Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Olanzapine Apotex (olanzapine) – Fuljett ta’ tagħrif - N05AH03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOlanzapine Apotex
Kodiċi ATCN05AH03
Sustanzaolanzapine
ManifatturApotex Europe B.V.  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Olanzapine Apotex 2.5 mg pilloli miksija b’rita

Olanzapine Apotex 5 mg pilloli miksija b’rita

Olanzapine Apotex 7.5 mg pilloli miksija b’rita

Olanzapine Apotex 10 mg pilloli miksija b’rita

Olanzapine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Olanzapine Apotex u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Apotex

3.Kif għandek tieħu Olanzapine Apotex

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Olanzapine Apotex

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Olanzapine Apotex fih is-sustanza attiva olanzapine. Olanzapine Apotex huwa fil-grupp ta' mediċini msejħa antipsikotiċi u jintuża fil-kura ta’ dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Skizofrenija, biex tiġi kkurata marda b'sintomi bħal li tisma', li tara jew li tħoss affarijiet li mhux qegħdin hemm, twemmin żbaljat, suspetti mhux tas-soltu, u li tingħalaq fik innifsek. Nies b'din il-marda jistgħu wkoll iħossuhom imdejjqin, anzjużi jew taħt tensjoni.

Episodji ta’ manija moderati għal severi, kondizzjoni b’sintomi ta’ eċċitament jew ewforija.

Olanzapine Apotex intwera li jippreveni li dawn is-sintomi jerġgħu jseħħu f’pazjenti b'disturbi bipolari, fejn l-episodju ta’ manija jkun irrisponda għall-kura b’olanzapine.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Apotex

Tieħux Olanzapine Apotex

oJekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal olanzapine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6). Reazzjoni allerġika tista' tidher bħala raxx, ħakk, wiċċ minfuħ, xofftejn minfuħa jew qtugħ ta' nifs. Jekk ġralek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

oJekk kont issofri qabel bi problemi fl-għajnejn bħal xi tipi ta' glawkoma (żieda fil-pressjoni ġewwa l-għajn).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Olanzapine Apotex

L-użu ta’ Olanzapine Apotex f’pazjenti anzjani bid-demenzja mhux irrakkomandat għax jista’ jkollu effetti sekondarji serji.

Mediċini ta' dan it-tip jistgħu jikkawżaw moviment tal-wiċċ jew ta' l-ilsien mhux tas-soltu. Jekk jiġri hekk wara li tkun ħadt Olanzapine Apotex għid lit-tabib tiegħek.

Rari ħafna, mediċini ta' dan it-tip jikkawżaw taħlita ta' deni, nifs mgħaġġel, għaraq, ebusija tal- muskoli u ħedla jew ngħas. Jekk jiġrilek hekk għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Instab li kien hemm żieda fil-piż f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Apotex. Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat minnek u mit-tabib tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn ikkunsidra li tara dietologu/a jew tieħu xi għajnuna permezz ta’ pjan ta’ dieta.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm u livelli għolja ta’ xaħmijiet (trigliċeridi u kolesterol) instabu f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Apotex. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad- demm biex jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm u l-livelli ta’ ċerti xaħmijiet qabel ma tibda tieħu Olanzapine Apotex u b’mod regolari waqt il-kura.

Għid lit-tabib jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għandu passat mediku ta’ ċapep fid- demm, għax dawn il-mediċini ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm.

Jekk issoffri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli:

Puplesija jew puplesija “ħafifa” (sintomi temporanji ta' puplesija)

Marda ta' Parkinson

Problemi tal-prostata

Intestin imblokkat (Ileus paralitiku)

Mard tal-fwied jew tal-kliewi

Disturbi tad-demm

Mard tal-qalb

Dijabete

Aċċessjonijiet

Jekk taf li tista’ tkun nieqes mill-melħ minħabba dijarea u rimettar (qed/a taqla’) severi li jkunu fit-tul jew minħabba l-użu fit-tul tad-dijuretiċi (pilloli tal-pipi)

Jekk tbati mid-demenzja, int jew min jieħu ħsiebek jew xi qarib għandu jgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek xi puplesija jew puplesija “ħafifa”.

Bħala prekawzjoni ta' rutina, jekk għandek 'l fuq minn 65 sena l-pressjoni tiegħek tista' tkun iċċekkjata mit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Olanzapine Apotex mhux għal pazjenti li għandhom anqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Olanzapine Apotex

Ħu biss mediċini oħra waqt li qed tieħu Olanzapine Apotex jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li tista’. Jista' jkun li tħossok imħeddel jekk tieħu Olanzapine Apotex flimkien ma' anti-dipressanti jew mediċini għall-ansjetà jew biex jgħinuk torqod (kalmanti).

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

mediċini għall-marda ta' Parkinson.

Carbamazepine (anti-epilettiku u stabilizzatur tal-burdata), fluvoxamine (anti-dipressant), jew ciprofloxacin (antibijotiku), għax jista' jkun hemm bżonn li tbiddel id-doża tiegħek ta' Olanzapine Apotex.

Olanzapine Apotex mal-alkoħol

Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu Olanzapine Apotex għax Olanzapine Apotex u l-alkoħol flimkien jistgħu jħeddluk.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M'għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’, għax ammonti żgħar ta’ Olanzapine Apotex jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider.

Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw Olanzapine Apotex fl-aħħar

trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Sewqan u tħaddim tamagni

Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata Olanzapine Apotex. Jekk jiġrilek hekk issuqx u m'għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek

Olanzapine Apotex fih lactose:

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif gћandek tieћu Olanzapine Apotex

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli ta’ Olanzapine Apotex u kemm għandek iddum teħodhom. Id-doża ta' kuljum ta’ Olanzapine Apotex hija bejn 5 mg u 20 mg. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu Olanzapine Apotex sakemm ma jgħidlekx it- tabib tiegħek.

Għandek tieħu l-pilloli Olanzapine Apotex darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek. Ipprova ħu l-pilloli kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Il-pilloli miksija ta’ Olanzapine Apotex huma għall-użu orali. Għandek tibla' l-pilloli Olanzapine Apotex sħaħ bl-ilma.

Jekk tieħu Olanzapine Apotex aktar milli suppost

Pazjenti li ħadu iżjed Olanzapine Apotex milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin:

taħbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas-soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu: konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs

aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tieħu n-nifs anqas spiss mis-soltu, aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi. Uri l-pakkett tal-pilloli tiegħek lit-tabib.

Jekk tinsa tieħu Olanzapine Apotex

Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tieħux żewġ dożi f'ġurnata waħda.

Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Apotex

Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa' tieħu Olanzapine Apotex sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Apotex f'daqqa, jista' jkollok sintomi bħal għaraq, ma tkunx tista' torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista' jissuġġerilek li tnaqqas id-doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien;

ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100 persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

kombinazzjoni ta' deni, nifs mgħaġġel, ħruġ ta' għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas (il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli).

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10 persuni) jinkludu żieda fil-piż; ngħas;u żidiet fil-livelli ta' prolactin fid-demm. Fl-istadji bikrija tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f'sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 persuni) jinkludu tibdil fil- livelli ta' xi ċelluli tad-demm ta’ xaħmijiet fiċ-ċirkolazzjoni u kmieni fil-kura, żidiet temporanji tal- enzimi tal-fwied; żidiet fil-livelli ta' zokkor fid-demm u fl-awrina; żidiet fil-livelli tal-aċidu uriku u tal- creatine phosphokinase fid-demm; tħossok aktar bil-ġuħ; sturdament; irrekwitezza; rogħda; movimenti mhux tas-soltu (diskajnisjas); stitikezza; ħalq xott; raxx; titlef il-forzi;għeja estrema; retenzjoni tal- ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn; deni; uġigħ fiġ-ġogi u disfunzjonijiet sesswali bħal tnaqqis fil-libido fl-irġiel u fin-nisa jew disfunzjoni erettili fl-irġiel.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 persuna) jinkludu sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx);dijabete jew dijabete li tmur għall- agħar, kultant assoċjata ma' ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma; aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma' storja ta' aċċessjonijiet (epilessija); ebusija tal-muskoli jew spażmi (inklużi movimenti fl-għajnejn); sindromu ta’ saqajn irrikwieti, problemi fil-mod kif titkellem; il-qalb tħabbat bil-mod; sensittività għad-dawl tax-xemx; tinfaraġ; nefħa fl-addome; telf tal-memorja jew tibda tinsa; inkontinenza urinarja; nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa' x-xagħar; nuqqas ta’ jew tnaqqis fil- mestrwazzjoni u tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir mhux normali.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu titbaxxa t-temperatura normali tal-ġisem; rittmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli; infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib; mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal- ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.

Effetti sekondarji rari ħafna jinkludu reazzjonijiet allerġiċi serji bħal Reazzzjoni tal-Mediċina b’Eożinofilja u Sintomi Sistemiċi (DRESS). DRESS tidher inizjalment bħala sintomi bħal tal- influwenza b’raxx fil-wiċċ u mbagħad raxx estiż, temperatura għolja, għenieqed tal-limfa mkabbra, livelli ogħla ta’ enzimi tal-fwied kif jidhru fit-testijiet tad-demm u żieda f’tip ta’ ċellula bajda tad- demm (eożinofilja).

Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija, pnewmonja, inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żieda fit- temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jistgħu jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu rrappurtati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.

F'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson, Olanzapine Apotex jista' jagħmel is-sintomi agħar.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Olanzapine Apotex

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Olanzapine Apotex

Is-sustanza attiva hi olanzapine.

Kull Olanzapine Apotex pillola miksija b’rita 2.5 mg fiha 2.5 mg ta’ olanzapine.

Kull Olanzapine Apotex pillola miksija b’rita 5 mg fiha 5 mg ta’ olanzapine.

Kull Olanzapine Apotex pillola miksija b’rita 7.5 mg fiha 7.5 mg ta’ olanzapine.

Kull Olanzapine Apotex pillola miksija b’rita 10 mg fiha 10 mg ta’ olanzapine.

Is-sustanzi l-oħra huma (qalba tal-pillola) lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, maize starch, magnesium stearate, (kisja tal-pillola) hypromellose, hydroxypropylcellulose, macrogol 8000, titanium dioxide (E171).

Kif jidher Olanzapine Apotex u l-kontenut tal-pakkett

Olanzapine Apotex 2.5 mg pilloli miksija b’rita huma bojod, tondi, bikonvessi, imnaqqxa b’‘APO’ fuq naħa waħda u ‘OLA’ fuq ‘2.5’ fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Apotex 5 mg pilloli miksija b’rita huma bojod, tondi, bikonvessi, imnaqqxa b’‘APO’ fuq naħa waħda u ‘OLA’ fuq ‘5’ fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Apotex 7.5 mg pilloli miksija b’rita huma bojod, tondi, bikonvessi, imnaqqxa b’‘APO’ fuq naħa waħda u ‘OLA’ fuq ‘7.5’ fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Apotex 10 mg pilloli miksija b’rita huma bojod, tondi, bikonvessi, imnaqqxa b’‘APO’ fuq naħa waħda u ‘OLA’ fuq ‘10’ fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Apotex 2.5 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli f'pakketti bil-folji ta’ 28 pillola.

Olanzapine Apotex 7.5 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli f'pakketti bil-folji ta’ 28 u 56 pillola.

Olanzapine Apotex 5 mg u 10 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli f'pakketti bil-folji ta’ 28, 56 u 98 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Apotex Europe B.V. Darwinweg 20 2333 CR Leiden L-Olanda

Il-Manifattur

Apotex Nederland B.V.

Archimedesweg 2

2333 CN Leiden

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

NV Apotex SA

NV Apotex SA

Tél/Tel:(32) 475.35.40

Tél/Tel:(32) 475.35.40

България

Magyarország

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

тел. (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Česká republika

Malta

Apotex (ČR) s.r.o.

Apotex Europe B.V.

Tel: (420) 234.705.700

Tel: (31) 71. 565.77.77

Danmark

Nederland

Apotex Europe B.V.

Apotex Nederland B.V.

Tlf.: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 52.43.100

Deutschland

Norge

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Tlf.: (31) 71. 565.77. 77

Eesti

Österreich

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Ελλάδα

Polska

Apotex Europe B.V.

Apotex Polska Sp. z o.o.

Τηλ: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (48) 22.311.20.00

España

Portugal

Apotex ESPAÑA S.L.

Apotex Europe B.V.

Tel: (34) 91.486.15.65

Tel: (31) 71. 565.77. 77

France

NV Apotex SA

România

Tél: (32) 475.35.40

Apotex Europe B.V.

Hrvatska

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77.77

Ireland

Slovenija

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77.77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Ísland

Slovenská republika

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Sími: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Italia

Suomi/Finland

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Puh/Tel: (31) 71. 565.77. 77

Κύπρος

Sverige

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Τηλ: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Latvija

United Kingdom

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77.77

Lietuva

Apotex Europe B.V.

Tel. (31) 71. 565.77. 77

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Olanzapine Apotex 5 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Olanzapine Apotex 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Olanzapine Apotex 15 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Olanzapine Apotex 20 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Olanzapine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Olanzapine Apotex u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Apotex

3.Kif għandek tieħu Olanzapine Apotex

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Olanzapine Apotex

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Olanzapine Apotex u għalxiex jintuża

Olanzapine Apotex fih is-sustanza attiva olanzapine. Olanzapine Apotex huwa fil-grupp ta' mediċini msejħa antipsikotiċi u hija użata fil-kura ta’ dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Skizofrenija, biex tiġi kkurata marda b'sintomi bħal li tisma', li tara jew li tħoss affarijiet li mhux qegħdin hemm, twemmin żbaljat, suspetti mhux tas-soltu, u li tingħalaq fik innifsek. Nies b'din il-marda jistgħu wkoll iħossuhom imdejjqin, anzjużi jew taħt tensjoni.

Episodji ta’ manija moderati għal severi, kondizzjoni b’sintomi ta’ eċċitament jew ewforija.

Ġie muri li Olanzapine Apotex jippreveni li dawn is-sintomi jerġgħu jseħħu f’pazjenti bipolari, fejn l- episodju ta’ manija rrisponda għall-kura b’olanzapine.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Apotex

Tieħux Olanzapine Apotex

oJekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal olanzapine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6). Reazzjoni allerġika tista' tidher bħala raxx, ħakk, wiċċ minfuħ, xofftejn minfuħa jew qtugħ ta' nifs. Jekk ġralek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

oJekk kont issofri qabel bi problemi fl-għajnejn bħal xi tipi ta' glawkoma (żieda fil-pressjoni ġewwa l-għajn).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Olanzapine Apotex

L-użu ta’ Olanzapine Apotex f’pazjenti anzjani bid-demenzja mhux irrakkomandat għax jista’ jkollu effetti sekondarji serji.

Mediċini ta' dan it-tip jistgħu jikkawżaw moviment tal-wiċċ jew ta' l-ilsien mhux tas-soltu. Jekk

jiġri hekk wara li tkun ħadt Olanzapine Apotex għid lit-tabib tiegħek.

Rari ħafna, mediċini ta' dan it-tip jikkawżaw taħlita ta' deni, nifs mgħaġġel, għaraq, ebusija tal- muskoli u ħedla jew ngħas. Jekk jiġrilek hekk għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Instab li kien hemm żieda fil-piż f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Apotex. Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat minnek u mit-tabib tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn ikkunsidra li tara dietologu/a jew tieħu xi għajnuna permezz ta’ pjan ta’ dieta.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm u livelli għolja ta’ xaħmijiet (trigliċeridi u kolesterol) instabu f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Apotex. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad- demm biex jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm u l-livelli ta’ ċerti xaħmijiet qabel ma tibda tieħu Olanzapine Apotex u b’mod regolari waqt il-kura.

Għid lit-tabib jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għandu passat mediku ta’ ċapep fid- demm, għax dawn il-mediċini ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm.

Jekk issoffri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli:

Puplesija jew puplesija “ħafifa” (sintomi temporanji ta' puplesija)

Marda ta' Parkinson

Problemi tal-prostata

Intestin imblokkat (Ileus paralitiku)

Mard tal-fwied jew tal-kliewi

Disturbi tad-demm

Mard tal-qalb

Dijabete

Aċċessjonijiet

Jekk taf li tista’ tkun nieqes mill-melħ minħabba dijarea u rimettar (qed/a taqla’) severi li jkunu fit-tul jew minħabba l-użu fit-tul tad-dijuretiċi (pilloli tal-pipi)

Jekk tbati mid-demenzja, int jew min jieħu ħsiebek jew xi qarib għandu jgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek xi puplesija jew puplesija “ħafifa”.

Bħala prekawzjoni ta' rutina, jekk għandek 'l fuq minn 65 sena l-pressjoni tiegħek tista' tkun iċċekkjata mit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Olanzapine Apotex mhux għal pazjenti li għandhom anqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Olanzapine Apotex

Ħu biss mediċini oħra waqt li qed tieħu Olanzapine Apotex jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li tista’. Jista' jkun li tħossok imħeddel jekk tieħu Olanzapine Apotex flimkien ma' anti-dipressanti jew mediċini għall-ansjetà jew biex jgħinuk torqod (kalmanti).

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

mediċini għall-marda ta' Parkinson.

Carbamazepine (anti-epilettiku u stabilizzatur tal-burdata), fluvoxamine (anti-dipressant), jew ciprofloxacin (antibijotiku), għax jista' jkun hemm bżonn li tbiddel id-doża tiegħek ta' Olanzapine Apotex.

Olanzapine Apotex mal-alkoħol

Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu Olanzapine Apotex għax Olanzapine Apotex u l-alkoħol flimkien jistgħu jħeddluk.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M'għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’, għax ammonti żgħar ta’ Olanzapine Apotex jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider.

Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw Olanzapine Apotex fl-aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Sewqan u tħaddim tamagni

Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata Olanzapine Apotex. Jekk jiġrilek hekk issuqx u m'għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek

3.Kif gћandek tieћu Olanzapine Apotex

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli ta’ Olanzapine Apotex u kemm għandek iddum teħodhom. Id-doża ta' kuljum ta’ Olanzapine Apotex hija bejn 5 mg u 20 mg. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu Olanzapine Apotex sakemm ma jgħidlekx it- tabib tiegħek.

Għandek tieħu l-pilloli Olanzapine Apotex darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek. Ipprova ħu l-pilloli kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Olanzapine Apotex pilloli li jinħall fil-ħalq huma għall-użu orali.

Il-pilloli Olanzapine Apotex jinqasmu faċilment, u għalhekk għandek timmaniġġjahom b'attenzjoni. Tmissx il-pilloli meta jkollok idejk imxarrbin, għax il-pilloli jistgħu jinqasmu.

Tista’ wkoll tpoġġi l-pillola ġo tazza jew kikkra mimlija bl-ilma, jew meraq tal-larinġ jew tat-tuffieħ, ħalib jew kafe, u ħawwadha. Ma’ xi likwidi, it-taħlita tista’ tibdel il-kulur u possibbilment issir imċajpra. Ixrobha immedjatment.

Jekk tieħu Olanzapine Apotex aktar milli suppost

Pazjenti li ħadu iżjed Olanzapine Apotex milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin:

taħbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas-soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu: konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs

aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tieħu n-nifs anqas spiss mis-soltu, aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi. Uri l-pakkett tal-pilloli tiegħek lit-tabib.

Jekk tinsa tieħu Olanzapine Apotex

Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tieħux żewġ dożi f'ġurnata waħda.

Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Apotex

Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa' tieħu Olanzapine Apotex sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Apotex f'daqqa, jista' jkollok sintomi bħal għaraq, ma tkunx tista' torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista' jissuġġerilek li tnaqqas id-doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien;

ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100 persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

kombinazzjoni ta' deni, nifs mgħaġġel, ħruġ ta' għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas (il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli).

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10 persuni) jinkludu żieda fil-piż; ngħas;u żidiet fil-livelli ta' prolactin fid-demm. Fl-istadji bikrija tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f'sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 persuni) jinkludu tibdil fil- livelli ta' xi ċelluli tad-demm ta’ xaħmijiet fiċ-ċirkolazzjoni u kmieni fil-kura, żidiet temporanji tal- enzimi tal-fwied; żidiet fil-livelli ta' zokkor fid-demm u fl-awrina; żidiet fil-livelli tal-aċidu uriku u tal- creatine phosphokinase fid-demm; tħossok aktar bil-ġuħ; sturdament; irrekwitezza; rogħda; movimenti mhux tas-soltu (diskajnisjas); stitikezza; ħalq xott; raxx; titlef il-forzi;għeja estrema; retenzjoni tal- ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn; deni; uġigħ fiġ-ġogi u disfunzjonijiet sesswali bħal tnaqqis fil-libido fl-irġiel u fin-nisa jew disfunzjoni erettili fl-irġiel.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 persuna) jinkludu sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx);dijabete jew dijabete li tmur għall- agħar, kultant assoċjata ma' ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma; aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma' storja ta' aċċessjonijiet (epilessija); ebusija tal-muskoli jew spażmi (inklużi movimenti fl-għajnejn); sindromu ta’ saqajn irrikwieti, problemi fil-mod kif titkellem; il-qalb tħabbat bil-mod; sensittività għad-dawl tax-xemx; tinfaraġ; nefħa fl-addome; telf tal-memorja jew tibda tinsa; inkontinenza urinarja; nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa' x-xagħar; nuqqas ta’ jew tnaqqis fil- mestrwazzjoni u tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir mhux normali.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu titbaxxa t-temperatura normali tal-ġisem; rittmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli; infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib; mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal- ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.

Effetti sekondarji rari ħafna jinkludu reazzjonijiet allerġiċi serji bħal Reazzzjoni tal-Mediċina b’Eożinofilja u Sintomi Sistemiċi (DRESS). DRESS tidher inizjalment bħala sintomi bħal tal- influwenza b’raxx fil-wiċċ u mbagħad raxx estiż, temperatura għolja, għenieqed tal-limfa mkabbra, livelli ogħla ta’ enzimi tal-fwied kif jidhru fit-testijiet tad-demm u żieda f’tip ta’ ċellula bajda tad- demm (eożinofilja).

Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija, pnewmonja, inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żieda fit- temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jistgħu jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu rrappurtati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.

F'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson, Olanzapine Apotex jista' jagħmel is-sintomi agħar.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Olanzapine Apotex

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Olanzapine Apotex

Is-sustanza attiva hi olanzapine.

Kull Olanzapine Apotex 5 mg pillola li tinħall fil-ħalq fiha 5 mg ta’ olanzapine.

Kull Olanzapine Apotex 10 mg pillola li tinħall fil-ħalq fiha 10 mg ta’ olanzapine.

Kull Olanzapine Apotex 15 mg pillola li tinħall fil-ħalq fiha 15 mg ta’ olanzapine.

Kull Olanzapine Apotex 20 mg pillola li tinħall fil-ħalq fiha 20 mg ta’ olanzapine.

Is-sustanzi l-oħra huma mannitol (E421), microcrystalline cellulose, carmellose calcium, sucralose, magnesium stearate and colloidal anhydrous silica.

Kif jidher Olanzapine Apotex u l-kontenut tal-pakkett

Pillola li tinħall fil-ħalq hi isem tekniku għal pillola li tinħall direttament ġo ħalqek, biex b’hekk tkun tista’ tinbela’ faċilment.

Olanzapine Apotex 5 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq huma sofor, tondi, ċatti, b’tarf radjali, imnaqqxa b’’APO’ fuq naħa waħda u ‘OL’ fuq ‘5’ fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Apotex 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq huma sofor, tondi, ċatti, b’tarf radjali, imnaqqxa b’’APO’ fuq naħa waħda u ‘OL’ fuq ‘10’ fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Apotex 15 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq huma sofor, tondi, ċatti, b’tarf radjali, imnaqqxa b’’APO’ fuq naħa waħda u ‘OL’ fuq ‘15’ fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Apotex 20 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq huma sofor, tondi, ċatti, b’tarf radjali, imnaqqxa b’’APO’ fuq naħa waħda u ‘OL’ fuq ‘20’ fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Apotex 5 mg u 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq huma disponibbli f’pakketti bil-folji ta’ 28, 56 u 98 pillola.

Olanzapine Apotex 20 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq huma disponibbli f’pakketti bil-folji ta’ 28 u 56 pillola.

Olanzapine Apotex 15 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq huma disponibbli f’pakketti bil-folji ta’ 28 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Apotex Europe B.V.

Darwinweg 20

2333 CR Leiden

L-Olanda

Il-Manifattur

Apotex Nederland B.V.

Archimedesweg 2

2333 CN Leiden

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

NV Apotex SA

NV Apotex SA

Tél/Tel:(32) 475.35.40

Tél/Tel:(32) 475.35.40

България

Magyarország

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

тел. (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Česká republika

Malta

Apotex (ČR) s.r.o.

Apotex Europe B.V.

Tel: (420) 234.705.700

Tel: (31) 71. 565.77.77

Danmark

Nederland

Apotex Europe B.V.

Apotex Nederland B.V.

Tlf.: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 52.43.100

Deutschland

Norge

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Tlf.: (31) 71. 565.77. 77

Eesti

Österreich

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Ελλάδα

Polska

Apotex Europe B.V.

Apotex Polska Sp. z o.o.

Τηλ: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (48) 22.311.20.00

España

Portugal

Apotex ESPAÑA S.L.

Apotex Europe B.V.

Tel: (34) 91.486.15.65

Tel: (31) 71. 565.77. 77

France

NV Apotex SA

România

Tél: (32) 475.35.40

Apotex Europe B.V.

Hrvatska

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77.77

Ireland

Slovenija

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77.77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Ísland

Slovenská republika

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Sími: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Italia

Suomi/Finland

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Puh/Tel: (31) 71. 565.77. 77

Κύπρος

Sverige

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Τηλ: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Latvija

United Kingdom

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: (31) 71. 565.77. 77

Tel: (31) 71. 565.77.77

Lietuva

Apotex Europe B.V.

Tel. (31) 71. 565.77. 77

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'{xahar/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati