-oħra li tkun qed tieħu (bħal per eżempju impedituri protejaż).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int tesperjenza:

-Dijarea jew rimettar li mhux qiegħed imur ’il quddiem (persistenti), għaliex dan jista’ jnaqqas l-effettività tal-mod kif jaħdmu mediċini li inti qiegħed tieħu.

-Dardir (nawseja), rimettar jew jekk għandek uġigħ fl-istonku, għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite). Xi pazjenti li jieħdu Norvir jistgħu jiżviluppaw problemi severi fil-frixa. Għid lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun jekk dan japplika għalik.

-Sintomi ta’ infezzjoni – informa lit-tabib tiegħek immedjatament. Xi pazjenti li għandhom l- infezzjoni tal-HIV fi stadju avanzat (AIDS) li mbagħad jibdew l-kura għal kontra l-HIV jistgħu jiżviluppaw is-sintomi ta’ infezzjonijiet li huma kellhom fil-passat anke jekk huma lanqas kienu jafu li huma qatt kellhom dawn l-infezzjonijiet. Huwa maħsub li dan jiġri minħabba l-fatt li r- rispons immunitarju tal-ġisem jitjieb u jgħin lill-ġisem biex jiġġieled dawn l-infezzjonijiet. Barra min infezzjonijiet opportunistiċi, jista’ ikun hemm disturbi awtoimmunitarji (kundizzjoni li sseħħ meta is-sistema immunitarja tattakka tessuti b’saħħithom tal-ġisem) wara li tbda tieħu mediċini għat-trattament tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmunitarji jistgħu jfeġġu xhur wara li jkun inbeda it-trattament. Jekk tinnota xi sintomi ta infezzjoni jew sintomi oħra bħal djufija fil-muskoli, djufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn imbgħad timxi għal parti centrali tal- ġisem, palpitazzjonijiet, rgħoda jew iperattivita’, jekk jogħġbok informa minnufih lit-tabib tiegħek sabiex tfittex trattament meħtieġ.

-Ebusija tal-ġogi, weġgħat u uġigħ (speċjalment tal-ġenbejn, tal-irkoppa u tal-ispalla) u diffikultà biex tiċċaqlaq, għid lit-tabib tiegħek għax dan jista’ jkun sinjal ta’ problema li tista’ teqred l-għadam (nekrosi tal-għadam). Xi pazjenti li jieħdu numru ta’ mediċini antiretrovirali jistgħu jiżviluppaw din il-marda

-Uġigħ fil-muskoli, sensittivitàjew dgħjufija, speċjalment jekk int qiegħed tieħu Norvir flimkien ma’ terapija antiretrovirali li tinkludi impedituri protejaż u analogi ta’ nukleòside. F’każi rari, dawn id-disturbi kienu serji (Ara sezzjoni 4 Effetti sekondarji li jista’ jkollu).

-Sturdament, tħossok li se jtik ħass hażin, ituk il-ħass ħażinijiet jew tħabbit tal-qalb b’mod mhux normali. Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu Norvir jista’ jkollhom tibdil fl- elettrokardjogramm (ECG). Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek xi difett fil-qalb jew difett fis-sistema li tikkontrolla r-rittmu tat-taħbit tal-qalb.

-Jekk għandek xi diffikultajiet oħra relatati mas-saħħa, iddiskutihom mat-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Tfal u adolexxenti

Norvir m’huwiex irrakkomandat fuq tfal ta’ taħt is-sentejn.

Mediċini oħra u Norvir

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti qiegħed tieħu jew ħadt reċentement jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inklużi mediċini li jiġu akkwistati mingħajr riċetta tat-tabib. Hemm ċerti mediċini li inti assolutament ma tistax tieħu ma’ Norvir. Dawn kienu mniżżla qabel f’sezzjoni 2, taħt ‘Tieħux Norvir’.Hemm mediċini oħra li jistgħu jintużaw biss f’ċerti cirkostanzi kif deskritt hawn taħt. It-twissijiet li ġejjin japplikaw meta Norvir jittieħed bħala doża sħiħa. Madanakollu, dawn it-twissijiet jistgħu japplikaw ukoll meta Norvir jintuża f’dożi iżgħar (buster) flimkien ma’ mediċini oħra.

Jekk int qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn taħt, għid lit-tabib tiegħek, għax hemm bżonn li tittieħed attenzjoni speċjali.

-Sildenafil jew tadalafil għall-impotenza (disfunsjoni erettili).

Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li tiġi mnaqqsa d-doża u/jew il-frekwenza tal-użu ta’ dawn il- mediċini biex tiġi evitata li tirriżulta pressjoni baxxa ħafna u erezzjoni fit-tul. M’għandekx tieħu

Norvir ma’ sildenafil jekk int tbati minn pressjoni għolja fl-arterji pulmonari (ara wkoll sezzjoni 2. Xgħandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir). Għid lit- tabib tiegħek jekk inti qed tieħu tadalafil għal pressjoni għolja fl-arterji pulmonari.

-Colchicine (għall-gotta) peress li Norvir jista’ jgħolli l-livelli ta’ din il-mediċina fid-demm. M’għandekx tieħu Norvir ma’ colchicine jekk għandek problemi fil-kliewi u / jew fil-fwied (ara wkoll is-sezzjoni ta’ fuq: ‘Tieħux Norvir’).

-Digoxin (mediċina għall-qalb). Jista’ jkun li t-tabib tiegħek ikollu bżonn jaġġusta d-doża ta’ digoxin u jżommok taħt l-osservazzjoni tiegħu waqt li int tkun qiegħed tieħu digoxin u Norvir, biex tevita li jkollok problemi tal-qalb.

-Kontraċettivi li fihom l-ormoni li fihom ethinyl oestradiol għax Norvir jista’ jnaqqas l- effettività ta’ dawn il-mediċini. Huwa rrakkomandat li minflok, jintuża kondom jew metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni li ma fihx ormoni. Jista’ jkun ukoll li tinnota ħruġ ta’ demm irregolari mill-ġuf jekk int tieħu dan it-tip ta’ kontraċettiv li fih l-ormoni flimkien ma’ Norvir.

-Atorvastatin jew rosuvastatin (għall-kolesterol għoli) għax Norvir jista’ jżid il-livelli fid- demm ta’ dawn il-mediċini. Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu mediċini li jnaqqsu l- kolesterol flimkien ma’ Norvir (ara ukoll ‘Tieħux Norvir’ hawn fuq).

-Sterojdi (e.ż. dexamethasone, fluticasone propionate, prednisolone, triamcinolone) għax Norvir jista’ jżid il-livelli fid-demm ta’ dawn il-mediċini li jista’ jwassal għas-sindromu Cushing

(Cushing’s syndrome) (żvilupp ta’ wiċċ tond) u jnaqqas il-produzzjoni tal-ormon cortisol. Jista’ jkun li t-tabib tiegħek ikun irid inaqqaslek id-doża tal-isterojd jew josserva l-effetti avversi aktar mill-qrib.

-Trazodone (mediċina għad-depressjoni) għax jistgħu jseħħu effetti li m’humiex mixtieqa, bħal nawseja, sturdament, pressjoni baxxa fid-demm u jagħtik ħass ħażin meta dan jittieħed flimkien ma’ Norvir.

-Rifampicin u saquinavir (użati għat-tuberkulosi u għall-HIV, rispettivament) għax tista’ tiġi kkawżata ħsara serja fil-fwied meta jittieħdu flimkien ma’ Norvir.

-Bosentan, riociguat (użat għal-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari) għax Norvir jista’ jżid il- livelli ta’ din il-mediċina fid-demm.

Hemm mediċini li ma jistgħux jitħalltu flimkien ma’ Norvir għax l-effetti tagħhom jistgħu jiżdiedu jew jonqsu meta dawn jittieħdu flimkien. F’ċerti każi, it-tabib tiegħek ikollu bżonn jagħmillek ċerti testijiet, ibiddel id-doża jew josservak regolarment. Din hi r-raġuni għaliex int għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk int qiegħed tieħu xi mediċini, inklużi dawk li xtrajt int stess mingħajr riċetta tat-tabib jew prodotti tal-ħxejjex, iżda hu partikolarment importanti li ssemmi dawn:

-amfetamina jew derivattivi tal-amfetamina;

-anti-bijotiċi (e.ż. erythromycin, clarithromycin);

-trattamenti għal kontra l-kanċer (e.ż. afatinib, ceritinib, dasatinib, nilotinib, venetoclax, vincristine, vinblastine);

-mediċini għal kontra l-koagulazzjoni tad-demm (e.ż. rivaroxaban, vorapaxar, warfarin);

-anti-dipressanti (e.ż. desipramine, fluoxetine, imipramine, nefazodone, nortriptyline, paroxetine, sertraline, trazodone);

-mediċini għal kontra l-fungu (e.ż. ketoconazole, itraconazole);

-mediċini għal kontra l-istamina (e.ż. loratidine, fexofenadine);

-mediċini antiretrovirali, inklużi mpedituri protejaż HIV (amprenavir, atazanavir, darunavir, fosamprenavir, indinavir, nelfinavir, saquinavir, tipranavir), impedituri reverse transcriptase li m’humiex nucleoside (NNRTI) (delavirdine, efavirenz, nevirapine), u oħrajn (didanosine, maraviroc, raltegravir, zidovudine);

-mediċina ta’ kontra t-tuberkolosi (bedaquiline u delamanid);

-mediċina antivirali użata biex tittratta infezzjoni kronika mill-virus tal-epatite Ċ (HCV) f'adulti

(simeprevir);

-mediċina għal kontra l-ansjetà, buspirone;

-mediċina għal kontra l-ażżma, theophylline, salmeterol;

-atovaquone, mediċina użata għall-kura ta’ ċertu tip ta’ pnewmonja u malarja;

-buprenorphine, mediċina użata għall-kura ta’ uġigħ kroniku;

-bupropion, mediċina użata biex tgħinek tieqaf tpejjep;

-mediċini għall-epilessija (e.ż. carbamazepine, divalproex, lamotrigine, phenytoin);

-mediċini għall-qalb (e.ż. disopyramide, mexiletine u mediċini li jaħdmu kontra l-kanali tal- kalċju bħal amlodipine, diltiazem u nifedipine);

-is-sistema immunitarja (e.ż. cyclosporine, tacrolimus, everolimus);

-morfina u mediċini simili għall-morfina użati għall-kura ta’ uġigħ kbir ħafna (e.ż. methadone, fentanyl);

-pilloli li jgħinuk torqod (e.ż. alprazolam, zolpidem) kif ukoll midazolam li tingħata b’injezzjoni;

-kalmanti (e.ż. haloperidol, risperidone, thioridazine);

-colchicine, trattament għal kontra il-gotta.

Hemm ċerti mediċini li int assolutament ma tistax toħodhom ma’ Norvir. Dawn huma mniżżla aktar ’il fuq f’sezzjoni 2, taħt ‘Tieħux Norvir’.

Meta tieħu Norvir mal-ikel u max-xorb

Il-pilloli Norvir għandhom jittieħdu mal-ikel.

Tqala u Treddigħ

Jekk taħseb li int tqila jew jekk qiegħda tippjana biex tinqabad tqila, huwa importanti ħafna li int tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Teżisti ammont kbirinformazzjoni dwar l-użu ta’ ritonavir (is-sustanza attiva f’Norvir) waqt it-tqala.

B’mod ġenerali, nisa tqal ingħataw ritonavir wara l-ewwel tliet xhur tat-tqala f’doża iżgħar milli sippost (buster), flimkien ma’ impedituri protejaż oħra. Ma deherx li Norvir iżid iċ-ċans ta’ żvilupp ta’ difetti tat-twelid meta pparagunat mal-popolazzjoni ġenerali.

Norvir jista’ jgħaddi ġol-ħalib tas-sider. Biex jevitaw li jgħaddu l-infezzjoni lit-tarbija, l-ommijiet li għandhom l-HIV ma jistgħux ireddgħu lit-trabi tagħhom.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Norvir jista’ jikkawża sturdament. Jekk int tkun affetwat, issuqx u tħaddimx magni.

3. Kif għandek tieħu Norvir

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skond il-parir tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Aċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Ħu din il-mediċina darba jew darbtejn kuljum mal-ikel.

Huwa importanti li l-pilloli Norvir jinbelgħu sħaħ u mhux jiġu mimgħudin, mkissra jew mgħaffġa.

Id-dożi rrakkomandati ta’ Norvir huma:

jekk Norvir huwa użat biex iżid l-effetti ta’ ċerti mediċini oħra għal kontra l-HIV, id-doża tipika għall-adulti hi minn 1 sa 2 pilloli darba jew darbtejn kuljum. Għal aktar rakkomandazzjonijiet fid-dettall dwar dożaġġ, inkluż id-dożaġġ għat-tfal, ara l-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ dawk il-mediċini għal kontra l-HIV li Norvir ikun qiegħed jingħata magħhom.

jekk it-tabib tiegħek jagħtik doża sħiħa, l-adulti jistgħu jibdew fuq doża ta’ 3 pilloli filgħodu u 3 pilloli 12 -il siegħa wara, u bil-mod il-mod iżidu, fuq perijodu ta’ żmien sa 14 -il ġurnata, għal

doża sħiħa ta’ 6 pilloli darbtejn kuljum (li jammontaw għal total ta’ 1,200 mg kuljum). Tfal (2 - 12 -il sena) jibdew b’doża iżgħar minn din u jkomplu jżidu għal massimu skond id-daqs tagħhom.

It-tabib tiegħek jgħidlek id-dożaġġ li inti għandek tieħu.

Norvir għandu jittieħed kuljum biex jgħin biex jiġi kontrollat l-HIV, u dan irrispettivament minn kemm inti tħossok tajjeb. Jekk xi effett sekondarju qiegħed iżommok milli tieħu Norvir bil-mod kif ordnat lilek, għid lit-tabib tiegħek minnufih. F’perijodi fejn tkun qiegħda taqbdek id-dijarea, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li hemm bżonn ta’ aktar osservazzjoni.

Dejjem żomm biżżejjed Norvir biex inti qatt ma tispiċċa mingħajru. Meta tivjaġġa jew ikollok bżonn tmur l-isptar, kun ċert li inti għandek Norvir biżżejjed biex iservik sakemm inti tkun tista’ takkwista provvista ġdida.

Jekk tieħu Norvir aktar milli suppost

Jekk tieħu Norvir aktar milli sippost tista’ tesperjenza sensazzjoni ta’ tirżiħ, textix jew sensazzjoni bħal qisu “xi ħadd qiegħed iniggżek bil-labar”. Jekk tinduna li inti ħadt aktar Norvir milli suppost, ikkuntatja lit-tabib tiegħek jew lid-Dipartiment tal-Aċċidenti u tal-Emerġenza tal-eqreb sptar minnufih.

Jekk tinsa tieħu Norvir

Jekk tinsa tieħu doża, ħu d-doża li tkun insejt tieħu mill-aktar fis possibbli. Jekk ikun kważi wasal il- ħin biex tieħu d-doża li jmiss, ħu d-doża li jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Norvir

Tiqafx tieħu Norvir mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, anke jekk tkun qiegħed tħossok aħjar. Jekk tieħu Norvir kif irrakkomandat lilek, dan għandu jagħtik l-aħjar ċans biex inti tittardja l-iżvilupp tar- reżistenza għall-mediċina.

4. Effetti sekondarji possibli

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

Bħal kull mediċina oħra, Norvir jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Barra minn hekk, l-effetti sekondarji ta’ Norvir meta jintuża ma’ mediċini oħra antiretrovirali, huma dipendenti fuq dawn il-mediċini l-oħra. Għalhekk huwa importanti li inti taqra b’attenzjoni s-sezzjoni dwar l-effetti sekondarji tal-Fuljett ta’ Tagħrif ipprovdut ma’ dawn il-mediċini.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji mniżżla hawn taħt hija determinata bil-mod kif inhu indikat hawn taħt:

Komuni ħafna jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 f’10 persuni

uġigħ fil-parti ta’ fuq jew t’isfel tal-istonku

sensazzjoni ta’ tnemnim jew tirżiħ fl-idejn,

rimettar

 

fis-saqajn jew madwar ix-xofftejn u l-ħalq

dijarea (tista’ tkun severa)

tħossok dgħajjef/għajjien

tħossok imdardar (nawseja)

ikollok togħma ħażina fil-ħalq

fwawar, tħoss is-sħana

ħsara fin-nervituri li tista’ tikkawża

uġigħ ta’ ras

 

dgħjufija jew uġigħ

sturdament

ħakk

 

 

 

uġigħ fil-ġriżmejn

raxx

sogħla

uġigħ fil-ġogi jew uġigħ fid-dahar

taqlib fl-istonku jew indiġestjoni

Komuni jistgħu jaffetwaw sa 1 f’10 persuni

reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx fil-

ġilda (tista’ tkun ħamra, mqabbża u tqabbdek il-ħakk), nefħa severa tal-ġilda u ta’ tessuti oħra

ma tkunx tista’ torqod (nuqqas ta’ rqad)

ansjetà

żieda fil-livelli tal-kolesterol

żieda fil-livelli tat-triġliċeridi

gotta

fsada fl-istonku

infjammazjoni tal-fwied u sfurija tal-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn

żieda fl-awrina

tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

attakk tal-epilessija (aċċessjonijiet)

livelli baxxi tad-diski żgħar fid-demm (platelets)

għatx (deidratazzjoni)

menstrwazzjoni esaġerata

gass fl-istonku u fl-imsaren

telf ta’ aptit

ulċeri fil-ħalq

weġgħat fil-muskoli (uġigħ), sensittività jew dgħjufija

deni

tnaqqis fil-piż

riżultati tat-testijiet tal-laboratorju: tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm

(bħal kimika tad-demm u add ta’ ċelloli fid demm)

konfużjoni

diffikultà biex toqgħod attent

ħass ħażin

visjoni mċajpra

nefħa fl-idejn u fis-saqajn

pressjoni għolja

pressjoni baxxa u tħossok ħażin meta tqum bil-wieqfa

kesħa fl-idejn u fis-saqajn

akne

Mhux komuni jistgħu jaffetwaw sa 1 f’100 persuni

 

 

dijabete

attakk tal-qalb

 

 

insuffiċjenza renali

Rari jistgħu jaffetwaw sa 1 f 1,000 persuni

 

 

reazzjonijiet fil-ġilda severi jew li jpoġġu l-

reazzjonijiet allerġiċi serji (anafilassi)

 

ħajja fil-periklu, inklużi bżieżaq (is-

livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm

 

sindromu Stevens Johnson, nekroliżi

 

 

tossika tal-epidermide)

Għid lit-tabib tiegħek jekk tħossok imdardar, jekk qieġħed tirremetti, jew għandek uġigħ fl-istonku, għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tal-frixa. Għid lit-tabib tiegħek ukoll jekk tesperjenza uġigħ fil-ġogi, weġgħat u uġigħ (speċjalment tal-ġenbejn, tal-irkoppa u tal-ispalla) u

diffikultà biex tiċċaqlaq, għax dan jista’ jkun sinjal ta’ nekrosi tal-għadam. Ara ukoll sezzjoni 2 Xgħandek tkun taf qabel inti jew it-tifel jew tifla tiegħek ma tieħdu Norvir.

F’pazjenti li jbatu mill-emofilja tip A u B, kien hemm rapporti ta’ żieda fit-telf ta’ demm waqt li kienu qegħdin jieħdu dan it-trattament jew impeditur protejaż iehor. Jekk jiġrilek hekk, fittex immedjatament il-parir tat-tabib tiegħek. Testijiet abnormali tal-funzjoni tal-fwied, epatite (infjammazzjoni tal-fwied) u rarament is-suffejra, ġew rapportati f’pazjenti li jieħdu Norvir. Xi nies oħra kellhom mard ieħor jew kienu qegħdin jieħdu mediċini oħra. Persuni li jbatu minn mard tal-fwied jew mill-epatite jista’ jkollhom aggravament tal-mard tal-fwied.

Kien hemm rapporti ta’ uġigħ fil-muskoli, sensittività jew dgħjufija, partikolarment meta jkunu qegħdin jittieħdu prodotti mediċinali biex jitbaxxa l-livell tal-kolosterol, flimkien ma’ terapija antiretrovirali, inklużi impedituri protejaż u analogi nuklèoside. F’okkażjonijiet rari dawn id-disturbi

muskolari kienu ta’ natura serja (rabdomijolożi). Fil-każ ta’ uġigħ fil-muskoli, sensittività, dgħjufija, bugħawwieġ li ma tafx minn fejn ġejjin jew li jkunu kontinwi, waqqaf il-mediċina, ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jew mur fid-Dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza tal-eqreb sptar.

Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli, jekk wara li tkun ħadt Norvir inti tħoss xi sintomi li jissuġerixxu reazzjoni allerġika bħal raxx, urtikarja jew diffikultajiet biex tieħu n-nifs.

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex imsemmijin f’dan il-fuljett, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew lid-Dipartiment tal-

Aċċidenti u tal-Emerġenza, jew jekk hu każ ta’ urġenza ġib għajnuna medika immedjatament..

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhuwiex elenkati f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Norvir

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintaħaqx mit-tfal.

Tużax Norvir wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tabella. Id-Data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali rigward temperatura. Aħżen fil-flixkun oriġinali biex tipproteġih mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Norvir

-Is-sustanza attiva hi ritonavir. Kull pillola miksija b’rita fiha 100 mg ritonavir.

-Is-sustanzi l-oħra tal-pillola huma: copovidone, sorbitan laurate, anhydrous calcium hydrogen phosphate, colloidal anhydrous silica, sodium stearyl fumarate.

-Ir-rita ta’ barra tal-pillola hija magħmula minn: hypromellose, titanium dioxide, macrogols, hydroxypropyl cellulose, colloidal anhydrous silica, polysorbate 80.

Id-Dehra tal-prodott u l-kontenuti tal-pakkett

Il-pilloli miksija b’rita Norvir huma bojod bil-[lowgo ta’ Abbott] u l-kodiċi “NK” imnaqqxa fihom.

Hawn tlett qisien ta’ pakketti tal-pilloli Norvir li jistgħu jiġu akkwistati:

-Flixkun ta’ 30 pillola

-Flixkun ta’ 60 pillola

-Pakkett li fih 3 fliexken ta’ 30 pillola miksija b’rita kull wieħed (90 pillola).

Mhux il-qisien kollha tal-pakketti jistgħu jinbiegħu.

Norvir huwa fornut ukoll bħala soluzzjoni orali li fiha 80 mg/ml ritonavir u u bħala trab għal suspensjoni orali li fih 100 mg taritonavir.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

AbbVie Ltd

Maidenhead

SL6 4UB

Renju Unit

Manifattur:

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG

Knollstrasse

67061 Ludwigshafen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AbbVie SA

AbbVie UAB

Tél/Tel: +32 10 477811

Tel: +370 5 205 3023

България

Luxembourg/Luxemburg

АбВи ЕООД

AbbVie SA

Тел.: +359 2 90 30 430

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 10 477811

Česká republika

Magyarország

AbbVie s.r.o.

AbbVie Kft.

Tel: +420 233 098 111

Tel.: +36 1 455 8600

Danmark

Malta

AbbVie A/S

V.J.Salomone Pharma Limited

Tlf: +45 72 30-20-28

Tel: +356 22983201

Deutschland

Nederland

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG

AbbVie B.V.

Tel: 00800 222843 33 (gebührenfrei)

Tel: +31 (0)88 322 2843

 

Eesti

Norge

AbbVie Biopharmaceuticals GmbH Eesti filiaal

AbbVie AS

Tel: +372 623 1011

Tlf: +47 67 81 80 00

Ελλάδα

Österreich

AbbVie ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ Α.Ε.

AbbVie GmbH

Τηλ: +30 214 4165 555

España

Polska

AbbVie Spain, S.L.U.

AbbVie Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 9 1 384 0910

Tel.: +48 22 372 78 00

France

Portugal

AbbVie

AbbVie, Lda.

Tél: +33 (0)1 45 60 13 00

Tel: +351 (0)21 1908400

Hrvatska

România

AbbVie d.o.o.

AbbVie S.R.L.

Tel: +385 (0)1 5625 501

Tel: +40 21 529 30 35

Ireland

Slovenija

AbbVie Limited

AbbVie Biofarmacevtska družba d.o.o.

Tel: +353 (0)1 4287900

Tel: +386 (1)32 08 060

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AbbVie s.r.o.

Tel: +354 535 7000

Tel: +421 2 5050 0777

Italia

Suomi/Finland

AbbVie S.r.l.

AbbVie Oy

Tel: +39 06 928921

Puh/Tel: +358 (0) 10 2411 200

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

AbbVie AB

Τηλ: +357 22 34 74 40

Tel: +46 (0)8 684 44 600

Latvija

United Kingdom

AbbVie SIA

AbbVie Ltd

Tel: +371 67605000

Tel: +44 (0)1628 561090

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati