Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent
NovoMix 30 Penfill 100 unità/ml suspensjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ
30 % insulin aspart solubbli u 70 % insulin aspart ikkristallizzat bi protamine
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.
-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett:
1.X’inhu NovoMix 30 u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 30
3.Kif għandek tuża NovoMix 30
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen NovoMix 30
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1.X’inhu NovoMix 30 u gћalxiex jintuża
NovoMix 30 huwa insulina moderna (analogu ta’ l-insulina) li għandu kemm effett li jaħdem malajr kif ukoll effett li jaħdem b’mod intermedju, fil-proporzjon ta’ 30/70. Prodotti moderni tal-insulina huma verżjonijiet aħjar ta’ insulina umana.
NovoMix 30 jintuża biex inaqqas il-livell għoli ta’ zokkor fid-demm fl-adulti, fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq bid-dijabete mellitus (id-dijabete). Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm. NovoMix 30 jista’ jintuża flimkien ma’ pilloli għad-dijabete.
NovoMix 30 jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm tiegħek minn 10-20 minuta wara li jiġi injettat, l-effett massimu jseħħ bejn 1 u 4 sigħat wara l-injezzjoni u l-effett idum sa 24 siegħa.
2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 30
Tużax NovoMix 30
►Jekk int allerġiku għal insulin aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-mediċina (ara sezzjoni 6, Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra).
►Jekk tissuspetta li ser tibda l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm),ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
►F’pompi tal-infużjoni tal-insulina.
►Jekk l-iskartoċċ jew it-tagħmir li fih l-iskartoċċ jitwaqqa’, jiġrilu l-ħsara jew jitgħaffeġ.
►Jekk ma ġiex maħżun kif suppost jew jekk ġie ffriżat, ara sezzjoni 5, Kif taħżen NovoMix 30.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid l-insulina m’għandiex dehra bajda, opaka u akweja b’mod uniformi.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid, hemm ċapep magħqudin jew jekk frak solidu abjad jeħel mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ u jagħti dehra mtappna.
Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, tużax NovoMix 30. Tkellem mat-tabib/a, infermier/a jew
spiżjar/a tiegħek għal parir.
Qabel ma tuża NovoMix 30
►Iċċekkja t-tikketta biex taċċerta ruħek li hi t-tip ta' insulina t-tajba.
►Dejjem iċċekkja l-iskartoċċ, inkluż il-planġer tal-gomma fil-qiegħ tal-iskartoċċ. Tużahx jekk tara xi ħsara jew jekk il-planġer tal-gomma hu miġbud ’il fuq mill-istrixxa l-bajda tat-tikketta li hemm fil-qiegħ tal-iskartoċċ. Dan jista’ jindika li tnixxiet xi insulina. Jekk tissusspetta li l- iskartoċċ għandu xi ħsara, ħudu lura għand minn tahulek. Ara l-manwal tiegħek tas-sistema tal- għoti għal aktar istruzzjonijiet .
►Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni sabiex tevita l-kontaminazzjoni.
►Il-labar u NovoMix 30 Penfill m’għandhomx jintużaw minn persuni oħra.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw il-bżonn tiegħek tal-insulina. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek:
►Jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, tal-glandola pitwitarja jew tat-tirojde
►Jekk tagħmel eżerċizzju fiżiku iktar mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, billi dan jista’ jaffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm
►Jekk inti marid/a: kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek
►Jekk ser issiefer, li tivvjaġġa bejn żoni tal-ħin differenti, jista’ jaffettwa l-ħtiġijiet tiegħek ta’ l- insulina u l-ħin meta tieħu l-injezzjonijiet.
Tfal u adolexxenti
•NovoMix 30 jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq.
•Hemm esperjenza limitita b’NovoMix 30 fit-tfal b’etajiet minn 6–9 snin.
•M’hemmx tagħrif disponibbli għal NovoMix 30 fit-tfal taħt is-6 snin.
Mediċini oħra u NovoMix 30
Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Xi mediċini jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel. Hawn taħt hawn elenkati l-aktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:
•Mediċini oħra għall-kura tad-dijabete
•Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati fil-kura tad-dipressjoni)
•Beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm)
•Inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)
•Salicylates (użati biex itaffu l-uġigħ u jbaxxu d-deni)
•Sterojdi anaboliċi (bħal testosterone)
•Sulfonamides (użati fil-kura ta’ infezzjonijiet)
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:
•Kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw it-tqala)
•Thiazides ( użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew żamma eċċessiva ta’ fluwidi)
•Glukokortikojdi (bħal ‘cortisone’ użat fil-kura tal-infjammazzjoni)
•Ormoni tat-tirojde ( użati fil-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde)
•Simpatomimetiċi ( bħal epinephrine [adrenaline], salbutamol jew terbutaline użati fil-kura tal- ażma)
•Ormon tat-tkabbir (mediċina li tistimula t-tkabbir skeltrali u somatiku u għandha effett qawwi fuq il-proċessi metaboliċi tal-ġisem)
•Danazol (mediċina li għandha effett fuq l-ovulazzjoni)
Octreotide u lanreotide (użati għall-kura ta’ l-akromegalija, disturb ormonali rari li normalment iseħħ f’adulti fl-età bejn 40 u 60 sena, ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva ta’ l-ormon ta’ tkabbir mill- glandola pitwitarja) jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.
Il-beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm) jistgħu jnaqqsu jew ineħħu għal kollox l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk biex tagħraf livell baxx ta’ zokkor fid-demm.
Pioglitazone (pilloli użati fil-kura tad-dijabete tat-tip 2)
Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).
Jekk ħadt xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn, għid lit-tabib, lin-ners jew lill-ispiżjar tiegħek.
Meta tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 30
►Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel għax il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista' jitla' jew jinżel.Huwa rrakkomandat monitoraġġ tajjeb.
Tqala u treddigħ
►Jekk inti tqila , taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina Hemm esperjenza klinika limitata b’insulin aspart fit-tqala Jista' jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża ta' l-insulina tiegħek waqt it-tqala speċjalment wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek u l-prevenzjoni ta' l-ipogliċemija hija importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.
►M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-użu ta’ NovoMix 30 waqt it-treddigħ.
Ħu parir mingħand it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew it-treddigħ.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
► Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq karozza jew tħaddem xi magna:
•Jekk ikollok ipogliċemija ta’ spiss
•Jekk issibha diffiċli biex tagħraf l-ipogliċemija.
Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek hu baxx jew għoli, jista’ jaffettwalek il-konċentrazzjoni tiegħek u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi u allura anke l-abbiltà tiegħek biex issuq jew tħaddem xi magna . Ftakar dejjem li tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor fil-periklu.
Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti f’NovoMix 30
Kull doża ta’ NovoMix 30 fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg), jiġifieri NovoMix 30 huwa bażikament ‘bla sodium’.
3.Kif gћandek tuża NovoMix 30
Doża u meta għandek tieħu l-insulina tiegħek
Dejjem għandek tużal-insulina tiegħek u taġġusta d-doża tiegħek skont il-parir eżatt tat-tabib.Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Normalment NovoMix 30 jittieħed eżatt qabel ikla. Kul ikla jew ikla ħafifa fi żmien 10 minuti mill- injezzjoni biex tevita livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Meta jkun hemm il-bżonn, NovoMix 30 jista’ jingħata malajr wara ikla. Ara Kif u fejn għandek tinjetta, aktar ’l isfel, għall-informazzjoni.
Meta NovoMix 30 jintuża flimkien ma’ pilloli għad-dijabete, id-doża għandha tkun aġġustata.
Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jkunx qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek biddillek l-insulina minn tip jew marka ta’ insulina għal oħra, jista’ jkun li d-doża tiegħek trid tiġi aġġustata mill-istess tabib.
Użu fit-tfal u fl-adolexxenti
NovoMix 30 jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq meta jkun aħjar li tintuża insulina mħallta bil-lest. Għal tfal bejn 6-9 snin l-informazzjoni klinika hija limitata. M’hemmx tagħrif disponibbli għal NovoMix 30 fit-tfal taħt is-6 snin.
Użu fi gruppi speċjali ta’ pazjenti
Jekk għandek tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied jew jekk għandek iżjed minn 65 sena, għandek tiċċekkja z-zokkor fid-demm tiegħek b’mod aktar regolari u ddiskuti mat-tabib xi tibdil fid- doża tal-insulina tiegħek.
Kif u fejn tinjetta
NovoMix 30 għandu jiġi injettat taħt il-ġilda. Qatt m’għandek tinjetta l-insulina tiegħek direttament ġo vina jew muskolu.
Ma’ kull injezzjoni, ibdel il- parti minn fejn tinjetta, fl-istess żona tal-ġilda li qed tuża. Dan jgħin biex tevita l-għoqiedi jew tħaffir fil-ġilda (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma: in-naħa ta’ quddiem tal-koxox, in-naħa ta’ quddiem tal-qadd (iż-żaqq), jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. L-insulina taħdem aktar malajr jekk tinjetta madwar il-qadd. Għandek dejjem tkejjel il-livell ta’ zokkor fid-demm regolarment.
►Terġax timla l-iskartoċċ.
►L-iskrataċ ta’ NovoMix 30 Penfill huma maħsuba biex jintużaw mas-sistema tal-għoti tal- insulina Novo Nordisk u mal-labar tat-toġ NovoFine jew NovoTwist.
►Jekk qed tiġi mogħti l-kura b’NovoMix 30 Penfill u bi skartoċċ Penfill ta’ insulina oħra, għandek tuża żewġ sistemi tal-għoti tal-insulina, waħda għal kull tip ta’ insulina
►Dejjem ġorr miegħek skartoċċ Penfill żejjed f’każ li dak li qed tuża jintilef jew ikollu l-ħsara.
Suspensjoni mill-ġdid ta’ NovoMix 30
Qabel ma tpoġġi l-iskartoċċ fis-sistema li biha tingħata l-insulina:
Iċċekkja li jkun fadal biżżejjed insulina (mill-inqas 12-il unità) fl-iskartoċċ biex is-suspensjoni mill- ġdid tkun tista’ ssir b’mod uniformi. Jekk ma jkunx baqa’ biżżejjed insulina uża wieħed ġdid. Ara l- manwal tal-pinna għal aktar istruzzjonijiet.
►Kull darba li tuża NovoMix 30 Penfill ġdid (qabel ma tqiegħed l-iskartoċċ fis-sistema tal- għoti tal-insulina)
•Qabel ma tużah, ħalli l-insulina tilħaq it-temperatura tal-kamra. Din se tagħmilha iżjed faċli li terġa’ tagħmel is-suspensjoni mill-ġdid.
•Irrombla l-iskartoċċ bejn idejk għal 10 darbiet – huwa importanti li l-iskartoċċ jinżamm b’mod orizzontali (livell mal-art) (ara stampa A).
•Ċaqlaq l-iskartoċċ ’il fuq u ’l isfel bejn il-pożizzjonijiet a u b (ara stampa B) 10 darbiet, biex b’hekk il-boċċa tal-ħġieġ tiċċaqlaq minn tarf għall-ieħor ta’ l-iskartoċċ.
•Irrepeti l-proċeduri ta’ l-irrumblar u taċ-ċaqliq (ara stampi A u B) sakemm b’mod uniformi l- likwidu jidher abjad, opak u akweju. Tużax l-iskartoċċ jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx b’mod uniformi bajda, opaka u akweja.
•Wettaq l-istadji l-oħrajn ta’ l-injezzjoni mingħajr telf ta’ żmien ► Għal kull injezzjoni li tiġi wara
•Ċaqlaq is-sistema ta’l-għoti ta’ l-insulina bl-iskartoċċ ġewwa ’l fuq u ’l isfel bejn a u b (ara stampa B)għallinqas 10 darbiet sakemm il-likwidu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi Tużax l-iskartoċċ jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx b’mod uniformi bajda, opaka u akweja.
•Wettaq l-istadji l-oħrajn ta’ l-injezzjoni mingħajr telf ta’ żmien.
Stampa A
Kif tinjetta NovoMix 30
►Injetta l-insulina taħt il-ġilda tiegħek. Uża teknika ta’ injezzjoni li jkun tak parir dwarha t-tabib jew l-infermier/a tiegħek u kif deskritt fil-manwal tal-pinna tiegħek.
►Żomm il-labra taħt il-ġilda għal mill-inqas 6 sekondi. Żomm il-buttuna tal-injezzjoni magħfusa kollha sakemm tinħareġ il-labra minn ġol-ġilda. B’hekk tiżgura li t-teħid ikun sar b’mod korrett u tnaqqas il-possibbiltà li xi demm jgħaddi ġol-labra jew fil-post fejn tinħażen l-insulina.
►Wara kull injezzjoni aċċerta ruħek li tneħħi u tarmi l-labra u aħzen NovoMix 30 mingħajr ma l- labra tkun imwaħħla. Inkella, jista’ jkun hemm xi telf tal-likwidu li jista’ tkun il-kawża ta’ dożaġġ żbaljat.
Jekk tieħu iżjed insulina milli suppost
Jekk tieħu żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
Jekk tinsa tieħu l-insulina
Jekk tinsa tieħu l-insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk tieqaf tieħu l-insulina
Tieqafx tieħu l-insulina tiegħek mingħajr ma’ titkellem ma’ tabib li għandu jgħidlek x’hemm bżonn li jsir. Dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi. Ara Effetti ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, saqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek.
4.Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.
a)Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa effett sekondarju komuni ħafna. Jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10.
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:
•Tinjetta wisq insulina
•Tiekol ftit wisq jew taqbeż ikla
•Tagħmel eżerċizzju aktar mis-soltu
•Tixrob l-alkoħol (ara Tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 30 f’sezzjoni 2)
Is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor: Għaraq kiesaħ; ġilda kiesħa u pallida; uġigħ ta’ ras; taħbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok imqalla’; tħossok ħafna bil-ġuħ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas, għeja u debbulizza mhux tas-soltu; nervożitá jew rogħda; tħossok ansjuż; tħossok konfuż; diffikultà fil- konċentrazzjoni.
Livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm jista’ jwassal li tintilef minn sensik. Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm ma tiġix ikkurata, tista’ tikkawża ħsara lill-moħħ (temporanju jew permanenti) kif ukoll il-mewt. Tista’ tirkupra aktar malajr mit-telf tas-sensi b’injezzjoni ta’ l-ormon glucagon mogħti minn xi ħadd li jaf jużah. Jekk tingħata glucagon, ser ikollok bżonn tieħu glucose jew xi ħaġa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik. Jekk ma tirrispondix għall-kura bi glucagon, ser ikollok bżonn tiġi kkurat ġewwa sptar.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu pilloli tal-glucose jew xi ikla ħafifa b’ħafna zokkor (ħelu, biskuttini, meraq tal-frott). Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livell taz- zokkor fid-demm u strieħ. Dejjem ġorr miegħek pilloli tal glucose, ħelu, biskuttini jew meraq tal-frott, għal li jista’ jkun.
►Meta s-sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l-livell taz- zokkor fid-demm ikun ġie lura għan-normal, kompli l-kura bl-insulina.
►Jekk ikollok daqshekk livell baxx ta’ zokkor fid-demm li tagħtik ħass ħażin, jekk kellek bżonn ta’ injezzjoni ta’ glucagon jew kellek ħafna episodji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, tkellem ma’ tabib. L-ammont jew il-ħin ta’ meta tieħu l-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju jistgħu jkollhom bżonn jiġu aġġustati
Għid lil dawk il-persuni li huma importanti għalik li għandek id-dijabete u x’jistgħu jkunu l- konsegwenzi , inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin (tintilef minn sensik) minħabba livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Għidilhom li jekk tħossok ħażin għandhom idawruk fuq ġenbek u jġibu għajnuna medika minnufih. M’għandhomx jagħtuk ikel jew xorb għax ikun hemm ir-riskju li tifga.
Reazzjonijiet allerġiċi serji għal NovoMix 30 jew għal xi wieħed mis-sustanzi tiegħu (imsejħa reazzjoni allerġika sistemika) hija effett sekondarju rari ħafna iżda tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Tista’ taffettwa inqas minn persuna 1 minn kull 10,000.
Fittex parir mediku minnufih:
•Jekk is-sinjali ta’ l-allerġija jinxterdu għal partijiet oħrajn tal-ġisem.
•Jekk tħossok ma tiflaħx f’daqqa, u: tibda tegħreq; tibda titqalla’ (tirrimetti); ikollok diffikultà
biex tieħu n-nifs; ikollok taħbit mgħaġġel tal-qalb; tħossok stordut.
►Jekk tinduna b’kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali, fittex parir mediku minnufih.
b)Lista ta’ effetti sekondarji oħra
Effetti sekondarji mhux komuni
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 100
Sinjali ta’ allerġija: Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi lokali (uġigħ, ħmura,urtikarja, infjammazzjoni, tbenġil, nefħa u ħakk) fis-sit ta’ l-injezzjoni. Dawn normalment imorru wara ftit ġimgħat li tkun qed tieħu l-insulina tiegħek. Jekk ma jmorrux , kellem lit-tabib tiegħek.
Problemi bil-vista: Meta tibda l-kura tiegħek bl-insulina, din tista’ tagħtik xi fastidju fil-viżta, iżda normalment dan il-fastidju jkun temporanju.
Kambjament fis-sit ta’ l-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni jista’ jinxtorob (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel is-sit ma’ kull injezzjoni jista’ jgħin biex tnaqqas ir-riskju li jiżviluppa dan il-kambjament fil-ġilda. Jekk tinnota li-fis-sit ta’ l-injezzjoni l- ġilda qiegħda titħaffer jew qiegħda teħxien, għid lit-tabib tiegħek jew lin-ners, għax dawn ir- reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar serji, jew jekk l-injezzjoni ssir f’sit bħal dan jistgħu jbiddlu l- assorbiment ta’ l-insulina tiegħek.
Ġogi minfuħin: Meta tibda tieħu l-insulina, iż-żamma ta’ l-ilma tista’ tikkawżalek nefħa madwar l- għekiesi u ġogi oħra. Normalment dan malajr imur. Jekk le, tkellem mat-tabib tiegħek.
Retinopatija dijabetika (mard tal-għajnejn relatata mad-dijabete li tista’ twassal għat-telf tal-vista): Jekk għandek ir-retinopatija dijabetika u l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, ir- retinopatija tista’ tmur għall-agħar. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan.
Effetti sekondarji rari
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1,000.
Newropatija bl-uġigħ (uġigħ minħabba dannu lin-nervituri): Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri din tissejjaħ newropatija akuta bl-uġigħ u normalment hija tranżitorja.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)
Jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm jekk:
•Ma injettajtx biżżejjed insulina
•Insejt tinjetta l-insulina tiegħek jew waqaft tieħu insulina
•Tinjetta inqas insulina milli teħtieġ ripetutament
•Ikollok xi infezzjoni jew xi deni
•Tiekol aktar mis-soltu
•Tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu.
Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
Is-sinjali ta’ twissija jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: tgħaddi iżjed awrina, tħossok bil-għatx; titlef l-aptit; tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar); tħossok bi ngħas jew għajjien; ħmura u ġilda xotta; ħalq xott u riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sinjali t’hawn fuq: ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek; jekk tista’, ittestja l-awrina għal ketones, imbagħad fittex parir mediku minnufih.
►Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi dijabetika (jiżdied l- ammont ta’ aċtu fid-demm peress li l-ġisem qiegħed jimmetabolizza x-xaħam minflok iz- zokkor). Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment għall- mewt.
5.Kif taħżen NovoMix 30
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta tal-iskartoċċ u l-kartuna, wara ‘EXP’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Dejjem żomm l-iskartoċċ fil-kartuna ta’ barra meta ma tkunx qed tużah sabiex tilqa’ mid-dawl. NovoMix 30 għandu jkun protett minn sħana eċċessiva u mid-dawl.
Qabel ma jinfetaħ:NovoMix 30 Penfill li ma jkunx qed jintuża rrid jinħażen fil-friġġ f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, ’il bogħod mill-element li jkessaħ. Tagħmlux fil-friża.
Qabel ma tuża NovoMix 30 Penfill neħħih mill-friġġ. Kull darba li tuża NovoMix 30 Penfill ġdid, hu rrakkomandat li terġa’ tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina skont kif ġejt muri. Ara suspensjoni mill-ġdid ta’ NovoMix 30 f’sezzjoni 3.
Waqt l-użu jew meta qed jinġarr bħala sper NovoMix 30 Penfill li jkun qed jintuża jew li ġġorru bħala sper m’għandux jinżamm fil-friġġ.. Tista’ ġġorru miegħek u żżommu fit-temperatura ambjentali tal-kamra (taħt 30°C) sa 4 ġimgħat.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent
X’fih NovoMix 30
•Is-sustanza attiva hi insulin aspart. NovoMix 30 huwa taħlita li tikkonsisti minn 30% insulin aspart li jinħall u 70% insulin aspart ikkristallizzat bi protamine. Millilitru fih 100 unità ta’ insulin aspart. Kull skartoċċ fih 300 unità ta’ insulin aspart f’suspensjoni għall-injezzjoni ta’ 3 ml.
•Is-sustanzi l-oħra huma glycerol, phenol, metacresol, zinc chloride, disodium phosphate dihydrate, sodium chloride, protamine sulfate, hydrochloric acid, sodium hydroxide u ilma għall-injezzjonijiet.
Kif jidher NovoMix 30 u l-kontenut tal-pakkett
NovoMix 30 jiġi bħala suspensjoni għall-injezzjoni. L-iskartoċċ fih boċċa tal-ħġieġ biex jiffaċilita s- suspensjoni mill-ġdid. Wara s-suspensjoni mill-ġdid, il-likwidu għandu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi. Tużax l-insulina jekk wara li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni, b’mod uniformi, ma tidhirx bajda, opaka u akweja.
Daqsijiet tal-pakkett ta’ 5 u 10 skrataċ ta’ 3 ml. Mhux daqsijiet tal-pakketti kollha jistgħu jkunu għal
skop kummerċjali.
Is-supensjoni hija opaka, bajda u akweja.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq
Novo Nordisk A/S
Novo Allé
DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka
Il-Manifattur
Il-manifattur jista’ jiġi identifikat permezz tan-numru tal-lott ipprintjat fuq il-kartuna u fuq it-tikketta:
•Jekk it-tieni u t-tielet karattri huma S6,P5,K7, R7, VG,FG jew ZF il-manifattur huwa Novo Nordisk A/S, Novo Allé, DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka
•Jekk it-tieni u t-tielet karattri huma H7 jew T6 il-manifattur huwa Novo Nordisk Production SAS, 45, Avenue d’Orléans, F-28000 Chartres, Franza.
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Sorsi oħra ta’ informazzjoni
Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.
Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent>
NovoMix 30 FlexPen 100 unità/ml suspensjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest.
30 % insulin aspart solubbli u 70 % insulin aspart ikkristallizzat bi protamine
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.
-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett:
1.X’inhu NovoMix 30 u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 30
3.Kif għandek tuża NovoMix 30
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen NovoMix 30
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1. X’inhu NovoMix 30 u gћalxiex jintuża
NovoMix 30 huwa insulina moderna (analogu ta’ l-insulina) li għandu kemm effett li jaħdem malajr kif ukoll effett li jaħdem b’mod intermedju, fil-proporzjon ta’ 30/70. Prodotti moderni tal-insulina huma verżjonijiet aħjar ta’ insulina umana.
NovoMix 30 jintuża biex inaqqas il-livell għoli ta’ zokkor fid-demm fl-adulti, fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq bid-dijabete mellitus (id-dijabete). Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm. NovoMix 30 jista’ jintuża flimkien ma’ pilloli għad-dijabete.
NovoMix 30 jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm tiegħek minn 10-20 minuta wara li jiġi injettat, l-effett massimu jseħħ bejn 1 u 4 sigħat wara l-injezzjoni u l-effett idum sa 24 siegħa.
2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 30
Tużax NovoMix 30
►Jekk int allerġiku għal insulin aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-mediċina (ara sezzjoni 6, Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra).
►Jekk tissuspetta li ser tibda l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm),ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
►F’pompi tal-infużjoni tal-insulina.
►Jekk l-iskartoċċ jew it-tagħmir li fih l-iskartoċċ jitwaqqa’, jiġrilu l-ħsara jew jitgħaffeġ.
►Jekk ma ġiex maħżun kif suppost jew jekk ġie ffriżat, ara sezzjoni 5, Kif taħżen NovoMix 30.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid l-insulina m’għandiex dehra bajda, opaka u akweja b’mod uniformi.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid, hemm ċapep magħqudin jew jekk frak solidu abjad jeħel mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ u jagħti dehra mtappna.
Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, tużax NovoMix 30. Tkellem mat-tabib/a, infermier/a jew spiżjar/a tiegħek għal parir.
Qabel ma tuża NovoMix 30
►Iċċekkja t-tikketta biex taċċerta li hija t-tip ta’ insulina korretta
►Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni sabiex tevita l-kontaminazzjoni
►Il-labar u NovoMix 30 FlexPen m’għandhomx jintużaw minn aktar minn persuna waħda.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw il-bżonn tiegħek tal-insulina. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek:
►Jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, tal-glandola pitwitarja jew tat-tirojde
►Jekk tagħmel eżerċizzju fiżiku iktar mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, billi dan jista’ jaffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm
►Jekk inti marid/a: kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek
►Jekk ser issiefer, li tivvjaġġa bejn żoni tal-ħin differenti, jista’ jaffettwa l-ħtiġijiet tiegħek ta’ l- insulina u l-ħin meta tieħu l-injezzjonijiet.
Tfal u adolexxenti
•NovoMix 30 jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq.
•Hemm esperjenza limitita b’NovoMix 30 fit-tfal b’etajiet minn 6–9 snin.
•M’hemmx tagħrif disponibbli għal NovoMix 30 fit-tfal taħt is-6 snin.
Mediċini oħra u NovoMix 30
Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Xi mediċini jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel. Hawn taħt hawn elenkati l-aktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:
•Mediċini oħra għall-kura tad-dijabete
•Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati fil-kura tad-dipressjoni)
•Beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm)
•Inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)
•Salicylates (użati biex itaffu l-uġigħ u jbaxxu d-deni)
•Sterojdi anaboliċi (bħal testosterone)
•Sulfonamides (użati fil-kura ta’ infezzjonijiet)
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:
•Kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw it-tqala)
•Thiazides ( użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew żamma eċċessiva ta’ fluwidi)
•Glukokortikojdi (bħal ‘cortisone’ użat fil-kura tal-infjammazzjoni)
•Ormoni tat-tirojde ( użati fil-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde)
•Simpatomimetiċi ( bħal epinephrine [adrenaline], salbutamol jew terbutaline użati fil-kura tal- ażma)
•Ormon tat-tkabbir (mediċina li tistimula t-tkabbir skeltrali u somatiku u għandha effett qawwi fuq il-proċessi metaboliċi tal-ġisem)
•Danazol (mediċina li għandha effett fuq l-ovulazzjoni)
Octreotide u lanreotide (użati għall-kura ta’ l-akromegalija, disturb ormonali rari li normalment iseħħ f’adulti fl-età bejn 40 u 60 sena, ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva ta’ l-ormon ta’ tkabbir mill- glandola pitwitarja) jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.
Il-beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm) jistgħu jnaqqsu jew ineħħu għal kollox l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk biex tagħraf livell baxx ta’ zokkor fid-demm.
Pioglitazone (pilloli użati fil-kura tad-dijabete tat-tip 2)
Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).
Jekk ħadt xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn, għid lit-tabib, lin-ners jew lill-ispiżjar tiegħek.
Meta tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 30
►Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel għax il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista' jitla' jew jinżel.Huwa rrakkomandat monitoraġġ tajjeb.
Tqala u treddigħ
►Jekk inti tqila , taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina Hemm esperjenza klinika limitata b’insulin aspart fit-tqala Jista' jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża ta' l-insulina tiegħek waqt it-tqala speċjalment wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek u l-prevenzjoni ta' l-ipogliċemija hija importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.
►M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-użu ta’ NovoMix 30 waqt it-treddigħ.
Ħu parir mingħand it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew it-treddigħ.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
► Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq karozza jew tħaddem xi magna:
•Jekk ikollok ipogliċemija ta’ spiss
•Jekk issibha diffiċli biex tagħraf l-ipogliċemija.
Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek hu baxx jew għoli, jista’ jaffettwalek il-konċentrazzjoni tiegħek u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi u allura anke l-abbiltà tiegħek biex issuq jew tħaddem xi magna . Ftakar dejjem li tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor fil-periklu.
Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti f’NovoMix 30
Kull doża ta’ NovoMix 30 fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg), jiġifieri NovoMix 30 huwa bażikament ‘bla sodium’.
3. Kif gћandek tuża NovoMix 30
Doża u meta għandek tieħu l-insulina tiegħek
Dejjem għandek tużal-insulina tiegħek u taġġusta d-doża tiegħek skont il-parir eżatt tat-tabib.Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Normalment NovoMix 30 jittieħed eżatt qabel ikla. Kul ikla jew ikla ħafifa fi żmien 10 minuti mill- injezzjoni biex tevita livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Meta jkun hemm il-bżonn, NovoMix 30 jista’ jingħata malajr wara ikla. Ara Kif u fejn għandek tinjetta, aktar ’l isfel, għall-informazzjoni.
Meta NovoMix 30 jintuża flimkien ma’ pilloli għad-dijabete, id-doża għandha tkun aġġustata.
Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jkunx qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Jekk it-tabib
tiegħek biddillek l-insulina minn tip jew marka ta’ insulina għal oħra, jista’ jkun li d-doża tiegħek trid tiġi aġġustata mill-istess tabib.
Użu fit-tfal u fl-adolexxenti
NovoMix 30 jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq meta jkun aħjar li tintuża insulina mħallta bil-lest. Għal tfal bejn 6-9 snin l-informazzjoni klinika hija limitata. M’hemmx tagħrif disponibbli għal NovoMix 30 fit-tfal taħt is-6 snin.
Kif u fejn tinjetta
NovoMix 30 għandu jiġi injettat taħt il-ġilda. Qatt m’għandek tinjetta l-insulina tiegħek direttament ġo vina jew muskolu.
Ma’ kull injezzjoni, ibdel il- parti minn fejn tinjetta, fl-istess żona tal-ġilda li qed tuża. Dan jgħin biex tevita l-għoqiedi jew tħaffir fil-ġilda (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma: in-naħa ta’ quddiem tal-koxox, in-naħa ta’ quddiem tal-qadd (iż-żaqq), jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. L-insulina taħdem aktar malajr jekk tinjetta madwar il-qadd. Għandek dejjem tkejjel il-livell ta’ zokkor fid-demm regolarment.
Kif timmaniġġja NovoMix 30 FlexPen
In-NovoMix 30 FlexPen hija pinna mimlija għal-lest,b’kulur partikulari u li tintrema wara l-użu u li fiha taħlita ta’ insulin aspart li jaħdem kemm malajr u kemm b’mod intermedju fil-proporzjon ta’ 30/70.
Aqra sew l-istruzzjonijiet għall-użu li huma inklużi f’dan il-fuljett ta’ tagħrif. Għandek tuża l-pinna kif hemm deskritt fl-Istruzzjonijiet għall-Użu.
Qabel ma tinjetta ruħek bl-insulina, kun ċert/a li qed/a tuża l-pinna t-tajba.
Jekk tieħu iżjed insulina milli suppost
Jekk tieħu żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
Jekk tinsa tieħu l-insulina
Jekk tinsa tieħu l-insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk tieqaf tieħu l-insulina
Tieqafx tieħu l-insulina tiegħek mingħajr ma’ titkellem ma’ tabib li għandu jgħidlek x’hemm bżonn li jsir. Dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi. Ara Effetti ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, saqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek.
4. Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.
a)Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa effett sekondarju komuni ħafna. Jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10.
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:
•Tinjetta wisq insulina
•Tiekol ftit wisq jew taqbeż ikla
•Tagħmel eżerċizzju aktar mis-soltu
•Tixrob l-alkoħol (ara Tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 30 f’sezzjoni 2)
Is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor: Għaraq kiesaħ; ġilda kiesħa u pallida; uġigħ ta’ ras; taħbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok imqalla’; tħossok ħafna bil-ġuħ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas, għeja u debbulizza mhux tas-soltu; nervożitá jew rogħda; tħossok ansjuż; tħossok konfuż; diffikultà fil- konċentrazzjoni.
Livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm jista’ jwassal li tintilef minn sensik. Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm ma tiġix ikkurata, tista’ tikkawża ħsara lill-moħħ (temporanju jew permanenti) kif ukoll il-mewt. Tista’ tirkupra aktar malajr mit-telf tas-sensi b’injezzjoni ta’ l-ormon glucagon mogħti minn xi ħadd li jaf jużah. Jekk tingħata glucagon, ser ikollok bżonn tieħu glucose jew xi ħaġa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik. Jekk ma tirrispondix għall-kura bi glucagon, ser ikollok bżonn tiġi kkurat ġewwa sptar.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu pilloli tal-glucose jew xi ikla ħafifa b’ħafna zokkor (ħelu, biskuttini, meraq tal-frott). Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livell taz- zokkor fid-demm u strieħ. Dejjem ġorr miegħek pilloli tal glucose, ħelu, biskuttini jew meraq tal-frott, għal li jista’ jkun.
►Meta s-sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l-livell taz- zokkor fid-demm ikun ġie lura għan-normal, kompli l-kura bl-insulina.
►Jekk ikollok daqshekk livell baxx ta’ zokkor fid-demm li tagħtik ħass ħażin, jekk kellek bżonn ta’ injezzjoni ta’ glucagon jew kellek ħafna episodji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, tkellem ma’ tabib. L-ammont jew il-ħin ta’ meta tieħu l-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju jistgħu jkollhom bżonn jiġu aġġustati
Għid lil dawk il-persuni li huma importanti għalik li għandek id-dijabete u x’jistgħu jkunu l- konsegwenzi , inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin (tintilef minn sensik) minħabba livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Għidilhom li jekk tħossok ħażin għandhom idawruk fuq ġenbek u jġibu għajnuna medika minnufih. M’għandhomx jagħtuk ikel jew xorb għax ikun hemm ir-riskju li tifga.
Reazzjonijiet allerġiċi serji għal NovoMix 30 jew għal xi wieħed mis-sustanzi tiegħu (imsejħa reazzjoni allerġika sistemika) hija effett sekondarju rari ħafna iżda tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Tista’ taffettwa inqas minn persuna 1 minn kull 10,000..
Fittex parir mediku minnufih:
•Jekk is-sinjali ta’ l-allerġija jinxterdu għal partijiet oħrajn tal-ġisem.
•Jekk tħossok ma tiflaħx f’daqqa, u: tibda tegħreq; tibda titqalla’ (tirrimetti); ikollok diffikultà
biex tieħu n-nifs; ikollok taħbit mgħaġġel tal-qalb; tħossok stordut.
►Jekk tinduna b’kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali, fittex parir mediku minnufih.
b)Lista ta’ effetti sekondarji oħra
Effetti sekondarji mhux komuni
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 100
Sinjali ta’ allerġija: Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi lokali (uġigħ, ħmura,urtikarja, infjammazzjoni, tbenġil, nefħa u ħakk) fis-sit ta’ l-injezzjoni. Dawn normalment imorru wara ftit ġimgħat li tkun qed tieħu l-insulina tiegħek. Jekk ma jmorrux , kellem lit-tabib tiegħek.
Problemi bil-vista: Meta tibda l-kura tiegħek bl-insulina, din tista’ tagħtik xi fastidju fil-viżta, iżda normalment dan il-fastidju jkun temporanju.
Kambjament fis-sit tal-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni jista’ jinxtorob (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel is-sit ma’ kull injezzjoni jista’ jgħin biex tnaqqas ir-riskju li jiżviluppa dan il-kambjament fil-ġilda. Jekk tinnota li-fis-sit ta’ l-injezzjoni l- ġilda qiegħda titħaffer jew qiegħda teħxien, għid lit-tabib tiegħek jew lin-ners, għax dawn ir- reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar serji, jew jekk l-injezzjoni ssir f’sit bħal dan jistgħu jbiddlu l- assorbiment ta’ l-insulina tiegħek.
Ġogi minfuħin: Meta tibda tieħu l-insulina, iż-żamma ta’ l-ilma tista’ tikkawżalek nefħa madwar l- għekiesi u ġogi oħra. Normalment dan malajr imur. Jekk le, tkellem mat-tabib tiegħek.
Retinopatija dijabetika (mard tal-għajnejn relatata mad-dijabete li tista’ twassal għat-telf tal-vista): Jekk għandek ir-retinopatija dijabetika u l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, ir- retinopatija tista’ tmur għall-agħar. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan.
Effetti sekondarji rari
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1,000.
Newropatija bl-uġigħ (uġigħ minħabba dannu lin-nervituri): Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri din tissejjaħ newropatija akuta bl-uġigħ u normalment hija tranżitorja.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)
Jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm jekk:
•Ma injettajtx biżżejjed insulina
•Insejt tinjetta l-insulina tiegħek jew waqaft tieħu insulina
•Tinjetta inqas insulina milli teħtieġ ripetutament
•Ikollok xi infezzjoni jew xi deni
•Tiekol aktar mis-soltu
•Tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu.
Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
Is-sinjali ta’ twissija jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: tgħaddi iżjed awrina, tħossok bil-għatx; titlef l-aptit; tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar); tħossok bi ngħas jew għajjien; ħmura u ġilda xotta; ħalq xott u riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sinjali t’hawn fuq: ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek; jekk tista’, ittestja l-awrina għal ketones, imbagħad fittex parir mediku minnufih.
►Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi dijabetika (jiżdied l- ammont ta’ aċtu fid-demm peress li l-ġisem qiegħed jimmetabolizza x-xaħam minflok iz- zokkor). Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment għall- mewt.
5. Kif taħżen NovoMix 30
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna tal-FlexPen, wara ‘EXP’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Dejjem żomm l-għatu tal-pinna fuq il-FlexPen tiegħek meta ma tkunx qed tużaha sabiex tilqa’ mid- dawl.
NovoMix 30 għandha tiġi protetta minn sħana eċċessiva u mid-dawl tax-xemx.
Qabel ma jinfetaħ: NovoMix 30 FlexPen li ma tkunx qed tintuża trid tinħażen fil-friġġ f’temperatura ta’ 2°C – 8°C, ’il bogħod mill-element li jkessaħ. Tagħmlux fil-friża.
Qabel ma tuża NovoMix 30 FlexPen neħħiha mill-friġġ. Kull darba li tuża pinna ġdida, hu rrakkomandat li terġa’ tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina skont kif ġejt muri. Ara l- Istruzzjonijiet għall-użu.
Waqt l-użu jew meta tkun qeda tinġarr bħala sper: NovoMix 30 FlexPen li tkun qiegħda tintuża jew li qiegħda tinġarr bħala sper, m’għandiex tinżamm fil-friġġ. Tista’ ġġorrha miegħek u żżommha fit-temperatura ambjentali tal-kamra (taħt 30°C) sa 4 ġimgħat.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ <jew mal-iskart domestiku>. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent
6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
X’fih NovoMix 30
•Is-sustanza attiva hi insulin aspart. NovoMix 30 huwa taħlita li tikkonsisti minn 30% insulin aspart li jinħall u 70% insulin aspart ikkristallizzat bi protamine. Millilitru fih 100 unità ta’ insulin aspart. Kull pinna mimlija għall-lest fiha 300 unità ta’ insulin aspart f’3 ml ta’ suspensjoni għall-injezzjoni.
•Is-sustanzi l-oħra huma glycerol, phenol, metacresol, zinc chloride, disodium phosphate dihydrate, sodium chloride, protamine sulfate, hydrochloric acid, sodium hydroxide, u ilma għall-injezzjonijiet.
Kif jidher NovoMix 30 u l-kontenut tal-pakkett
NovoMix 30 jiġi bħala suspensjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. L-iskartoċċ fih boċċa tal-ħġieġ biex jiffaċilita s-suspensjoni mill-ġdid. Wara s-suspensjoni mill-ġdid, il-likwidu għandu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi. Tużax l-insulina jekk wara li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni, b’mod uniformi, ma tidhirx bajda, opaka u akweja.
Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1 (bi jew mingħajr labar), 5 (mingħajr labar) u 10 (mingħajr labar) pinen mimlijin għal-lest ta’ 3 ml. Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.
Is-suspensjoni hija opaka, bajda u akweja.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq
Novo Nordisk A/S
Novo Allé
DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka
Manifattur
Il-manifattur jista’ jiġi identifikat permezz tan-numru tal-lott ipprintjat fuq il-kartuna u fuq it-tikketta:
•Jekk it-tieni u t-tielet karattri huma S6,P5,K7, R7, VG, FG jew ZF, il-manifattur huwa, Novo Nordisk A/S, Novo Allé, DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka
•Jekk it-tieni u t-tielet karattri huma H7 jew T6, il-manifattur huwa, Novo Nordisk Production SAS, 45, Avenue d’Orléans, F-28000 Chartres, Franza
Issa aqleb għal informazzjoni dwar kif tuża l-FlexPen tiegħek.
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Sorsi oħra ta’ informazzjoni
Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.
Istruzzjonijiet dwar kif tuża NovoMix 30 suspensjoni għall-injezzjoni ġo FlexPen.
Aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjin qabel ma tuża l-FlexPen tiegħek. Jekk ma ssegwix sew l- istruzzjonijiet, tista’ tieħu ftit wisq jew iżżejjed ta’ insulina, li jista’ jwassal għal livel ta’ zokkor fid- demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq
Il-FlexPen tiegħek hija pinna tal-insulina mimlija għal-lest li tħallik tisselezzjona d-doża.
►Tista’ tisselezzjona dożi minn 1 sa 60 unità f'inkrementi ta' unità 1.
►Il-FlexPen hi magħmula biex tintuża mal-labar NovoFine jew NovoTwist li jintużaw darba biss u li għandhom tul ta' mhux iżjed minn 8 mm..
►Dejjem ġorr apparat żejjed li jkun jista’ jagħti l-insulina, fil-każ li l-FlexPen tiegħek tintilef jew jiġrilha l-ħsara.
NovoMix 30 FlexPen | Ballun tal- | Skartoċċ |
Għatu tal- | |
ħġieġ | |
pinna | | |
12-il
unità Skala ta’ residwu
Selettur Buttuna tad-doża tal-
Indikatur injezzjoni
Labra (eżempju)
| L-għatu l- | L-għatu ta’ | Labra | Siġill |
| kbir ta’ |
| ġewwa tal- | | protettiv |
| barra tal- | |
| labra | | |
| labra | | |
| | | |
Kif tieħu ħsieb il-pinna tiegħek
►Il-FlexPen tiegħek. għandha tkun immaniġġjata bl-attenzjoni. Jekk tiġi mwaqqa’, jiġrilha l-ħsara jew tiġi mgħaffġa hemm ir-riskju li toħroġ l-insulina. Dan jista’ jikkawża dożaġġ li ma jkunx preċiż, li jista’ jwassal għal livel ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq
►Tiqsta’ tnaddaf il-parti ta’ barra tal-FlexPen tiegħek billi timsaħha b’tajjara b’diżinfettant. M’għandekx ixxarrabha, taħsilha jew tillubrikaha għax dan jista’ jagħmel ħsara lill-pinna.
►Timliex mill-ġdid il-FlexPen tiegħek.
Kif tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina tiegħek
A
Iċċekkja l-isem u l-kulur tat-tikketta tal-pinna tiegħek biex tkun ċert li fiha t-tip korrett ta’ insulina. Dan huwa speċjalment importanti jekk inti tieħu iżjed minn tip wieħed ta’ insulina. Jekk tieħu t-tip ħażin ta’ insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq jew jitbaxxa wisq.
Kull darba li tuża pinna ġdida
Ħalli l-insulina tilħaq it-temperatura tal-kamra qabel ma tużaha. B’kekk ikun iktar faċli li terġa’ tiġi magħmula f’suspensjoni.
Neħħi l-għatu tal-pinna.
A
B
Qabel l-ewwel injezzjoni b’FlexPen ġdida, l-insulina trid terġa’ tiġi magħmula f’suspensjoni:
Irrombla l-pinna bejn idejk għal 10 darbiet – huwa importanti li dejjem iżżomm il-pinna b’mod orizzontali (livell mal-art).
B
C
Kif muri fl-istampa, ċaqlaq il-pinna ’l fuq u ’l isfel għal 10 darbiet bejn iż-żewġ pożizzjonijiet , biex b’hekk il-ballun tal-ħġieġ jiċċaqlaq minn tarf għall-ieħor ta’ l-iskartoċċ
Irrepeti l-irromblar u ċ-ċaqlieq tal-pinna sakemm il-likwidu b’mod uniformi jidher abjad, opak u akweju.
Għal kull injezzjoni li tiġi wara
Ċaqlaq il-pinna ’l fuq u ’l isfel bejn iż-żewġ pożizzjonijiet għal mill-inqas 10 darbiet sakemm il- likwidu b’mod uniformi verament jidher abjad, opak u akweju.
►Dejjem kun ċert li qabel kull injezzjoni tkun erġajt għamilt l-insulina f’suspensjoni. Dan inaqqas ir-riskju li jkollok livell ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq. Wara li tkun erġajt għamilt l-insulina f’suspensjoni, wettaq l-istadji kollha tal-injezzjoni li ġejjin bla dewmien.
C
Dejjem iċċekkja li jkun fadal mill-anqas 12-il unità ta' insulina fl-iskartoċċ biex tippermetti li terġa’ ssir is-suspensjoni. Jekk ikun baqa’ inqas minn 12-il unità, uża FlexPen ġdida. It-12-il unità hija mmarkata fl-iskala ta’ residwu .Ara l-istampa l-kbira fil-bidu ta’ din l-istruzzjoni.
Tużax il-pinna jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx, b’mod uniformi, bajda, opaka u akweja.
Kif twaħħal labra
D
Ħu labra ġdida u aqta’ s-siġill.
Invita l-labra bi dritt u b'mod issikkat fuq il-FlexPen tiegħek.
D
E
Neħħi l-għatu l-kbir ta’ barra tal-labra u żommu għal wara
E
F
Neħħi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra u armih
Qatt m’għandek terġa’ tipprova tqiegħed l-għatu ta’ ġewwa tal-labra lura fuq il-labra. Tista’ tniggeż lilek innifsek bil-labra.
F
Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni. Dan inaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, telf tal-insulina, labar imblokkati u dożaġġ li ma jkunx preċiż.
Oqgħod attent li ma tgħawwiġx jew tagħmel xi ħsara lil-labra qabel l-użu.
Kif teżamina l-fluss ta’ l-insulina
Waqt l-użu normali, jistgħu jinġemgħu ammonti żgħar ta’ arja ġo l-iskartoċċ qabel kull injezzjoni. Biex tevita l-injezzjoni tal-arja u tiżgura dożaġġ korrett:
G
Dawwar is-selettur tad-doża sabiex tisselezzjona 2 unitajiet.
G
Isselezzjo nati
2 unitajiet
H
Żomm il-FlexPen tiegħek bil-labra tipponta ’l fuq u b’sebgħek tektek bil-mod l-iskartoċċ għal xi ftit drabi, biex jekk ikun hemm xi bżieżaq ta’ l-arja dawn jinġabru fin-naħa ta’ fuq ta’ l-iskartoċċ
H
I
Filwaqt li żżomm il-labra ’l fuq, agħfas il-buttuna ta’ l-injezzjoni kollha ’l ġewwa. Is-selettur tad-doża jirritorna fuq iż-0
Qatra insulina għandha tidher fil-ponta tal-labra. Jekk dan ma jseħħx, ibdel il-labra u rrepeti l- proċedura sa mhux aktar minn 6 darbiet.
Jekk il-qatra ta' l-insulina tibqa’ ma tidhirx, il-pinna hija difettuża u għandek tuża waħda ġdida.
I
Qabel ma tinjetta, dejjem kun ċert li tidher qatra fil-ponta tal-labra. Dan jassigura li l-insulina timxi. Jekk ma tidher ebda qatra, m’int se tinjetta ebda insulina anki jekk is-selettur tad-doża jista’ jimxi. Dan jista’ jindika li l-labra mblukkata jew bi ħsara.
Dejjem iċċekkja l-fluss qabel ma tinjetta. Jekk ma tiċċekkjax il-fluss, tista’ tieħu ftit wisq tal- insulina jew ebda insulina. Dan jista’ jwassal għal livell ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq.
Kif tisselezzjona d-doża
Aċċerta ruħek li s-selettur tad-doża qiegħed fuq iż-0.
J
Dawwar is-selettur tad-doża sabiex tisselezzjona n-numru ta’ unitajiet li jkollok bżonn tinjetta
Id-doża tista’ tkun aġġustata kemm ’il fuq u kemm ’l isfel billi ddawwar is-selettur tad-doża f’direzzjoni jew oħra sakemm l-indikatur ikun fuq id-doża li tkun trid. Waqt li tkun qed/a ddawwar is- selettur tad-doża, oqgħod attent/a biex ma tagħfasx il-buttuna ta’ l-injezzjoni għax inkella toħroġ l- insulina.
Ma tistax tisselezzjona doża akbar min-numru ta’ unitajiet li jkun fadal fl-iskartoċċ.
J
Isselezzjonati 5 unitajiet
Isselezzjonati 24 unità
Qabel ma tinjetta l-insulina, dejjem uża s-selettur tad-doża u l-indikatur biex tara kemm il-unità tkun isselezzjonajt.
Tgħoddx il-klikks tal-pinna. Jekk tisselezzjona u tinjetta d-doża l-ħażina, il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista’ jogħla wisq jew jitbaxxa wisq. Tużax l-iskala ta’ residwu, dan ma jurix eżatt kemm ikun fadal insulina fil-pinna tiegħek.
Biex tagħmel l-injezzjoni
Daħħal il-labra fil-ġilda tiegħek . Uża t-teknika ta’ l-injezzjoni kif uriek it-tabib jew l- infermier/a tiegħek.
K
Agħti d-doża billi tagħfas il-buttuna ta’ l-injezzjoni kollha 'l ġewwa sakemm l-indikatur jiġi fuq iż-0. Oqgħod attent/a li tagħfas biss il-buttuna ta’ l-injezzjoni meta tkun qed/a tagħmel l-injezzjoni.
Billi ddawwar is-selettur tad-doża ma tkunx qed/a tagħti l-insulina.
K
L
►Żomm il-buttuna ta’ l-injezzjoni magħfusa kollha ’l ġewwa u ħalli l-labra taħt il-ġilda għal mill-anqas 6 sekondi. Dan jassigura li tkun ħadt id-doża kollha.
►Iġbed il-barra l-labra minn ġol-ġilda u mbagħad erħi l-pressjoni minn fuq il-buttuna tal- injezzjoni.
►Dejjem kun ċert li wara l-injezzjoni s-selettur tad-doża jerġa’ lura fuq iż-0. Jekk is-selettur tad- doża jieqaf qabel ma jerġa’ lura fuq iż-0, ma tkunx ingħatat id-doża kollha, li jista’ jirriżulta f’livell ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq.
L
M
Qiegħed il-labra fl-għatu l-kbir ta’ barra tal-labra mingħajr ma tmissu. Meta l-labra tkun mgħottija, b’attenzjoni imbotta l-għatu l-kbir ta’ barra tal-labra biex jingħalaq sew fuq il-pinna u imbagħad ħoll il-labra.
Oqgħod attent kif tarmiha u erġa’ poġġi lura l-għatu tal-pinna fuq il-FlexPen tiegħek.
M
Dejjem neħħi l-labra wara kull injezzjoni u aħżen il-FlexPen tiegħek mingħajr ma l-labra tkun imwaħħla. Dan inqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, telf tal-insulina, labar imblukkati u dożaġġ li ma jkunx preċiż.
Aktar informazzjoni importanti
Persuni li jieħdu ħsieb il-pazjent iridu joqogħdu attenti ħafna meta jkunu qed jimmaniġġjaw il- labar użati sabiex inqqsu ir-riskju li jitnigżu bil-labar u li jieħdu xi infezzjoni.
Armi l-FlexPen użata tiegħek bl-attenzjoni mingħajr ma l-labra tkun imwaħħla.
Qatt m’għandek taqsam il-pinna tiegħek jew il-labar tiegħek ma’ persuni oħra. Dan jista’ jwassal li persuni jiġu infettati.
Qatt m’għandek taqsam il-pinna tiegħek ma’ persuni oħra. Il-mediċina tiegħek tista’ tkun ta’ ħsara għal saħħithom.
Dejjem żomm il-pinna u l-labar tiegħek fejn ma jidhrux u ma jintlaħqux minn oħrajn, speċjalment it-tfal.
Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent
NovoMix 50 Penfill 100 unità/ml suspensjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ
50 % insulin aspart solubbli u 50 % insulin aspart ikkristallizzat bi protamine
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.
-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett:
1.X’inhu NovoMix 50 u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 50
3.Kif għandek tuża NovoMix 50
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen NovoMix 50
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1.X’inhu NovoMix 50 u gћalxiex jintuża
NovoMix 50 huwa insulina moderna (analogu ta’ l-insulina) li għandu kemm effett li jaħdem malajr kif ukoll effett li jaħdem b’mod intermedju, fil-proporzjon ta’ 50/50. Prodotti moderni tal-insulina huma verżjonijiet aħjar ta’ insulina umana.
NovoMix 50 jintuża biex inaqqas il-livell għoli ta’ zokkor fid-demm f’pazjenti bid-dijabete mellitus (id-dijabete). Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l- livell taz-zokkor fid-demm. NovoMix 50 jista’ jintuża flimkien ma’ metformin.
NovoMix 50 jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm tiegħek minn 10-20 minuta wara li jiġi injettat, l-effett massimu jseħħ bejn 1 u 4 sigħat wara l-injezzjoni u l-effett idum sa 14 - 24 siegħa.
2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 50
Tużax NovoMix 50
►Jekk int allerġiku għal insulin aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-mediċina (ara sezzjoni 6, Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra).
►Jekk tissuspetta li ser tibda l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm),ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
►F’pompi tal-infużjoni tal-insulina.
►Jekk l-iskartoċċ jew it-tagħmir li fih l-iskartoċċ jitwaqqa’, jiġrilu l-ħsara jew jitgħaffeġ.
►Jekk ma ġiex maħżun kif suppost jew jekk ġie ffriżat, ara sezzjoni 5, Kif taħżen NovoMix 50.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid l-insulina m’għandiex dehra bajda, opaka u akweja b’mod uniformi.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid, hemm ċapep magħqudin jew jekk frak solidu abjad jeħel mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ u jagħti dehra mtappna.
Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, tużax NovoMix 50. Tkellem mat-tabib/a, infermier/a jew spiżjar/a tiegħek għal parir.
Qabel ma tuża NovoMix 50
►Iċċekkja t-tikketta biex taċċerta ruħek li hi t-tip ta' insulina t-tajba.
►Dejjem iċċekkja l-iskartoċċ, inkluż il-planġer tal-gomma fil-qiegħ tal-iskartoċċ. Tużahx jekk tara xi ħsara jew jekk il-planġer tal-gomma hu miġbud ’il fuq mill-istrixxa l-bajda tat-tikketta li hemm fil-qiegħ tal-iskartoċċ. Dan jista’ jindika li tnixxiet xi insulina. Jekk tissusspetta li l- iskartoċċ għandu xi ħsara, ħudu lura għand minn tahulek. Ara l-manwal tiegħek tas-sistema tal- għoti għal aktar istruzzjonijiet .
►Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni sabiex tevita l-kontaminazzjoni.
►Il-labar u NovoMix 50 Penfill m’għandhomx jintużaw minn persuni oħra.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw il-bżonn tiegħek tal-insulina. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek:
►Jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, tal-glandola pitwitarja jew tat-tirojde
►Jekk tagħmel eżerċizzju fiżiku iktar mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, billi dan jista’ jaffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm
►Jekk inti marid/a: kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek
►Jekk ser issiefer, li tivvjaġġa bejn żoni tal-ħin differenti, jista’ jaffettwa l-ħtiġijiet tiegħek ta’ l- insulina u l-ħin meta tieħu l-injezzjonijiet.
Mediċini oħra u NovoMix 50
Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Xi mediċini jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel. Hawn taħt hawn elenkati l-aktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:
•Mediċini oħra għall-kura tad-dijabete
•Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati fil-kura tad-dipressjoni)
•Beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm)
•Inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)
•Salicylates (użati biex itaffu l-uġigħ u jbaxxu d-deni)
•Sterojdi anaboliċi (bħal testosterone)
•Sulfonamides (użati fil-kura ta’ infezzjonijiet)
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:
•Kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw it-tqala)
•Thiazides ( użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew żamma eċċessiva ta’ fluwidi)
•Glukokortikojdi (bħal ‘cortisone’ użat fil-kura tal-infjammazzjoni)
•Ormoni tat-tirojde ( użati fil-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde)
•Simpatomimetiċi ( bħal epinephrine [adrenaline], salbutamol jew terbutaline użati fil-kura tal- ażma)
•Ormon tat-tkabbir (mediċina li tistimula t-tkabbir skeltrali u somatiku u għandha effett qawwi fuq il-proċessi metaboliċi tal-ġisem)
•Danazol (mediċina li għandha effett fuq l-ovulazzjoni)
Octreotide u lanreotide (użati għall-kura ta’ l-akromegalija, disturb ormonali rari li normalment iseħħ f’adulti fl-età bejn 40 u 60 sena, ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva ta’ l-ormon ta’ tkabbir mill- glandola pitwitarja) jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.
Il-beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm) jistgħu jnaqqsu jew ineħħu għal kollox
l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk biex tagħraf livell baxx ta’ zokkor fid-demm.
Pioglitazone (pilloli użati fil-kura tad-dijabete tat-tip 2)
Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).
Jekk ħadt xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn, għid lit-tabib, lin-ners jew lill-ispiżjar tiegħek.
Meta tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 50
►Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel għax il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista' jitla' jew jinżel.Huwa rrakkomandat monitoraġġ tajjeb.
Tqala u treddigħ
►Jekk inti tqila , taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina Hemm esperjenza klinika limitata b’insulin aspart fit-tqala Jista' jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża ta' l-insulina tiegħek waqt it-tqala speċjalment wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek u l-prevenzjoni ta' l-ipogliċemija hija importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.
►M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-użu ta’ NovoMix 50 waqt it-treddigħ.
Ħu parir mingħand it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew it-treddigħ.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
► Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq karozza jew tħaddem xi magna:
•Jekk ikollok ipogliċemija ta’ spiss
•Jekk issibha diffiċli biex tagħraf l-ipogliċemija.
Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek hu baxx jew għoli, jista’ jaffettwalek il-konċentrazzjoni tiegħek u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi u allura anke l-abbiltà tiegħek biex issuq jew tħaddem xi magna . Ftakar dejjem li tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor fil-periklu.
Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti f’NovoMix 50
Kull doża ta’ NovoMix 50 fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg), jiġifieri NovoMix 50 huwa bażikament ‘bla sodium’.
3.Kif gћandek tuża NovoMix 50
Doża u meta għandek tieħu l-insulina tiegħek
Dejjem għandek tużal-insulina tiegħek u taġġusta d-doża tiegħek skont il-parir eżatt tat-tabib.Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Normalment NovoMix 50 jittieħed eżatt qabel ikla. Kul ikla jew ikla ħafifa fi żmien 10 minuti mill- injezzjoni biex tevita livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Meta jkun hemm il-bżonn, NovoMix 50 jista’ jingħata malajr wara ikla. Ara Kif u fejn għandek tinjetta, aktar ’l isfel, għall-informazzjoni.
Meta NovoMix 50 jintuża flimkien ma’ metformin, id-doża għandha tkun aġġustata.
Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jkunx qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Jekk it-tabib
tiegħek biddillek l-insulina minn tip jew marka ta’ insulina għal oħra, jista’ jkun li d-doża tiegħek trid tiġi aġġustata mill-istess tabib.
Użu fit-tfal u fl-adolexxenti
Ma sarux studji kliniċi b’NovoMix 50 fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.
Użu fi gruppi speċjali ta’ pazjenti
Jekk għandek tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied jew jekk għandek iżjed minn 65 sena, għandek tiċċekkja z-zokkor fid-demm b’mod aktar regolari u ddiskuti mat-tabib tiegħek xi tibdil fid- doża tal-insulina tiegħek.
Kif u fejn tinjetta
NovoMix 50 għandu jiġi injettat taħt il-ġilda. Qatt m’għandek tinjetta l-insulina tiegħek direttament ġo vina jew muskolu.
Ma’ kull injezzjoni, ibdel il- parti minn fejn tinjetta, fl-istess żona tal-ġilda li qed tuża. Dan jgħin biex tevita l-għoqiedi jew tħaffir fil-ġilda (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma: in-naħa ta’ quddiem tal-koxox, in-naħa ta’ quddiem tal-qadd (iż-żaqq), jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. L-insulina taħdem aktar malajr jekk tinjetta madwar il-qadd. Għandek dejjem tkejjel il-livell ta’ zokkor fid-demm regolarment.
►Terġax timla l-iskartoċċ.
►L-iskrataċ ta’ NovoMix 50 Penfill huma maħsuba biex jintużaw mas-sistema tal-għoti tal- insulina Novo Nordisk u mal-labar tat-toġ NovoFine jew NovoTwist.
►Jekk qed tiġi mogħti l-kura b’NovoMix 50 Penfill u bi skartoċċ Penfill ta’ insulina oħra, għandek tuża żewġ sistemi tal-għoti tal-insulina, waħda għal kull tip ta’ insulina
►Dejjem ġorr miegħek skartoċċ Penfill żejjed f’każ li dak li qed tuża jintilef jew ikollu l-ħsara
Suspensjoni mill-ġdid ta’ NovoMix 50
Dejjem iċċekkja li jkun fadal biżżejjed insulina (mill-inqas 12-il unità) fl-iskartoċċ biex is-suspensjoni mill-ġdid tkun tista’ ssir b’mod uniformi. Jekk ma jkunx baqa’ biżżejjed insulina uża wieħed ġdid. Ara l-manwal tal-pinna għal aktar istruzzjonijiet.
►Kull darba li tuża NovoMix 50 Penfill ġdid (qabel ma tqiegħed l-iskartoċċ fis-sistema tal- għoti tal-insulina)
•Qabel ma tużah, ħalli l-insulina tilħaq it-temperatura tal-kamra. Din se tagħmilha iżjed faċli li terġa’ tagħmel is-suspensjoni mill-ġdid.
•Irrombla l-iskartoċċ bejn idejk għal 10 darbiet – huwa importanti li l-iskartoċċ jinżamm b’mod orizzontali (livell mal-art) (ara stampa A).
•Ċaqlaq l-iskartoċċ ’il fuq u ’l isfel bejn il-pożizzjonijiet a u b (ara stampa B) 10 darbiet, biex b’hekk il-boċċa tal-ħġieġ tiċċaqlaq minn tarf għall-ieħor ta’ l-iskartoċċ.
•Irrepeti l-proċeduri ta’ l-irrumblar u taċ-ċaqliq (ara stampi A u B) sakemm b’mod uniformi l- likwidu jidher proprju abjad, opak u akweju. Tużax l-iskartoċċ jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx b’mod uniformi bajda, opaka u akweja.
•Wettaq l-istadji l-oħrajn ta’ l-injezzjoni mingħajr telf ta’ żmien
►Għal kull injezzjoni li tiġi wara
•Ċaqlaq is-sistema ta’l-għoti ta’ l-insulina bl-iskartoċċ ġewwa ’l fuq u ’l isfel bejn a u b (ara stampa B)għallinqas 10 darbiet sakemm il-likwidu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi Tużax l-iskartoċċ jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx b’mod uniformi bajda, opaka u akweja.
•Jekk il-proċedura ta’ ċaqliq waħidha ma tkunx biżżejjed sabiex il-likwidu b’mod uniformi jkun abjad, opak u akweju, irrepeti l-proċeduri ta’ rrumblar u ċaqliq sakemm il-likwidu b’mod uniformi jidher abjad, opak u akweju.
•Wettaq l-istadji l-oħrajn ta’ l-injezzjoni mingħajr telf ta’ żmien.
Stampa A
Kif tinjetta NovoMix 50
►Injetta l-insulina taħt il-ġilda tiegħek. Uża teknika ta’ injezzjoni li jkun tak parir dwarha t-tabib jew l-infermier/a tiegħek u kif deskritt fil-manwal tal-pinna tiegħek.
►Żomm il-labra taħt il-ġilda għal mill-inqas 6 sekondi. Żomm il-buttuna tal-injezzjoni magħfusa kollha sakemm tinħareġ il-labra minn ġol-ġilda. B’hekk tiżgura li t-teħid ikun sar b’mod korrett u tnaqqas il-possibbiltà li xi demm jgħaddi ġol-labra jew fil-post fejn tinħażen l-insulina.
►Wara kull injezzjoni aċċerta ruħek li tneħħi u tarmi l-labra u aħzen NovoMix 50 mingħajr ma l- labra tkun imwaħħla. Inkella, jista’ jkun hemm xi telf tal-likwidu li jista’ tkun il-kawża ta’ dożaġġ żbaljat.
Jekk tieħu iżjed insulina milli suppost
Jekk tieħu żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
Jekk tinsa tieħu l-insulina
Jekk tinsa tieħu l-insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk tieqaf tieħu l-insulina
Tieqafx tieħu l-insulina tiegħek mingħajr ma’ titkellem ma’ tabib li għandu jgħidlek x’hemm bżonn li jsir. Dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi. Ara Effetti ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, saqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek.
4. Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.
a)Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa effett sekondarju komuni ħafna. Jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10.
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:
•Tinjetta wisq insulina
•Tiekol ftit wisq jew taqbeż ikla
•Tagħmel eżerċizzju aktar mis-soltu
•Tixrob l-alkoħol (ara Tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 50 f’sezzjoni 2)
Is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor: Għaraq kiesaħ; ġilda kiesħa u pallida; uġigħ ta’ ras; taħbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok imqalla’; tħossok ħafna bil-ġuħ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas, għeja u debbulizza mhux tas-soltu; nervożitá jew rogħda; tħossok ansjuż; tħossok konfuż; diffikultà fil- konċentrazzjoni.
Livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm jista’ jwassal li tintilef minn sensik. Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm ma tiġix ikkurata, tista’ tikkawża ħsara lill-moħħ (temporanju jew permanenti) kif ukoll il-mewt. Tista’ tirkupra aktar malajr mit-telf tas-sensi b’injezzjoni ta’ l-ormon glucagon mogħti minn xi ħadd li jaf jużah. Jekk tingħata glucagon, ser ikollok bżonn tieħu glucose jew xi ħaġa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik. Jekk ma tirrispondix għall-kura bi glucagon, ser ikollok bżonn tiġi kkurat ġewwa sptar.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu pilloli tal-glucose jew xi ikla ħafifa b’ħafna zokkor (ħelu, biskuttini, meraq tal-frott). Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livell taz- zokkor fid-demm u strieħ. Dejjem ġorr miegħek pilloli tal glucose, ħelu, biskuttini jew meraq tal-frott, għal li jista’ jkun.
►Meta s-sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l-livell taz- zokkor fid-demm ikun ġie lura għan-normal, kompli l-kura bl-insulina.
►Jekk ikollok daqshekk livell baxx ta’ zokkor fid-demm li tagħtik ħass ħażin, jekk kellek bżonn ta’ injezzjoni ta’ glucagon jew kellek ħafna episodji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, tkellem ma’ tabib. L-ammont jew il-ħin ta’ meta tieħu l-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju jistgħu jkollhom bżonn jiġu aġġustati
Għid lil dawk il-persuni li huma importanti għalik li għandek id-dijabete u x’jistgħu jkunu l- konsegwenzi , inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin (tintilef minn sensik) minħabba livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Għidilhom li jekk tħossok ħażin għandhom idawruk fuq ġenbek u jġibu għajnuna medika minnufih. M’għandhomx jagħtuk ikel jew xorb għax ikun hemm ir-riskju li tifga.
Reazzjonijiet allerġiċi serji għal NovoMix 50 jew għal xi wieħed mis-sustanzi tiegħu (imsejħa reazzjoni allerġika sistemika) hija effett sekondarju rari ħafna iżda tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Tista’ taffettwa inqas minn persuna 1 minn kull 10,000.
Fittex parir mediku minnufih:
•Jekk is-sinjali ta’ l-allerġija jinxterdu għal partijiet oħrajn tal-ġisem.
•Jekk tħossok ma tiflaħx f’daqqa, u: tibda tegħreq; tibda titqalla’ (tirrimetti); ikollok diffikultà
biex tieħu n-nifs; ikollok taħbit mgħaġġel tal-qalb; tħossok stordut.
►Jekk tinduna b’kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali, fittex parir mediku minnufih.
b)Lista ta’ effetti sekondarji oħra
Effetti sekondarji mhux komuni
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 100
Sinjali ta’ allerġija: Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi lokali (uġigħ, ħmura,urtikarja, infjammazzjoni, tbenġil, nefħa u ħakk) fis-sit ta’ l-injezzjoni. Dawn normalment imorru wara ftit ġimgħat li tkun qed tieħu l-insulina tiegħek. Jekk ma jmorrux , kellem lit-tabib tiegħek.
Problemi bil-vista: Meta tibda l-kura tiegħek bl-insulina, din tista’ tagħtik xi fastidju fil-viżta, iżda normalment dan il-fastidju jkun temporanju.
Kambjament fis-sit ta’ l-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni jista’ jinxtorob (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel is-sit ma’ kull injezzjoni jista’ jgħin biex tnaqqas ir-riskju li jiżviluppa dan il-kambjament fil-ġilda. Jekk tinnota li-fis-sit ta’ l-injezzjoni l- ġilda qiegħda titħaffer jew qiegħda teħxien, għid lit-tabib tiegħek jew lin-ners, għax dawn ir- reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar serji, jew jekk l-injezzjoni ssir f’sit bħal dan jistgħu jbiddlu l- assorbiment ta’ l-insulina tiegħek.
Ġogi minfuħin: Meta tibda tieħu l-insulina, iż-żamma ta’ l-ilma tista’ tikkawżalek nefħa madwar l- għekiesi u ġogi oħra. Normalment dan malajr imur. Jekk le, tkellem mat-tabib tiegħek.
Retinopatija dijabetika (mard tal-għajnejn relatata mad-dijabete li tista’ twassal għat-telf tal-vista): Jekk għandek ir-retinopatija dijabetika u l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, ir- retinopatija tista’ tmur għall-agħar. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan.
Effetti sekondarji rari
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1,000.
Newropatija bl-uġigħ (uġigħ minħabba dannu lin-nervituri): Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri din tissejjaħ newropatija akuta bl-uġigħ u normalment hija tranżitorja.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)
Jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm jekk:
•Ma injettajtx biżżejjed insulina
•Insejt tinjetta l-insulina tiegħek jew waqaft tieħu insulina
•Tinjetta inqas insulina milli teħtieġ ripetutament
•Ikollok xi infezzjoni jew xi deni
•Tiekol aktar mis-soltu
•Tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu.
Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
Is-sinjali ta’ twissija jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: tgħaddi iżjed awrina, tħossok bil-għatx; titlef l-aptit; tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar); tħossok bi ngħas jew għajjien; ħmura u ġilda xotta; ħalq xott u riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sinjali t’hawn fuq: ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm
tiegħek; jekk tista’, ittestja l-awrina għal ketones, imbagħad fittex parir mediku minnufih.
►Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi dijabetika (jiżdied l- ammont ta’ aċtu fid-demm peress li l-ġisem qiegħed jimmetabolizza x-xaħam minflok iz- zokkor). Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment għall- mewt.
5.Kif taħżen NovoMix 50
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta tal-iskartoċċ u l-kartuna, wara ‘EXP’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Dejjem żomm l-iskartoċċ fil-kartuna ta’ barra meta ma tkunx qed tużah sabiex tilqa’ mid-dawl. NovoMix 50 għandu jkun protett minn sħana eċċessiva u mid-dawl.
Qabel ma jinfetaħ:NovoMix 50 Penfill li ma jkunx qed jintuża rrid jinħażen fil-friġġ f’temperatura
ta’ 2°C sa 8°C, ’il bogħod mill-element li jkessaħ. Tagħmlux fil-friża.
Qabel ma tuża NovoMix 50 Penfill neħħih mill-friġġ. Kull darba li tuża NovoMix 50 Penfill ġdid, hu rrakkomandat li terġa’ tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina skont kif ġejt muri. Ara suspensjoni mill-ġdid ta’ NovoMix 50 f’sezzjoni 3.
Waqt l-użu jew meta qed jinġarr bħala sper NovoMix 50 Penfill li jkun qed jintuża jew li ġġorru bħala sper m’għandux jinżamm fil-friġġ.. Tista’ ġġorru miegħek u żżommu fit-temperatura ambjentali tal-kamra (taħt 30°C) sa 4 ġimgħat.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent
6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
X’fih NovoMix 50
•Is-sustanza attiva hi insulin aspart. NovoMix 50 huwa taħlita li tikkonsisti minn 50% insulin aspart li jinħall u 50% insulin aspart ikkristallizzat bi protamine. Millilitru fih 100 unità ta’ insulin aspart. Kull skartoċċ fih 300 unità ta’ insulin aspart f’suspensjoni għall-injezzjoni ta’
3 ml
•Is-sustanzi l-oħra huma glycerol, phenol, metacresol, zinc chloride, disodium phosphate dihydrate, sodium chloride, protamine sulfate, hydrochloric acid, sodium hydroxide, u ilma għall-injezzjonijiet.
Kif jidher NovoMix 50 u l-kontenut tal-pakkett
NovoMix 50 jiġi bħala suspensjoni għall-injezzjoni. L-iskartoċċ fih boċċa tal-ħġieġ biex jiffaċilita s- suspensjoni mill-ġdid. Wara s-suspensjoni mill-ġdid, il-likwidu għandu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi. Tużax l-insulina jekk wara li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni, b’mod uniformi, ma tidhirx bajda, opaka u akweja.
Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 5 u 10 skrataċ ta’ 3 ml. Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.
Is-supensjoni hija opaka, bajda u akweja.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur
Novo Nordisk A/S
Novo Allé
DK-2880 Bagsværd, Id--Danimarka
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Sorsi oħra ta’ informazzjoni
Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.
Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent
NovoMix 50 FlexPen 100 unità/ml suspensjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest.
50 % insulin aspart solubbli u 50 % insulin aspart ikkristallizzat bi protamine
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.
-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett:
1.X’inhu NovoMix 50 u għalxiex jintuża
2.X’għandek tagħmel qabel ma tuża NovoMix 50
3.Kif għandek tuża NovoMix 50
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen NovoMix 50
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1. X’inhu NovoMix 50 u gћalxiex jintuża
NovoMix 50 huwa insulina moderna (analogu ta’ l-insulina) li għandu kemm effett li jaħdem malajr kif ukoll effett li jaħdem b’mod intermedju, fil-proporzjon ta’ 50/50. Prodotti moderni tal-insulina huma verżjonijiet aħjar ta’ insulina umana.
NovoMix 50 jintuża biex inaqqas il-livell għoli ta’ zokkor fid-demm f’pazjenti bid-dijabete mellitus (id-dijabete). Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l- livell taz-zokkor fid-demm. NovoMix 50 jista’ jintuża flimkien ma’ metformin.
NovoMix 50 jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm tiegħek minn 10-20 minuta wara li jiġi injettat, l-effett massimu jseħħ bejn 1 u 4 sigħat wara l-injezzjoni u l-effett idum sa 14-24 siegħa.
2.X’għandek tagħmel qabel ma tuża NovoMix 50
Tużax NovoMix 50
►Jekk int allerġiku għal insulin aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-mediċina (ara sezzjoni 6, Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra).
►Jekk tissuspetta li ser tibda l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm),ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
►F’pompi tal-infużjoni tal-insulina.
►Jekk l-iskartoċċ jew it-tagħmir li fih l-iskartoċċ jitwaqqa’, jiġrilu l-ħsara jew jitgħaffeġ.
►Jekk ma ġiex maħżun kif suppost jew jekk ġie ffriżat, ara sezzjoni 5, Kif taħżen NovoMix 50.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid l-insulina m’għandiex dehra bajda, opaka u akweja b’mod uniformi.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid, hemm ċapep magħqudin jew jekk frak solidu abjad jeħel mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ u jagħti dehra mtappna.
Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, tużax NovoMix 50. Tkellem mat-tabib/a, infermier/a jew
spiżjar/a tiegħek għal parir.
Qabel ma tuża NovoMix 50
►Iċċekkja t-tikketta biex taċċerta li hija t-tip ta’ insulina korretta
►Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni sabiex tevita l-kontaminazzjoni
►Il-labar u NovoMix 50 FlexPen m’għandhomx jintużaw minn aktar minn persuna waħda.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw il-bżonn tiegħek tal-insulina. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek:
►Jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, tal-glandola pitwitarja jew tat-tirojde
►Jekk tagħmel eżerċizzju fiżiku iktar mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, billi dan jista’ jaffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm
►Jekk inti marid/a: kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek
►Jekk ser issiefer, li tivvjaġġa bejn żoni tal-ħin differenti, jista’ jaffettwa l-ħtiġijiet tiegħek ta’ l- insulina u l-ħin meta tieħu l-injezzjonijiet.
Mediċini oħra u NovoMix 50
Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Xi mediċini jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel. Hawn taħt hawn elenkati l-aktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:
•Mediċini oħra għall-kura tad-dijabete
•Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati fil-kura tad-dipressjoni)
•Beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm)
•Inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)
•Salicylates (użati biex itaffu l-uġigħ u jbaxxu d-deni)
•Sterojdi anaboliċi (bħal testosterone)
•Sulfonamides (użati fil-kura ta’ infezzjonijiet)
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:
•Kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw it-tqala)
•Thiazides ( użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew żamma eċċessiva ta’ fluwidi)
•Glukokortikojdi (bħal ‘cortisone’ użat fil-kura tal-infjammazzjoni)
•Ormoni tat-tirojde ( użati fil-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde)
•Simpatomimetiċi ( bħal epinephrine [adrenaline], salbutamol jew terbutaline użati fil-kura tal- ażma)
•Ormon tat-tkabbir (mediċina li tistimula t-tkabbir skeltrali u somatiku u għandha effett qawwi fuq il-proċessi metaboliċi tal-ġisem)
•Danazol (mediċina li għandha effett fuq l-ovulazzjoni)
Octreotide u lanreotide (użati għall-kura ta’ l-akromegalija, disturb ormonali rari li normalment iseħħ f’adulti fl-età bejn 40 u 60 sena, ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva ta’ l-ormon ta’ tkabbir mill- glandola pitwitarja) jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.
Il-beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm) jistgħu jnaqqsu jew ineħħu għal kollox l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk biex tagħraf livell baxx ta’ zokkor fid-demm.
Pioglitazone (pilloli użati fil-kura tad-dijabete tat-tip 2)
Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi
attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).
Jekk ħadt xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn, għid lit-tabib, lin-ners jew lill-ispiżjar tiegħek.
Meta tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 50
►Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel għax il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista' jitla' jew jinżel.Huwa rrakkomandat monitoraġġ tajjeb.
Tqala u treddigħ
►Jekk inti tqila , taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina Hemm esperjenza klinika limitata b’insulin aspart fit-tqala Jista' jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża ta' l-insulina tiegħek waqt it-tqala speċjalment wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek u l-prevenzjoni ta' l-ipogliċemija hija importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.
►M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-użu ta’ NovoMix 50 waqt it-treddigħ.
Ħu parir mingħand it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew it-treddigħ.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
► Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq karozza jew tħaddem xi magna:
•Jekk ikollok ipogliċemija ta’ spiss
•Jekk issibha diffiċli biex tagħraf l-ipogliċemija.
Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek hu baxx jew għoli, jista’ jaffettwalek il-konċentrazzjoni tiegħek u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi u allura anke l-abbiltà tiegħek biex issuq jew tħaddem xi magna . Ftakar dejjem li tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor fil-periklu.
Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti f’NovoMix 50
Kull doża ta’ NovoMix 50 fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg), jiġifieri NovoMix 50 huwa bażikament ‘bla sodium’.
3. Kif gћandek tuża NovoMix 50
Doża u meta għandek tieħu l-insulina tiegħek
Dejjem għandek tużal-insulina tiegħek u taġġusta d-doża tiegħek skont il-parir eżatt tat-tabib.Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Normalment NovoMix 50 jittieħed eżatt qabel ikla. Kul ikla jew ikla ħafifa fi żmien 10 minuti mill- injezzjoni biex tevita livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Meta jkun hemm il-bżonn, NovoMix 50 jista’ jingħata malajr wara ikla. Ara Kif u fejn għandek tinjetta, aktar ’l isfel, għall-informazzjoni.
Meta NovoMix 50 jintuża flimkien ma’ metformin, id-doża għandha tkun aġġustata.
Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jkunx qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek biddillek l-insulina minn tip jew marka ta’ insulina għal oħra, jista’ jkun li d-doża tiegħek trid tiġi aġġustata mill-istess tabib.
Użu fit-tfal u fl-adolexxenti
Ma sarux studji kliniċi b’NovoMix 50 fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.
Użu fi gruppi speċjali ta’ pazjenti
Jekk għandek tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied jew jekk għandek iżjed minn 65 sena, għandek tiċċekkja z-zokkor fid-demm b’mod aktar regolari u ddiskuti mat-tabib tiegħek xi tibdil fid- doża tal-insulina tiegħek.
Kif u fejn tinjetta
NovoMix 50 għandu jiġi injettat taħt il-ġilda. Qatt m’għandek tinjetta l-insulina tiegħek direttament ġo vina jew muskolu.
Ma’ kull injezzjoni, ibdel il- parti minn fejn tinjetta, fl-istess żona tal-ġilda li qed tuża. Dan jgħin biex tevita l-għoqiedi jew tħaffir fil-ġilda (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma: in-naħa ta’ quddiem tal-koxox, in-naħa ta’ quddiem tal-qadd (iż-żaqq), jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. L-insulina taħdem aktar malajr jekk tinjetta madwar il-qadd. Għandek dejjem tkejjel il-livell ta’ zokkor fid-demm regolarment.
Kif timmaniġġja NovoMix 50 FlexPen
In-NovoMix 50 FlexPen hija pinna mimlija għal-lest,b’kulur partikulari u li tintrema wara l-użu u li fiha taħlita ta’ insulin aspart li jaħdem kemm malajr u kemm b’mod intermedju fil-proporzjon ta’ 50/50.
Aqra sew l-istruzzjonijiet għall-użu li huma inklużi f’dan il-fuljett ta’ tagħrif. Għandek tuża l-pinna kif hemm deskritt fl-Istruzzjonijiet għall-Użu.
Qabel ma tinjetta ruħek bl-insulina, kun ċert/a li qed/a tuża l-pinna t-tajba.
Jekk tieħu iżjed insulina milli suppost
Jekk tieħu żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
Jekk tinsa tieħu l-insulina
Jekk tinsa tieħu l-insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk tieqaf tieħu l-insulina
Tieqafx tieħu l-insulina tiegħek mingħajr ma’ titkellem ma’ tabib li għandu jgħidlek x’hemm bżonn li jsir. Dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi. Ara Effetti ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, saqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek.
4. Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.
a)Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa effett sekondarju komuni ħafna. Jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10.
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:
•Tinjetta wisq insulina
•Tiekol ftit wisq jew taqbeż ikla
•Tagħmel eżerċizzju aktar mis-soltu
•Tixrob l-alkoħol (ara Tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 50 f’sezzjoni 2)
Is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor: Għaraq kiesaħ; ġilda kiesħa u pallida; uġigħ ta’ ras; taħbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok imqalla’; tħossok ħafna bil-ġuħ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas, għeja u debbulizza mhux tas-soltu; nervożitá jew rogħda; tħossok ansjuż; tħossok konfuż; diffikultà fil- konċentrazzjoni.
Livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm jista’ jwassal li tintilef minn sensik. Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm ma tiġix ikkurata, tista’ tikkawża ħsara lill-moħħ (temporanju jew permanenti) kif ukoll il-mewt. Tista’ tirkupra aktar malajr mit-telf tas-sensi b’injezzjoni ta’ l-ormon glucagon mogħti minn xi ħadd li jaf jużah. Jekk tingħata glucagon, ser ikollok bżonn tieħu glucose jew xi ħaġa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik. Jekk ma tirrispondix għall-kura bi glucagon, ser ikollok bżonn tiġi kkurat ġewwa sptar.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu pilloli tal-glucose jew xi ikla ħafifa b’ħafna zokkor (ħelu, biskuttini, meraq tal-frott). Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livell taz- zokkor fid-demm u strieħ. Dejjem ġorr miegħek pilloli tal glucose, ħelu, biskuttini jew meraq tal-frott, għal li jista’ jkun.
►Meta s-sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l-livell taz- zokkor fid-demm ikun ġie lura għan-normal, kompli l-kura bl-insulina.
►Jekk ikollok daqshekk livell baxx ta’ zokkor fid-demm li tagħtik ħass ħażin, jekk kellek bżonn ta’ injezzjoni ta’ glucagon jew kellek ħafna episodji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, tkellem ma’ tabib. L-ammont jew il-ħin ta’ meta tieħu l-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju jistgħu jkollhom bżonn jiġu aġġustati
Għid lil dawk il-persuni li huma importanti għalik li għandek id-dijabete u x’jistgħu jkunu l- konsegwenzi , inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin (tintilef minn sensik) minħabba livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Għidilhom li jekk tħossok ħażin għandhom idawruk fuq ġenbek u jġibu għajnuna medika minnufih. M’għandhomx jagħtuk ikel jew xorb għax ikun hemm ir-riskju li tifga.
Reazzjonijiet allerġiċi serji għal NovoMix 50 jew għal xi wieħed mis-sustanzi tiegħu (imsejħa reazzjoni allerġika sistemika) hija effett sekondarju rari ħafna iżda tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Tista’ taffettwa inqas minn persuna 1 minn kull 10,000.
Fittex parir mediku minnufih:
•Jekk is-sinjali ta’ l-allerġija jinxterdu għal partijiet oħrajn tal-ġisem.
•Jekk tħossok ma tiflaħx f’daqqa, u: tibda tegħreq; tibda titqalla’ (tirrimetti); ikollok diffikultà
biex tieħu n-nifs; ikollok taħbit mgħaġġel tal-qalb; tħossok stordut.
►Jekk tinduna b’kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali, fittex parir mediku minnufih.
b)Lista ta’ effetti sekondarji oħra
Effetti sekondarji mhux komuni
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 100
Sinjali ta’ allerġija: Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi lokali (uġigħ, ħmura,urtikarja, infjammazzjoni, tbenġil, nefħa u ħakk) fis-sit ta’ l-injezzjoni. Dawn normalment imorru wara ftit ġimgħat li tkun qed tieħu l-insulina tiegħek. Jekk ma jmorrux , kellem lit-tabib tiegħek.
Problemi bil-vista: Meta tibda l-kura tiegħek bl-insulina, din tista’ tagħtik xi fastidju fil-viżta, iżda normalment dan il-fastidju jkun temporanju.
Kambjament fis-sit ta’ l-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni jista’ jinxtorob (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel is-sit ma’ kull injezzjoni jista’ jgħin biex tnaqqas ir-riskju li jiżviluppa dan il-kambjament fil-ġilda. Jekk tinnota li-fis-sit ta’ l-injezzjoni l- ġilda qiegħda titħaffer jew qiegħda teħxien, għid lit-tabib tiegħek jew lin-ners, għax dawn ir- reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar serji, jew jekk l-injezzjoni ssir f’sit bħal dan jistgħu jbiddlu l- assorbiment ta’ l-insulina tiegħek.
Ġogi minfuħin: Meta tibda tieħu l-insulina, iż-żamma ta’ l-ilma tista’ tikkawżalek nefħa madwar l- għekiesi u ġogi oħra. Normalment dan malajr imur. Jekk le, tkellem mat-tabib tiegħek.
Retinopatija dijabetika (mard tal-għajnejn relatata mad-dijabete li tista’ twassal għat-telf tal-vista): Jekk għandek ir-retinopatija dijabetika u l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, ir- retinopatija tista’ tmur għall-agħar. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan.
Effetti sekondarji rari
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1,000.
Newropatija bl-uġigħ (uġigħ minħabba dannu lin-nervituri): Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri din tissejjaħ newropatija akuta bl-uġigħ u normalment hija tranżitorja.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)
Jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm jekk:
•Ma injettajtx biżżejjed insulina
•Insejt tinjetta l-insulina tiegħek jew waqaft tieħu insulina
•Tinjetta inqas insulina milli teħtieġ ripetutament
•Ikollok xi infezzjoni jew xi deni
•Tiekol aktar mis-soltu
•Tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu.
Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
Is-sinjali ta’ twissija jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: tgħaddi iżjed awrina, tħossok bil-għatx; titlef l-aptit; tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar); tħossok bi ngħas jew għajjien; ħmura u ġilda xotta; ħalq xott u riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sinjali t’hawn fuq: ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek; jekk tista’, ittestja l-awrina għal ketones, imbagħad fittex parir mediku minnufih.
►Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi dijabetika (jiżdied l- ammont ta’ aċtu fid-demm peress li l-ġisem qiegħed jimmetabolizza x-xaħam minflok iz- zokkor). Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment għall- mewt.
5. Kif taħżen NovoMix 50
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna tal-FlexPen, wara ‘EXP’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Dejjem żomm l-għatu tal-pinna fuq il-FlexPen tiegħek meta ma tkunx qed tużaha sabiex tilqa’ mid- dawl.
NovoMix 50 għandha tiġi protetta minn sħana eċċessiva u mid-dawl tax-xemx.
Qabel ma jinfetaħ: NovoMix 50 FlexPen li ma tkunx qed tintuża trid tinħażen fil-friġġ f’temperatura ta’ 2°C – 8°C, ’il bogħod mill-element li jkessaħ. Tagħmlux fil-friża.
Qabel ma tuża NovoMix 50 FlexPen neħħiha mill-friġġ. Kull darba li tuża pinna ġdida, hu rrakkomandat li terġa’ tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina skont kif ġejt muri. Ara l- Istruzzjonijiet għall-użu.
Waqt l-użu jew meta tkun qeda tinġarr bħala sper: NovoMix 50 FlexPen li tkun qiegħda tintuża jew li qiegħda tinġarr bħala sper, m’għandiex tinżamm fil-friġġ. Tista’ ġġorrha miegħek u żżommha fit-temperatura ambjentali tal-kamra (taħt 30°C) sa 4 ġimgħat.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent
6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
X’fih NovoMix 50
•Is-sustanza attiva hi insulin aspart. NovoMix 50 huwa taħlita li tikkonsisti minn 50% insulin aspart li jinħall u 50% insulin aspart ikkristallizzat bi protamine. Millilitru fih 100 unità ta’ insulin aspart. Kull pinna mimlija għall-lest fiha 300 unità ta’ insulin aspart f’3 ml ta’ suspensjoni għall-injezzjoni.
•Is-sustanzi l-oħra huma glycerol, phenol, metacresol, zinc chloride, disodium phosphate dihydrate, sodium chloride, protamine sulfate, hydrochloric acid, sodium hydroxide, u ilma għall-injezzjonijiet.
Kif jidher NovoMix 50 u l-kontenut tal-pakkett
NovoMix 50 jiġi bħala suspensjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. L-iskartoċċ fih boċċa tal-ħġieġ biex jiffaċilita s-suspensjoni mill-ġdid. Wara s-suspensjoni mill-ġdid, il-likwidu għandu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi. Tużax l-insulina jekk wara li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni, b’mod uniformi, ma tidhirx bajda, opaka u akweja.
Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 5 u 10 pinen mimlijin għal-lest ta’ 3 ml. Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.
Is-suspensjoni hija opaka, bajda u akweja.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur
Novo Nordisk A/S
Novo Allé
DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka
Issa aqleb għal informazzjoni dwar kif tuża l-FlexPen tiegħek.
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Sorsi oħra ta’ informazzjoni
Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.
Istruzzjonijiet dwar kif tuża NovoMix 50 suspensjoni għall-injezzjoni ġo FlexPen.
Aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjin qabel ma tuża l-FlexPen tiegħek. Jekk ma ssegwix sew l- istruzzjonijiet, tista’ tieħu ftit wisq jew iżżejjed ta’ insulina, li jista’ jwassal għal livel ta’ zokkor fid- demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq
Il-FlexPen tiegħek hija pinna tal-insulina mimlija għal-lest li tħallik tisselezzjona d-doża.
►Tista’ tisselezzjona dożi minn 1 sa 60 unità f'inkrementi ta' unità 1.
►Il-FlexPen hi magħmula biex tintuża mal-labar NovoFine jew NovoTwist li jintużaw darba biss u li għandhom tul ta' mhux iżjed minn 8 mm..
►Dejjem ġorr apparat żejjed li jkun jista’ jagħti l-insulina, fil-każ li l-FlexPen tiegħek tintilef jew jiġrilha l-ħsara.
NovoMix 50 FlexPen | Ballun Skartoċċ | Selettur | Buttuna tal- Labra (eżempju) | | |
Għatu | tal-ħġieġ | tad-doża | injezzjoni | Għatu ta’ | | Siġill |
tal-pinna | | Indikatu | L-għatu l-kbir ta’ | ġewwa tal- | Labra | protettiv |
| | r | barra tal-labra | labra | | |
12-il unità Skala ta’ residwu
Kif tieħu ħsieb il-pinna tiegħek
►Il-FlexPen tiegħek. għandha tkun immaniġġjata bl-attenzjoni. Jekk tiġi mwaqqa’, jiġrilha l-ħsara jew tiġi mgħaffġa hemm ir-riskju li toħroġ l-insulina. Dan jista’ jikkawża dożaġġ li ma jkunx preċiż, li jista’ jwassal għal livel ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq
►Tista’ tnaddaf il-parti ta’ barra tal-FlexPen tiegħek billi timsaħha b’tajjara b’diżinfettant. M’għandekx ixxarrabha, taħsilha jew tillubrikaha għax dan jista’ jagħmel ħsara lill-pinna.
►Timliex mill-ġdid il-FlexPen tiegħek.
Kif tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina tiegħek
A
Iċċekkja l-isem u l-kulur tat-tikketta tal-pinna tiegħek biex tkun ċert li fiha t-tip korrett ta’ insulina. Dan huwa speċjalment importanti jekk inti tieħu iżjed minn tip wieħed ta’ insulina. Jekk tieħu t-tip ħażin ta’ insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq jew jitbaxxa wisq.
Kull darba li tuża pinna ġdida
Ħalli l-insulina tilħaq it-temperatura tal-kamra qabel ma tużaha. B’kekk ikun iktar faċli li terġa’ tiġi magħmula f’suspensjoni.
Neħħi l-għatu tal-pinna.
A
B
Qabel l-ewwel injezzjoni b’FlexPen ġdida, l-insulina trid terġa’ tiġi magħmula f’suspensjoni:
Irrombla l-pinna bejn idejk għal 10 darbiet – huwa importanti li dejjem iżżomm il-pinna b’mod orizzontali (livell mal-art).
B
C
Kif muri fl-istampa, ċaqlaq il-pinna ’l fuq u ’l isfel għal 10 darbiet bejn iż-żewġ pożizzjonijiet , biex b’hekk il-ballun tal-ħġieġ jiċċaqlaq minn tarf għall-ieħor ta’ l-iskartoċċ
Irrepeti l-irromblar u ċ-ċaqlieq tal-pinna sakemm il-likwidu b’mod uniformi jidher abjad, opak u akweju.
Għal kull injezzjoni li tiġi wara
Ċaqlaq il-pinna ’l fuq u ’l isfel bejn iż-żewġ pożizzjonijiet għal mill-inqas 10 darbiet sakemm il- likwidu b’mod uniformi verament jidher abjad, opak u akweju. Jekk il-proċedura taċ-ċaqliq waħidha ma tkunx biżżejjed sabiex b’mod uniformi l-likwidu jidher abjad, opak u akweju, irrepeti l-proċeduri ta’ l-irrumblar u ċ-ċaqliq (ara B u C) sakemm b’mod uniformi l-likwidu jidher proprju abjad, opak u akweju.
►Dejjem kun ċert li qabel kull injezzjoni tkun erġajt għamilt l-insulina f’suspensjoni. Dan inaqqas ir-riskju li jkollok livell ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq. Wara li tkun erġajt għamilt l-insulina f’suspensjoni, wettaq l-istadji kollha tal-injezzjoni li ġejjin bla dewmien.
C
Dejjem iċċekkja li jkun fadal mill-anqas 12-il unità ta' insulina fl-iskartoċċ biex tippermetti li terġa’ ssir is-suspensjoni. Jekk ikun baqa’ inqas minn 12-il unità, uża FlexPen ġdida. It-12-il unità hija mmarkata fl-iskala ta’ residwu .Ara l-istampa l-kbira fil-bidu ta’ din l-istruzzjoni.
Tużax il-pinna jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx, b’mod uniformi, bajda, opaka u akweja.
Kif twaħħal labra
D
Ħu labra ġdida u aqta’ s-siġill.
Invita l-labra bi dritt u b'mod issikkat fuq il-FlexPen tiegħek.
D
E
Neħħi l-għatu l-kbir ta’ barra tal-labra u żommu għal wara
E
F
Neħħi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra u armih.
Qatt m’għandek terġa’ tipprova tqiegħed l-għatu ta’ ġewwa tal-labra lura fuq il-labra. Tista’ tniggeż lilek innifsek bil-labra.
F
Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni. Dan inaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, telf tal-insulina, labar imblokkati u dożaġġ li ma jkunx preċiż.
Oqgħod attent li ma tgħawwiġx jew tagħmel xi ħsara lil-labra qabel l-użu.
Kif teżamina l-fluss ta’ l-insulina
Waqt l-użu normali, jistgħu jinġemgħu ammonti żgħar ta’ arja ġo l-iskartoċċ qabel kull injezzjoni. Biex tevita l-injezzjoni tal-arja u tiżgura dożaġġ korrett:
G
Dawwar is-selettur tad-doża sabiex tisselezzjona 2 unitajiet.
G
Isselezzj onati 2 unitajiet
H
Żomm il-FlexPen tiegħek bil-labra tipponta ’l fuq u b’sebgħek tektek bil-mod l-iskartoċċ għal xi ftit drabi, biex jekk ikun hemm xi bżieżaq ta’ l-arja dawn jinġabru fin-naħa ta’ fuq ta’ l-iskartoċċ
H
I
Filwaqt li żżomm il-labra ’l fuq, agħfas il-buttuna ta’ l-injezzjoni kollha ’l ġewwa. Is-selettur tad-doża jirritorna fuq iż-0
Qatra insulina għandha tidher fil-ponta tal-labra. Jekk dan ma jseħħx, ibdel il-labra u rrepeti l- proċedura sa mhux aktar minn 6 darbiet.
Jekk il-qatra tal-insulina tibqa’ ma tidhirx, il-pinna hija difettuża u għandek tuża waħda ġdida.
I
Qabel ma tinjetta, dejjem kun ċert li tidher qatra fil-ponta tal-labra. Dan jassigura li l-insulina timxi. Jekk ma tidher ebda qatra, m’int se tinjetta ebda insulina anki jekk is-selettur tad-doża jista’ jimxi. Dan jista’ jindika li l-labra mblukkata jew bi ħsara.
Dejjem iċċekkja l-fluss qabel ma tinjetta. Jekk ma tiċċekkjax il-fluss, tista’ tieħu ftit wisq tal- insulina jew ebda insulina. Dan jista’ jwassal għal livell ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq.
Kif tisselezzjona d-doża
Aċċerta ruħek li s-selettur tad-doża qiegħed fuq iż-0.
J
Dawwar is-selettur tad-doża sabiex tisselezzjona n-numru ta’ unitajiet li jkollok bżonn tinjetta
Id-doża tista’ tkun aġġustata kemm ’il fuq u kemm ’l isfel billi ddawwar is-selettur tad-doża f’direzzjoni jew oħra sakemm l-indikatur ikun fuq id-doża li tkun trid. Waqt li tkun qed/a ddawwar is- selettur tad-doża, oqgħod attent/a biex ma tagħfasx il-buttuna ta’ l-injezzjoni għax inkella toħroġ l- insulina.
Ma tistax tisselezzjona doża akbar min-numru ta’ unitajiet li jkun fadal fl-iskartoċċ.
J
Isselezzj onati 5 unitajiet
Isselezzj onati 24 unità
Qabel ma tinjetta l-insulina, dejjem uża s-selettur tad-doża u l-indikatur biex tara kemm il-unità tkun isselezzjonajt.
Tgħoddx il-klikks tal-pinna. Jekk tisselezzjona u tinjetta d-doża l-ħażina, il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista’ jogħla wisq jew jitbaxxa wisq. Tużax l-iskala ta’ residwu, dan ma jurix eżatt kemm ikun fadal insulina fil-pinna tiegħek.
Biex tagħmel l-injezzjoni
Daħħal il-labra fil-ġilda tiegħek . Uża t-teknika ta’ l-injezzjoni kif uriek it-tabib jew l- infermier/a tiegħek.
K
Agħti d-doża billi tagħfas il-buttuna ta’ l-injezzjoni kollha 'l ġewwa sakemm l-indikatur jiġi fuq iż-0. Oqgħod attent/a li tagħfas biss il-buttuna ta’ l-injezzjoni meta tkun qed/a tagħmel l-injezzjoni.
Billi ddawwar is-selettur tad-doża ma tkunx qed/a tagħti l-insulina.
K
L
►Żomm il-buttuna ta’ l-injezzjoni magħfusa kollha ’l ġewwa u ħalli l-labra taħt il-ġilda għal mill-anqas 6 sekondi. Dan jassigura li tkun ħadt id-doża kollha.
►Iġbed il-barra l-labra minn ġol-ġilda u mbagħad erħi l-pressjoni minn fuq il-buttuna tal- injezzjoni.
►Dejjem kun ċert li wara l-injezzjoni s-selettur tad-doża jerġa’ lura fuq iż-0. Jekk is-selettur tad- doża jieqaf qabel ma jerġa’ lura fuq iż-0, ma tkunx ingħatat id-doża kollha, li jista’ jirriżulta f’livell ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq.
L
M
Qiegħed il-labra fl-għatu l-kbir ta’ barra tal-labra mingħajr ma tmissu. Meta l-labra tkun mgħottija, b’attenzjoni imbotta l-għatu l-kbir ta’ barra tal-labra biex jingħalaq sew fuq il-pinna u imbagħad ħoll il-labra.
Oqgħod attent kif tarmiha u erġa’ poġġi lura l-għatu tal-pinna fuq il-FlexPen tiegħek..
M
Dejjem neħħi l-labra wara kull injezzjoni u aħżen il-FlexPen tiegħek mingħajr ma l-labra tkun imwaħħla. Dan inqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, telf tal-insulina, labar imblukkati u dożaġġ li ma jkunx preċiż.
Aktar informazzjoni importanti
Persuni li jieħdu ħsieb il-pazjent iridu joqogħdu attenti ħafna meta jkunu qed jimmaniġġjaw il- labar użati sabiex inqqsu ir-riskju li jitnigżu bil-labar u li jieħdu xi infezzjoni.
Armi l-FlexPen użata tiegħek bl-attenzjoni mingħajr ma l-labra tkun imwaħħla.
Qatt m’għandek taqsam il-pinna tiegħek jew il-labar tiegħek ma’ persuni oħra. Dan jista’ jwassal li persuni jiġu infettati.
Qatt m’għandek taqsam il-pinna tiegħek ma’ persuni oħra. Il-mediċina tiegħek tista’ tkun ta’ ħsara għal saħħithom.
Dejjem żomm il-pinna u l-labar tiegħek fejn ma jidhrux u ma jintlaħqux minn oħrajn, speċjalment it-tfal.
Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent
NovoMix 70 Penfill 100 unità/ml suspensjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ
70 % insulin aspart solubbli u 30 % insulin aspart ikkristallizzat bi protamine
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.
-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett:
1.X’inhu NovoMix 70 u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 70
3.Kif għandek tuża NovoMix 70
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen NovoMix 70
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1.X’inhu NovoMix 70 u gћalxiex jintuża
NovoMix 70 huwa insulina moderna (analogu ta’ l-insulina) li għandu kemm effett li jaħdem malajr kif ukoll effett li jaħdem b’mod intermedju, fil-proporzjon ta’ 70/30. Prodotti moderni tal-insulina huma verżjonijiet aħjar ta’ insulina umana.
NovoMix 70 jintuża biex inaqqas il-livell għoli ta’ zokkor fid-demm f’pazjenti bid-dijabete mellitus (id-dijabete). Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l- livell taz-zokkor fid-demm. NovoMix 70 jista’ jintuża flimkien ma’ metformin.
NovoMix 70 jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm tiegħek minn 10-20 minuta wara li jiġi injettat, effett massimu jseħħ bejn 1 u 4 sigħat wara l-injezzjoni u l-effett idum sa 14 - 24 siegħa.
2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 70
Tużax NovoMix 70
►Jekk int allerġiku għal insulin aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-mediċina (ara sezzjoni 6, Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra).
►Jekk tissuspetta li ser tibda l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm),ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
►F’pompi tal-infużjoni tal-insulina.
►Jekk l-iskartoċċ jew it-tagħmir li fih l-iskartoċċ jitwaqqa’, jiġrilu l-ħsara jew jitgħaffeġ.
►Jekk ma ġiex maħżun kif suppost jew jekk ġie ffriżat, ara sezzjoni 5, Kif taħżen NovoMix 70.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid l-insulina m’għandiex dehra bajda, opaka u akweja b’mod uniformi.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid, hemm ċapep magħqudin jew jekk frak solidu abjad jeħel mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ u jagħti dehra mtappna.
Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, tużax NovoMix 70. Tkellem mat-tabib/a, infermier/a jew
spiżjar/a tiegħek għal parir.
Qabel ma tuża NovoMix 70
►Iċċekkja t-tikketta biex taċċerta ruħek li hi t-tip ta' insulina t-tajba.
►Dejjem iċċekkja l-iskartoċċ, inkluż il-planġer tal-gomma fil-qiegħ tal-iskartoċċ. Tużahx jekk tara xi ħsara jew jekk il-planġer tal-gomma hu miġbud ’il fuq mill-istrixxa l-bajda tat-tikketta li hemm fil-qiegħ tal-iskartoċċ. Dan jista’ jindika li tnixxiet xi insulina. Jekk tissusspetta li l- iskartoċċ għandu xi ħsara, ħudu lura għand minn tahulek. Ara l-manwal tiegħek tas-sistema tal- għoti għal aktar istruzzjonijiet .
►Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni sabiex tevita l-kontaminazzjoni.
►Il-labar u NovoMix 70 Penfill m’għandhomx jintużaw minn persuni oħra.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw il-bżonn tiegħek tal-insulina. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek:
►Jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, tal-glandola pitwitarja jew tat-tirojde
►Jekk tagħmel eżerċizzju fiżiku iktar mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, billi dan jista’ jaffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm
►Jekk inti marid/a: kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek
►Jekk ser issiefer, li tivvjaġġa bejn żoni tal-ħin differenti, jista’ jaffettwa l-ħtiġijiet tiegħek ta’ l- insulina u l-ħin meta tieħu l-injezzjonijiet.
Mediċini oħra u NovoMix 70
Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Xi mediċini jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel. Hawn taħt hawn elenkati l-aktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:
•Mediċini oħra għall-kura tad-dijabete
•Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati fil-kura tad-dipressjoni)
•Beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm)
•Inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)
•Salicylates (użati biex itaffu l-uġigħ u jbaxxu d-deni)
•Sterojdi anaboliċi (bħal testosterone)
•Sulfonamides (użati fil-kura ta’ infezzjonijiet)
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:
•Kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw it-tqala)
•Thiazides ( użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew żamma eċċessiva ta’ fluwidi)
•Glukokortikojdi (bħal ‘cortisone’ użat fil-kura tal-infjammazzjoni)
•Ormoni tat-tirojde ( użati fil-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde)
•Simpatomimetiċi ( bħal epinephrine [adrenaline], salbutamol jew terbutaline użati fil-kura tal- ażma)
•Ormon tat-tkabbir (mediċina li tistimula t-tkabbir skeltrali u somatiku u għandha effett qawwi fuq il-proċessi metaboliċi tal-ġisem)
•Danazol (mediċina li għandha effett fuq l-ovulazzjoni)
Octreotide u lanreotide (użati għall-kura ta’ l-akromegalija, disturb ormonali rari li normalment iseħħ f’adulti fl-età bejn 40 u 60 sena, ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva ta’ l-ormon ta’ tkabbir mill- glandola pitwitarja) jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.
Il-beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm) jistgħu jnaqqsu jew ineħħu għal kollox l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk biex tagħraf livell baxx ta’ zokkor fid-demm.
Pioglitazone (pilloli użati fil-kura tad-dijabete tat-tip 2)
Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).
Jekk ħadt xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn, għid lit-tabib, lin-ners jew lill-ispiżjar tiegħek.
Meta tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 70
►Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel għax il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista' jitla' jew jinżel.Huwa rrakkomandat monitoraġġ tajjeb.
Tqala u treddigħ
►Jekk inti tqila , taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina Hemm esperjenza klinika limitata b’insulin aspart fit-tqala Jista' jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża ta' l-insulina tiegħek waqt it-tqala speċjalment wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek u l-prevenzjoni ta' l-ipogliċemija hija importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.
►M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-użu ta’ NovoMix 70 waqt it-treddigħ.
Ħu parir mingħand it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew it-treddigħ.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
► Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq karozza jew tħaddem xi magna:
•Jekk ikollok ipogliċemija ta’ spiss
•Jekk issibha diffiċli biex tagħraf l-ipogliċemija.
Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek hu baxx jew għoli, jista’ jaffettwalek il-konċentrazzjoni tiegħek u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi u allura anke l-abbiltà tiegħek biex issuq jew tħaddem xi magna . Ftakar dejjem li tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor fil-periklu.
Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti f’NovoMix 70
Kull doża ta’ NovoMix 70 fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg), jiġifieri NovoMix 70 huwa bażikament ‘bla sodium’.
3.Kif gћandek tuża NovoMix 70
Doża u meta għandek tieħu l-insulina tiegħek
Dejjem għandek tużal-insulina tiegħek u taġġusta d-doża tiegħek skont il-parir eżatt tat-tabib.Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Normalment NovoMix 70 jittieħed eżatt qabel ikla. Kul ikla jew ikla ħafifa fi żmien 10 minuti mill- injezzjoni biex tevita livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Meta jkun hemm il-bżonn, NovoMix 70 jista’ jingħata malajr wara ikla. Ara Kif u fejn għandek tinjetta, aktar ’l isfel, għall-informazzjoni.
Meta NovoMix 70 jintuża flimkien ma’ metformin, id-doża għandha tkun aġġustata.
Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jkunx qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek biddillek l-insulina minn tip jew marka ta’ insulina għal oħra, jista’ jkun li d-doża tiegħek trid tiġi aġġustata mill-istess tabib.
Użu fit-tfal u fl-adolexxenti
Ma sarux studji kliniċi b’NovoMix 70 fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.
Użu fi gruppi speċjali ta’ pazjenti
Jekk għandek tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied jew jekk għandek iżjed minn 65 sena, għandek tiċċekkja z-zokkor fid-demm b’mod aktar regolari u ddiskuti mat-tabib tiegħek xi tibdil fid- doża tal-insulina tiegħek.
Kif u fejn tinjetta
NovoMix 70 għandu jiġi injettat taħt il-ġilda. Qatt m’għandek tinjetta l-insulina tiegħek direttament ġo vina jew muskolu.
Ma’ kull injezzjoni, ibdel il- parti minn fejn tinjetta, fl-istess żona tal-ġilda li qed tuża. Dan jgħin biex tevita l-għoqiedi jew tħaffir fil-ġilda (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma: in-naħa ta’ quddiem tal-koxox, in-naħa ta’ quddiem tal-qadd (iż-żaqq), jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. L-insulina taħdem aktar malajr jekk tinjetta madwar il-qadd. Għandek dejjem tkejjel il-livell ta’ zokkor fid-demm regolarment.
►Terġax timla l-iskartoċċ.
►L-iskrataċ ta’ NovoMix 70 Penfill huma maħsuba biex jintużaw mas-sistema tal-għoti tal- insulina Novo Nordisk u mal-labar tat-toġ NovoFine jew NovoTwist.
►Jekk qed tiġi mogħti l-kura b’NovoMix 70 Penfill u bi skartoċċ Penfill ta’ insulina oħra, għandek tuża żewġ sistemi tal-għoti tal-insulina, waħda għal kull tip ta’ insulina
►Dejjem ġorr miegħek skartoċċ Penfill żejjed f’każ li dak li qed tuża jintilef jew ikollu l-ħsara
Suspensjoni mill-ġdid ta’ NovoMix 70
Dejjem iċċekkja li jkun fadal biżżejjed insulina (mill-inqas 12-il unità) fl-iskartoċċ biex is-suspensjoni mill-ġdid tkun tista’ ssir b’mod uniformi. Jekk ma jkunx baqa’ biżżejjed insulina uża wieħed ġdid. Ara l-manwal tal-pinna għal aktar istruzzjonijiet.
►Kull darba li tuża NovoMix 70 Penfill ġdid (qabel ma tqiegħed l-iskartoċċ fis-sistema tal- għoti tal-insulina)
•Qabel ma tużah, ħalli l-insulina tilħaq it-temperatura tal-kamra. Din se tagħmilha iżjed faċli li terġa’ tagħmel is-suspensjoni mill-ġdid.
•Irrombla l-iskartoċċ bejn idejk għal 10 darbiet – huwa importanti li l-iskartoċċ jinżamm b’mod orizzontali (livell mal-art) (ara stampa A).
•Ċaqlaq l-iskartoċċ ’il fuq u ’l isfel bejn il-pożizzjonijiet a u b (ara stampa B) 10 darbiet, biex b’hekk il-boċċa tal-ħġieġ tiċċaqlaq minn tarf għall-ieħor ta’ l-iskartoċċ.
•Irrepeti l-proċeduri ta’ l-irrumblar u taċ-ċaqliq (ara stampi A u B) sakemm b’mod uniformi l- likwidu jidher proprju abjad, opak u akweju. Tużax l-iskartoċċ jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx b’mod uniformi bajda, opaka u akweja.
•Wettaq l-istadji l-oħrajn ta’ l-injezzjoni mingħajr telf ta’ żmien
►Għal kull injezzjoni li tiġi wara
•Ċaqlaq is-sistema ta’l-għoti ta’ l-insulina bl-iskartoċċ ġewwa ’l fuq u ’l isfel bejn a u b (ara stampa B)għallinqas 10 darbiet sakemm il-likwidu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi Tużax l-iskartoċċ jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx b’mod uniformi bajda, opaka u akweja.
•Jekk il-proċedura ta’ ċaqliq waħidha ma tkunx biżżejjed sabiex il-likwidu b’mod uniformi jkun abjad, opak u akweju, irrepeti l-proċeduri ta’ rrumblar u ċaqliq sakemm il-likwidu b’mod uniformi jidher abjad, opak u akweju.
•Wettaq l-istadji l-oħrajn ta’ l-injezzjoni mingħajr telf ta’ żmien.
Stampa A
Kif tinjetta NovoMix 70
►Injetta l-insulina taħt il-ġilda tiegħek. Uża teknika ta’ injezzjoni li jkun tak parir dwarha t-tabib jew l-infermier/a tiegħek u kif deskritt fil-manwal tal-pinna tiegħek.
►Żomm il-labra taħt il-ġilda għal mill-inqas 6 sekondi. Żomm il-buttuna tal-injezzjoni magħfusa kollha sakemm tinħareġ il-labra minn ġol-ġilda. B’hekk tiżgura li t-teħid ikun sar b’mod korrett u tnaqqas il-possibbiltà li xi demm jgħaddi ġol-labra jew fil-post fejn tinħażen l-insulina.
►Wara kull injezzjoni aċċerta ruħek li tneħħi u tarmi l-labra u aħzen NovoMix 70 mingħajr ma l- labra tkun imwaħħla. Inkella, jista’ jkun hemm xi telf tal-likwidu li jista’ tkun il-kawża ta’ dożaġġ żbaljat.
Jekk tieħu iżjed insulina milli suppost
Jekk tieħu żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
Jekk tinsa tieħu l-insulina
Jekk tinsa tieħu l-insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk tieqaf tieħu l-insulina
Tiqafx tieħu l-insulina tiegħek mingħajr ma’ titkellem ma’ tabib li għandu jgħidlek x’hemm bżonn li jsir. Dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi. Ara Effetti ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, saqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek.
4. Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.
a)Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa effett sekondarju komuni ħafna. Jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10.
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:
•Tinjetta wisq insulina
•Tiekol ftit wisq jew taqbeż ikla
•Tagħmel eżerċizzju aktar mis-soltu
•Tixrob l-alkoħol (ara Tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 70 f’sezzjoni 2)
Is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor: Għaraq kiesaħ; ġilda kiesħa u pallida; uġigħ ta’ ras; taħbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok imqalla’; tħossok ħafna bil-ġuħ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas, għeja u debbulizza mhux tas-soltu; nervożitá jew rogħda; tħossok ansjuż; tħossok konfuż; diffikultà fil- konċentrazzjoni.
Livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm jista’ jwassal li tintilef minn sensik. Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm ma tiġix ikkurata, tista’ tikkawża ħsara lill-moħħ (temporanju jew permanenti) kif ukoll il-mewt. Tista’ tirkupra aktar malajr mit-telf tas-sensi b’injezzjoni ta’ l-ormon glucagon mogħti minn xi ħadd li jaf jużah. Jekk tingħata glucagon, ser ikollok bżonn tieħu glucose jew xi ħaġa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik. Jekk ma tirrispondix għall-kura bi glucagon, ser ikollok bżonn tiġi kkurat ġewwa sptar.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu pilloli tal-glucose jew xi ikla ħafifa b’ħafna zokkor (ħelu, biskuttini, meraq tal-frott). Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livell taz- zokkor fid-demm u strieħ. Dejjem ġorr miegħek pilloli tal glucose, ħelu, biskuttini jew meraq tal-frott, għal li jista’ jkun.
►Meta s-sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l-livell taz- zokkor fid-demm ikun ġie lura għan-normal, kompli l-kura bl-insulina.
►Jekk ikollok daqshekk livell baxx ta’ zokkor fid-demm li tagħtik ħass ħażin, jekk kellek bżonn ta’ injezzjoni ta’ glucagon jew kellek ħafna episodji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, tkellem ma’ tabib. L-ammont jew il-ħin ta’ meta tieħu l-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju jistgħu jkollhom bżonn jiġu aġġustati
Għid lil dawk il-persuni li huma importanti għalik li għandek id-dijabete u x’jistgħu jkunu l- konsegwenzi , inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin (tintilef minn sensik) minħabba livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Għidilhom li jekk tħossok ħażin għandhom idawruk fuq ġenbek u jġibu għajnuna medika minnufih. M’għandhomx jagħtuk ikel jew xorb għax ikun hemm ir-riskju li tifga.
Reazzjonijiet allerġiċi serji għal NovoMix 70 jew għal xi wieħed mis-sustanzi tiegħu (imsejħa reazzjoni allerġika sistemika) hija effett sekondarju rari ħafna iżda tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Tista’ taffettwa inqas minn persuna 1 minn kull 10,000..
Fittex parir mediku minnufih:
•Jekk is-sinjali ta’ l-allerġija jinxterdu għal partijiet oħrajn tal-ġisem.
•Jekk tħossok ma tiflaħx f’daqqa, u: tibda tegħreq; tibda titqalla’ (tirrimetti); ikollok diffikultà
biex tieħu n-nifs; ikollok taħbit mgħaġġel tal-qalb; tħossok stordut.
►Jekk tinduna b’kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali, fittex parir mediku minnufih.
b)Lista ta’ effetti sekondarji oħra
Effetti sekondarji mhux komuni
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 100
Sinjali ta’ allerġija: Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi lokali (uġigħ, ħmura,urtikarja, infjammazzjoni, tbenġil, nefħa u ħakk) fis-sit ta’ l-injezzjoni. Dawn normalment imorru wara ftit ġimgħat li tkun qed tieħu l-insulina tiegħek. Jekk ma jmorrux , kellem lit-tabib tiegħek.
Problemi bil-vista: Meta tibda l-kura tiegħek bl-insulina, din tista’ tagħtik xi fastidju fil-viżta, iżda normalment dan il-fastidju jkun temporanju.
Kambjament fis-sit ta’ l-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni jista’ jinxtorob (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel is-sit ma’ kull injezzjoni jista’ jgħin biex tnaqqas ir-riskju li jiżviluppa dan il-kambjament fil-ġilda. Jekk tinnota li-fis-sit ta’ l-injezzjoni l- ġilda qiegħda titħaffer jew qiegħda teħxien, għid lit-tabib tiegħek jew lin-ners, għax dawn ir- reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar serji, jew jekk l-injezzjoni ssir f’sit bħal dan jistgħu jbiddlu l- assorbiment ta’ l-insulina tiegħek.
Ġogi minfuħin: Meta tibda tieħu l-insulina, iż-żamma ta’ l-ilma tista’ tikkawżalek nefħa madwar l- għekiesi u ġogi oħra. Normalment dan malajr imur. Jekk le, tkellem mat-tabib tiegħek.
Retinopatija dijabetika (mard tal-għajnejn relatata mad-dijabete li tista’ twassal għat-telf tal-vista): Jekk għandek ir-retinopatija dijabetika u l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, ir- retinopatija tista’ tmur għall-agħar. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan.
Effetti sekondarji rari
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1,000.
Newropatija bl-uġigħ (uġigħ minħabba dannu lin-nervituri): Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri din tissejjaħ newropatija akuta bl-uġigħ u normalment hija tranżitorja.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)
Jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm jekk:
•Ma injettajtx biżżejjed insulina
•Insejt tinjetta l-insulina tiegħek jew waqaft tieħu insulina
•Tinjetta inqas insulina milli teħtieġ ripetutament
•Ikollok xi infezzjoni jew xi deni
•Tiekol aktar mis-soltu
•Tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu.
Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
Is-sinjali ta’ twissija jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: tgħaddi iżjed awrina, tħossok bil-għatx; titlef l-aptit; tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar); tħossok bi ngħas jew għajjien; ħmura u ġilda xotta; ħalq xott u riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sinjali t’hawn fuq: ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm
tiegħek; jekk tista’, ittestja l-awrina għal ketones, imbagħad fittex parir mediku minnufih.
►Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi dijabetika (jiżdied l- ammont ta’ aċtu fid-demm peress li l-ġisem qiegħed jimmetabolizza x-xaħam minflok iz- zokkor). Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment għall- mewt.
5.Kif taħżen NovoMix 70
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta tal-iskartoċċ u l-kartuna, wara ‘EXP’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Dejjem żomm l-iskartoċċ fil-kartuna ta’ barra meta ma tkunx qed tużah sabiex tilqa’ mid-dawl. NovoMix 50 għandu jkun protett minn sħana eċċessiva u mid-dawl.
Qabel ma jinfetaħ:NovoMix 70 Penfill li ma jkunx qed jintuża rrid jinħażen fil-friġġ f’temperatura
ta’ 2°C sa 8°C, ’il bogħod mill-element li jkessaħ. Tagħmlux fil-friża.
Qabel ma tuża NovoMix 70 Penfill neħħih mill-friġġ. Kull darba li tuża NovoMix 70 Penfill ġdid, hu rrakkomandat li terġa’ tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina skont kif ġejt muri. Ara suspensjoni mill-ġdid ta’ NovoMix 70 f’sezzjoni 3.
Waqt l-użu jew meta qed jinġarr bħala sper NovoMix 70 Penfill li jkun qed jintuża jew li ġġorru bħala sper m’għandux jinżamm fil-friġġ.. Tista’ ġġorru miegħek u żżommu fit-temperatura ambjentali tal-kamra (taħt 30°C) sa 4 ġimgħat.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent
6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
X’fih NovoMix 70
•Is-sustanza attiva hi insulin aspart. NovoMix 70 huwa taħlita li tikkonsisti minn 70% insulin aspart li jinħall u 30% insulin aspart ikkristallizzat bi protamine. Millilitru fih 100 unità ta’ insulin aspart. Kull skartoċċ fih 300 unità ta’ insulin aspart f’suspensjoni għall-injezzjoni ta’
3 ml
•Is-sustanzi l-oħra huma: glycerol, phenol, metacresol, zinc chloride, disodium phosphate dihydrate, sodium chloride, protamine sulfate, hydrochloric acid, sodium hydroxide, u ilma għall-injezzjonijiet.
Kif jidher NovoMix 70 u l-kontenut tal-pakkett
NovoMix 70 jiġi bħala suspensjoni għall-injezzjoni. L-iskartoċċ fih boċċa tal-ħġieġ biex jiffaċilita s- suspensjoni mill-ġdid. Wara s-suspensjoni mill-ġdid, il-likwidu għandu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi. Tużax l-insulina jekk wara li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni, b’mod uniformi, ma tidhirx bajda, opaka u akweja.
Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 5 u 10 skrataċ ta’ 3 ml. Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.
Is-supensjoni hija opaka, bajda u akweja.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur
Novo Nordisk A/S
Novo Allé
DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Sorsi oħra ta’ informazzjoni
Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.
Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent
NovoMix 70 FlexPen 100 unità/ml suspensjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest.
70 % insulin aspart solubbli u 30 % insulin aspart ikkristallizzat bi protamine
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.
-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett:
1.X’inhu NovoMix 70 u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 70
3.Kif għandek tuża NovoMix 70
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen NovoMix 70
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1. X’inhu NovoMix 70 u gћalxiex jintuża
NovoMix 70 huwa insulina moderna (analogu ta’ l-insulina) li għandu kemm effett li jaħdem malajr kif ukoll effett li jaħdem b’mod intermedju, fil-proporzjon ta’ 70/30. Prodotti moderni tal-insulina huma verżjonijiet aħjar ta’ insulina umana.
NovoMix 70 jintuża biex inaqqas il-livell għoli ta’ zokkor fid-demm f’pazjenti bid-dijabete mellitus (id-dijabete). Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l- livell taz-zokkor fid-demm. NovoMix 70 jista’ jintuża flimkien ma’ metformin.
NovoMix 70 jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm tiegħek minn 10-20 minuta wara li jiġi injettat, l-effett massimu jseħħ bejn 1 u 4 sigħat wara l-injezzjoni u l-effett idum sa 14-24 siegħa.
2.Qabel ma tuża NovoMix 70
Tużax NovoMix 70
►Jekk int allerġiku għal insulin aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-mediċina (ara sezzjoni 6, Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra).
►Jekk tissuspetta li ser tibda l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm),ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
►F’pompi tal-infużjoni tal-insulina.
►Jekk l-iskartoċċ jew it-tagħmir li fih l-iskartoċċ jitwaqqa’, jiġrilu l-ħsara jew jitgħaffeġ.
►Jekk ma ġiex maħżun kif suppost jew jekk ġie ffriżat, ara sezzjoni 5, Kif taħżen NovoMix 70.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid l-insulina m’għandiex dehra bajda, opaka u akweja b’mod uniformi.
►Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid, hemm ċapep magħqudin jew jekk frak solidu abjad jeħel mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ u jagħti dehra mtappna.
Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, tużax NovoMix 70. Tkellem mat-tabib/a, infermier/a jew
spiżjar/a tiegħek għal parir.
Qabel ma tuża NovoMix 70
►Iċċekkja t-tikketta biex taċċerta li hija t-tip ta’ insulina korretta
►Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni sabiex tevita l-kontaminazzjoni
►Il-labar u NovoMix 70 FlexPen m’għandhomx jintużaw minn aktar minn persuna waħda.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw il-bżonn tiegħek tal-insulina. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek:
►Jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, tal-glandola pitwitarja jew tat-tirojde
►Jekk tagħmel eżerċizzju fiżiku iktar mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, billi dan jista’ jaffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm
►Jekk inti marid/a: kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek
►Jekk ser issiefer, li tivvjaġġa bejn żoni tal-ħin differenti, jista’ jaffettwa l-ħtiġijiet tiegħek ta’ l- insulina u l-ħin meta tieħu l-injezzjonijiet.
Mediċini oħra u NovoMix 70
Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Xi mediċini jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel. Hawn taħt hawn elenkati l-aktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:
•Mediċini oħra għall-kura tad-dijabete
•Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati fil-kura tad-dipressjoni)
•Beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm)
•Inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)
•Salicylates (użati biex itaffu l-uġigħ u jbaxxu d-deni)
•Sterojdi anaboliċi (bħal testosterone)
•Sulfonamides (użati fil-kura ta’ infezzjonijiet)
Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:
•Kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw it-tqala)
•Thiazides ( użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew żamma eċċessiva ta’ fluwidi)
•Glukokortikojdi (bħal ‘cortisone’ użat fil-kura tal-infjammazzjoni)
•Ormoni tat-tirojde ( użati fil-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde)
•Simpatomimetiċi ( bħal epinephrine [adrenaline], salbutamol jew terbutaline użati fil-kura tal- ażma)
•Ormon tat-tkabbir (mediċina li tistimula t-tkabbir skeltrali u somatiku u għandha effett qawwi fuq il-proċessi metaboliċi tal-ġisem)
•Danazol (mediċina li għandha effett fuq l-ovulazzjoni)
Octreotide u lanreotide (użati għall-kura ta’ l-akromegalija, disturb ormonali rari li normalment iseħħ f’adulti fl-età bejn 40 u 60 sena, ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva ta’ l-ormon ta’ tkabbir mill- glandola pitwitarja) jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.
Il-beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm) jistgħu jnaqqsu jew ineħħu għal kollox l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk biex tagħraf livell baxx ta’ zokkor fid-demm.
Pioglitazone (pilloli użati fil-kura tad-dijabete tat-tip 2)
Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi
attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).
Jekk ħadt xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn, għid lit-tabib, lin-ners jew lill-ispiżjar tiegħek.
Meta tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 70
►Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel għax il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista' jitla' jew jinżel.Huwa rrakkomandat monitoraġġ tajjeb.
Tqala u treddigħ
►Jekk inti tqila , taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina Hemm esperjenza klinika limitata b’insulin aspart fit-tqala Jista' jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża ta' l-insulina tiegħek waqt it-tqala speċjalment wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek u l-prevenzjoni ta' l-ipogliċemija hija importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.
►M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-użu ta’ NovoMix 70 waqt it-treddigħ.
Ħu parir mingħand it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew it-treddigħ.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
► Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq karozza jew tħaddem xi magna:
•Jekk ikollok ipogliċemija ta’ spiss
•Jekk issibha diffiċli biex tagħraf l-ipogliċemija.
Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek hu baxx jew għoli, jista’ jaffettwalek il-konċentrazzjoni tiegħek u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi u allura anke l-abbiltà tiegħek biex issuq jew tħaddem xi magna . Ftakar dejjem li tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor fil-periklu.
Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti f’NovoMix 70
Kull doża ta’ NovoMix 70 fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg), jiġifieri NovoMix 70 huwa bażikament ‘bla sodium’.
3. Kif gћandek tuża NovoMix 70
Doża u meta għandek tieħu l-insulina tiegħek
Dejjem għandek tużal-insulina tiegħek u taġġusta d-doża tiegħek skont il-parir eżatt tat-tabib.Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Normalment NovoMix 70 jittieħed eżatt qabel ikla. Kul ikla jew ikla ħafifa fi żmien 10 minuti mill- injezzjoni biex tevita livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Meta jkun hemm il-bżonn, NovoMix 70 jista’ jingħata malajr wara ikla. Ara Kif u fejn għandek tinjetta, aktar ’l isfel, għall-informazzjoni.
Meta NovoMix 70 jintuża flimkien ma’ metformin, id-doża għandha tkun aġġustata.
Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jkunx qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek biddillek l-insulina minn tip jew marka ta’ insulina għal oħra, jista’ jkun li d-doża tiegħek trid tiġi aġġustata mill-istess tabib.
Użu fit-tfal u fl-adolexxenti
Ma sarux studji kliniċi b’NovoMix 70 fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.
Użu fi gruppi speċjali ta’ pazjenti
Jekk għandek tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied jew jekk għandek iżjed minn 65 sena, għandek tiċċekkja z-zokkor fid-demm b’mod aktar regolari u ddiskuti mat-tabib tiegħek xi tibdil fid- doża tal-insulina tiegħek.
Kif u fejn tinjetta
NovoMix 70 għandu jiġi injettat taħt il-ġilda. Qatt m’għandek tinjetta l-insulina tiegħek direttament ġo vina jew muskolu.
Ma’ kull injezzjoni, ibdel il- parti minn fejn tinjetta, fl-istess żona tal-ġilda li qed tuża. Dan jgħin biex tevita l-għoqiedi jew tħaffir fil-ġilda (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma: in-naħa ta’ quddiem tal-koxox, in-naħa ta’ quddiem tal-qadd (iż-żaqq), jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. L-insulina taħdem aktar malajr jekk tinjetta madwar il-qadd. Għandek dejjem tkejjel il-livell ta’ zokkor fid-demm regolarment.
Kif timmaniġġja NovoMix 70 FlexPen
In-NovoMix 70 FlexPen hija pinna mimlija għal-lest,b’kulur partikulari u li tintrema wara l-użu u li fiha taħlita ta’ insulin aspart li jaħdem kemm malajr u kemm b’mod intermedju fil-proporzjon ta’ 70/30.
Aqra sew l-istruzzjonijiet għall-użu li huma inklużi f’dan il-fuljett ta’ tagħrif. Għandek tuża l-pinna kif hemm deskritt fl-Istruzzjonijiet għall-Użu.
Qabel ma tinjetta ruħek bl-insulina, kun ċert/a li qed/a tuża l-pinna t-tajba.
Jekk tieħu iżjed insulina milli suppost
Jekk tieħu żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.
Jekk tinsa tieħu l-insulina
Jekk tinsa tieħu l-insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk tieqaf tieħu l-insulina
Tieqafx tieħu l-insulina tiegħek mingħajr ma’ titkellem ma’ tabib li għandu jgħidlek x’hemm bżonn li jsir. Dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi. Ara Effetti ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, saqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek.
4. Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.
a)Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa effett sekondarju komuni ħafna. Jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10.
Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:
•Tinjetta wisq insulina
•Tiekol ftit wisq jew taqbeż ikla
•Tagħmel eżerċizzju aktar mis-soltu
•Tixrob l-alkoħol (ara Tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 50 f’sezzjoni 2)
Is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor: Għaraq kiesaħ; ġilda kiesħa u pallida; uġigħ ta’ ras; taħbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok imqalla’; tħossok ħafna bil-ġuħ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas, għeja u debbulizza mhux tas-soltu; nervożitá jew rogħda; tħossok ansjuż; tħossok konfuż; diffikultà fil- konċentrazzjoni.
Livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm jista’ jwassal li tintilef minn sensik. Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm ma tiġix ikkurata, tista’ tikkawża ħsara lill-moħħ (temporanju jew permanenti) kif ukoll il-mewt. Tista’ tirkupra aktar malajr mit-telf tas-sensi b’injezzjoni ta’ l-ormon glucagon mogħti minn xi ħadd li jaf jużah. Jekk tingħata glucagon, ser ikollok bżonn tieħu glucose jew xi ħaġa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik. Jekk ma tirrispondix għall-kura bi glucagon, ser ikollok bżonn tiġi kkurat ġewwa sptar.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu pilloli tal-glucose jew xi ikla ħafifa b’ħafna zokkor (ħelu, biskuttini, meraq tal-frott). Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livell taz- zokkor fid-demm u strieħ. Dejjem ġorr miegħek pilloli tal glucose, ħelu, biskuttini jew meraq tal-frott, għal li jista’ jkun.
►Meta s-sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l-livell taz- zokkor fid-demm ikun ġie lura għan-normal, kompli l-kura bl-insulina.
►Jekk ikollok daqshekk livell baxx ta’ zokkor fid-demm li tagħtik ħass ħażin, jekk kellek bżonn ta’ injezzjoni ta’ glucagon jew kellek ħafna episodji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, tkellem ma’ tabib. L-ammont jew il-ħin ta’ meta tieħu l-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju jistgħu jkollhom bżonn jiġu aġġustati
Għid lil dawk il-persuni li huma importanti għalik li għandek id-dijabete u x’jistgħu jkunu l- konsegwenzi , inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin (tintilef minn sensik) minħabba livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Għidilhom li jekk tħossok ħażin għandhom idawruk fuq ġenbek u jġibu għajnuna medika minnufih. M’għandhomx jagħtuk ikel jew xorb għax ikun hemm ir-riskju li tifga.
Reazzjonijiet allerġiċi serji għal NovoMix 70 jew għal xi wieħed mis-sustanzi tiegħu (imsejħa reazzjoni allerġika sistemika) hija effett sekondarju rari ħafna iżda tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Tista’ taffettwa inqas minn persuna 1 minn kull 10,000..
Fittex parir mediku minnufih:
•Jekk is-sinjali ta’ l-allerġija jinxterdu għal partijiet oħrajn tal-ġisem.
•Jekk tħossok ma tiflaħx f’daqqa, u: tibda tegħreq; tibda titqalla’ (tirrimetti); ikollok diffikultà
biex tieħu n-nifs; ikollok taħbit mgħaġġel tal-qalb; tħossok stordut.
►Jekk tinduna b’kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali, fittex parir mediku minnufih.
b)Lista ta’ effetti sekondarji oħra
Effetti sekondarji mhux komuni
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 100
Sinjali ta’ allerġija: Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi lokali (uġigħ, ħmura,urtikarja, infjammazzjoni, tbenġil, nefħa u ħakk) fis-sit ta’ l-injezzjoni. Dawn normalment imorru wara ftit ġimgħat li tkun qed tieħu l-insulina tiegħek. Jekk ma jmorrux , kellem lit-tabib tiegħek.
Problemi bil-vista: Meta tibda l-kura tiegħek bl-insulina, din tista’ tagħtik xi fastidju fil-viżta, iżda normalment dan il-fastidju jkun temporanju.
Kambjament fis-sit ta’ l-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni jista’ jinxtorob (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel is-sit ma’ kull injezzjoni jista’ jgħin biex tnaqqas ir-riskju li jiżviluppa dan il-kambjament fil-ġilda. Jekk tinnota li-fis-sit ta’ l-injezzjoni l- ġilda qiegħda titħaffer jew qiegħda teħxien, għid lit-tabib tiegħek jew lin-ners, għax dawn ir- reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar serji, jew jekk l-injezzjoni ssir f’sit bħal dan jistgħu jbiddlu l- assorbiment ta’ l-insulina tiegħek.
Ġogi minfuħin: Meta tibda tieħu l-insulina, iż-żamma ta’ l-ilma tista’ tikkawżalek nefħa madwar l- għekiesi u ġogi oħra. Normalment dan malajr imur. Jekk le, tkellem mat-tabib tiegħek.
Retinopatija dijabetika (mard tal-għajnejn relatata mad-dijabete li tista’ twassal għat-telf tal-vista): Jekk għandek ir-retinopatija dijabetika u l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, ir- retinopatija tista’ tmur għall-agħar. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan.
Effetti sekondarji rari
Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1,000.
Newropatija bl-uġigħ (uġigħ minħabba dannu lin-nervituri): Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri din tissejjaħ newropatija akuta bl-uġigħ u normalment hija tranżitorja.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)
Jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm jekk:
•Ma injettajtx biżżejjed insulina
•Insejt tinjetta l-insulina tiegħek jew waqaft tieħu insulina
•Tinjetta inqas insulina milli teħtieġ ripetutament
•Ikollok xi infezzjoni jew xi deni
•Tiekol aktar mis-soltu
•Tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu.
Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
Is-sinjali ta’ twissija jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: tgħaddi iżjed awrina, tħossok bil-għatx; titlef l-aptit; tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar); tħossok bi ngħas jew għajjien; ħmura u ġilda xotta; ħalq xott u riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq.
X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell għoli ta’ zokkor fid-demm:
►Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sinjali t’hawn fuq: ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek; jekk tista’, ittestja l-awrina għal ketones, imbagħad fittex parir mediku minnufih.
►Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi dijabetika (jiżdied l- ammont ta’ aċtu fid-demm peress li l-ġisem qiegħed jimmetabolizza x-xaħam minflok iz- zokkor). Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment għall- mewt.
5. Kif taħżen NovoMix 70
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna tal-FlexPen, wara ‘EXP’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Dejjem żomm l-għatu tal-pinna fuq il-FlexPen tiegħek meta ma tkunx qed tużaha sabiex tilqa’ mid- dawl.
NovoMix 70 għandha tiġi protetta minn sħana eċċessiva u mid-dawl tax-xemx.
Qabel ma jinfetaħ: NovoMix 70 FlexPen li ma tkunx qed tintuża trid tinħażen fil-friġġ f’temperatura ta’ 2°C – 8°C, ’il bogħod mill-element li jkessaħ. Tagħmlux fil-friża.
Qabel ma tuża NovoMix 70 FlexPen neħħiha mill-friġġ. Kull darba li tuża pinna ġdida, hu rrakkomandat li terġa’ tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina skont kif ġejt muri. Ara l- Istruzzjonijiet għall-użu.
Waqt l-użu jew meta tkun qeda tinġarr bħala sper: NovoMix 70 FlexPen li tkun qiegħda tintuża jew li qiegħda tinġarr bħala sper, m’għandiex tinżamm fil-friġġ. Tista’ ġġorrha miegħek u żżommha fit-temperatura ambjentali tal-kamra (taħt 30°C) sa 4 ġimgħat.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent
6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
X’fih NovoMix 70
•Is-sustanza attiva hi insulin aspart. NovoMix 70 huwa taħlita li tikkonsisti minn 50% insulin aspart li jinħall u 50% insulin aspart ikkristallizzat bi protamine. Millilitru fih 100 unità ta’ insulin aspart. Kull pinna mimlija għall-lest fiha 300 unità ta’ insulin aspart f’3 ml ta’ suspensjoni għall-injezzjoni.
•Is-sustanzi l-oħra huma glycerol, phenol, metacresol, zinc chloride, disodium phosphate dihydrate, sodium chloride, protamine sulfate, hydrochloric acid, sodium hydroxide, u ilma għall-injezzjonijiet.
Kif jidher NovoMix 70 u l-kontenut tal-pakkett
NovoMix 70 jiġi bħala suspensjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. L-iskartoċċ fih boċċa tal-ħġieġ biex jiffaċilita s-suspensjoni mill-ġdid. Wara s-suspensjoni mill-ġdid, il-likwidu għandu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi. Tużax l-insulina jekk wara li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni, b’mod uniformi, ma tidhirx bajda, opaka u akweja.
Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 5 u 10 pinen mimlijin għal-lest ta’ 3 ml. Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.
Is-suspensjoni hija opaka, bajda u akweja.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur
Novo Nordisk A/S
Novo Allé
DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka
Issa aqleb għal informazzjoni dwar kif tuża l-FlexPen tiegħek.
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Sorsi oħra ta’ informazzjoni
Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.
Istruzzjonijiet dwar kif tuża NovoMix 70 suspensjoni għall-injezzjoni ġo FlexPen.
Aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjin qabel ma tuża l-FlexPen tiegħek. Jekk ma ssegwix sew l- istruzzjonijiet, tista’ tieħu ftit wisq jew iżżejjed ta’ insulina, li jista’ jwassal għal livel ta’ zokkor fid- demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq
Il-FlexPen tiegħek hija pinna tal-insulina mimlija għal-lest li tħallik tisselezzjona d-doża.
►Tista’ tisselezzjona dożi minn 1 sa 60 unità f'inkrementi ta' unità 1.
►Il-FlexPen hi magħmula biex tintuża mal-labar NovoFine jew NovoTwist li jintużaw darba biss u li għandhom tul ta' mhux iżjed minn 8 mm..
►Dejjem ġorr apparat żejjed li jkun jista’ jagħti l-insulina, fil-każ li l-FlexPen tiegħek tintilef jew jiġrilha l-ħsara.
| NovoMix 70 FlexPen | Ballun | Skartoċċ |
| tal- |
| Għatu | |
| ħġieġ | |
| tal-pinna | |
| 12-il | Skala ta’ |
| unità |
| residwu |
| |
| Selettur | Buttuna tal- | Labra (eżempju) | | |
| tad-doża | injezzjoni | Għatu l-kbir | Għatu ta’ | | Siġill |
| Indikatur | Labra |
| | ta’ barra tal- | ġewwa tal- | protettiv |
| | | labra | labra | | |
Kif tieħu ħsieb il-pinna tiegħek
►Il-FlexPen tiegħek. għandha tkun immaniġġjata bl-attenzjoni. Jekk tiġi mwaqqa’, jiġrilha l-ħsara jew tiġi mgħaffġa hemm ir-riskju li toħroġ l-insulina. Dan jista’ jikkawża dożaġġ li ma jkunx preċiż, li jista’ jwassal għal livel ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq
►Tista’ tnaddaf il-parti ta’ barra tal-FlexPen tiegħek billi timsaħha b’tajjara b’diżinfettant. M’għandekx ixxarrabha, taħsilha jew tillubrikaha għax dan jista’ jagħmel ħsara lill-pinna.
►Timliex mill-ġdid il-FlexPen tiegħek.
Kif tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina tiegħek
A
Iċċekkja l-isem u l-kulur tat-tikketta tal-pinna tiegħek biex tkun ċert li fiha t-tip korrett ta’ insulina. Dan huwa speċjalment importanti jekk inti tieħu iżjed minn tip wieħed ta’ insulina. Jekk tieħu t-tip ħażin ta’ insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq jew jitbaxxa wisq.
Kull darba li tuża pinna ġdida
Ħalli l-insulina tilħaq it-temperatura tal-kamra qabel ma tużaha. B’kekk ikun iktar faċli li terġa’ tiġi magħmula f’suspensjoni.
Neħħi l-għatu tal-pinna.
A
B
Qabel l-ewwel injezzjoni b’FlexPen ġdida, l-insulina trid terġa’ tiġi magħmula f’suspensjoni:
Irrombla l-pinna bejn idejk għal 10 darbiet – huwa importanti li dejjem iżżomm il-pinna b’mod orizzontali (livell mal-art).
B
C
Kif muri fl-istampa, ċaqlaq il-pinna ’l fuq u ’l isfel għal 10 darbiet bejn iż-żewġ pożizzjonijiet , biex b’hekk il-ballun tal-ħġieġ jiċċaqlaq minn tarf għall-ieħor ta’ l-iskartoċċ
Irrepeti l-irromblar u ċ-ċaqlieq tal-pinna sakemm il-likwidu b’mod uniformi jidher abjad, opak u akweju.
Għal kull injezzjoni li tiġi wara
Ċaqlaq il-pinna ’l fuq u ’l isfel bejn iż-żewġ pożizzjonijiet għal mill-inqas 10 darbiet sakemm il- likwidu b’mod uniformi verament jidher abjad, opak u akweju. Jekk il-proċedura taċ-ċaqliq waħidha ma tkunx biżżejjed sabiex b’mod uniformi l-likwidu jidher abjad, opak u akweju, irrepeti l-proċeduri ta’ l-irrumblar u ċ-ċaqliq (ara B u C) sakemm b’mod uniformi l-likwidu jidher proprju abjad, opak u akweju.
►Dejjem kun ċert li qabel kull injezzjoni tkun erġajt għamilt l-insulina f’suspensjoni. Dan inaqqas ir-riskju li jkollok livell ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq jew baxx wisq. Wara li tkun erġajt għamilt l-insulina f’suspensjoni, wettaq l-istadji kollha tal-injezzjoni li ġejjin bla dewmien.
C
Dejjem iċċekkja li jkun fadal mill-anqas 12-il unità ta' insulina fl-iskartoċċ biex tippermetti li terġa’ ssir is-suspensjoni. Jekk ikun baqa’ inqas minn 12-il unità, uża FlexPen ġdida. It-12-il unità hija mmarkata fl-iskala ta’ residwu .Ara l-istampa l-kbira fil-bidu ta’ din l-istruzzjoni.
Tużax il-pinna jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx, b’mod uniformi, bajda, opaka u akweja.
Kif twaħħal labra
D
Ħu labra ġdida u aqta’ s-siġill.
Invita l-labra bi dritt u b'mod issikkat fuq il-FlexPen tiegħek.
D
E
Neħħi l-għatu l-kbir ta’ barra tal-labra u żommu għal wara
E
F
Neħħi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra u armih.
Qatt m’għandek terġa’ tipprova tqiegħed l-għatu ta’ ġewwa tal-labra lura fuq il-labra. Tista’ tniggeż lilek innifsek bil-labra.
F
Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni. Dan inaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, telf tal-insulina, labar imblokkati u dożaġġ li ma jkunx preċiż.
Oqgħod attent li ma tgħawwiġx jew tagħmel xi ħsara lil-labra qabel l-użu.
Kif teżamina l-fluss ta’ l-insulina
Waqt l-użu normali, jistgħu jinġemgħu ammonti żgħar ta’ arja ġo l-iskartoċċ qabel kull injezzjoni. Biex tevita l-injezzjoni tal-arja u tiżgura dożaġġ korrett:
G
Dawwar is-selettur tad-doża sabiex tisselezzjona 2 unitajiet.
G
Isselezzj onati 2 unitajiet
H
Żomm il-FlexPen tiegħek bil-labra tipponta ’l fuq u b’sebgħek tektek bil-mod l-iskartoċċ għal xi ftit drabi, biex jekk ikun hemm xi bżieżaq ta’ l-arja dawn jinġabru fin-naħa ta’ fuq ta’ l-iskartoċċ
H
I
Filwaqt li żżomm il-labra ’l fuq, agħfas il-buttuna ta’ l-injezzjoni kollha ’l ġewwa. Is-selettur tad-doża jirritorna fuq iż-0
Qatra insulina għandha tidher fil-ponta tal-labra. Jekk dan ma jseħħx, ibdel il-labra u rrepeti l- proċedura sa mhux aktar minn 6 darbiet.
Jekk il-qatra tal-insulina tibqa’ ma tidhirx, il-pinna hija difettuża u għandek tuża waħda ġdida.
I
Qabel ma tinjetta, dejjem kun ċert li tidher qatra fil-ponta tal-labra. Dan jassigura li l-insulina timxi. Jekk ma tidher ebda qatra, m’int se tinjetta ebda insulina anki jekk is-selettur tad-doża jista’ jimxi. Dan jista’ jindika li l-labra mblukkata jew bi ħsara.
Dejjem iċċekkja l-fluss qabel ma tinjetta. Jekk ma tiċċekkjax il-fluss, tista’ tieħu ftit wisq tal- insulina jew ebda insulina. Dan jista’ jwassal għal livell ta’ zokkor fid-demm li jkun għoli wisq.
Kif tisselezzjona d-doża
Aċċerta ruħek li s-selettur tad-doża qiegħed fuq iż-0.
J
Dawwar is-selettur tad-doża sabiex tisselezzjona n-numru ta’ unitajiet li jkollok bżonn tinjetta
Id-doża tista’ tkun aġġustata kemm ’il fuq u kemm ’l isfel billi ddawwar is-selettur tad-doża f’direzzjoni jew oħra sakemm l-indikatur ikun fuq id-doża li tkun trid. Waqt li tkun qed/a ddawwar is- selettur tad-doża, oqgħod attent/a biex ma tagħfasx il-buttuna ta’ l-injezzjoni għax inkella toħroġ l- insulina.
Ma tistax tisselezzjona doża akbar min-numru ta’ unitajiet li jkun fadal fl-iskartoċċ.
J
Isselezzj onati 5 unitajiet
Isselezzjo nati 24 unità

Kummenti