Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

NovoEight (turoctocog alfa) – Fuljett ta’ tagħrif - B02BD02

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNovoEight
Kodiċi ATCB02BD02
Sustanzaturoctocog alfa
ManifatturNovo Nordisk A/S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

NovoEight 250 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

NovoEight 500 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

NovoEight 1000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

NovoEight 1500 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

NovoEight 2000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

NovoEight 3000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

turoctocog alfa (fattur VIII tal-koagulazzjoni tal-bniedem (rDNA))

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu NovoEight u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoEight

3.Kif għandek tuża NovoEight

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen NovoEight

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu NovoEight u għalxiex jintuża

NovoEight fih is-sustanza attiva turoctocog alfa, fattur VIII tal-koagulazzjoni tal-bniedem. Il-fattur VIII huwa proteina li tinstab b’mod naturali fid-demm biex jgħinu jagħqad.

NovoEight jintuża biex jikkura u jipprevjeni episodji ta’ ħruġ ta’ demm f’pazjenti b’emofilja A (defiċjenza tal-fattur VIII mit-twelid) u jista’ jintuża f’kull grupp t’età.

F’pazjenti b’emofilja A, il-fattur VIII ikun nieqes jew ma jkunx qed jaħdem sewwa. NovoEight jissostitwixxi dan il-‘fattur VIII’ li ma jkunx qed jaħdem sewwa jew ikun nieqes u jgħin id-demm biex jagħqad minn fejn ikun ħiereġ.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoEight

Tużax NovoEight:

jekk inti allerġiku għas-sustanza attiva jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)

jekk inti allerġiku għall-proteini tal-ħamster.

Tużax NovoEight jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk għandek xi dubju, kellem lit- tabib tieħek qabel tuża din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża NovoEight

Hemm ċans rari li inti jista’ jkollok reazzjoni anafilattika (reazzjoni allerġika qawwija f’daqqa) għal NovoEight. Sinjali bikrija ta’ reazzjonijiet allerġiċi huma raxx, ħorriqija, feriti, ħakk mifrux, nefħa fix- xofftejn u fl-ilsien, tbatija biex tieħu n-nifs, tħarħir, tagħfis fis-sider, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali, u sturdament.

Jekk iseħħ xi wieħed minn dawn is-sintomi, waqqaf l-injezzjoni immedjatament u kkuntattja lit-tabib tiegħek.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk inti taħseb li l-ħruġ ta’ demm tiegħek mhuwiex qed jiġi kkontrollat bid-doża li qed tingħata, minħabba li jista’ jkun hemm diversi raġunijiet għal dan. Xi persuni li jkunu qed jużaw din il- mediċina jistgħu jiżviluppaw antikorpi għall-fattur VIII (magħrufa wkoll bħala inibituri tal-fattur VIII).

Inibituri tal-fattur VIII jagħmlu NovoEight inqas effettiv biex jipprevjeni u jikkontrolla l-ħruġ tad-demm. Jekk dan jiġri inti jista’ jkollok bżonn doża ta’ NovoEigħt ogħla jew ikollok bżonn mediċina differenti biex tikkontrolla l-ħruġ tad-demm. Iżżidx id-doża totali ta’ NovoEight biex tikkontrolla l-ħruġ ta’ demm tiegħek mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti kont diġà ġejt ikkurat/a bi prodotti tal-fattur VIII, speċjalment jekk kont żviluppajt inibituri, minħabba li hemm riskju akbar li dan jerġa’ jiġri.

Mediċni oħra u NovoEight

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

NovoEight m’għandu l-ebda influwenza fuq il-ħila tiegħek li ssuq u tħaddem magni.

NovoEight fih sodium

Din il-mediċina fiha 28 mg sodium (7 mg/ml) wara li tkun ġiet irrikostitwita.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk inti qiegħed fuq dieta ta’ sodium ikkontrollat.

3.Kif għandek tuża NovoEight

Kura b’NovoEight tinbeda minn tabib li għandu esperjenza fil-kura ta’ pazjenti bl-emofilja A. Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib se jikkalkulalek id-doża tiegħek. Din tiddependi fuq il-piż tiegħek u għal-liema raġuni qed tintuża l- mediċina.

Prevenzjoni għall-ħruġ tad-demm

Id-doża ta’ NovoEight is-soltu tkun minn 20 sa 50 unità internazzjonali (IU) għal kull kg ta’ piż tal-ġisem. L- injezzjoni tingħata kull 2 sa 3 ijiem. F’xi każijiet, speċjalment f’pazjenti iżgħar, jistghu jkunu meħtieġa injezzjonijiet aktar frekwenti jew dożi akbar.

Kura tal-ħruġ tad-demm

Id-doża ta’ NovoEight tiġi kkalkulata skont il-piż tal-ġisem tiegħek u l-livelli tal-fattur VIII li jridu jinkisbu. Il-mira tal-livelli tal-fattur VIII tiddependi fuq il-qawwa u l-post tal-ħruġ tad-demm.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

NovoEight jista’ jintuża fi tfal ta’ kull età. Fi tfal (taħt il-età ta’12-il sena) jistgħu jkunu meħtieġa dożi ogħla jew injezzjonijiet aktar frekwenti. Tfal (li għandhom età aktar minn 12-il sena) u adolexxenti jistgħu jużaw l- istess doża tal-adulti.

Kif jingħata NovoEight

NovoEight jingħata bħala injezzjoni ġo vina. Ara ‘Istruzzjonijiet dwar kif għandek tuża NovoEight’ għal aktar informazzjoni.

Jekk tuża NovoEight aktar milli suppost

Jekk inti tuża NovoEight aktar milli suppost, għid lit-tabib tiegħek jew mur mill-ewwel fi sptar.

Jekk tinsa tuża NovoEight

Inti għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk inti qbiżt doża u ma tafx kif se tpatti għaliha.

Jekk tieqaf tuża NovoEight

Jekk tieqaf tuża NovoEight inti jista’ jkun li ma tibqax protett kontra l-ħruġ tad-demm jew id-demm li jkun ħiereġ jista’ ma jiqafx. Tiqafx tuża NovoEight mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’din il-mediċina.

Jekk iseħħu reazzjonijiet allerġiċi qawwija, f’daqqa waħda (reazzjonijiet anafilattiċi) (rari ħafna), l-injezzjoni għandha titwaqqaf immedjatament. Inti għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok wieħed minn dawn is-sintomi bikrija:

tbatija biex tieħu n-nifs, qtugħ ta’ nifs jew tħarħir

tagħfis fis-sider

nefħa fix-xofftejn u fl-ilsien

raxx, ħorriqija, ġrieħi jew ħakk mifrux

tħossok strodut/a jew tintilef minn sensik

pressjoni baxxa (ikollok ġilda pallida u kiesħa, qalb tħabbat b’rata mgħaġġla)

Sintomi qawwija, inkluż tbatija biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs u wiċċ jew idejn ħomor jew minfuħin jeħtieġu kura ta’ emerġenza fil-pront.

Jekk ikollok reazzjoni allerġika qawwija, it-tabib tiegħek jista’ jibdillek il-mediċina tiegħek.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

testijiet tad-demm li juru tibdil fil-mod kif jaħdem il-fwied

reazzjonijiet (ħmura u ħakk) madwar is-sit fejn tkun injettajt il-mediċina

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

tħossok għajjien/a

uġigħ ta’ ras

tħossok stordut/a

tbati biex torqod (insomnja)

qalb tħabbat tgħaġġel

żieda fil-pressjoni

raxx

deni

tħoss is-sħana

ebusija tal-muskoli

uġigħ fil-muskoli

uġigħ fir-riġlejn u d-dirgħajn

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

mard tal-ġogi

tbenġil

Effetti sekondarji addizzjonali fit-tfal u fl-adolexxenti

L-effetti sekondarji osservati fit-tfal kienu l-istess bħal dawk osservati fl-adulti.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen NovoEight

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketti tal-kunjett u s-siringa mimlija għal-lest wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

Qabel ma t-trab NovoEight jiġi rrikostitwit huwa jista’ jinżamm f’temperatura tal-kamra (sa 30°C) għal perjodu wieħed ta’ mhux aktar minn 9 xhur. Jekk jogħġbok fuq il-kartuna tal-prodott niżżel id-data minn meta inti tibda taħżen NovoEight f’temperatura tal-kamra. Terġax taħżen NovoEight fil-friġġ wara li huwa jkun inħażen f’temperatura tal-kamra.

Ladarba tkun irrikostitwixxejt NovoEight huwa għandu jintuża mill-ewwel. Jekk inti ma tistax tuża s- soluzzjoni rrikostitwita ta’ NovoEight immedjatament, hija għandha tintuża fi żmien 4 sigħat meta tinħażen f’temperatura tal-kamra (sa 30°C) u fi żmien 24 siegħa meta tinħażen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C. Aħżen il- prodott irrikostitwit fil-kunjett. Jekk ma tintużax mill-ewwel il-mediċina tista’ ma tibqax sterili u tista’ tikkawża infezzjoni. Taħżinx is-soluzzjoni mingħajr ma tieħu parir mingħand it-tabib tiegħek.

It-trab fil-kunjett jidher bħala trab abjad jew kemxejn isfar. Tużax it-trab jekk il-kulur ikun inbidel.

Is-soluzzjoni rrikostitwita tkun ċara għal ftit tkanġi. Tużax din il-mediċina jekk inti tinnota li hija mdardra jew fiha xi frak li jidher.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih NovoEight

Is-sustanza attiva hi turoctocog alfa (fattur VIII tal-koagulazzjoni tal-bniedem (rDNA)). Kull kunjett ta’ NovoEight b’mod nominali fih 250, 500, 1000, 1500, 2000 jew 3000 IU turoctocog alfa.

Is-sustanzi l-oħra huma L-histidine, sucrose, polysorbate 80, sodium chloride, L-methionine, calcium chloride dihydrate, sodium hydroxide u hydrochloric acid.

Is-sustanza fis-solvent hija sodium chloride 9 mg/ml.

Wara r-rikostituzzjoni bis-solvent fornut (soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride) is-

soluzzjoni għall-injezzjoni ppreparata jkun fiha 62.5, 125, 250, 375, 500 jew 750 IU turoctocog alfa f’kull ml rispettivament (abbażi tal-qawwa ta’ turoctocog alfa, i.e. 250, 500, 1000, 1500, 2000 jew 3000 IU).

Kif jidher NovoEight u l-kontenuti tal-pakkett

NovoEight huwa disponibbli f’pakketti li fihom 250, 500, 1000, 1500, 2000 jew 3000 IU.

Kull pakkett ta’ NovoEight fih kunjett bi trab abjad jew kemxejn isfar, siringa ta’ 4 ml mimlija għal-lest b’soluzzjoni ċara u mingħajr kulur, lasta tal-planġer u adapter tal-kunjett.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Novo Nordisk A/S

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Istruzzjonijiet dwar kif għandek tuża NovoEight

AQRA DAWN L-ISTRUZZJONIJIET B’ATTENZJONI QABEL TUŻA NOVOEIGHT.

NovoEight huwa fornut bħala trab. Qabel l-injezzjoni (jingħata) huwa għandu jiġi rrikostitwit bis- solvent fornut fis-siringa. Is-solvent huwa soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride. NovoEight irrikostitwit għandu jiġi injettat ġol-vina tiegħek (injezzjoni ġol-vina). L-apparat f’dan il-pakkett qiegħed biex tirrikostitwixxi u tinjetta NovoEight.

Inti se jkollok bżonn ukoll sett tal-infużjoni (pajp irqiq u labra butterfly), mselħiet sterili bl-alkoħol, biċċiet ħoxnin tal-garża u stikk. Dan l-apparat mhuwiex inkluż fil-pakkett ta’ NovoEight.

Tużax l-apparat mingħajr taħriġ kif suppost mingħand it-tabib jew l-infermier tiegħek.

Dejjem aħsel idejk u aċċerta ruħek li l-post madwarek ikun nadif.

Meta inti tipprepara u tinjetta mediċina direttament ġol-vini, huwa importanti li tuża teknika (asettika) nadifa u mingħajr mikrobi. Teknika mhux kif suppost tista’ tintroduċi mikrobi li jistgħu jinfettaw id-demm.

Tiftaħx l-apparat sakemm inti tkun lest biex tużaħ.

Tużax l-apparat jekk ikun waqa’ jew jekk ikollu xi ħsara. Minflok uża pakkett ġdid.

Tużax l-apparat jekk ikun skada. Minflok uża pakkett ġdid. Id-data ta’ skadenza hija stampata wara ‘EXP’ fuq il-kartuna ta’ barra, fuq il-kunjett, fuq l-adapter tal-kunjett, u fuq is-siringa mimlija għal- lest.

Tużax l-apparat jekk inti tissuspetta li huwa kkontaminat. Minflok uża pakkett ġdid.

Tarmi l-ebda oġġett mill-pakkett sakemm tkun injettajt is-soluzzjoni rrikostitwita. L-apparat qiegħed biex jintuża darba biss.

Kontenut

Il-pakkett fih:

kunjett wieħed bit-trab NovoEight

adapter wieħed tal-kunjett

siringa waħda mimlija għal-lest bis-solvent

lasta waħda tas-siringa (imqegħda taħt is-siringa)

Deskrizzjoni fil-qosor

Kunjett bit-trab NovoEight

 

 

Adapter tal-kunjett

 

 

 

Siringa mimlija għal-lest bis-solvent

 

 

 

 

Lasta tal-planġer

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għatu protettiv

 

 

 

 

Tarf tas-siringa

 

 

 

 

 

 

Kamin

 

 

 

 

 

Għatu tal-plastik

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Planġer

 

 

 

 

 

Tarf wiesa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(taħt it-tapp tas-siringa)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tapp tal-gomma

 

 

 

 

 

Skala

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(taħt it-tapp tal-plastik)

 

 

Ponta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Karta protettiva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(taħt il-karta protettiva)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tapp tas-siringa

1. Ipprepra l-kunjett u s-siringa

Oħroġ in-numru ta’ pakketti NovoEight li għandek bżonn.

Iċċekkja d-data ta’ skadenza.

Iċċekkja l-isem, il-qawwa u l-kulur tal- pakkett, biex tkun ċert li fih il-prodott it- tajjeb.

Aħsel idejk u xxutthom sewwa billi tuża xugaman nadif jew nixxifhom bl-arja.

Oħroġ il-kunjett, l-adapter tal-kunjett u s- siringa mimlija għal-lest minn ġol-kartuna.

Ħalli l-lasta tal-planġer bla ma tmissha fil-kartuna.

Ġib il-kunjett u s-siringa mimlija għal- lest għat-temperatura tal-kamra. Tista’ tagħmel dan billi żżommhom f’idejk sakemm tħosshom sħan daqs idejk.

Tuża l-ebda mod ieħor biex issaħħan il-kunjett u s-siringa mimlija għal-lest

Neħħi l-għatu tal-plastik mill-kunjett.

Jekk l-għatu tal-plastik ikun qed jiċċaqlaq jew ikun nieqes, tużax il- kunjett.

Imsaħ it-tapp tal-gomma b’imselħa sterili tal-alkoħol u ħallih jinxef bl-arja għal ftit sekondi qabel ma tużah biex taċċerta ruħek li kemm jista’ jkun huwa mingħajr mikrobi.

Tmissx it-tapp tal-gomma b’subgħajk minħabba li dan jista’ iferrex il- mikrobi.

2. Waħħal l-adapter tal-kunjett

Neħħi l-karta protettiva mill-adapter tal- kunjett.

Jekk il-karta protettiva mhijiex issiġillata kompletament jew jekk hija mqattgħa, tużax l-adapter tal-kunjett.

Tneħħix l-adapter tal-kunjett mill-għatu protettiv b’subgħajk. Jekk tmiss il-ponta tal-adapter, jistgħu jiġu ttrasferiti mikrobi minn subgħajk.

Poġġi l-kunjett fuq wiċċ ċatt u sod.

Aqleb l-għatu protettiv, u qabbad l- adapter tal-kunjett billi tfaqqgħu fuq il- kunjett.

Ladarba jkun weħel, tneħħix l-adapter tal-kunjett minn mal-kunjett.

Agħfas ftit l-għatu protettiv bis-saba’ l- kbir u l-werrej kif qed jintwera.

Neħħi l-għatu protettiv mill-adapter tal- kunjett.

Taqlax l-adapter tal-kunjett minn mal- kunjett meta tkun qed tneħħi l-għatu protettiv.

3. Waħħal il-lasta tal-planġer mas-siringa

Aqbad il-lasta tal-planġer mit-tarf il- wiesa u oħroġha mill-kartuna. Tmissx il-ġnub jew il-kamin tal-lasta tal- planġer. Jekk inti tmiss il-ġnub jew il- kamin, jistgħu jiġu ttrasferiti mikrobi minn subgħajk.

Waħħal il-lasta tal-planġer mill-ewwel mas-siringa billi ddawwarha lejn il-lemin ġol-planġer li hemm ġos-siringa mimlija għal-lest sakemm tħossha tissikka.

Neħħi t-tapp tas-siringa minn mas- siringa mimlija għal-lest billi tgħawwġu ’l isfel sakemm jitqaċċat mit-toqob.

Tmissx it-tarf tas-siringa li hemm taħt it-tapp tas-siringa. Jekk inti tmiss it-tarf tas-siringa, jistgħu jiġu ttrasferiti mikrobi minn subgħajk.

Jekk it-tapp tas-siringa jkun qed jiċċaqlaq jew nieqes, tużax is-siringa mimlija għal-lest.

Invita sew is-siringa mimlija għal-lest mal-adapter tal-kunjett sakemm tħossha tissikka.

4. Irrikostitwixxi t-trab bis-solvent

Żomm is-siringa mimlija għal-lest ftit immejla bil-kunjett ippuntat ’l isfel.

Agħfas il-lasta tal-planġer biex tinjetta s- solvent kollu fil-kunjett.

Żomm il-lasta tal-kunjett magħfusa ’l isfel u dawwar il-kunjett bil-mod sakemm it-trab jinħall kollu.

Tħawwadx il-kunjett minħabba li dan itella’ r-ragħwa.

Iċċekkja s-soluzzjoni

rrikostitwita.

Hija għanda tkun minn ċara sa kemxejn tkanġi (kemxejn mhux ċara). Jekk inti tinnota

frak li jidher jew tibdil fil-kulur, tużahiex. Minflok uża pakkett ġdid.

NovoEight huwa rrakkomandat biex jintuża immedjatament wara li jiġi rrikostitwit. Dan minħabba li jekk jitħalla, il-mediċina tista’ ma tibqax sterili u tista’ tikkawża infezzjonijiet.

Jekk inti ma tistax tuża s-soluzzjoni rrikostitwita ta’ NovoEight immedjatament, hija tista’ tintuża fi żmien 4 sigħat meta tinħażen f’temperatura tal-kamra (sa 30°C) u fi żmien 24 siegħa meta tinħażen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C. Aħżen il-prodott irrikostitwit fil-kunjett.

Tpoġġix soluzzjoni rrikostitwita ta’ NovoEight fil-friża u taħżinhiex fis-siringi. Taħżinx is-soluzzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Tesponix is-soluzzjoni rrikostitwita ta’ NovoEight għal dawl dirett.

Jekk id-doża tiegħek teħtieġ aktar minn kunjett wieħed, irrepeti l-passi A sa J b’kunjetti, adapters tal- kunjetti u siringi mimlijin għal-lest addizzjonali sakemm ikollok id-doża meħtieġa.

Żomm il-lasta tal-planġer magħfusa kompletament ’il ġewwa.

Aqleb is-siringa bil-kunjett ta’ taħt fuq.

Tkomplix tagħfas il-lasta tal-planġer u ħalliha tersaq lura waħedha waqt li s- soluzzjoni rrikostitwita timla s-siringa.

Iġbed il-lasta tal-planġer kemxejn ’l isfel biex tiġbed is-soluzzjoni rrikostitwita ġos-siringa.

F’każ li inti għandek bżonn biss parti mid-doża sħiħa, uża l-iskala ta’ fuq is- siringa biex tara kemm se tiġbed mis- soluzzjoni rrikostitwita, skont kif qalulek it-tabib jew l-infermier tiegħek.

Jekk, fi kwalunkwe ħin, ikun hemm wisq arja fis-siringa, injetta l-arja lura ġol- kunjett.

Filwaqt li tibqa’ żżomm il-kunjett ta’ taħt fuq, tektek is-siringa bil-mod biex jekk ikun hemm bżieżaq tal-arja jitilgħu fil- wiċċ.

Imbotta l-lasta tal-planġer bil-mod sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilqu kollha.

Ħoll l-adapter tal-kunjett minn mal- kunjett.

Tmissx it-tarf tas-siringa. Jekk inti tmiss it-tarf tas-siringa, jistgħu jiġu ttrasferiti mikrobi minn subgħajk.

5. Injetta s-soluzzjoni rrikostitwita

Issa NovoEight huwa lest biex jiġi injettat fil-vina tiegħek.

Injetta s-soluzzjoni rrikostitwita kif qalulek it-tabib jew l-infermier tiegħek.

Injetta bil-mod fuq perjodu ta’ 2 sa 5 minuti.

Tħallatx NovoEight ma’ xi infużjonijiet jew mediċini oħra li jingħataw ġol-vina.

Meta tinjetta NovoEight permezz ta’ konnetturi ta’ mingħajr labra għal kateters fil-vina (IV)

Kawtela: Is-siringa mimlija għal-lest hija magħmula mill-ħġieġ u maħluqa biex tkun kompatibbli mal- konnessjonijiet standard ta’ luer-lock. Xi konnessjonijiet ta’ mingħajr labra li fl-intern tagħhom għandhom biċċa metall ġejja għall-ponta mhumiex kompatibbli mas-siringa mimlija għal-lest. Din l- inkompatibbiltà tista’ tippreveni l-għoti tal-mediċina u/jew tirriżulta fi ħsara lill-konnettur ta’ mingħajr labra.

Meta tinjetta s-soluzzjoni permezz ta’ apparat li jagħti aċċess għall-vina ċentrali (CVAD) bħal kateter ġo vina ċentrali jew apparat taħt il-ġilda imqabbad ma’ kateter imqiegħed ġo vina (subcutaneous port)::

Uża teknika nadifa u mingħajr mikrobi (asettika). Segwi l-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal- konnettur tiegħek u tas-CVAD b’konsultazzjoni mat-tabib u man-ners tiegħek.

Meta tinjetta f’CVAD jista’ jkollok bżonn tuża siringa sterili tal-plastik ta’ 10 ml biex tiġbed is- soluzzjoni rrikostitwita. Dan għandu jsir eżatt wara l-pass J.

Jekk il-pajp tas-CVAD ikollu bżonn jitlaħlaħ qabel jew wara l-injezzjoni ta’ NovoEight, uża soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml sodium chloride.

Rimi

Wara l-injezzjoni, armi b’mod sigur is- soluzzjoni kollha ta’ NovoEight li ma ntużatx, is-siringa u s-sett tal-infużjoni, il-kunjett bl-adapter tal-kunjett u skart ieħor skont kif qallek l-ispiżjar tiegħek.

Tarmihomx mal-iskart domestiku normali.

Iżżarmax l-apparat qabel ma tarmih.

Terġax tuża l-apparat.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati