Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Olanzapine Glenmark Europe (olanzapine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N05AH03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOlanzapine Glenmark Europe
Kodiċi ATCN05AH03
Sustanzaolanzapine
ManifatturGlenmark Pharmaceuticals Europe Limited  

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Olanzapine Glenmark Europe 5 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 5 mg ta’ olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 0.23 mg ta’ aspartame

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li tinħall fil-ħalq

Pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin bi ‘2’ imnaqqax fuq naħa waħda.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Adulti

Olanzapine hija indikata għat-trattament tal-iskiżofrenja.

Olanzapine hija effettiva biex iżomm it-titjib kliniku waqt terapija kontinwa f'pazjenti li wrew reazzjoni għat-trattament tal-bidu.

Olanzapine hija indikata għat-trattament ta' episodju ta' manija moderat jew serju.

F'pazjenti li l-episodju ta' manija tagħhom irreaġixxa għat-trattament ta’ olanzapine, olanzapine hija indikata għall-prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'diżordni bipolari (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Adulti

Skiżofrenja: Id-doża tal-bidu rakkomandata għal olanzapine hija 10 mg/ġurnata.

Episodju ta' manija: Id-doża tal-bidu hija ta' 15 mg bħala doża waħda kuljum bil-monoterapija jew 10 mg kuljum f'terapija flimkien ma' xi sustanza oħra (ara sezzjoni 5.1).

Il-prevenzjoni tar-rikorrenza fid-diżordni bipolari: Id-doża rakkomandata tal-bidu hija 10 mg/ġurnata. Għall-pazjenti li diġà qegħdin jieħdu olanzapine biex ikun trattat episodju ta' manija, kompli t-terapija bl-istess doża għall-prevenzjoni tar-rikorrenza. Jekk ikun hemm episodju ġdid ta' manija, imħallat, jew ta' depressjoni, it-trattament b’olanzapine għandu jitkompla (bl-aħjar użu tad-doża skond il-bżonn), b'terapija supplimentari biex ikunu trattati s-sintomi tal-burdata, kif indikat klinikament.

Waqt it-trattament għall-iskiżofrenja, għal episodju ta' manija u għall-prevenzjoni tar-rikorrenza fid- diżordni bipolari, d-dożaġġ ta' kuljum jista' sussegwentement jiġi aġġustat fuq il-bażi ta' l-istat kliniku ndividwali minn 5 mg sa 20 mg/ġurnata. Żjieda għal doża akbar mid-dża tal-bidu rakkomandata għandha tingħata biss wara rivalutazzjoni klinika xierqa u ġeneralment għandha ssir f'intervalli ta' mhux anqas minn 24 siegħa. Olanzapine tista' tingħata fuq l-ikel jew fuq stonku vojt għax l-

assorbiment ma jiġix affettwat mill-ikel. It-tnaqqis gradwali tad-doża għandu jiġi kkunsidrat meta titwaqqaf olanzapine.

Olanzapine Glenmark Europe pilloli li jinħallu fil-ħalq għandhom jitpoġġew fil-ħalq, li mbagħad jinħallu malajr fil-bżieq, sabiex ikunu jistgħu jinbelgħu malajr. Inkella, jistgħu jinħallu f’tazza ilma sħiħa jew ma’ xi xarba adatta oħra (meraq tal-larinġ, meraq tat-tuffieħ, ħalib jew kafe) minnufih qabel ma’ jingħataw.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Doża anqas tal-bidu (5 mg/ġurnata) mhux indikata normalment imma għandha tiġi kkunsidrata għal dawk li għandhom 65 jew fuqhom meta fatturi kliniċi jindikaw hekk (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment renali u/jew epatiku

Għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża inizjali (5 mg/ġurnata) għal dawn il-pazjenti. F'każijiet ta' insuffiċjenza epatika moderata (ċirrożi, Child-Pugh Klassi A jew B), id-doża inizjali għandha tkun 5 mg u tiżdied biss b'kawtela.

Dawk li jpejpu

Id-doża tal-bidu u l-medda tad-dożi m'għandhomx għalfejn jinbidlu normalment għal dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. . Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista’ jiżdied bit-tipjip. Huwa rrakkomandat il-monitoraġġ kliniku u jekk ikun hemm bżonn tista’ tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ olanzapine (ara sezzjoni 4.5).

Meta hemm aktar minn fattur wieħed li jista' jirriżulta f'metaboliżmu aktar bil-mod (sess femminili, età ġerjatrika, individwu ma jpejjipx), għandha tingħata kunsiderazzjoni biex titnaqqas id-doża tal- bidu. Żjieda fid-doża, meta indikata, għandha tkun konservattiva f'dawn il-pazjenti.

F’każijiet fejn inkrimenti fid-dożi ta’ 2.5 mg huma meqjusin neċessarji, għandhom jintużaw

Olanzapine Glenmark Europe pilloli.

(Ara sezzjonijiet 4.5 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena peress li m’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja. Fl-istudji ta’ terminu qasir,ġie rrapportat ammont akbar ta’ żieda fil-piż u tibdil fix-xaħmijiet u prolactin f’pazjenti adolexxenti milli fl-istudji ta’ pazjenti adulti (ara sezzjonijiet 4.4, 4.8, 5.1 u 5.2).

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1. Pazjenti li għandhom ir-riskju ta' glawkoma tat-tip narrow angle.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Waqt trattament bl-antipsikotiċi, titjib fil-kundizzjoni klinika tal-pazjent għandu mnejn isir fuq medda ta’ diversi ġranet għal xi ftit ġimgħat. Il-pazjenti għandhom jiġu monitorjati sew waqt dan il-perjodu.

Psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, dovut għal żieda fil-mortalità u r-riskju ta’ inċident ċerebro-vaskulari.

Fi studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo (li damu minn 6 sa 12-il ġimgħa ), fuq pazjenti anzjani (età medja 78 sena) li kellhom psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, kien hemm

żieda ta’ darbtejn akbar fl-inċidenza ta’ mwiet fil-pazjenti ttrattati b'olanzapine, mqabbla ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (3.5% kontra 1.5%, rispettivament). L-inċidenza ogħla ta’ l-imwiet ma kinitx assoċjata mad-doża ta’ olanzapine (doża medja kuljum ta’ 4.4 mg) jew it-tul ta’ żmien tat-trattament. Il-fatturi ta’ riskju li jistgħu jippredisponu dan il-grupp ta’ pazjenti għal żieda fil-mortalità jinkludu l- età ta’ > 65 sena, id-diffikulta biex wieħed jibla’, is-sedazzjoni, il-malnutriment u d-deidrazzjoni, kundizzjonijiet tal-pulmun (eż pulmonite, bi jew fl-assenza ta’ l-aspirazzjoni), jew l-użu konkomittanti ta' benzodiazepines. Madankollu, l-inċidenza ta’ l-imwiet kienet ogħla f’dawk ittrattati b'olanzapine minn dik fil-pazjenti ttrattati bil-plaċebo, indipendentement minn dawn il-fatturi ta’ riskju.

Fl-istess studji kliniċi, kienu rrapportati avvenimenti avversi ċerebro-vaskulari (CVAE eż. puplesija, attakki iskemiċi momentanji) inklużi l-imwiet. Kien hemm żieda ta’ 3 darbiet akbar ta’ CVAE f’pazjenti ttattati b'olanzapine, meta mqabblin ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (1.3% kontra 0.4%, rispettivament). Il-pazjenti kollha ttrattati b'olanzapine jew bi plaċebo u li kellhom avveniment ċerebro-vaskulari, kellhom fatturi ta’ riskju li kienu jeżistu minn qabel. L-età ta’ > 75 sena u d- demenzja tat-tip vaskulari jew imħallta kienu identifikati bħala fatturi ta’ riskju għal CVAE f’assoċjazzjoni ma’ trattament b'olanzapine. L-effikaċja ta’ olanzapine ma kinitx stabbilita f’dawn l- istudji.

Marda ta' Parkinson

Mhux rakkomandat l-użu ta' olanzapine fit-trattament tal-psikożi assoċjata ma' l-agonisti ta’ dopamine f'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson.

Fi studji kliniċi, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u alluċinazzjonijiet kienu rrappurtati b’mod komuni ħafna u aktar ta' spiss milli bil-plaċebo (ara sezzjoni 4.8), u olanzapine ma kienx aktar effettiv mill-plaċebo fit-trattament tas-sintomi psikotiċi.

F'dawn l-istudji, il-pazjenti inizjalment kellhom ikunu stabblizzati fuq id-doża l-aktar baxxa effettiva tal-mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson (agonist ta’ dopamine) u biex jibqgħu fuq l-istess mediċini u dożi kontra l-marda ta’ Parkinson matul l-istudju. Olanzapine inbeda b'2.5 mg/ġurnata u żdied bil-mod għall-massimu ta' 15 mg/ġurnata ibbażat fuq il-ġudizzju tar-riċerkatur.

Is-Sindromu Newrolettiku Malinn (NMS)

NMS tista' tkun kundizzjoni potenzjalment fatali assoċjata ma' prodotti mediċinali antipsikotiċi. Każijiet rari li ġew rappurtati bħala NMS kienu rrappurtati f'assoċjazzjoni ma' olanzapine ukoll.

Manifestazzjonijiet kliniċi ta' NMS huma deni għoli, ebusija tal-muskoli, stat mentali alterat u evidenza ta' instabbiltà awtonomika (pressjoni tad-demm jew tal-polz irregolari, takikardija, dijaforeżi, u taħbit tal-qalb irregolari). Sinjali oħra jistgħu jinkludu creatine phosphokinase elevat, mijoglobina flawrina (rabdomajoliżi) u insuffiċjenza akuta renali.

Jekk pazjent jiżviluppa sinjali u sintomi li huma indikattivi ta' NMS, jew ikollu deni għoli bla ebda spjegazzjoni u mingħajr manifestazzjonijiet kliniċi oħra ta' NMS, għandhom jitwaqqfu l-mediċini antipsikotiċi kollha, inkluż olanzapine.

Ipergliċemija u dijabete

Zokkor għoli fid-demm u/jew żvilupp jew taħrix tad-dijabete xi kultant assoċjati ma' ketoaċidozi jew koma kienu rrappurtati b’mod mhux komuni, inklużi xi każijiet fatali (ara sezzjoni 4.8). F'xi każijiet, ġiet rapportata żjieda fil-piż tal-ġisem u din tista' tkun fattur ta’ predisposizzjoni. Skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna, huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku xieraq ez. il-livell tal- glukosju fid-demm jittieħed fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad darba fis-sena. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż olanzapine, għandhom ikunu taħt osservazzjoni għal sinjali u sintomi ta’ ipergliċemija (bħal polidipsja, polijurja, polifaġja u debbulizza) u pazjenti bid-dijabete mellitus jew li għandhom fatturi ta' riskju għad-dijabete mellitus għandhom jiġu segwiti b’mod regolari f’każ li l-kontroll tal-glukosju jmur għall-agħar. Il-piż għandu jiġi ċċekkjat b’mod regolari eż. fil-linja bażi, 4, 8 u 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 3 xhur.

Tibdil fil-livelli tax-xaħmijiet

Fi studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo, ġie osservat tibdil mhux mixtieq fil-livell tax-xaħmijiet f’pazjenti kkurati b’olanzapine (ara sezzjoni 4.8 ). Tibdil fil-livell tax-xaħmijiet għandu jiġi kkontrollat b’mod klinikamet xieraq speċjalment f’pazjenti b’ammonti mhux normali ta’ xaħmijiet fid-demm u f’pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ disturbi fix-xaħmijiet. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż olanzapine, għandhom jiġu ċċekkjati b’mod regolari għal- lipidi skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna eż. fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il- kura b’olanzapine u mbagħad kull 5 snin.

Attività antikolinerġika

Waqt li olanzapine wera attività antikolinerġika in vitro, ersperjenza waqt il-provi kliniċi uriet inċidenza baxxa ta' ġrajjiet relatati. Madankollu, minħabba li esperjenza klinika b'olanzapine f'pazjenti b'mard konkomitanti hija limitata, għandha tittieħed kawtela meta jkun preskritt għall-pazjenti b'ipertrofija tal-prostata, jew b'ileus paralitiku u kundizzjonijiet relatati.

Funzjoni epatika

Elevazzjonijiet li ma jurux sintomi ta' l-enzimi aminotransferases tal-fwied, alanine transferase (ALT), aspartate transferase (AST) għal żmien qasir kienu komuni, speċjalment fil-bidu tat-trattament.

Għandha tittieħed kawtela u jiġu organizzati viżti regolari mat-tabib f'pazjenti b'ALT u/jew b’AST elevati, f'pazjenti b'kundizzjonijiet li kienu hemm qabel, assoċjati b'riżerva funzjonali limitata talfwied, u f'pazjenti li qed ikunu trattati b'mediċini li jistgħu jkunu tossiċi għall-fwied.

F'każijiet fejn saret dijanjożi ta’ l-epatite (inkluż il-mard tal-fwied epatoċellulari, kolestatiku jew tat- tip imħallat), it-trattament ta' olanzapine għandu jitwaqqaf.

Newtropenja

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti b'numru baxx ta’ lewkoċiti u/jew numru baxx taċ-ċelluli newtrofili għal kwalunkwe raġuni, dawk il-pazjenti li qed jieħdu xi mediċini li huma magħrufa li jikkawżaw newtropenja, f'pazjenti b’passat ta' tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun jew tossiċità tal- mudullun minħabba t-teħid ta' xi mediċina, f'pazjenti b'tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun minħabba xi marda konkomitanti, trattament bir-raġġi jew kimoterapija u f'pazjenti b'kundizzjonijiet b'numru għoli taċ-ċelluli eżinofili jew b'xi marda majeloproliferattiva.

In-newtropenja kienet rappurtata spiss meta olanzapine u l-valproate intużaw flimkien (ara Sezzjoni 4.8).

Twaqqif tal-kura

B’mod rari ( ≥ 0.01% u < 0.1%) ġew irrappurtati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ, jew rimettar meta olanzapine twaqqaf f'daqqa.

L-Intervall QT

Fi studji kliniċi, żidiet fil-QTc li kienu klinikament sinifikanti (korrezzjoni fil-QT skond Fridericia [QTcF] > 500 millisekondi [msek] fi kwalunkwe ħin wara l-valur bażiku f’pazjenti b’valur bażiku ta’ QTcF < 500 msek) ma kinux komuni (0.1% sa 1%) f’pazjenti kkurati b’olanzapine, b’ebda differenza sinifikanti fl-avvenimenti assoċjati kardijaċi meta mqabbla ma’ plaċebo. Madankollu, bħal b'antipsikotiċi oħrajn, għandha tittieħed kawtela meta olanzapine jingħata ma' mediċini oħrajn li huma magħrufin li jżidu l-intervall QTc, speċjalment fl-anzjani, f'pazjenti b'sindromu konġenitali ta' QT twil, insuffiċjenza tal-qalb konġestiva, ipertrofija tal-qalb, potassju baxx fid-demm jew manjesju baxx fid- demm.

Tromboemboliżmu

B’mod mhux komuni (≥ 0.1% u < 1%) ġiet irrapportata assoċjazzjoni temporali bejn il-kura b’olanzapine u t-tromboemboliżmu fil-vini. Relazzjoni kawżali bejn l-okkorrenza ta’ tromboemboliżmu fil-vini u l-kura b’olanzapine ma ġietx stabbilita. Madankollu peress li pazjenti

b’skizofrenija ħafna drabi jippreżentaw b’fatturi ta’ riskju akkwiżiti għat-tromboemboliżmu fil-vini, il-fatturi possibbli kollha ta’ riskju ta’ VTE eż. l-immobbilizzazzjoni tal-pazjenti, għandhom jiġu identifikati u meħuda l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Attività tas-CNS ġenerali

Minħabba l-effetti primarji ta' olanzapine fuq is-CNS għandha tittieħed kawtela meta dan jingħata flimkien ma' mediċini oħrajn li jaġixxu ċentralment u meta jittieħed ma' l-alkoħol. Minħabba li in vitro juri antagoniżmu għal dopamine, olanzapine jista' jantagonizza l-effetti diretti u indiretti ta' l- agonisti ta’ dopamine.

Aċċessjonijiet

Olanzapine għandha tintuża b'kawtela f'pazjenti li għandhom passat ta' aċċessjonijiet jew li huma soġġetti għall-fatturi li jistgħu jbaxxu l-limitu ta' l-aċċessjonijiet.

Aċċessjonijiet ġew irrapportati li seħħew b’mod mhux komunif'pazjenti ttrattati b'olanzapine. Fil- maġġoranza ta' dawn il-każijiet, passat ta' aċċessjonijiet jew fatturi ta' riskju għal aċċessjonijiet kienu rappurtati.

Diskajneżja Tardiva

Fi studji komparattivi li damu sena jew anqas, olanzapine kien assoċjat ma' inċidenza mnaqqsa ta' diskajneżja f'riżultat tat-trattament b'sinifikat statistikament validu. Madankollu, r-riskju ta' diskajneżja tardiva jiżdied b'espożizzjoni għal żmien twil, u għalhekk jekk jidhru s-sinjali jew is- sintomi ta' iskajneżja tardiva f'pazjenti li qed jieħdu olanzapine, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid- doża jew il-waqfien. Dawn is-sintomi jistgħu jiżdiedu biż-żmien kif ukoll joħorġu wara li jitwaqqaf it- trattament.

Pressjoni baxxa mal-waqfien

Pressjoni baxxa mal-waqfien ġiet osservata rari fl-anzjani fil-provi kliniċi ta' olanzapine. Bħal b'antipsikotiċi oħrajn, huwa rakkomandat li l-pressjoni tad-demm tkun meħuda perjodikament f'pazjenti 'l fuq minn 65 sena.

Mewta kardijaka għall-għarrieda

F’rapporti dwar olanzapine li saru wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġie rrapportat l-avveniment ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti li kienu qed jieħdu olanzapine. F’studju retrospettiv ta’ osservazzjoni f’grupp ta’ pazjenti b’karatteristiċi simili, ir-riskju tal-possibbiltà ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti kkurati b’olanzapine kien madwar darbtejn ir-riskju f’pazjenti li ma kinux qed jużaw l-antipsikotiċi. Fl-istudju, ir-riskju ta’ olanzapine kien simili għar-riskju minn antipsikotiċi atipiċi li kienu inklużi f’analiżi minn numru ta’ studji.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fil-kura tat-tfal u adolexxenti. Studji f'pazjenti bejn it-13 u s-17-il sena wrew reazzjonijiet avversi varji, fosthom żieda fil-piż, tibdil fil-parametri metaboliċi u żieda fil- livelli ta' prolactin. L-effetti fit-tul assoċjati ma' dawn l-avvenimenti ma ġewx studjati u għadhom mhux magħrufa (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1).

Phenylalanine

Olanzapine Glenmark Europe pillola li tinħall fil-ħalq fiha aspartame, li huwa sors ta’ phenylalanine. Jista’ jkun ta’ ħsara għal nies b’phenylketonuria.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott saru fl- adulti biss.

Potenzjal t'interazzjonijiet ma' olanzapine

Minħabba li olanzapine hija metabolizzata b'CYP1A2, sustanzi li jistgħu speċifikament jikkaġunaw jew jinibixxu din l-iżoenzima jistgħu jaffettwaw il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Attivazzjoni ta' CYP1A2

Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista' jiġi kkawżat mit-tipjip u b'carbamazepine, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta' olanzapine. Ġiet osservata żjieda żgħira sa moderata fil-clearance ta' olanzapine mill-ġisem. Il-konsegwenzi kliniċi x'aktarx huma limitati, imma hija rrakkomandata l- osservazzjoni klinika u tista' tiġi kkunsidrata żjieda fid-doża ta' olanzapine jekk din tkun meħtieġa (ara

Sezzjoni 4.2).

Inibizzjoni ta' CYP1A2

Fluvoxamine, inibitur speċifiku ta' CYP1A2, deher li jinibixxi sinifikattivament il-metaboliżmu ta' olanzapine. Iż-żjieda medja f’olanzapine Cmax wara t-teħid ta' fluvoxamine kienet 54% fin-nisa li ma jpejpux u 77% fl-irġiel li jpejpu. Iż-żjieda medja fl-AUC ta' olanzapine kienet 52% u 108% rispettivament.

Għandha tiġi kkunsidrata doża tal-bidu aktar baxxa ta' olanzapine f'pazjenti li qed jużaw fluvoxamine jew xi inibituri oħra ta' CYP1A2, bħal ciprofloxacin. Għandha tiġi kkunsidrata tnaqqis fid-doża ta' olanzapine jekk jinbeda xi trattament b'inibitur ta' CYP1A2.

Biodisponibbiltà mnaqqsa

Faħam attivat inaqqas il-biodisponibilità ta' olanzapine li tittieħed mill-ħalq b’50 sa 60% u għandu jittieħed għal ta' l-inqas sagħtejn qabel jew wara olanzapine.

Fluoxetine (inibitur CYP2D6), dożi b’waħdiet t’antaċidi (aluminium, magnesium) jew cimetidine ma nstabux li jaffettwaw sinifikatament il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Il-potenzjal ta' olanzapine biex jaffetwa prodotti mediċinali oħra

Olanzapine jista' jantagonizza l-effetti ta' l-antagonisti ta’ dopamine diretti jew indiretti.

Olanzapine ma jinibixxix l-iżoenzimi CYP450 prinċipali in vitro (eż 1A2, 2D6, 2C19, 3A4). Għalhekk, ma hemm ebda reazzjoni partikolari mistennija kif ivverifikat minn studji in vivo fejn ma nstabet ebda inibizzjoni tal-metaboliżmu tas-sustanzi attivi li ġejjin: anti-dipressant triċikliku (jirrapreżenta l-aktar il-passaġġ permezz ta' CYP2D6), warfarina (CYP2C9), theophylline (CYP1A2) jew diazepam (CYP3A4 u CYP2C19).

Olanzapine ma wera ebda reazzjoni meta ttieħed flimkien ma’ lithium jew biperiden.

Osservazzjoni terapewtika tal-livelli ta’ valproate fil-plażma ma ndikatx li tibdil fid-dożaġġ tal- valproate huwa meħtieġ wara l-introduzzjoni ta' olanzapine ukoll.

Attività tas-CNS ġenerali

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti li jixorbu l-alkoħol jew li jieħdu prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali.

Mhux rakkomandat l-użu konkomitanti ta' olanzapine ma' prodotti mediċinali kontra l-Parkinson f'pazjenti bil-marda ta' Parkinson u d-demenzja (ara sezzjoni 4.4).

L-Intervall QTc

Għandha tintuża l-kawtela jekk olanzapine qiegħed jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali magħrufa li jtawlu l-intervall QTc (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemm ebda studju adegwat u kkontrollat sewwa f'nisa waqt it-tqala. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jgħarrfu lit-tabib tagħhom jekk jinqabdu tqal jew jekk qed jippjanaw li jinqabdu tqal waqt it-trattament b’olanzapine. Madankollu, minħabba li l-esperjenza fil-bniedem hija limitata, olanzapine għandha tintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċċju li jista' jkun hemm jiġġustifika r-riskju li jista' jkun hemm fuq il-fetu.

Trabi tat-twelid esposti għal antipsikotiċi (inkluż aripiprazole) matul it-tielet trimestru tat-tqala huma f’riskju ta’ reazzjonijiet avversi inkluż sintomi ekstrapiramidali u/jew ta’ rtirar li jistgħu jvarjaw fis- serjetà u f’kemm idumu wara l-għoti. Kien hemm rapporti ta’ aġitazzjoni, ipertonja, ipotonja, rogħda, ħedla, skumdità respiratorja, jew disturb fit-tmigħ. Konsegwentament, trabi tat-twelid għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni.

Fi studju fuq nisa b'saħħithom li qed ireddgħu, olanzapine tfaċċa fil-ħalib tas-sider. L-espożizzjoni

(mg/kg) medja fit-trabi fl-istat fiss kienet stimata li kienet 1.8% tad-doża ta' olanzapine fl-omm.

Pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jreddawx tarbija jekk qed jieħdu olanzapine.

Fertilità

L-effetti fuq il-fertilità mhumiex magħrufa (ara sezzjoni 5.3 għal informazzjoni ta’ qabel l-użu kliniku).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Minħabba li olanzapine jista' jikkawża sonnolenza u sturdament, il-pazjenti għandhom jiġu avżati dwar l-użu ta' magni, inklużi l- karozzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Adulti

Fi studji kliniċi, l-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b'mod frekwenti (jidhru f'> 1% talpazjenti) u li huma assoċjati ma' l-użu ta' olanzapine kienu sonnolenza, żieda fil-piż, eosinofilja, livelli għolja ta' prolactin, kolesterol, glucose u trigliċeridi (ara sezzjoni 4.4), glukosurja, żieda fl-aptit, sturdament, akatiżja, parkinsoniżmu, lewkopenija, newtropenija (ara sezzjoni 4.4), diskineżja, pressjoni baxxa mal-waqfien, effetti antikolinerġiċi, żieda fil-livelli tal-aminotransferases tal-fwied li ma jurux sintomi u li huma momentanji (ara sezzjoni 4.4), raxx, astenja, għeja, deni, artralġja, żieda fil-livell tal-alkaline phophatase, livell għoli ta’ gamma glutamyltransferase, livell għoli ta’ aċtu uriku, livell għoli ta’ creatine phosphokinase u edima.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Fit-tabella li ġejja huma mniżżla r-reazzjonijiet avversi u t-testijiet tal-laboratorju osservati minn rapporti magħmula b’mod spontanju u minn studji kliniċi. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna ( > 1/10), komuni ( > 1/100 sa < 1/10), mhux komuni ( > 1/1,000 sa < 1/100), rari ( > 1/10,000 sa < 1/1,000, rari ħafna ( < 1/10,000), mhux magħrufa (ma jistgħux jiġu stmati mill-informazzjoni li hemm disponibbli).

 

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

 

ħafna

 

 

 

 

Disturbi

 

Eosinofilja

 

Tromboċitopeenija11

 

tad-demm

 

Lewkopenija10

 

 

 

u tas-

 

Newtropenija10

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

Sensittività

 

 

fis-sistema

 

 

 

eċċessiva11

 

 

immuni

 

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-

Livelli għolja

Żvilupp jew

Ipotermija12

 

 

piż1

ta' kolesterol2,3

aggravar tad-

 

 

 

 

 

 

dijabete, xi

 

 

 

 

Livelli għolja

kultant assoċjata

 

 

Disturbi fil-

 

ta' glucose4

ma’ ketoaċidożi

 

 

metaboliżm

 

 

 

jew koma inklużi

 

 

u u n-

 

Livelli għolja

xi każijiet fatali

 

 

nutrizzjoni

 

ta' trigliċeridi2,5

(ara sezzjoni

 

 

 

 

Glikosurja

 

4.4)11

 

 

 

 

Żieda fl-aptit

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Sonnole

Sturdament

Aċċessjonijiet li

 

 

fis-sistema

nza

 

 

fil-maġġoranza

Sindromu

 

 

 

Akatizja6

 

 

 

nervuża

 

 

tagħhom kien

Newrolettiku Malinn

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4) 12

 

 

 

 

 

rrappurtat passat

 

 

 

Parkinsoniżmu

 

 

 

 

mediku ta'

 

 

 

 

 

Sintomi ta' twaqqif

 

 

 

 

 

aċċessjonijiet jew

 

 

 

 

 

talkura7 ,12

 

 

 

Diskineżja

fatturi tar-riskju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

għall-

 

 

 

 

 

 

aċċessjonijiet11

 

 

 

 

 

 

Distonja (tinkludi

 

 

 

 

 

 

okuloġirazzjoni)11

 

 

 

 

 

 

Diskineżja

 

 

 

 

 

 

tardiva11

 

 

 

 

 

 

Amnesija9

 

 

 

 

 

 

Disartrja

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

Bradikardija

Takikardija/

 

qalb

 

 

 

QTc imtawwal

fibrillazzjoni

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)

ventrikulari,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

mewt għall-għarrieda

 

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)11

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Pressjoni

 

 

Tromboemboliżm

 

 

vaskulari

baxxa

 

 

u (inkluż l-

 

 

 

mal-

 

 

emboliżmu

 

 

 

waqfien1

 

 

pulmonari u t-

 

 

 

 

 

trombożi tal-vini

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fil-fond) (ara

 

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

Epistassi9

 

 

respiratorji

 

 

 

 

 

 

, toraċiċi u

 

 

 

 

 

 

medjastinal

 

 

 

 

 

 

i

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Effetti

 

Nefħa fl-addome9

Pankreatite11

 

gastro-

 

antikolinerġiċi

 

 

 

intestinali

 

ħfief u li

 

 

 

 

 

 

jgħaddu malajr

 

 

 

 

 

inklużi

 

 

 

 

 

 

stitikezza u

 

 

 

 

 

ħalq xott

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Żieda ta'

 

Epatite (inkluż mard

 

fwied u fil-

 

 

aminotransfera

 

tal-fwied tat-tip

 

marrara

 

 

ses tal-fwied

 

epatoċellulari,

 

 

 

 

(ALT, AST)

 

kolestatiku jew tat-

 

 

 

 

bla sintomi u li

 

tnejn flimkien)11

 

 

 

 

tgħaddi malajr,

 

 

 

 

 

 

speċjalmet fil-

 

 

 

 

 

 

bidu tal-kura

 

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni

 

 

 

 

 

4.4)

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Raxx

Reazzjoni ta'

 

 

ġilda u fit-

 

 

 

fotosensittività

 

 

tessuti ta'

 

 

 

Alopeċja

 

 

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Artralġja9

 

Rabdomijoliżi11

 

muskolu-

 

 

 

 

 

 

skeltrali u

 

 

 

 

 

 

tal-

 

 

 

 

 

 

connective

 

 

 

 

 

 

tissue

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

Inkontinenza

 

 

kliewi u fis-

 

 

 

urinarja, żamma

 

 

sistema

 

 

 

tal-urina

 

 

urinarja

 

 

 

Eżitazzjoni

 

 

 

 

 

 

urinarja11

 

 

Kondizzjon

 

 

 

 

 

Sindromu ta’

ijiet ta’

 

 

 

 

 

rtirar mill-

waqt it-

 

 

 

 

 

mediċina

tqala, il-

 

 

 

 

 

neonatali (ara

ħlas u wara

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.6)

l-ħlas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Disfunzjoni

Nuqqas jew

 

 

sistema

 

 

tal-erezzjoni

twaqqif mhux

 

 

riproduttiv

 

 

fl-irġiel

normali tal-

 

 

a u fis-sider

 

 

Tnaqqis fil-

mestrwazzjoni

 

 

 

 

 

libido tal-

Tkabbir żejjed

 

 

 

 

 

irġiel u tan-

tas-sider

Prijapiżmu12

 

 

 

 

nisa

Ħruġ eċċessiv jew

 

 

 

 

 

 

spontanju tal-

 

 

 

 

 

 

ħalib mis-sider

 

 

 

 

 

 

Ginekomastija/tka

 

 

 

 

 

 

bbir żejjed tas-

 

 

 

 

 

 

sider fl-irġiel

 

 

Disturbi

 

 

Astenja

 

 

 

ġenerali u

 

 

Għeja

 

 

 

kondizzjoni

 

 

Edima

 

 

 

jiet ta'

 

 

Deni10

 

 

 

mnejn

 

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

 

Investigazzj

Livelli

 

Żieda

Żieda fil-bilirubin

 

 

onijiet

elevati ta'

 

f'alkaline

totali

 

 

 

prolactin

 

phosphatase10

 

 

 

 

fil-

 

Creatine

 

 

 

 

plażma8

 

phosphokinase

 

 

 

 

 

 

għoli11

 

 

 

 

 

 

Gamma

 

 

 

Glutamyltransf erase għoli10

Uric Acid għoli10

1Ġiet osservata żieda fil-piż klinikament sinifikanti fil-kategoriji kollha fil-linja bażi ta’ l-Indiċi tal- Massa tal-Ġisem (BMI). Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 47 ġurnata), żieda fil-piż ta’ ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni ħafna (22 %), ≥ 15% kienet komuni (4.2 %) u ≥ 25 % ma kinitx komuni (0.8 %). Wara espożizzjoni fit-tul (għallinqas 48 ġimgħa). Ilpazjenti li żiedu ≥ 7 %, ≥ 15 % u ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom kienu komuni ħafna (64.4 %, 31.7 % u 12.3 % rispettivament).

2Iż-żidiet medji fil-livelli tax-xaħmijiet waqt is-sawm (kolesterol totali, LDL kolesterol, u trigliċeridi) kienu ogħla f’pazjent li fil-linja bażi ma wrewx evidenza ta’ problemi fil-kontroll tax-xaħmijiet.

3Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.17 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 6.2 mmol/l). Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.17 - < 6.2 mmol/l) għal għoljin (≥ 6.2 mmol/l) kienu komuni ħafna.

4 Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.56 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 7 mmol/l). Tibdil fil-livelli taz-zokkor waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.56 - < 7 mmol/l) għal għoljin (≥ 7m mol/l) kienu komuni ħafna.

5Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.69 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l). Tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.69 mmol/l- <2.26 mmol/l) għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l) kienu komuni ħafna.

6Fi studji kliniċi, l-inċidenza tal-marda ta' Parkinson u distonja f'pazjenti kkurati b’olanzapine kienet numerikament ogħla, imma statistikament mhux differenti b’mod sinifikattiv mill-plaċebo. Pazjenti kkurati b’olanzapine kellhom inċidenza tal-marda ta' Parkinson, ta' l-akatiżja u tad-distonja aktar baxxa ikkumparata ma' dożi titrati ta’ haloperidol. Fl-assenza ta' tagħrif dettaljat dwar passat priezistenti ta' disturbi akuti u movimenti tardivi ekstrapiramidali, fil-preżent ma jistax jiġi konkluż li olanzapine jipproduċi anqas diskineżja tardiva u/jew sindromi ekstrapiramidali tardivi oħra.

7Ġew irrapportati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ u rimettar meta olanzapine jitwaqqaf f'daqqa.

8F’studji kliniċi li damu sa 12-il ġimgħa, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ prolactin qabżu l-ogħla limitu tal-marġni normali f’madwar 30 % tal-pazjenti kkurati b’olanzapine u li bħala linja bażi kellhom valuri normali ta’ prolactin. Fil-parti l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, l-elevazzjonijiet, b’mod ġenerali, ma kinux kbar u baqgħu taħt il-livell ta’ darbtejn l-ogħla limitu tal-marġni normali.

9Avveniment avvers identifikat minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

10Kif evalwat minn valuri meħuda minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

11Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza ddeterminata bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

12Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza stmata fl-ogħla limitu tan-95% intervall ta’ kunfidenza bl-użu tad-Database Integrat ta’

Olanzapine.

Espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 48 ġimgħa)

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom tibdil avvers, klinikament sinifikanti fiż-żieda fil-piż, fil- glucose,10 fil-kolesterol totali/LDL/HDL jew trigliċeridi żdied maż-żmien. F’pazjenti adulti li spiċċaw 9-12-il xahar ta’ terapija, ir-rata taż-żieda fil-medja tal-glucose fid-demm naqset wara kważi

6 xhur.

Tagħrif addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Fi studji kliniċi f’pazjenti anzjani bid-demenzja, trattament b'olanzapine kien assoċjat ma’ inċidenza ogħla ta’ mwiet u reazzjonijiet avversi ċerebro-vaskulari meta mqabbla mal-plaċebo (ara wkoll sezzjoni 4.4). Reazzjonijiet avversi komuni ħafna assoċjati ma’ l-użu ta’olanzapine f’dan il-grupp ta’ pazjenti kienu mixi mhux normali u waqgħat. Il-pulmonite, iż-żieda fit-temperatura tal-ġisem, il- letarġija, l-eritema, l-alluċinazzjonijiet viżivi u l-inkontinenza ta’ l-awrina kienu komunement osservati.

Fi studji kliniċi f’pazjenti b’psikożi dovuta għal mediċina (agonist ta' dopamine) assoċjata mal-marda ta’ Parkinson, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u fl-alluċinazzjonijiet, kienu rrapportati b'mod komuni ħafna u aktar ta’ spiss milli bil-plaċebo.

Fi studju kliniku wieħed f'pazjenti b'manija bipolari, terapija b’valproate flimkien ma' olanzapine rriżultat f'inċidenza ta' newtropenja ta' 4.1%; fattur potenzjalment kontributorju jista' jkun livelli għolja ta’ valproate fil-plażma. Olanzapine mogħti ma' lithium jew valproate irriżulta f’żieda fil-livelli (>10%) ta' rogħda, nixfa fil-ħalq, żieda fl-aptit, u żieda fil-piż. Disturb fid-diskors kien rappurtat komunement ukoll.

Waqt trattament b’olanzapine flimkien ma’ lithium jew divalproex, żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal- piż tal-ġisem seħħet f’17.4% tal-pazjenti waqt it-trattament akut (sa 6 ġimgħat).

Trattament b’olanzapine għal żmien twil (sa 12-il xahar) bl-għan ta' prevenzjoni ta' episodju ieħor f'pazjenti b'mard bipolari kien assoċjat ma' żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem f’39.9% tal- pazjenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fit-tfal u pazjenti adolexxenti taħt it-18-il sena. Għalkemm ma sarux studji kliniċi magħmulin biex iqabblu l-adolexxenti ma' l-adulti, informazzjoni millistudji ta' l- adolexxenti ġiet imqabbla ma' dik ta’ l-istudji ta' l-adulti.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi rrapportati bi frekwenza akbar f'pazjenti adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena) milli f'pazjenti adulti jew reazzjonijiet avversi li ġew identifikati biss waqt studji kliniċi ta’ terminu qasir f'pazjenti adolexxenti.

Żieda fil-piż klinikament sinifikanti (≥ 7%) tidher li sseħħ aktar frekwentement fil-popolazzjoni ta' l- adolexxenti meta mqabbla ma’ l-adulti li kellhom l-istess ammont ta’ espożizzjoni għall-prodott. L- ammont ta’ żieda fil-piż u l-proporzjon ta’ pazjenti adolexxenti li kellhom żieda fil-piż klinikament sinifikanti kienu akbar b’espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 24 ġimgħa) milli b’espożizzjoni għal perijodu qasir ta’żmien.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10).

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni ħafna: Żieda fil-piż 13, livelli elevati ta' trigliċeridi 14, żieda fl-aptit.

Komuni: Livelli elevate ta’ kolesterol 15

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: Sedazzjoni (inklużi: ipersomnja, letarġija, sedazzjoni, sonnolenza).

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: Ħalq xott

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna: Żieda ta' aminotransferases tal-fwied (ALT/AST; ara sezzjoni 4.4).

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna: Tnaqqis fil-bilirubin totali, żieda ta' GGT, livelli elevati ta' prolactin fil-plażma16

13Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 22 ġurnata), żieda fil-piż ta' > 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem (kg) kienet komuni ħafna (40.6 %), ≥ 15% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni (7.1 %) u ≥ 25 % kienet komuni (2.5 %). B’espożizzjoni fit-tul (għallinqas 24 ġimgħa),

89.4 % żiedu ≥ 7 %, 55.3 % żiedu ≥ 15 % u 29.1 % żiedu ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom.

14Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.016 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

1.467 mmol/l) u tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.016 mmol/l - < 1.467 mmol/l) għal għoljin (≥ 1.467 mmol/l).

15Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm minn normali fil-linja bażi (< 4.39 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kien komuni. Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 4.39 - < 5.17 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kien komuni ħafna.

16F'47.4% tal-pazjenti adolexxenti ġew irrapportati livelli għoljin ta' prolactin fil-plażma.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sinjali u sintomi

Sintomi komuni ħafna meta ittieħdet doża eċċessiva (>10% inċidenza) jinkludu takikardija, aġitazzjoni/aggressività, diżartrija, sintomi ekstrapiramidali varji, u telfien tas-sensi li tvarja minn sedazzjoni sa koma.

Sintomi oħra morbużi ta' doża eċċessiva li huma medicament sinifikanti jinkludu d-delirju, il- konvulżjoni, koma, possibilment Sindromu Newrolettiku Malinn, depressjoni respiratorja, aspirazzjoni fil-passaġġ respiratorju, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, taħbit tal-qalb irregolari (<2% tal-każijiet ta' doża eċċessiva) u arrest kardjopulmonari. Ġew rappurtati każijiet fatali b’dożi akuti u eċċessivi baxxi daqs 450 mg iżda kien hemm ukoll każ fejn pazjent baqa’ ħaj wara doża eċċessiva akuta ta' madwar 2 g ta’ olanzapine meħud b’mod orali.

L-immaniġġar

Ma hemm ebda antidotu speċifiku għal olanzapine. Remettar sfurzat mhux rakkomandat. Jistgħu jkunu ndikati l-miżuri tas-soltu għall-immaniġar ta' doża eċċessiva (li huma l-ħasil gastriku, teħid ta' faħam attivat). It-teħid flimkien mal-faħam attivat wera li jnaqqas il-biodisponibilità orali ta' olanzapine b'50% sa 60%.

Trattament sintomatiku u l-monitoraġġ tal-funzjoni ta' l-organi vitali għandhom isiru skond il-qagħda klinika, inkluż it-trattament għall-pressjoni baxxa u kolass taċ-ċirkolazzjoni u sosteniment pulmonari.

Tużax epinephrine, dopamine, jew sustanzi oħra simpatomimatiċi b’attività beta-agonista għax l- istimulazzjoni beta tista' taggrava l-pressjoni baxxa. Huwa neċessarju l-monitoraġġ kardjovaskulari biex tinduna b’taħbit irregolari tal-qalb li jista’ jseħħ. Għandha tkompli s-superviżjoni medika mill- qrib u l-monitoraġġ jitkompla sakemm il-pazjent jirkupra.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: psikolettiċi, diazepines, oxazepines, thiazepins u oxepines, kodiċi

ATC N05A H03.

Effetti farmakodinamiċi

Olanzapine hija sustanza antipsikotika, kontra l-manija u stabbilizzatur tal-burdata li turi profil farmakoloġiku ta' firxa wiesa' ta' sistemi ta' riċetturi.

Fi studji ta' qabel l-użu kliniku, olanzapine wera firxa ta' affinitajiet għar-riċetturi (Ki <100 nM) serotoniċi 5HT2A/2C, 5HT3, 5HT6; dopamine D1,D2, D3, D4, D5: riċetturi muskariniċi kolinerġiċi M1- M5; 1-adrenerġiċi; u riċetturi ta' l-istamina H1. Studji fuq l-imġiba ta' l-annimali li ingħataw olanzapine indikaw antagoniżmu għal 5HT, għal dopamine, u għal dak kolinerġiku, konsistenti mal- profil tar-riċettur li jorbot. Olanzapine wera affinità akbar in vitro għal serotonin 5HT2 milli għar- riċetturi ta’ dopamine D2 u attività in vivo akbar għal 5HT2 milli għal D2. Studji elettrofiżjoloġiċi wrew illi olanzapine selettivament naqqas l-attività mesolimbiċi tan-newroni dopaminerġiċi (A10) waqt li kellu ftit effett fuq il-passaġġ (A9) tal-corpus striatum involuti fil-funzjoni motorjali. Olanzapine naqset ir-rispons kundizzjonat u ta' skansar, test indikattiv ta' l-attività antipsikotika, f'dożi anqas minn dawk li jwasslu għall-katalepsi, riżultat indikattiv ta' l-effett mhux mixtieq tas-sistema (motorjali). Kuntrarju għall-mediċini antipsikotiċi oħrajn, olanzapine iżid ir-rispons f'test anksjolitiku.

Fi studju b'doża waħda orali (10 mg) fejn intużat it-Tomografija bl-Emissjoni tal-Pozitroni (PET) f'voluntiera b'saħħithom, olanzapine ipproduċa okkupanza ta' 5HT2A ogħla mir-riċettur ta’ dopamine D2. Ma' dan, studju ta’ immaġni ta’ Tomografija Kkomputerizzata bl-Emissjoni ta’ Foton Wieħed SPECT f'pazjenti skiżofreniċi wera li l-pazjenti li jirreaġġixxu għal olanzapine kellhom okkupanza strijatali D2 anqas milli f'pazjenti li rrispondew għal xi antipsikotiċi oħrajn jew għal risperidone, waqt li kienu komparabbli għall-pazjenti li irrispondew għal clozapine.

Effikaċja klinika

Fi provi kkontrollati tnejn minn tnejn bil-plaċebo u tnejn minn tlieta bil-komparatur b'aktar minn

2,900 pazjenti skiżofreniċi li għandhom kemm sintomi negattivi kif ukoll sintomi pożittivi, olanzapine kien assoċjat ma' titjib akbar, statistikament sinifikanti, f'sintomi negattivi kif ukoll pożittivi.

Fi studju komparattiv, double-blind u multinazzjonali ta’ skiżofrenija, ta’ manifestazzjonijiet skiżoaffettivi u disturbi relatati oħra li kien jinkludi 1,481 pazjent li kellhom gravità differenti ta’ l- assoċjati sintomi dipressivi (medja ta’ punteġg ta’ 16.6 meħud fil-bidu tal-kura skond l-iskala li tivvaluta d-dipressjoni ta’ Montgomery-Asberg), analiżi prospettiva sekondarja tat-tibdil fil-punteġġ ta’ l-atteġġament bejn il-bidu u fl-aħħar tal-kura wriet titjib statistikament sinifikanti (p= 0.001) favur olanzapine (-6.0) kontra haloperidol (-3.1). F'pazjenti b'diżordni ta' manija jew diżordni bipolari b'episodju mħallat, olanzapine wera effikaċja superjuri għall-plaċebo u għal valproate semisodium (divaproex) fit-tnaqqis ta' sintomi manijaċi f'aktar minn 3 ġimgħat. Olanzapine wera wkoll riżultati effikaċji li jistgħu jiġu kkumparati ma' haloperidol fit-termini tal-proporzjon ta' pazjenti f'remissjoni sintomatika minn manija u depressjoni f’6 u 12-il ġimgħa.

Fi studju ta' terapija ta' pazjenti trattati flimkien b’lithium jew b’valproate għal minimu ta' ġimagħtejn, iż-żjieda ta' olanzapine 10 mg (terapija flimkien ma’ lithium jew valproate) wara 6 ġimgħat irriżultat fi tnaqqis akbar tas-sintomi tal-manija milli b'monoterapija b’lithium jew b’valproate.

Fi studju ta' 12-il xahar ta' prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'episodju ta' manija, li kienu diġà ikkontrollati b’olanzapine, imbagħad ngħataw olanzapine jew il-plaċebo mingħajr għażla, olanzapine wera superjorità sinifikanti u statistikament superjuri fuq il-plaċebo fuq l-għan ewlieni tar-rikorrenza bipolari. Olanzapine uriet ukoll vantaġġ statistiku u sinifikanti fuq il-plaċebo fil-prevenzjoni, kemm f'attakki ġodda ta' manija kif ukoll f'attakki ġodda ta' depressjoni.

Fit-tieni studju ta' 12-il xhar dwar ir-rikorrenza preventiva f'pazjenti b'episodju ta' manija li kienu ikkontrollati b’olanzapine u l-lithium flimkien, kienu mbagħad mqassmin mingħajr għażla u mogħtija olanzapine jew il-lithium waħdu. Olanzapine kien statistikament mhux inferjuri għal-lithium fuq l- għan ewlieni ta' rikorrenza bipolari (olanzapine 30.0%, lithium 38.3%; p = 0.055).

Fi studju ta' 18-il xhar f'pazjenti b'manija jew b'episodji mħallta stabbilizzati fuq olanzapine flimkien ma' stabilizzatur tal-burdata (lithium jew valproate), l-użu fit-tul ta' olanzapine flimkien ma’ lithium jew il-valproate ma kienx statistikament sinifikanti superjuri għal-lithium jew għall-valproate waħdu biex jittardja r-rikorrenza bipolari, kif definit skond il-kriterji (dijanjostiċi) tas-sindromu.

Popolazzjoni pedjatrika

Fl-adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena), dejta kkontrollata ta’ effikaċja hija limitata għal studji ta’ tul qasir ta’ żmien fl-iskiżofrenja (6 ġimgħat) u manija assoċjata ma' mard bipolari tat-tip I (3 ġimgħat) u li involvew anqas minn 200 adolexxent. Id-doża ta’ Olanzapine ma kienitx fissa u bdiet b'2.5 u telgħat sa 20 mg/ġurnata. Waqt il-kura b'olanzapine, l-adolexxenti żiedu aktar fil-piż b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' l-adulti. Il-grad ta' tibdil fil-kolesterol totali waqt is-sawm, kolesterol tat-tip LDL, trigliċeridi, u prolactin (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8) kien akbar fl-adolexxenti milli fl-adulti. M'hemmx dejta kkontrollata dwar il-manteniment tal-effett jew dwar is-sigurtà fit-tul (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8). L-informazzjoni dwar is-sigurtà fit-tul hija primarjament limitata għal dejta open-label li mhijiex ikkontrollata.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Olanzapine hija assorbita sew wara li tittieħed mill-ħalq, tilħaq l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma fi żmien 5 sa 8 sigħat. L-assorbiment ma jiġix affetwat mill-ikel. Il-biodisponibilità assoluta orali relattiva għal amministrazzjoni fil-vina ma kinitx determinata.

Distribuzzjoni

Ir-rabta mal-proteina fil-plażma ta'olanzapine kienet madwar 93% fuq il-firxa tal-konċentrazzjoni ta' madwar 7 sa xi 1000 ng/ml. Olanzapine hija fil-biċċa ’l kbira marbuta mal-albumina u 1-aċid- glycoprotein.

Bijotrasformazzjoni

Olanzapine hija metabolizzata fil-fwied minn metodi konjugattivi u ossidattivi. Il-prodott metaboliku li l-aktar jiċċirkola huwa 10-N- glukoronide, li ma jaqsamx il-barriera bejn id-demm u l-moħħ. L- enzimi ċitokromju P450-CYP1A2 u P450-CYP2D6 jikkontrbwixxu għall-formazzjoni ta' prodotti metaboliċi tat-tip N-desmethyl u 2-hydroxymethyl. It-tnejn dehru sinifikatament anqas f'attività farmakoloġika in vivo milli olanzapine fi studji fuq l-annimali. L-attività farmakoloġika predominanti ġejja minn olanzapine nnifsu.

Eliminazzjoni

Wara li jittieħed mill-ħalq, il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni terminali ta' olanzapine f'suġġetti b'saħħithom varjat fuq il-bażi ta' l-età u sess.

F'anzjani b'saħħithom (65 u fuqhom) meta mqabbla ma' pazjenti mhux anzjani, il-half life ta' l- eliminazzjoni medja twalet (51.8 paragun ma' 33.8 siegħa) u t-tneħħija tnaqqset (17.5 meta mqabbel ma' 18.2 l/hr). Il-varjabilità farmakokinetika osservata fl-anzjani hija fl-istess livell ta' dawk li mhumiex anzjani. F'44 pazjenti skiżofreniċi li għandhom >65 sena, id-dożaġġ minn 5 sa

20 mg/ġurnata ma kienx assoċjat ma' xi profil distint ta' avvenimenti avversi.

F'pazjenti femminili meta mqabbla ma' dawk maskili il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni ġiet kemmxejn imtawla (36.7 kontra 32.3 sigħat) u t-tneħħija tnaqqset (18.9 kontra 27.3 l/hr). Madankollu, olanzapine (5-20 mg) wera profil ta' sigurtà kumparabbli f'pazjenti nisa (n=467) u f'pazjenti rġiel

(n=869).

Indeboliment renali

F'pazjenti b'mard tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina <10 ml/min) f'paragun ma' pazjenti b'saħħithom, ma kienx hemm differenza sinifikanti fil-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni (37.7 kontra 32.4 siegħa) jew il-clearance (21.2 kontra 25.0 l/hr). Studju ta’ tqabbil tal-piżijiet wera bejn wieħed u ieħor 57% ta' olanzapine radjuattiv fl-awrina, prinċipalment bħala prodotti metaboliċi.

Min ipejjep

F'pazjenti li jpejpu u li għandhom disfunzjoni tal-fwied ħafifa, il-half life ta' l-eliminazzjoni medja (39.3 siegħa) twalet u t-tneħħija (18.0 l/hr) tnaqqset bħal f'pazjenti b'saħħithom li ma jpejpux (48.8 siegħa u 14.1 l/hr, rispettivament).

F'pazjenti li ma jpejpux meta mqabbla ma' dawk li jpejpu (irġiel u nisa) il-medja tal-half life ta' l- eliminazzjoni twalet (38.6 kontra 30.4 siegħa) u l-clearance tnaqqset (18.6 kontra 27.7 l/hr).

Il-clearance ta’olanzapine mill-plażma huwa anqas f'pazjenti anzjani f'paragun ma' suġġetti żgħar, fin- nisa f'paragun ma' l-irġiel, u f'dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Madankollu, l-impatt ta' l-età, is-sess, jew tat-tipjip fuq il-clearance ta' olanzapine u fuq il-half life huwa żgħir f'paragun mal-varjabilità totali ta' bejn individwi.

Fi studju ta' pazjenti kawkasi, Ġappuniżi, u Ċiniżi, ma kien hemm ebda differenza fil-parametri farmakokinetiċi fost it-tliet popolazzjonijiet.

Popolazzjoni pedjatrika

Adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena): Il-farmakokinetika ta' olanzapine fl-adolexxenti u fl-adulti hija simili. Fi studji kliniċi, il-medja ta' espożizzjoni għal olanzapine kienet bejn wieħed u ieħor ta' 27% ogħla fl-adolexxenti. Id-differenzi demografiċi bejn l-adolexxenti u l-adulti jinkludu medja anqas ta' piż tal-ġisem u anqas adolexxenti kienu jpejpu. Fatturi bħal dawn x'aktarx li jikkontribwixxu għall- medja ta' espożizzjoni ogħla osservata fl-adolexxenti.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tossiċità akuta (doża waħda)

Sinjali ta' tossiċità orali fir-rodenti kienu simili għas-sustanzi newrolettiċi qawwija: attività baxxa, koma, rogħda, konvulżjonijiet kloniċi, salivazzjoni, u tnaqqis fiż-żjieda tal-piż. Id-dożi medjani li jwasslu għall-mewt kienu bejn wieħed u ieħor 210 mg/kg (ġrieden) u 175 mg/kg (firien).

Il-klieb felħu dożi orali b’wahdiet sa 100 mg/kg mingħajr mortalità. Sinjali kliniċi inkludew sedazzjoni, atassja, rogħda, żjieda fir-rata tal-qalb, diffikultà fir-respirazzjoni, tidjiq tal-pupilla ta' l- għajn, u l-anoreksja. Fix-xadini, dożi orali b’waħdiet sa 100 mg/kg irriżultaw f'prostrazzjoni u, f'dożi ogħla, telf parzjali mis-sensi.

Tossiċità ta' dożi repetuti

Fi studji sa 3 xhur fil-ġrieden u sa sena fil-firien u fil-klieb, l-effetti li ippredominaw kienu ddepressjoni CNS, effetti antikolinerġiċi, u diżordnijiet periferali ematoloġiċi. Żviluppat it-tolleranza għad-depressjoni CNS. Il-parametri ta' l-iżvilupp kienu mnaqqsa b'dożi għoljin. Effetti riversibbli konsistenti ma' prolaktin elevat fil-firien inkludew tnaqqis fil-piż ta' l-ovarji u ta' l-utru u tibdiliet morfoloġiċi fl-epitilju tal-vaġina u fis-sider.

Tossiċità ematoloġika

Effetti fuq il-parametri ematoloġiċi nstabu f'kull speċi, inklużi tnaqqis relatat mad-doża fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-ġrieden u tnaqqis mhux speċifiku fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-firien; madankollu, ma nstabet l-ebda prova ta' ċitotossiċità tal-mudullun.

Newtropenja, tromboċitopenja jew l-anemija riversibbli żviluppaw fi ftit klieb ittrattati b’8 jew 10 mg/kg/ġurnata (espożizzjoni totali ta' olanzapine [erja taħt il-kurva] hija 12 sa 15-il darba aktar

minn dik ta' raġel mogħti doża ta' 12 mg). Fi klieb fejn l-għadd taċ-ċelluli tad-demm huwa anqas min- normal, ma kien hemm ebda effett avversi fuq ċelloli proġenituri u ċelloli proliferanti tal-mudullun.

Tossiċità fuq is-sistema riproduttiva

Olanzapine ma kellha ebda effett teratoġeniku. Is-sedazzjoni affettwat il-ħila ta’ tgħammir tal-firien ta' sess maskili. Iċ-ċikli estruwi kienu affettwati b'dożi ta' 1.1 mg/kg (3 darbiet id-doża massima fil- bniedem) u l-parametri tar-riproduzzjoni kienu influwenzati fil-firien mogħtija 3 mg/kg (9 darbiet id- doża massima fil-bniedem).

Fil-frieħ tal-firien mogħtija olanzapine, kienu osservati dewmien fl-iżvilupp tal-fetu u tnaqqis għal xi żmien fl-attività tal-frieħ.

Mutaġeniċità

Olanzapine ma ikkawżatx mutaġeniċità jew klastoġeniċità f'firxa sħiħa ta' testijiet standard, li nkludew testijiet ta' mutazzjoni tal-mikrobi kif ukoll testijiet fuq il-mammiferi kemm in vitro kif ukoll in vivo.

Kanċeroġeniċità

Ibbażat fuq riżultati ta' studji fuq il-ġrieden u l-firien, kien konkluż li olanzapine mhuwiex kanċeroġeniku.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol E 421

Microcrystalline cellulose

Aspartame E 951

Crospovidone

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddx f'dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura ta’ inqas minn 30 C.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

5mg pilloli

Folji ta’ aluminju/aluminju f’kartun ta’ 28, 56, 70 pillola għal kull kartuna.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Laxmi House

2-B Draycott Avenue

Kenton

Harrow

Middlesex

HA3 OBU

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/588/001

EU/1/09/588/002

EU/1/09/588/003

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 03.12.2009

Data tal-aħħar tiġdid:

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Olanzapine Glenmark Europe 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 10 mg ta’ olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 0.46 mg ta’ aspartame

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li tinħall fil-ħalq

Pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘4’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Adulti

Olanzapine hija indikata għat-trattament tal-iskiżofrenja.

Olanzapine hija effettiva biex iżomm it-titjib kliniku waqt terapija kontinwa f'pazjenti li wrew reazzjoni għat-trattament tal-bidu.

Olanzapine hija indikata għat-trattament ta' episodju ta' manija moderat jew serju.

F'pazjenti li l-episodju ta' manija tagħhom irreaġixxa għat-trattament ta’ olanzapine, olanzapine hija indikata għall-prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'diżordni bipolari (ara sezzjoni 5.1).

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Adulti

Skiżofrenja: Id-doża tal-bidu rakkomandata għal olanzapine hija 10 mg/ġurnata.

Episodju ta' manija: Id-doża tal-bidu hija ta' 15 mg bħala doża waħda kuljum bil-monoterapija jew 10 mg kuljum f'terapija flimkien ma' xi sustanza oħra (ara sezzjoni 5.1).

Il-prevenzjoni tar-rikorrenza fid-diżordni bipolari: Id-doża rakkomandata tal-bidu hija 10 mg/ġurnata. Għall-pazjenti li diġà qegħdin jieħdu olanzapine biex ikun trattat episodju ta' manija, kompli t-terapija bl-istess doża għall-prevenzjoni tar-rikorrenza. Jekk ikun hemm episodju ġdid ta' manija, imħallat, jew ta' depressjoni, it-trattament b’olanzapine għandu jitkompla (bl-aħjar użu tad-doża skond il-bżonn), b'terapija supplimentari biex ikunu trattati s-sintomi tal-burdata, kif indikat klinikament.

Waqt it-trattament għall-iskiżofrenja, għal episodju ta' manija u għall-prevenzjoni tar-rikorrenza fid- diżordni bipolari, d-dożaġġ ta' kuljum jista' sussegwentement jiġi aġġustat fuq il-bażi ta' l-istat kliniku ndividwali minn 5 mg sa 20 mg/ġurnata. Żjieda għal doża akbar mid-dża tal-bidu rakkomandata għandha tingħata biss wara rivalutazzjoni klinika xierqa u ġeneralment għandha ssir f'intervalli ta'

mhux anqas minn 24 siegħa. Olanzapine tista' tingħata fuq l-ikel jew fuq stonku vojt għax l- assorbiment ma jiġix affettwat mill-ikel. It-tnaqqis gradwali tad-doża għandu jiġi kkunsidrat meta titwaqqaf olanzapine.

Olanzapine Glenmark Europe pilloli li jinħallu fil-ħalq għandhom jitpoġġew fil-ħalq, li mbagħad jinħallu malajr fil-bżieq, sabiex ikunu jistgħu jinbelgħu malajr. Inkella, jistgħu jinħallu f’tazza ilma sħiħa jew ma’ xi xarba adatta oħra (meraq tal-larinġ, meraq tat-tuffieħ, ħalib jew kafe) minnufih qabel ma’ jingħataw.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Doża anqas tal-bidu (5 mg/ġurnata) mhux indikata normalment imma għandha tiġi kkunsidrata għal dawk li għandhom 65 jew fuqhom meta fatturi kliniċi jindikaw hekk (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment renali u/jew epatiku

Għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża inizjali (5 mg/ġurnata) għal dawn il-pazjenti. F'każijiet ta' insuffiċjenza epatika moderata (ċirrożi, Child-Pugh Klassi A jew B), id-doża inizjali għandha tkun 5 mg u tiżdied biss b'kawtela.

Dawk li jpejpu

Id-doża tal-bidu u l-medda tad-dożi m'għandhomx għalfejn jinbidlu normalment għal dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. . Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista’ jiżdied bit-tipjip. Huwa rrakkomandat il-monitoraġġ kliniku u jekk ikun hemm bżonn tista’ tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ olanzapine (ara sezzjoni 4.5).

Meta hemm aktar minn fattur wieħed li jista' jirriżulta f'metaboliżmu aktar bil-mod (sess femminili, età ġerjatrika, individwu ma jpejjipx), għandha tingħata kunsiderazzjoni biex titnaqqas id-doża tal- bidu. Żjieda fid-doża, meta indikata, għandha tkun konservattiva f'dawn il-pazjenti.

F’każijiet fejn inkrimenti fid-dożi ta’ 2.5 mg huma meqjusin neċessarji, għandhom jintużaw

Olanzapine Glenmark Europe pilloli.

(Ara sezzjonijiet 4.5 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena peress li m’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja. Fl-istudji ta’ terminu qasir,ġie rrapportat ammont akbar ta’ żieda fil-piż u tibdil fix-xaħmijiet u prolactin f’pazjenti adolexxenti milli fl-istudji ta’ pazjenti adulti (ara sezzjonijiet 4.4, 4.8, 5.1 u 5.2).

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1. Pazjenti li għandhom ir-riskju ta' glawkoma tat-tip narrow angle.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Waqt trattament bl-antipsikotiċi, titjib fil-kundizzjoni klinika tal-pazjent għandu mnejn isir fuq medda ta’ diversi ġranet għal xi ftit ġimgħat. Il-pazjenti għandhom jiġu monitorjati sew waqt dan il-perjodu.

Psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, dovut għal żieda fil-mortalità u r-riskju ta’ inċident ċerebro-vaskulari.

Fi studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo (li damu minn 6 sa 12-il ġimgħa ), fuq pazjenti anzjani (età medja 78 sena) li kellhom psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, kien hemm

żieda ta’ darbtejn akbar fl-inċidenza ta’ mwiet fil-pazjenti ttrattati b'olanzapine, mqabbla ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (3.5% kontra 1.5%, rispettivament). L-inċidenza ogħla ta’ l-imwiet ma kinitx assoċjata mad-doża ta’ olanzapine (doża medja kuljum ta’ 4.4 mg) jew it-tul ta’ żmien tat-trattament. Il-fatturi ta’ riskju li jistgħu jippredisponu dan il-grupp ta’ pazjenti għal żieda fil-mortalità jinkludu l- età ta’ >65 sena, id-diffikulta biex wieħed jibla’, is-sedazzjoni, il-malnutriment u d-deidrazzjoni, kundizzjonijiet tal-pulmun (eż pulmonite, bi jew fl-assenza ta’ l-aspirazzjoni), jew l-użu konkomittanti ta' benzodiazepines. Madankollu, l-inċidenza ta’ l-imwiet kienet ogħla f’dawk ittrattati b'olanzapine minn dik fil-pazjenti ttrattati bil-plaċebo, indipendentement minn dawn il-fatturi ta’ riskju.

Fl-istess studji kliniċi, kienu rrapportati avvenimenti avversi ċerebro-vaskulari (CVAE eż. puplesija, attakki iskemiċi momentanji) inklużi l-imwiet. Kien hemm żieda ta’ 3 darbiet akbar ta’ CVAE f’pazjenti ttattati b'olanzapine, meta mqabblin ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (1.3% kontra 0.4%, rispettivament). Il-pazjenti kollha ttrattati b'olanzapine jew bi plaċebo u li kellhom avveniment ċerebro-vaskulari, kellhom fatturi ta’ riskju li kienu jeżistu minn qabel. L-età ta’ > 75 sena u d- demenzja tat-tip vaskulari jew imħallta kienu identifikati bħala fatturi ta’ riskju għal CVAE f’assoċjazzjoni ma’ trattament b'olanzapine. L-effikaċja ta’ olanzapine ma kinitx stabbilita f’dawn l- istudji.

Marda ta' Parkinson

Mhux rakkomandat l-użu ta' olanzapine fit-trattament tal-psikożi assoċjata ma' l-agonisti ta’ dopamine f'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson.

Fi studji kliniċi, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u alluċinazzjonijiet kienu rrappurtati b’mod komuni ħafna u aktar ta' spiss milli bil-plaċebo (ara sezzjoni 4.8), u olanzapine ma kienx aktar effettiv mill-plaċebo fit-trattament tas-sintomi psikotiċi.

F'dawn l-istudji, il-pazjenti inizjalment kellhom ikunu stabblizzati fuq id-doża l-aktar baxxa effettiva tal-mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson (agonist ta’ dopamine) u biex jibqgħu fuq l-istess mediċini u dożi kontra l-marda ta’ Parkinson matul l-istudju. Olanzapine inbeda b'2.5 mg/ġurnata u żdied bil-mod għall-massimu ta' 15 mg/ġurnata ibbażat fuq il-ġudizzju tar-riċerkatur.

Is-Sindromu Newrolettiku Malinn (NMS)

NMS tista' tkun kundizzjoni potenzjalment fatali assoċjata ma' prodotti mediċinali antipsikotiċi. Każijiet rari li ġew rappurtati bħala NMS kienu rrappurtati f'assoċjazzjoni ma' olanzapine ukoll.

Manifestazzjonijiet kliniċi ta' NMS huma deni għoli, ebusija tal-muskoli, stat mentali alterat u evidenza ta' instabbiltà awtonomika (pressjoni tad-demm jew tal-polz irregolari, takikardija, dijaforeżi, u taħbit tal-qalb irregolari). Sinjali oħra jistgħu jinkludu creatine phosphokinase elevat, mijoglobina flawrina (rabdomajoliżi) u insuffiċjenza akuta renali.

Jekk pazjent jiżviluppa sinjali u sintomi li huma indikattivi ta' NMS, jew ikollu deni għoli bla ebda spjegazzjoni u mingħajr manifestazzjonijiet kliniċi oħra ta' NMS, għandhom jitwaqqfu l-mediċini antipsikotiċi kollha, inkluż olanzapine.

Ipergliċemija u dijabete

Zokkor għoli fid-demm u/jew żvilupp jew taħrix tad-dijabete xi kultant assoċjati ma' ketoaċidozi jew koma kienu rrappurtati b’mod mhux komuni, inklużi xi każijiet fatali (ara sezzjoni 4.8). F'xi każijiet, ġiet rapportata żjieda fil-piż tal-ġisem u din tista' tkun fattur ta’ predisposizzjoni. Skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna, huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku xieraq ez. il-livell tal- glukosju fid-demm jittieħed fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad darba fis-sena. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż olanzapine, għandhom ikunu taħt osservazzjoni għal sinjali u sintomi ta’ ipergliċemija (bħal polidipsja, polijurja, polifaġja u debbulizza) u pazjenti bid-dijabete mellitus jew li għandhom fatturi ta' riskju għad-dijabete mellitus għandhom jiġu segwiti b’mod regolari f’każ li l-kontroll tal-glukosju jmur għall-agħar. Il-piż għandu

jiġi ċċekkjat b’mod regolari eż. fil-linja bażi, 4, 8 u 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 3 xhur.

Tibdil fil-livelli tax-xaħmijiet

Fi studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo, ġie osservat tibdil mhux mixtieq fil-livell tax-xaħmijiet f’pazjenti kkurati b’olanzapine (ara sezzjoni 4.8 ). Tibdil fil-livell tax-xaħmijiet għandu jiġi kkontrollat b’mod klinikamet xieraq speċjalment f’pazjenti b’ammonti mhux normali ta’ xaħmijiet fid-demm u f’pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ disturbi fix-xaħmijiet. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż olanzapine, għandhom jiġu ċċekkjati b’mod regolari għal- lipidi skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna eż. fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il- kura b’olanzapine u mbagħad kull 5 snin.

Attività antikolinerġika

Waqt li olanzapine wera attività antikolinerġika in vitro, ersperjenza waqt il-provi kliniċi uriet inċidenza baxxa ta' ġrajjiet relatati. Madankollu, minħabba li esperjenza klinika b'olanzapine f'pazjenti b'mard konkomitanti hija limitata, għandha tittieħed kawtela meta jkun preskritt għall-pazjenti b'ipertrofija tal-prostata, jew b'ileus paralitiku u kundizzjonijiet relatati.

Funzjoni epatika

Elevazzjonijiet li ma jurux sintomi ta' l-enzimi aminotransferases tal-fwied, alanine transferase (ALT), aspartate transferase (AST) għal żmien qasir kienu komuni, speċjalment fil-bidu tat-trattament.

Għandha tittieħed kawtela u jiġu organizzati viżti regolari mat-tabib f'pazjenti b'ALT u/jew b’AST elevati, f'pazjenti b'kundizzjonijiet li kienu hemm qabel, assoċjati b'riżerva funzjonali limitata talfwied, u f'pazjenti li qed ikunu trattati b'mediċini li jistgħu jkunu tossiċi għall-fwied.

F'każijiet fejn saret dijanjożi ta’ l-epatite (inkluż il-mard tal-fwied epatoċellulari, kolestatiku jew tat- tip imħallat), it-trattament ta' olanzapine għandu jitwaqqaf.

Newtropenja

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti b'numru baxx ta’ lewkoċiti u/jew numru baxx taċ-ċelluli newtrofili għal kwalunkwe raġuni, dawk il-pazjenti li qed jieħdu xi mediċini li huma magħrufa li jikkawżaw newtropenja, f'pazjenti b’passat ta' tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun jew tossiċità tal- mudullun minħabba t-teħid ta' xi mediċina, f'pazjenti b'tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun minħabba xi marda konkomitanti, trattament bir-raġġi jew kimoterapija u f'pazjenti b'kundizzjonijiet b'numru għoli taċ-ċelluli eżinofili jew b'xi marda majeloproliferattiva. In-newtropenja kienet rappurtata spiss meta olanzapine u l-valproate intużaw flimkien (ara Sezzjoni 4.8).

Twaqqif tal-kura

B’mod rari ( ≥ 0.01% u < 0.1%) ħafna ġew irrappurtati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ, jew rimettar meta olanzapine twaqqaf f'daqqa.

L-Intervall QT

Fi studji kliniċi, żidiet fil-QTc li kienu klinikament sinifikanti (korrezzjoni fil-QT skond Fridericia [QTcF] > 500 millisekondi [msek] fi kwalunkwe ħin wara l-valur bażiku f’pazjenti b’valur bażiku ta’ QTcF < 500 msek) ma kinux komuni (0.1% sa 1%) f’pazjenti kkurati b’olanzapine, b’ebda differenza sinifikanti fl-avvenimenti assoċjati kardijaċi meta mqabbla ma’ plaċebo. Madankollu, għandha tittieħed kawtela meta olanzapine jingħata ma' mediċini oħrajn li huma magħrufin li jżidu l-intervall QTc, speċjalment fl-anzjani, f'pazjenti b'sindromu konġenitali ta' QT twil, insuffiċjenza tal-qalb konġestiva, ipertrofija tal-qalb, potassju baxx fid-demm jew manjesju baxx fid-demm.

Tromboemboliżmu

B’mod mhux komuni (≥ 0.1% u < 1%) ġiet irrapportata assoċjazzjoni temporali bejn il-kura b’olanzapine u t-tromboemboliżmu fil-vini. Relazzjoni kawżali bejn l-okkorrenza ta’ tromboemboliżmu fil-vini u l-kura b’olanzapine ma ġietx stabbilita. Madankollu peress li pazjenti b’skizofrenija ħafna drabi jippreżentaw b’fatturi ta’ riskju akkwiżiti għat-tromboemboliżmu fil-vini,

il-fatturi possibbli kollha ta’ riskju ta’ VTE eż. l-immobbilizzazzjoni tal-pazjenti, għandhom jiġu identifikati u meħuda l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Attività tas-CNS ġenerali

Minħabba l-effetti primarji ta' olanzapine fuq is-CNS għandha tittieħed kawtela meta dan jingħata flimkien ma' mediċini oħrajn li jaġixxu ċentralment u meta jittieħed ma' l-alkoħol. Minħabba li in vitro juri antagoniżmu għal dopamine, olanzapine jista' jantagonizza l-effetti diretti u indiretti ta' l- agonisti ta’ dopamine.

Aċċessjonijiet

Olanzapine għandha tintuża b'kawtela f'pazjenti li għandhom passat ta' aċċessjonijiet jew li huma soġġetti għall-fatturi li jistgħu jbaxxu l-limitu ta' l-aċċessjonijiet.

Aċċessjonijiet ġew irrapportati li seħħew b’mod mhux komuni f'pazjenti ttrattati b'olanzapine.Fil- maġġoranza ta' dawn il-każijiet, passat ta' aċċessjonijiet jew fatturi ta' riskju għal aċċessjonijiet kienu rappurtati.

Diskajneżja Tardiva

Fi studji komparattivi li damu sena jew anqas, olanzapine kien assoċjat ma' inċidenza mnaqqsa ta' diskajneżja f'riżultat tat-trattament b'sinifikat statistikament validu. Madankollu, r-riskju ta' diskajneżja tardiva jiżdied b'espożizzjoni għal żmien twil, u għalhekk jekk jidhru s-sinjali jew is- sintomi ta' iskajneżja tardiva f'pazjenti li qed jieħdu olanzapine, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid- doża jew il-waqfien. Dawn is-sintomi jistgħu jiżdiedu biż-żmien kif ukoll joħorġu wara li jitwaqqaf it- trattament.

Pressjoni baxxa mal-waqfien

Pressjoni baxxa mal-waqfien ġiet osservata rari fl-anzjani fil-provi kliniċi ta' olanzapine. Huwa rakkomandat li l-pressjoni tad-demm tkun meħuda perjodikament f'pazjenti 'l fuq minn 65 sena.

Mewta kardijaka għall-għarrieda

F’rapporti dwar olanzapine li saru wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġie rrapportat l-avveniment ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti li kienu qed jieħdu olanzapine. F’studju retrospettiv ta’ osservazzjoni f’grupp ta’ pazjenti b’karatteristiċi simili, ir-riskju tal-possibbiltà ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti kkurati b’olanzapine kien madwar darbtejn ir-riskju f’pazjenti li ma kinux qed jużaw l-antipsikotiċi. Fl-istudju, ir-riskju ta’ olanzapine kien simili għar-riskju minn antipsikotiċi atipiċi li kienu inklużi f’analiżi minn numru ta’ studji.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fil-kura tat-tfal u adolexxenti. Studji f'pazjenti bejn it-13 u s-17-il sena wrew reazzjonijiet avversi varji, fosthom żieda fil-piż, tibdil fil-parametri metaboliċi u żieda fil- livelli ta' prolactin. L-effetti fit-tul assoċjati ma' dawn l-avvenimenti ma ġewx studjati u għadhom mhux magħrufa (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1).

Phenylalanine

Olanzapine Glenmark Europe pillola li tinħall fil-ħalq fiha aspartame, li huwa sors ta’ phenylalanine. Jista’ jkun ta’ ħsara għal nies b’phenylketonuria.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott saru fl- adulti biss.

Potenzjal t'interazzjonijiet ma' olanzapine

Minħabba li olanzapine hija metabolizzata b'CYP1A2, sustanzi li jistgħu speċifikament jikkaġunaw jew jinibixxu din l-iżoenzima jistgħu jaffettwaw il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Attivazzjoni ta' CYP1A2

Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista' jiġi kkawżat mit-tipjip u b'carbamazepine, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta' olanzapine. Ġiet osservata żjieda żgħira sa moderata fil-clearance ta' olanzapine mill-ġisem. Il-konsegwenzi kliniċi x'aktarx huma limitati, imma hija rrakkomandata l- osservazzjoni klinika u tista' tiġi kkunsidrata żjieda fid-doża ta' olanzapine jekk din tkun meħtieġa (ara

Sezzjoni 4.2).

Inibizzjoni ta' CYP1A2

Fluvoxamine, inibitur speċifiku ta' CYP1A2, deher li jinibixxi sinifikattivament il-metaboliżmu ta' olanzapine. Iż-żjieda medja f’olanzapine Cmax wara t-teħid ta' fluvoxamine kienet 54% fin-nisa li ma jpejpux u 77% fl-irġiel li jpejpu. Iż-żjieda medja fl-AUC ta' olanzapine kienet 52% u 108% rispettivament.

Għandha tiġi kkunsidrata doża tal-bidu aktar baxxa ta' olanzapine f'pazjenti li qed jużaw fluvoxamine jew xi inibituri oħra ta' CYP1A2, bħal ciprofloxacin. Għandha tiġi kkunsidrata tnaqqis fid-doża ta' olanzapine jekk jinbeda xi trattament b'inibitur ta' CYP1A2.

Biodisponibbiltà mnaqqsa

Faħam attivat inaqqas il-biodisponibilità ta' olanzapine li tittieħed mill-ħalq b’50 sa 60% u għandu jittieħed għal ta' l-inqas sagħtejn qabel jew wara olanzapine.

Fluoxetine (inibitur CYP2D6), dożi b’waħdiet t’antaċidi (aluminium, magnesium) jew cimetidine ma nstabux li jaffettwaw sinifikatament il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Il-potenzjal ta' olanzapine biex jaffetwa prodotti mediċinali oħra

Olanzapine jista' jantagonizza l-effetti ta' l-antagonisti ta’ dopamine diretti jew indiretti.

Olanzapine ma jinibixxix l-iżoenzimi CYP450 prinċipali in vitro (eż 1A2, 2D6, 2C19, 3A4). Għalhekk, ma hemm ebda reazzjoni partikolari mistennija kif ivverifikat minn studji in vivo fejn ma nstabet ebda inibizzjoni tal-metaboliżmu tas-sustanzi attivi li ġejjin: anti-dipressant triċikliku (jirrapreżenta l-aktar il-passaġġ permezz ta' CYP2D6), warfarina (CYP2C9), theophylline (CYP1A2) jew diazepam (CYP3A4 u CYP2C19).

Olanzapine ma wera ebda reazzjoni meta ttieħed flimkien ma’ lithium jew biperiden.

Osservazzjoni terapewtika tal-livelli ta’ valproate fil-plażma ma ndikatx li tibdil fid-dożaġġ tal- valproate huwa meħtieġ wara l-introduzzjoni ta' olanzapine ukoll.

Attività tas-CNS ġenerali

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti li jixorbu l-alkoħol jew li jieħdu prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali.

Mhux rakkomandat l-użu konkomitanti ta' olanzapine ma' prodotti mediċinali kontra l-Parkinson f'pazjenti bil-marda ta' Parkinson u d-demenzja (ara sezzjoni 4.4).

L-Intervall QTc

Għandha tintuża l-kawtela jekk olanzapine qiegħed jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali magħrufa li jtawlu l-intervall QTc (ara sezzjoni 4.4).

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemm ebda studju adegwat u kkontrollat sewwa f'nisa waqt it-tqala. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jgħarrfu lit-tabib tagħhom jekk jinqabdu tqal jew jekk qed jippjanaw li jinqabdu tqal waqt it-trattament b’olanzapine. Madankollu, minħabba li l-esperjenza fil-bniedem hija limitata,

olanzapine għandha tintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċċju li jista' jkun hemm jiġġustifika r-riskju li jista' jkun hemm fuq il-fetu.

Trabi tat-twelid esposti għal antipsikotiċi (inkluż aripiprazole) matul it-tielet trimestru tat-tqala huma f’riskju ta’ reazzjonijiet avversi inkluż sintomi ekstrapiramidali u/jew ta’ rtirar li jistgħu jvarjaw fis- serjetà u f’kemm idumu wara l-għoti. Kien hemm rapporti ta’ aġitazzjoni, ipertonja, ipotonja, rogħda, ħedla, skumdità respiratorja, jew disturb fit-tmigħ. Konsegwentament, trabi tat-twelid għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni.

Treddigħ

Fi studju fuq nisa b'saħħithom li qed ireddgħu, olanzapine tfaċċa fil-ħalib tas-sider. L-espożizzjoni

(mg/kg) medja fit-trabi fl-istat fiss kienet stimata li kienet 1.8% tad-doża ta' olanzapine fl-omm.

Pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jreddawx tarbija jekk qed jieħdu olanzapine.

Fertilità

L-effetti fuq il-fertilità mhumiex magħrufa (ara sezzjoni 5.3 għal informazzjoni ta’ qabel l-użu kliniku).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Minħabba li olanzapine jista' jikkawża sonnolenza u sturdament, il-pazjenti għandhom jiġu avżati dwar l-użu ta' magni, inklużi l- karozzi.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Adulti

Fi studji kliniċi, l-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b'mod frekwenti (jidhru f'> 1% talpazjenti) u li huma assoċjati ma' l-użu ta' olanzapine kienu sonnolenza, żieda fil-piż, eosinofilja, livelli għolja ta' prolactin, kolesterol, glucose u trigliċeridi (ara sezzjoni 4.4), glukosurja, żieda fl-aptit, sturdament, akatiżja, parkinsoniżmu, lewkopenija, newtropenija (ara sezzjoni 4.4), diskineżja, pressjoni baxxa mal-waqfien, effetti antikolinerġiċi, żieda fil-livelli tal-aminotransferases tal-fwied li ma jurux sintomi u li huma momentanji (ara sezzjoni 4.4), raxx, astenja, għeja, deni, artralġja, żieda fil-livell tal-alkaline phophatase, livell għoli ta’ gamma glutamyltransferase, livell għoli ta’ aċtu uriku, livell għoli ta’ creatine phosphokinase u edima.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Fit-tabella li ġejja huma mniżżla r-reazzjonijiet avversi u t-testijiet tal-laboratorju osservati minn rapporti magħmula b’mod spontanju u minn studji kliniċi. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna ( > 1/10), komuni ( > 1/100 sa < 1/10), mhux komuni ( > 1/1,000 sa < 1/100), rari ( > 1/10,000 sa < 1/1,000, rari

ħafna ( < 1/10,000), mhux magħrufa (ma jistgħux jiġu stmati mill-informazzjoni li hemm disponibbli).

 

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

 

ħafna

 

 

 

 

Disturbi

 

Eosinofilja

 

Tromboċitopeenija11

 

tad-demm

 

Lewkopenija10

 

 

 

u tas-

 

Newtropenija10

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Sensittività

 

 

fis-sistema

 

 

eċċessiva11

 

 

immuni

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-

Livelli għolja

Żvilupp jew

Ipotermija12

 

 

piż1

ta' kolesterol2,3

aggravar tad-

 

 

 

 

 

 

dijabete, xi

 

 

 

 

Livelli għolja

kultant assoċjata

 

 

Disturbi fil-

 

ta' glucose4

ma’ ketoaċidożi

 

 

metaboliżm

 

 

 

jew koma inklużi

 

 

u u n-

 

Livelli għolja

xi każijiet fatali

 

 

nutrizzjoni

 

ta' trigliċeridi2,5

(ara sezzjoni

 

 

 

 

Glikosurja

 

4.4)11

 

 

 

 

Żieda fl-aptit

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Sonnole

Sturdament

Aċċessjonijiet li

 

 

fis-sistema

nza

 

 

fil-maġġoranza

Sindromu

 

 

 

Akatizja6

 

 

 

nervuża

 

 

tagħhom kien

Newrolettiku Malinn

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4) 12

 

 

 

 

 

rrappurtat passat

 

 

 

Parkinsoniżmu

 

 

 

 

mediku ta'

 

 

 

 

 

Sintomi ta' twaqqif

 

 

 

 

 

aċċessjonijiet jew

 

 

 

 

 

talkura7 ,12

 

 

 

Diskineżja

fatturi tar-riskju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

għall-

 

 

 

 

 

 

aċċessjonijiet11

 

 

 

 

 

 

Distonja (tinkludi

 

 

 

 

 

 

okuloġirazzjoni)11

 

 

 

 

 

 

Diskineżja

 

 

 

 

 

 

tardiva11

 

 

 

 

 

 

Amnesija9

 

 

 

 

 

 

Disartrja

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

Bradikardija

Takikardija/

 

qalb

 

 

 

QTc imtawwal

fibrillazzjoni

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)

ventrikulari,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

mewt għall-għarrieda

 

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)11

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Pressjoni

 

 

Tromboemboliżm

 

 

vaskulari

baxxa

 

 

u (inkluż l-

 

 

 

mal-

 

 

emboliżmu

 

 

 

waqfien1

 

 

pulmonari u t-

 

 

 

 

 

trombożi tal-vini

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fil-fond) (ara

 

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

Epistassi9

 

 

respiratorji

 

 

 

 

 

 

, toraċiċi u

 

 

 

 

 

 

medjastinal

 

 

 

 

 

 

i

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Effetti

 

Nefħa fl-addome9

Pankreatite11

 

gastro-

 

antikolinerġiċi

 

 

 

intestinali

 

ħfief u li

 

 

 

 

 

 

jgħaddu malajr

 

 

 

 

 

inklużi

 

 

 

 

 

 

stitikezza u

 

 

 

 

 

ħalq xott

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Żieda ta'

 

Epatite (inkluż mard

 

fwied u fil-

 

 

aminotransfera

 

tal-fwied tat-tip

 

marrara

 

 

ses tal-fwied

 

epatoċellulari,

 

 

 

 

(ALT, AST)

 

kolestatiku jew tat-

 

 

 

 

bla sintomi u li

 

tnejn flimkien)11

 

 

 

 

tgħaddi malajr,

 

 

 

 

 

 

speċjalmet fil-

 

 

 

 

 

 

bidu tal-kura

 

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni

 

 

 

 

 

4.4)

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Raxx

Reazzjoni ta'

 

 

ġilda u fit-

 

 

 

fotosensittività

 

 

tessuti ta'

 

 

 

Alopeċja

 

 

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Artralġja9

 

Rabdomijoliżi11

 

muskolu-

 

 

 

 

 

 

skeltrali u

 

 

 

 

 

 

tal-

 

 

 

 

 

 

connective

 

 

 

 

 

 

tissue

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

Inkontinenza

 

 

kliewi u fis-

 

 

 

urinarja, żamma

 

 

sistema

 

 

 

tal-urina

 

 

urinarja

 

 

 

Eżitazzjoni

 

 

 

 

 

 

urinarja11

 

 

Kondizzjon

 

 

 

 

 

Sindromu ta’

ijiet ta’

 

 

 

 

 

rtirar mill-

waqt it-

 

 

 

 

 

mediċina

tqala, il-

 

 

 

 

 

neonatali (ara

ħlas u wara

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.6)

l-ħlas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Disfunzjoni

Nuqqas jew

 

 

sistema

 

 

tal-erezzjoni

twaqqif mhux

 

 

riproduttiv

 

 

fl-irġiel

normali tal-

 

 

a u fis-sider

 

 

Tnaqqis fil-

mestrwazzjoni

 

 

 

 

 

libido tal-

Tkabbir żejjed

 

 

 

 

 

irġiel u tan-

tas-sider

Prijapiżmu12

 

 

 

 

nisa

Ħruġ eċċessiv jew

 

 

 

 

 

 

spontanju tal-

 

 

 

 

 

 

ħalib mis-sider

 

 

 

 

 

 

Ginekomastija/tka

 

 

 

 

 

 

bbir żejjed tas-

 

 

 

 

 

 

sider fl-irġiel

 

 

Disturbi

 

 

Astenja

 

 

 

ġenerali u

 

 

Għeja

 

 

 

kondizzjoni

 

 

Edima

 

 

 

jiet ta'

 

 

Deni10

 

 

 

mnejn

 

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

 

Investigazzj

Livelli

 

Żieda

Żieda fil-bilirubin

 

 

onijiet

elevati ta'

 

f'alkaline

totali

 

 

 

prolactin

 

phosphatase10

 

 

 

 

fil-

 

Creatine

 

 

 

 

plażma8

 

phosphokinase

 

 

 

 

 

 

għoli11

 

 

 

 

 

 

Gamma

 

 

 

 

 

 

Glutamyltransf

 

 

 

 

 

 

erase għoli10

 

 

 

 

 

 

Uric Acid

 

 

 

 

 

 

għoli10

 

 

 

1Ġiet osservata żieda fil-piż klinikament sinifikanti fil-kategoriji kollha fil-linja bażi ta’ l-Indiċi tal- Massa tal-Ġisem (BMI). Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 47 ġurnata), żieda fil-piż ta’ ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni ħafna (22 %), ≥ 15% kienet komuni (4.2 %) u ≥ 25 % ma kinitx komuni (0.8 %). Wara espożizzjoni fit-tul (għallinqas 48 ġimgħa). Ilpazjenti li żiedu ≥ 7 %, ≥ 15 % u ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom kienu komuni ħafna (64.4 %, 31.7 % u 12.3 % rispettivament).

2Iż-żidiet medji fil-livelli tax-xaħmijiet waqt is-sawm (kolesterol totali, LDL kolesterol, u trigliċeridi) kienu ogħla f’pazjent li fil-linja bażi ma wrewx evidenza ta’ problemi fil-kontroll tax-xaħmijiet.

3Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.17 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 6.2 mmol/l). Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.17 - < 6.2 mmol/l) għal għoljin (≥ 6.2 mmol/l) kienu komuni ħafna.

4 Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.56 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 7 mmol/l). Tibdil fil-livelli taz-zokkor waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.56 - < 7 mmol/l) għal għoljin (≥ 7m mol/l) kienu komuni ħafna.

5Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.69 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l). Tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.69 mmol/l- <2.26 mmol/l) għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l) kienu komuni ħafna.

6Fi studji kliniċi, l-inċidenza tal-marda ta' Parkinson u distonja f'pazjenti kkurati b’olanzapine kienet numerikament ogħla, imma statistikament mhux differenti b’mod sinifikattiv mill-plaċebo. Pazjenti kkurati b’olanzapine kellhom inċidenza tal-marda ta' Parkinson, ta' l-akatiżja u tad-distonja aktar baxxa ikkumparata ma' dożi titrati ta’ haloperidol. Fl-assenza ta' tagħrif dettaljat dwar passat priezistenti ta' disturbi akuti u movimenti tardivi ekstrapiramidali, fil-preżent ma jistax jiġi konkluż li olanzapine jipproduċi anqas diskineżja tardiva u/jew sindromi ekstrapiramidali tardivi oħra.

7Ġew irrapportati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ u rimettar meta olanzapine jitwaqqaf f'daqqa.

8F’studji kliniċi li damu sa 12-il ġimgħa, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ prolactin qabżu l-ogħla limitu tal-marġni normali f’madwar 30 % tal-pazjenti kkurati b’olanzapine u li bħala linja bażi kellhom valuri normali ta’ prolactin. Fil-parti l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, l-elevazzjonijiet, b’mod ġenerali, ma kinux kbar u baqgħu taħt il-livell ta’ darbtejn l-ogħla limitu tal-marġni normali.

9Avveniment avvers identifikat minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

10Kif evalwat minn valuri meħuda minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

11Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza ddeterminata bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

12Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza stmata fl-ogħla limitu tan-95% intervall ta’ kunfidenza bl-użu tad-Database Integrat ta’

Olanzapine.

Espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 48 ġimgħa)

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom tibdil avvers, klinikament sinifikanti fiż-żieda fil-piż, fil- glucose,10 fil-kolesterol totali/LDL/HDL jew trigliċeridi żdied maż-żmien. F’pazjenti adulti li

spiċċaw 9-12-il xahar ta’ terapija, ir-rata taż-żieda fil-medja tal-glucose fid-demm naqset wara kważi

6 xhur.

Tagħrif addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Fi studji kliniċi f’pazjenti anzjani bid-demenzja, trattament b'olanzapine kien assoċjat ma’ inċidenza ogħla ta’ mwiet u reazzjonijiet avversi ċerebro-vaskulari meta mqabbla mal-plaċebo (ara wkoll sezzjoni 4.4). Reazzjonijiet avversi komuni ħafna assoċjati ma’ l-użu ta’olanzapine f’dan il-grupp ta’ pazjenti kienu mixi mhux normali u waqgħat. Il-pulmonite, iż-żieda fit-temperatura tal-ġisem, il- letarġija, l-eritema, l-alluċinazzjonijiet viżivi u l-inkontinenza ta’ l-awrina kienu komunement osservati.

Fi studji kliniċi f’pazjenti b’psikożi dovuta għal mediċina (agonist ta' dopamine) assoċjata mal-marda ta’ Parkinson, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u fl-alluċinazzjonijiet, kienu rrapportati b'mod komuni ħafna u aktar ta’ spiss milli bil-plaċebo.

Fi studju kliniku wieħed f'pazjenti b'manija bipolari, terapija b’valproate flimkien ma' olanzapine rriżultat f'inċidenza ta' newtropenja ta' 4.1%; fattur potenzjalment kontributorju jista' jkun livelli għolja ta’ valproate fil-plażma. Olanzapine mogħti ma' lithium jew valproate irriżulta f’żieda fil-livelli (>10%) ta' rogħda, nixfa fil-ħalq, żieda fl-aptit, u żieda fil-piż. Disturb fid-diskors kien rappurtat komunement ukoll.

Waqt trattament b’olanzapine flimkien ma’ lithium jew divalproex, żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal- piż tal-ġisem seħħet f’17.4% tal-pazjenti waqt it-trattament akut (sa 6 ġimgħat).

Trattament b’olanzapine għal żmien twil (sa 12-il xahar) bl-għan ta' prevenzjoni ta' episodju ieħor f'pazjenti b'mard bipolari kien assoċjat ma' żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem f’39.9% tal- pazjenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fit-tfal u pazjenti adolexxenti taħt it-18-il sena. Għalkemm ma sarux studji kliniċi magħmulin biex iqabblu l-adolexxenti ma' l-adulti, informazzjoni millistudji ta' l- adolexxenti ġiet imqabbla ma' dik ta’ l-istudji ta' l-adulti.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi rrapportati bi frekwenza akbar f'pazjenti adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena) milli f'pazjenti adulti jew reazzjonijiet avversi li ġew identifikati biss waqt studji kliniċi ta’ terminu qasir f'pazjenti adolexxenti.

Żieda fil-piż klinikament sinifikanti (≥ 7%) tidher li sseħħ aktar frekwentement fil-popolazzjoni ta' la dolexxenti meta mqabbla ma’ l-adulti li kellhom l-istess ammont ta’ espożizzjoni għall-prodott. L- ammont ta’ żieda fil-piż u l-proporzjon ta’ pazjenti adolexxenti li kellhom żieda fil-piż klinikament sinifikanti kienu akbar b’espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 24 ġimgħa) milli b’espożizzjoni għal perijodu qasir ta’żmien.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10).

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni ħafna: Żieda fil-piż 13, livelli elevati ta' trigliċeridi 14, żieda fl-aptit.

Komuni: Livelli elevate ta’ kolesterol 15

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: Sedazzjoni (inklużi: ipersomnja, letarġija, sedazzjoni, sonnolenza).

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: Ħalq xott

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna: Żieda ta' aminotransferases tal-fwied (ALT/AST; ara sezzjoni 4.4).

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna: Tnaqqis fil-bilirubin totali, żieda ta' GGT, livelli elevati ta' prolactin fil-plażma16

13Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 22 ġurnata), żieda fil-piż ta' > 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem (kg) kienet komuni ħafna (40.6 %), ≥ 15% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni (7.1 %) u ≥ 25 % kienet komuni (2.5 %). B’espożizzjoni fit-tul (għallinqas 24 ġimgħa),

89.4 % żiedu ≥ 7 %, 55.3 % żiedu ≥ 15 % u 29.1 % żiedu ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom.

14Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.016 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

1.467 mmol/l) u tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.016 mmol/l - < 1.467 mmol/l) għal għoljin (≥ 1.467 mmol/l).

15Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm minn normali fil-linja bażi (< 4.39 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kien komuni. Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 4.39 - < 5.17 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kien komuni ħafna.

16F'47.4% tal-pazjenti adolexxenti ġew irrapportati livelli għoljin ta' prolactin fil-plażma.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sinjali u sintomi

Sintomi komuni ħafna meta ittieħdet doża eċċessiva (>10% inċidenza) jinkludu takikardija, aġitazzjoni/aggressività, diżartrija, sintomi ekstrapiramidali varji, u telfien tas-sensi li tvarja minn sedazzjoni sa koma.

Sintomi oħra morbużi ta' doża eċċessiva li huma medicament sinifikanti jinkludu d-delirju, il- konvulżjoni, koma, possibilment Sindromu Newrolettiku Malinn, depressjoni respiratorja, aspirazzjoni fil-passaġġ respiratorju, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, taħbit tal-qalb irregolari (<2% tal-każijiet ta' doża eċċessiva) u arrest kardjopulmonari. Ġew rappurtati każijiet fatali b’dożi akuti u eċċessivi baxxi daqs 450 mg iżda kien hemm ukoll każ fejn pazjent baqa’ ħaj wara doża eċċessiva akuta ta' madwar 2 g ta’ olanzapine meħud b’mod orali.

L-immaniġġar

Ma hemm ebda antidotu speċifiku għal olanzapine. Remettar sfurzat mhux rakkomandat. Jistgħu jkunu ndikati l-miżuri tas-soltu għall-immaniġar ta' doża eċċessiva (li huma l-ħasil gastriku, teħid ta' faħam attivat). It-teħid flimkien mal-faħam attivat wera li jnaqqas il-biodisponibilità orali ta' olanzapine b'50% sa 60%.

Trattament sintomatiku u l-monitoraġġ tal-funzjoni ta' l-organi vitali għandhom isiru skond il-qagħda klinika, inkluż it-trattament għall-pressjoni baxxa u kolass taċ-ċirkolazzjoni u sosteniment pulmonari.

Tużax epinephrine, dopamine, jew sustanzi oħra simpatomimatiċi b’attività beta-agonista għax l- istimulazzjoni beta tista' taggrava l-pressjoni baxxa. Huwa neċessarju l-monitoraġġ kardjovaskulari biex tinduna b’taħbit irregolari tal-qalb li jista’ jseħħ. Għandha tkompli s-superviżjoni medika mill- qrib u l-monitoraġġ jitkompla sakemm il-pazjent jirkupra.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: psikolettiċi, diazepines, oxazepines, thiazepins u oxepines, kodiċi

ATC N05A H03.

Effetti farmakodinamiċi

Olanzapine hija sustanza antipsikotika, kontra l-manija u stabbilizzatur tal-burdata li turi profil farmakoloġiku ta' firxa wiesa' ta' sistemi ta' riċetturi.

Fi studji ta' qabel l-użu kliniku, olanzapine wera firxa ta' affinitajiet għar-riċetturi (Ki <100 nM) serotoniċi 5HT2A/2C, 5HT3, 5HT6; dopamine D1,D2, D3, D4, D5: riċetturi muskariniċi kolinerġiċi M1- M5; 1-adrenerġiċi; u riċetturi ta' l-istamina H1. Studji fuq l-imġiba ta' l-annimali li ingħataw olanzapine indikaw antagoniżmu għal 5HT, għal dopamine, u għal dak kolinerġiku, konsistenti mal- profil tar-riċettur li jorbot. Olanzapine wera affinità akbar in vitro għal serotonin 5HT2 milli għar- riċetturi ta’ dopamine D2 u attività in vivo akbar għal 5HT2 milli għal D2. Studji elettrofiżjoloġiċi wrew illi olanzapine selettivament naqqas l-attività mesolimbiċi tan-newroni dopaminerġiċi (A10) waqt li kellu ftit effett fuq il-passaġġ (A9) tal-corpus striatum involuti fil-funzjoni motorjali. Olanzapine naqset ir-rispons kundizzjonat u ta' skansar, test indikattiv ta' l-attività antipsikotika, f'dożi anqas minn dawk li jwasslu għall-katalepsi, riżultat indikattiv ta' l-effett mhux mixtieq tas-sistema (motorjali). Kuntrarju għall-mediċini antipsikotiċi oħrajn, olanzapine iżid ir-rispons f'test anksjolitiku.

Fi studju b'doża waħda orali (10 mg) fejn intużat it-Tomografija bl-Emissjoni tal-Pozitroni (PET) f'voluntiera b'saħħithom, olanzapine ipproduċa okkupanza ta' 5HT2A ogħla mir-riċettur ta’ dopamine D2. Ma' dan, studju ta’ immaġni ta’ Tomografija Kkomputerizzata bl-Emissjoni ta’ Foton Wieħed SPECT f'pazjenti skiżofreniċi wera li l-pazjenti li jirreaġġixxu għal olanzapine kellhom okkupanza strijatali D2 anqas milli f'pazjenti li rrispondew għal xi antipsikotiċi oħrajn jew għal risperidone, waqt li kienu komparabbli għall-pazjenti li irrispondew għal clozapine.

Effikaċja klinika

Fi provi kkontrollati tnejn minn tnejn bil-plaċebo u tnejn minn tlieta bil-komparatur b'aktar minn

2,900 pazjenti skiżofreniċi li għandhom kemm sintomi negattivi kif ukoll sintomi pożittivi, olanzapine kien assoċjat ma' titjib akbar, statistikament sinifikanti, f'sintomi negattivi kif ukoll pożittivi.

Fi studju komparattiv, double-blind u multinazzjonali ta’ skiżofrenija, ta’ manifestazzjonijiet skiżoaffettivi u disturbi relatati oħra li kien jinkludi 1,481 pazjent li kellhom gravità differenti ta’ l- assoċjati sintomi dipressivi (medja ta’ punteġg ta’ 16.6 meħud fil-bidu tal-kura skond l-iskala li tivvaluta d-dipressjoni ta’ Montgomery-Asberg), analiżi prospettiva sekondarja tat-tibdil fil-punteġġ ta’ l-atteġġament bejn il-bidu u fl-aħħar tal-kura wriet titjib statistikament sinifikanti (p= 0.001) favur olanzapine (-6.0) kontra haloperidol (-3.1). F'pazjenti b'diżordni ta' manija jew diżordni bipolari b'episodju mħallat, olanzapine wera effikaċja superjuri għall-plaċebo u għal valproate semisodium (divaproex) fit-tnaqqis ta' sintomi manijaċi f'aktar minn 3 ġimgħat. Olanzapine wera wkoll riżultati effikaċji li jistgħu jiġu kkumparati ma' haloperidol fit-termini tal-proporzjon ta' pazjenti f'remissjoni sintomatika minn manija u depressjoni f’6 u 12-il ġimgħa.

Fi studju ta' terapija ta' pazjenti trattati flimkien b’lithium jew b’valproate għal minimu ta' ġimagħtejn, iż-żjieda ta' olanzapine 10 mg (terapija flimkien ma’ lithium jew valproate) wara 6 ġimgħat irriżultat fi tnaqqis akbar tas-sintomi tal-manija milli b'monoterapija b’lithium jew b’valproate.

Fi studju ta' 12-il xahar ta' prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'episodju ta' manija, li kienu diġà ikkontrollati b’olanzapine, imbagħad ngħataw olanzapine jew il-plaċebo mingħajr għażla, olanzapine wera superjorità sinifikanti u statistikament superjuri fuq il-plaċebo fuq l-għan ewlieni tar-rikorrenza bipolari. Olanzapine uriet ukoll vantaġġ statistiku u sinifikanti fuq il-plaċebo fil-prevenzjoni, kemm f'attakki ġodda ta' manija kif ukoll f'attakki ġodda ta' depressjoni. Fit-tieni studju ta' 12-il xhar dwar ir- rikorrenza preventiva f'pazjenti b'episodju ta' manija li kienu ikkontrollati b’olanzapine u l-lithium flimkien, kienu mbagħad mqassmin mingħajr għażla u mogħtija olanzapine jew il-lithium waħdu.

Olanzapine kien statistikament mhux inferjuri għal-lithium fuq l-għan ewlieni ta' rikorrenza bipolari (olanzapine 30.0%, lithium 38.3%; p = 0.055).

Fi studju ta' 18-il xhar f'pazjenti b'manija jew b'episodji mħallta stabbilizzati fuq olanzapine flimkien ma' stabilizzatur tal-burdata (lithium jew valproate), l-użu fit-tul ta' olanzapine flimkien ma’ lithium jew il-valproate ma kienx statistikament sinifikanti superjuri għal-lithium jew għall-valproate waħdu biex jittardja r-rikorrenza bipolari, kif definit skond il-kriterji (dijanjostiċi) tas-sindromu.

Popolazzjoni pedjatrika

Fl-adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena), dejta kkontrollata ta’ effikaċja hija limitata għal studji ta’ tul qasir ta’ żmien fl-iskiżofrenja (6 ġimgħat) u manija assoċjata ma' mard bipolari tat-tip I (3 ġimgħat) u li involvew anqas minn 200 adolexxent. Id-doża ta’ Olanzapine ma kienitx fissa u bdiet b'2.5 u telgħat sa 20 mg/ġurnata. Waqt il-kura b'olanzapine, l-adolexxenti żiedu aktar fil-piż b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' l-adulti. Il-grad ta' tibdil fil-kolesterol totali waqt is-sawm, kolesterol tat-tip LDL, trigliċeridi, u prolactin (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8) kien akbar fl-adolexxenti milli fl-adulti. M'hemmx dejta kkontrollata dwar il-manteniment tal-effett jew dwar is-sigurtà fit-tul (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8). L-informazzjoni dwar is-sigurtà fit-tul hija primarjament limitata għal dejta open-label li mhijiex ikkontrollata.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Olanzapine hija assorbita sew wara li tittieħed mill-ħalq, tilħaq l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma fi żmien 5 sa 8 sigħat. L-assorbiment ma jiġix affetwat mill-ikel. Il-biodisponibilità assoluta orali relattiva għal amministrazzjoni fil-vina ma kinitx determinata.

Distribuzzjoni

Ir-rabta mal-proteina fil-plażma ta'olanzapine kienet madwar 93% fuq il-firxa tal-konċentrazzjoni ta' madwar 7 sa xi 1000 ng/ml. Olanzapine hija fil-biċċa ’l kbira marbuta mal-albumina u 1-aċid- glycoprotein.

Bijotrasformazzjoni

Olanzapine hija metabolizzata fil-fwied minn metodi konjugattivi u ossidattivi. Il-prodott metaboliku li l-aktar jiċċirkola huwa 10-N- glukoronide, li ma jaqsamx il-barriera bejn id-demm u l-moħħ. L- enzimi ċitokromju P450-CYP1A2 u P450-CYP2D6 jikkontrbwixxu għall-formazzjoni ta' prodotti metaboliċi tat-tip N-desmethyl u 2-hydroxymethyl. It-tnejn dehru sinifikatament anqas f'attività farmakoloġika in vivo milli olanzapine fi studji fuq l-annimali. L-attività farmakoloġika predominanti ġejja minn olanzapine nnifsu.

Eliminazzjoni

Wara li jittieħed mill-ħalq, il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni terminali ta' olanzapine f'suġġetti b'saħħithom varjat fuq il-bażi ta' l-età u sess.

F'anzjani b'saħħithom (65 u fuqhom) meta mqabbla ma' pazjenti mhux anzjani, il-half life ta' l- eliminazzjoni medja twalet (51.8 paragun ma' 33.8 siegħa) u t-tneħħija tnaqqset (17.5 meta mqabbel ma' 18.2 l/hr). Il-varjabilità farmakokinetika osservata fl-anzjani hija fl-istess livell ta' dawk li mhumiex anzjani. F'44 pazjenti skiżofreniċi li għandhom >65 sena, id-dożaġġ minn 5 sa

20 mg/ġurnata ma kienx assoċjat ma' xi profil distint ta' avvenimenti avversi.

F'pazjenti femminili meta mqabbla ma' dawk maskili il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni ġiet kemmxejn imtawla (36.7 kontra 32.3 sigħat) u t-tneħħija tnaqqset (18.9 kontra 27.3 l/hr). Madankollu, olanzapine (5-20 mg) wera profil ta' sigurtà kumparabbli f'pazjenti nisa (n=467) u f'pazjenti rġiel (n=869).

Indeboliment renali

F'pazjenti b'mard tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina <10 ml/min) f'paragun ma' pazjenti b'saħħithom, ma kienx hemm differenza sinifikanti fil-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni (37.7 kontra 32.4 siegħa) jew il-clearance (21.2 kontra 25.0 l/hr). Studju ta’ tqabbil tal-piżijiet wera bejn wieħed u ieħor 57% ta' olanzapine radjuattiv fl-awrina, prinċipalment bħala prodotti metaboliċi.

Min ipejjep

F'pazjenti li jpejpu u li għandhom disfunzjoni tal-fwied ħafifa, il-half life ta' l-eliminazzjoni medja

(39.3 siegħa) twalet u t-tneħħija (18.0 l/hr) tnaqqset bħal f'pazjenti b'saħħithom li ma jpejpux (48.8 siegħa u 14.1 l/hr, rispettivament).

F'pazjenti li ma jpejpux meta mqabbla ma' dawk li jpejpu (irġiel u nisa) il-medja tal-half life ta' l- eliminazzjoni twalet (38.6 kontra 30.4 siegħa) u l-clearance tnaqqset (18.6 kontra 27.7 l/hr).

Il-clearance ta’olanzapine mill-plażma huwa anqas f'pazjenti anzjani f'paragun ma' suġġetti żgħar, fin- nisa f'paragun ma' l-irġiel, u f'dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Madankollu, l-impatt ta' l-età, is-sess, jew tat-tipjip fuq il-clearance ta' olanzapine u fuq il-half life huwa żgħir f'paragun mal-varjabilità totali ta' bejn individwi.

Fi studju ta' pazjenti kawkasi, Ġappuniżi, u Ċiniżi, ma kien hemm ebda differenza fil-parametri farmakokinetiċi fost it-tliet popolazzjonijiet.

Popolazzjoni pedjatrika

Adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena): Il-farmakokinetika ta' olanzapine fl-adolexxenti u fl-adulti hija simili. Fi studji kliniċi, il-medja ta' espożizzjoni għal olanzapine kienet bejn wieħed u ieħor ta' 27% ogħla fl-adolexxenti. Id-differenzi demografiċi bejn l-adolexxenti u l-adulti jinkludu medja anqas ta' piż tal-ġisem u anqas adolexxenti kienu jpejpu. Fatturi bħal dawn x'aktarx li jikkontribwixxu għall- medja ta' espożizzjoni ogħla osservata fl-adolexxenti.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tossiċità akuta (doża waħda)

Sinjali ta' tossiċità orali fir-rodenti kienu simili għas-sustanzi newrolettiċi qawwija: attività baxxa, koma, rogħda, konvulżjonijiet kloniċi, salivazzjoni, u tnaqqis fiż-żjieda tal-piż. Id-dożi medjani li jwasslu għall-mewt kienu bejn wieħed u ieħor 210 mg/kg (ġrieden) u 175 mg/kg (firien).

Il-klieb felħu dożi orali b’wahdiet sa 100 mg/kg mingħajr mortalità. Sinjali kliniċi inkludew sedazzjoni, atassja, rogħda, żjieda fir-rata tal-qalb, diffikultà fir-respirazzjoni, tidjiq tal-pupilla ta' l- għajn, u l-anoreksja. Fix-xadini, dożi orali b’waħdiet sa 100 mg/kg irriżultaw f'prostrazzjoni u, f'dożi ogħla, telf parzjali mis-sensi.

Tossiċità ta' dożi repetuti

Fi studji sa 3 xhur fil-ġrieden u sa sena fil-firien u fil-klieb, l-effetti li ippredominaw kienu ddepressjoni CNS, effetti antikolinerġiċi, u diżordnijiet periferali ematoloġiċi. Żviluppat it-tolleranza għad-depressjoni CNS. Il-parametri ta' l-iżvilupp kienu mnaqqsa b'dożi għoljin. Effetti riversibbli konsistenti ma' prolaktin elevat fil-firien inkludew tnaqqis fil-piż ta' l-ovarji u ta' l-utru u tibdiliet morfoloġiċi fl-epitilju tal-vaġina u fis-sider.

Tossiċità ematoloġika

Effetti fuq il-parametri ematoloġiċi nstabu f'kull speċi, inklużi tnaqqis relatat mad-doża fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-ġrieden u tnaqqis mhux speċifiku fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-firien; madankollu, ma nstabet l-ebda prova ta' ċitotossiċità tal-mudullun.

Newtropenja, tromboċitopenja jew l-anemija riversibbli żviluppaw fi ftit klieb ittrattati b’8 jew 10 mg/kg/ġurnata (espożizzjoni totali ta' olanzapine [erja taħt il-kurva] hija 12 sa 15-il darba aktar

minn dik ta' raġel mogħti doża ta' 12 mg). Fi klieb fejn l-għadd taċ-ċelluli tad-demm huwa anqas min- normal, ma kien hemm ebda effett avversi fuq ċelloli proġenituri u ċelloli proliferanti tal-mudullun.

Tossiċità fuq is-sistema riproduttiva

Olanzapine ma kellha ebda effett teratoġeniku. Is-sedazzjoni affettwat il-ħila ta’ tgħammir tal-firien ta' sess maskili. Iċ-ċikli estruwi kienu affettwati b'dożi ta' 1.1 mg/kg (3 darbiet id-doża massima fil- bniedem) u l-parametri tar-riproduzzjoni kienu influwenzati fil-firien mogħtija 3 mg/kg (9 darbiet id- doża massima fil-bniedem).

Fil-frieħ tal-firien mogħtija olanzapine, kienu osservati dewmien fl-iżvilupp tal-fetu u tnaqqis għal xi żmien fl-attività tal-frieħ.

Mutaġeniċità

Olanzapine ma ikkawżatx mutaġeniċità jew klastoġeniċità f'firxa sħiħa ta' testijiet standard, li nkludew testijiet ta' mutazzjoni tal-mikrobi kif ukoll testijiet fuq il-mammiferi kemm in vitro kif ukoll in vivo.

Kanċeroġeniċità

Ibbażat fuq riżultati ta' studji fuq il-ġrieden u l-firien, kien konkluż li olanzapine mhuwiex kanċeroġeniku.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol E 421

Microcrystalline cellulose

Aspartame E 951

Crospovidone

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddx f'dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura ta’ inqas minn 30 C.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

10mg pilloli

Folji ta’ aluminju/aluminju f’kartun ta’ 28, 56, 70 pillola għal kull kartuna.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Laxmi House

2-B Draycott Avenue

Kenton

Harrow

Middlesex

HA3 OBU

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/588/004

EU/1/09/588/005

EU/1/09/588/006

9. DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 03.12.2009

Data tal-aħħar tiġdid:

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Olanzapine Glenmark Europe 15 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 15 mg ta’ olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 0.69 mg ta’ aspartame

Għal-lista kompleta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li tinħall fil-ħalq

Pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘5’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Adulti

Olanzapine hija indikata għat-trattament tal-iskiżofrenja.

Olanzapine hija effettiva biex iżomm it-titjib kliniku waqt terapija kontinwa f'pazjenti li wrew reazzjoni għat-trattament tal-bidu.

Olanzapine hija indikata għat-trattament ta' episodju ta' manija moderat jew serju.

F'pazjenti li l-episodju ta' manija tagħhom irreaġixxa għat-trattament ta’ olanzapine, olanzapine hija indikata għall-prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'diżordni bipolari (ara sezzjoni 5.1).

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Adulti

Skiżofrenja: Id-doża tal-bidu rakkomandata għal olanzapine hija 10 mg/ġurnata.

Episodju ta' manija: Id-doża tal-bidu hija ta' 15 mg bħala doża waħda kuljum bil-monoterapija jew 10 mg kuljum f'terapija flimkien ma' xi sustanza oħra (ara sezzjoni 5.1).

Il-prevenzjoni tar-rikorrenza fid-diżordni bipolari: Id-doża rakkomandata tal-bidu hija 10 mg/ġurnata. Għall-pazjenti li diġà qegħdin jieħdu olanzapine biex ikun trattat episodju ta' manija, kompli t-terapija bl-istess doża għall-prevenzjoni tar-rikorrenza. Jekk ikun hemm episodju ġdid ta' manija, imħallat, jew ta' depressjoni, it-trattament b’olanzapine għandu jitkompla (bl-aħjar użu tad-doża skond il-bżonn), b'terapija supplimentari biex ikunu trattati s-sintomi tal-burdata, kif indikat klinikament.

Waqt it-trattament għall-iskiżofrenja, għal episodju ta' manija u għall-prevenzjoni tar-rikorrenza fid- diżordni bipolari, d-dożaġġ ta' kuljum jista' sussegwentement jiġi aġġustat fuq il-bażi ta' l-istat kliniku ndividwali minn 5 mg sa 20 mg/ġurnata. Żjieda għal doża akbar mid-dża tal-bidu rakkomandata għandha tingħata biss wara rivalutazzjoni klinika xierqa u ġeneralment għandha ssir f'intervalli ta'

mhux anqas minn 24 siegħa. Olanzapine tista' tingħata fuq l-ikel jew fuq stonku vojt għax l- assorbiment ma jiġix affettwat mill-ikel. It-tnaqqis gradwali tad-doża għandu jiġi kkunsidrat meta titwaqqaf olanzapine.

Olanzapine Glenmark Europe pilloli li jinħallu fil-ħalq għandhom jitpoġġew fil-ħalq, li mbagħad jinħallu malajr fil-bżieq, sabiex ikunu jistgħu jinbelgħu malajr. Inkella, jistgħu jinħallu f’tazza ilma sħiħa jew ma’ xi xarba adatta oħra (meraq tal-larinġ, meraq tat-tuffieħ, ħalib jew kafe) minnufih qabel ma’ jingħataw.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Doża anqas tal-bidu (5 mg/ġurnata) mhux indikata normalment imma għandha tiġi kkunsidrata għal dawk li għandhom 65 jew fuqhom meta fatturi kliniċi jindikaw hekk (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment renali u/jew epatiku

Għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża inizjali (5 mg/ġurnata) għal dawn il-pazjenti. F'każijiet ta' insuffiċjenza epatika moderata (ċirrożi, Child-Pugh Klassi A jew B), id-doża inizjali għandha tkun 5 mg u tiżdied biss b'kawtela.

Dawk li jpejpu

Id-doża tal-bidu u l-medda tad-dożi m'għandhomx għalfejn jinbidlu normalment għal dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista’ jiżdied bit-tipjip. Huwa rrakkomandat il-monitoraġġ kliniku u jekk ikun hemm bżonn tista’ tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ olanzapine (ara sezzjoni 4.5).

Meta hemm aktar minn fattur wieħed li jista' jirriżulta f'metaboliżmu aktar bil-mod (sess femminili, età ġerjatrika, individwu ma jpejjipx), għandha tingħata kunsiderazzjoni biex titnaqqas id-doża tal- bidu. Żjieda fid-doża, meta indikata, għandha tkun konservattiva f'dawn il-pazjenti.

F’każijiet fejn inkrimenti fid-dożi ta’ 2.5 mg huma meqjusin neċessarji, għandhom jintużaw

Olanzapine Glenmark Europe pilloli.

(Ara sezzjonijiet 4.5 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena peress li m’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja. Fl-istudji ta’ terminu qasir,ġie rrapportat ammont akbar ta’ żieda fil-piż u tibdil fix-xaħmijiet u prolactin f’pazjenti adolexxenti milli fl-istudji ta’ pazjenti adulti (ara sezzjonijiet 4.4, 4.8, 5.1 u 5.2).

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1. Pazjenti li għandhom ir-riskju ta' glawkoma tat-tip narrow angle.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Waqt trattament bl-antipsikotiċi, titjib fil-kundizzjoni klinika tal-pazjent għandu mnejn isir fuq medda ta’ diversi ġranet għal xi ftit ġimgħat. Il-pazjenti għandhom jiġu monitorjati sew waqt dan il-perjodu.

Psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, dovut għal żieda fil-mortalità u r-riskju ta’ inċident ċerebro-vaskulari.

Fi studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo (li damu minn 6 sa 12-il ġimgħa ), fuq pazjenti anzjani (età medja 78 sena) li kellhom psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, kien hemm

żieda ta’ darbtejn akbar fl-inċidenza ta’ mwiet fil-pazjenti ttrattati b'olanzapine, mqabbla ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (3.5% kontra 1.5%, rispettivament). L-inċidenza ogħla ta’ l-imwiet ma kinitx assoċjata mad-doża ta’ olanzapine (doża medja kuljum ta’ 4.4 mg) jew it-tul ta’ żmien tat-trattament. Il-fatturi ta’ riskju li jistgħu jippredisponu dan il-grupp ta’ pazjenti għal żieda fil-mortalità jinkludu l- età ta’ >65 sena, id-diffikulta biex wieħed jibla’, is-sedazzjoni, il-malnutriment u d-deidrazzjoni, kundizzjonijiet tal-pulmun (eż pulmonite, bi jew fl-assenza ta’ l-aspirazzjoni), jew l-użu konkomittanti ta' benzodiazepines. Madankollu, l-inċidenza ta’ l-imwiet kienet ogħla f’dawk ittrattati b'olanzapine minn dik fil-pazjenti ttrattati bil-plaċebo, indipendentement minn dawn il-fatturi ta’ riskju.

Fl-istess studji kliniċi, kienu rrapportati avvenimenti avversi ċerebro-vaskulari (CVAE eż. puplesija, attakki iskemiċi momentanji) inklużi l-imwiet. Kien hemm żieda ta’ 3 darbiet akbar ta’ CVAE f’pazjenti ttattati b'olanzapine, meta mqabblin ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (1.3% kontra 0.4%, rispettivament). Il-pazjenti kollha ttrattati b'olanzapine jew bi plaċebo u li kellhom avveniment ċerebro-vaskulari, kellhom fatturi ta’ riskju li kienu jeżistu minn qabel. L-età ta’ > 75 sena u d- demenzja tat-tip vaskulari jew imħallta kienu identifikati bħala fatturi ta’ riskju għal CVAE f’assoċjazzjoni ma’ trattament b'olanzapine. L-effikaċja ta’ olanzapine ma kinitx stabbilita f’dawn l- istudji.

Marda ta' Parkinson

Mhux rakkomandat l-użu ta' olanzapine fit-trattament tal-psikożi assoċjata ma' l-agonisti ta’ dopamine f'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson.

Fi studji kliniċi, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u alluċinazzjonijiet kienu rrappurtati b’mod komuni ħafna u aktar ta' spiss milli bil-plaċebo (ara sezzjoni 4.8), u olanzapine ma kienx aktar effettiv mill-plaċebo fit-trattament tas-sintomi psikotiċi.

F'dawn l-istudji, il-pazjenti inizjalment kellhom ikunu stabblizzati fuq id-doża l-aktar baxxa effettiva tal-mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson (agonist ta’ dopamine) u biex jibqgħu fuq l-istess mediċini u dożi kontra l-marda ta’ Parkinson matul l-istudju. Olanzapine inbeda b'2.5 mg/ġurnata u żdied bil-mod għall-massimu ta' 15 mg/ġurnata ibbażat fuq il-ġudizzju tar-riċerkatur.

Is-Sindromu Newrolettiku Malinn (NMS)

NMS tista' tkun kundizzjoni potenzjalment fatali assoċjata ma' prodotti mediċinali antipsikotiċi. Każijiet rari li ġew rappurtati bħala NMS kienu rrappurtati f'assoċjazzjoni ma' olanzapine ukoll.

Manifestazzjonijiet kliniċi ta' NMS huma deni għoli, ebusija tal-muskoli, stat mentali alterat u evidenza ta' instabbiltà awtonomika (pressjoni tad-demm jew tal-polz irregolari, takikardija, dijaforeżi, u taħbit tal-qalb irregolari). Sinjali oħra jistgħu jinkludu creatine phosphokinase elevat, mijoglobina flawrina (rabdomajoliżi) u insuffiċjenza akuta renali.

Jekk pazjent jiżviluppa sinjali u sintomi li huma indikattivi ta' NMS, jew ikollu deni għoli bla ebda spjegazzjoni u mingħajr manifestazzjonijiet kliniċi oħra ta' NMS, għandhom jitwaqqfu l-mediċini antipsikotiċi kollha, inkluż olanzapine.

Ipergliċemija u dijabete

Zokkor għoli fid-demm u/jew żvilupp jew taħrix tad-dijabete xi kultant assoċjati ma' ketoaċidozi jew koma kienu rrappurtati b’mod mhux komuni, inklużi xi każijiet fatali (ara sezzjoni 4.8). F'xi każijiet, ġiet rapportata żjieda fil-piż tal-ġisem u din tista' tkun fattur ta’ predisposizzjoni. Skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna, huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku xieraq ez. il-livell tal- glukosju fid-demm jittieħed fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad darba fis-sena. Pazjenti kkurati b’ mediċini antipsikotiċi, inkluż olanzapine, għandhom ikunu taħt osservazzjoni għal sinjali u sintomi ta’ ipergliċemija (bħal polidipsja, polijurja, polifaġja u debbulizza) u pazjenti bid-dijabete mellitus jew li għandhom fatturi ta' riskju għad-dijabete mellitus għandhom jiġu segwiti b’mod regolari f’każ li l-kontroll tal-glukosju jmur għall-agħar. Il-piż għandu

jiġi ċċekkjat b’mod regolari eż. fil-linja bażi, 4, 8 u 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 3 xhur.

Tibdil fil-livelli tax-xaħmijiet

Fi studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo, ġie osservat tibdil mhux mixtieq fil-livell tax-xaħmijiet f’pazjenti kkurati b’olanzapine (ara sezzjoni 4.8 ). Tibdil fil-livell tax-xaħmijiet għandu jiġi kkontrollat b’mod klinikamet xieraq speċjalment f’pazjenti b’ammonti mhux normali ta’ xaħmijiet fid-demm u f’pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ disturbi fix-xaħmijiet. Pazjenti kkurati b’ mediċini antipsikotiċi, inkluż olanzapine, għandhom jiġu ċċekkjati b’mod regolari għal- lipidi skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna eż. fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il- kura b’olanzapine u mbagħad kull 5 snin.

Attività antikolinerġika

Waqt li olanzapine wera attività antikolinerġika in vitro, ersperjenza waqt il-provi kliniċi uriet inċidenza baxxa ta' ġrajjiet relatati. Madankollu, minħabba li esperjenza klinika b'olanzapine f'pazjenti b'mard konkomitanti hija limitata, għandha tittieħed kawtela meta jkun preskritt għall-pazjenti b'ipertrofija tal-prostata, jew b'ileus paralitiku u kundizzjonijiet relatati.

Funzjoni epatika

Elevazzjonijiet li ma jurux sintomi ta' l-enzimi aminotransferases tal-fwied, alanine transferase (ALT), aspartate transferase (AST) għal żmien qasir kienu komuni, speċjalment fil-bidu tat-trattament.

Għandha tittieħed kawtela u jiġu organizzati viżti regolari mat-tabib f'pazjenti b'ALT u/jew b’AST elevati, f'pazjenti b'kundizzjonijiet li kienu hemm qabel, assoċjati b'riżerva funzjonali limitata talfwied, u f'pazjenti li qed ikunu trattati b'mediċini li jistgħu jkunu tossiċi għall-fwied.

F'każijiet fejn saret dijanjożi ta’ l-epatite (inkluż il-mard tal-fwied epatoċellulari, kolestatiku jew tat- tip imħallat), it-trattament ta' olanzapine għandu jitwaqqaf.

Newtropenja

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti b'numru baxx ta’ lewkoċiti u/jew numru baxx taċ-ċelluli newtrofili għal kwalunkwe raġuni, dawk il-pazjenti li qed jieħdu xi mediċini li huma magħrufa li jikkawżaw newtropenja, f'pazjenti b’passat ta' tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun jew tossiċità tal- mudullun minħabba t-teħid ta' xi mediċina, f'pazjenti b'tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun minħabba xi marda konkomitanti, trattament bir-raġġi jew kimoterapija u f'pazjenti b'kundizzjonijiet b'numru għoli taċ-ċelluli eżinofili jew b'xi marda majeloproliferattiva. In-newtropenja kienet rappurtata spiss meta olanzapine u l-valproate intużaw flimkien (ara Sezzjoni 4.8).

Twaqqif tal-kura

B’mod rari ( ≥ 0.01% u < 0.1%) ħafna ġew irrappurtati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ, jew rimettar meta olanzapine twaqqaf f'daqqa.

L-Intervall QT

Fi studji kliniċi, żidiet fil-QTc li kienu klinikament sinifikanti (korrezzjoni fil-QT skond Fridericia [QTcF] > 500 millisekondi [msek] fi kwalunkwe ħin wara l-valur bażiku f’pazjenti b’valur bażiku ta’ QTcF < 500 msek) ma kinux komuni (0.1% sa 1%) f’pazjenti kkurati b’olanzapine, b’ebda differenza sinifikanti fl-avvenimenti assoċjati kardijaċi meta mqabbla ma’ plaċebo. Madankollu, għandha tittieħed kawtela meta olanzapine jingħata ma' mediċini oħrajn li huma magħrufin li jżidu l-intervall QTc, speċjalment fl-anzjani, f'pazjenti b'sindromu konġenitali ta' QT twil, insuffiċjenza tal-qalb konġestiva, ipertrofija tal-qalb, potassju baxx fid-demm jew manjesju baxx fid-demm.

Tromboemboliżmu

B’mod mhux komuni (≥ 0.1% u < 1%) ġiet irrapportata assoċjazzjoni temporali bejn il-kura b’olanzapine u t-tromboemboliżmu fil-vini. Relazzjoni kawżali bejn l-okkorrenza ta’ tromboemboliżmu fil-vini u l-kura b’olanzapine ma ġietx stabbilita. Madankollu peress li pazjenti b’skizofrenija ħafna drabi jippreżentaw b’fatturi ta’ riskju akkwiżiti għat-tromboemboliżmu fil-vini,

il-fatturi possibbli kollha ta’ riskju ta’ VTE eż. l-immobbilizzazzjoni tal-pazjenti, għandhom jiġu identifikati u meħuda l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Attività tas-CNS ġenerali

Minħabba l-effetti primarji ta' olanzapine fuq is-CNS għandha tittieħed kawtela meta dan jingħata flimkien ma' mediċini oħrajn li jaġixxu ċentralment u meta jittieħed ma' l-alkoħol. Minħabba li in vitro juri antagoniżmu għal dopamine, olanzapine jista' jantagonizza l-effetti diretti u indiretti ta' l- agonisti ta’ dopamine.

Aċċessjonijiet

Olanzapine għandha tintuża b'kawtela f'pazjenti li għandhom passat ta' aċċessjonijiet jew li huma soġġetti għall-fatturi li jistgħu jbaxxu l-limitu ta' l-aċċessjonijiet.

Aċċessjonijiet ġew irrapportati li seħħew b’mod mhux komuni f'pazjenti ttrattati b'olanzapine.. Fil- maġġoranza ta' dawn il-każijiet, passat ta' aċċessjonijiet jew fatturi ta' riskju għal aċċessjonijiet kienu rappurtati.

Diskajneżja Tardiva

Fi studji komparattivi li damu sena jew anqas, olanzapine kien assoċjat ma' inċidenza mnaqqsa ta' diskajneżja f'riżultat tat-trattament b'sinifikat statistikament validu. Madankollu, r-riskju ta' diskajneżja tardiva jiżdied b'espożizzjoni għal żmien twil, u għalhekk jekk jidhru s-sinjali jew is- sintomi ta' iskajneżja tardiva f'pazjenti li qed jieħdu olanzapine, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid- doża jew il-waqfien. Dawn is-sintomi jistgħu jiżdiedu biż-żmien kif ukoll joħorġu wara li jitwaqqaf it- trattament.

Pressjoni baxxa mal-waqfien

Pressjoni baxxa mal-waqfien ġiet osservata rari fl-anzjani fil-provi kliniċi ta' olanzapine. Huwa rakkomandat li l-pressjoni tad-demm tkun meħuda perjodikament f'pazjenti 'l fuq minn 65 sena.

Mewta kardijaka għall-għarrieda

F’rapporti dwar olanzapine li saru wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġie rrapportat l-avveniment ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti li kienu qed jieħdu olanzapine. F’studju retrospettiv ta’ osservazzjoni f’grupp ta’ pazjenti b’karatteristiċi simili, ir-riskju tal-possibbiltà ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti kkurati b’olanzapine kien madwar darbtejn ir-riskju f’pazjenti li ma kinux qed jużaw l-antipsikotiċi. Fl-istudju, ir-riskju ta’ olanzapine kien simili għar-riskju minn antipsikotiċi atipiċi li kienu inklużi f’analiżi minn numru ta’ studji.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fil-kura tat-tfal u adolexxenti. Studji f'pazjenti bejn it-13 u s-17-il sena wrew reazzjonijiet avversi varji, fosthom żieda fil-piż, tibdil fil-parametri metaboliċi u żieda fil- livelli ta' prolactin (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1).

Phenylalanine

Olanzapine Glenmark Europe pillola li tinħall fil-ħalq fiha aspartame, li huwa sors ta’ phenylalanine. Jista’ jkun ta’ ħsara għal nies b’phenylketonuria.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott saru fl- adulti biss.

Potenzjal t'interazzjonijiet ma' olanzapine

Minħabba li olanzapine hija metabolizzata b'CYP1A2, sustanzi li jistgħu speċifikament jikkaġunaw jew jinibixxu din l-iżoenzima jistgħu jaffettwaw il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Attivazzjoni ta' CYP1A2

Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista' jiġi kkawżat mit-tipjip u b'carbamazepine, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta' olanzapine. Ġiet osservata żjieda żgħira sa moderata fil-clearance ta' olanzapine mill-ġisem. Il-konsegwenzi kliniċi x'aktarx huma limitati, imma hija rrakkomandata l- osservazzjoni klinika u tista' tiġi kkunsidrata żjieda fid-doża ta' olanzapine jekk din tkun meħtieġa (ara Sezzjoni 4.2).

Inibizzjoni ta' CYP1A2

Fluvoxamine, inibitur speċifiku ta' CYP1A2, deher li jinibixxi sinifikattivament il-metaboliżmu ta' olanzapine. Iż-żjieda medja f’olanzapine Cmax wara t-teħid ta' fluvoxamine kienet 54% fin-nisa li ma jpejpux u 77% fl-irġiel li jpejpu. Iż-żjieda medja fl-AUC ta' olanzapine kienet 52% u 108% rispettivament.

Għandha tiġi kkunsidrata doża tal-bidu aktar baxxa ta' olanzapine f'pazjenti li qed jużaw fluvoxamine jew xi inibituri oħra ta' CYP1A2, bħal ciprofloxacin. Għandha tiġi kkunsidrata tnaqqis fid-doża ta' olanzapine jekk jinbeda xi trattament b'inibitur ta' CYP1A2.

Biodisponibbiltà mnaqqsa

Faħam attivat inaqqas il-biodisponibilità ta' olanzapine li tittieħed mill-ħalq b’50 sa 60% u għandu jittieħed għal ta' l-inqas sagħtejn qabel jew wara olanzapine.

Fluoxetine (inibitur CYP2D6), dożi b’waħdiet t’antaċidi (aluminium, magnesium) jew cimetidine ma nstabux li jaffettwaw sinifikatament il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Il-potenzjal ta' olanzapine biex jaffetwa prodotti mediċinali oħra

Olanzapine jista' jantagonizza l-effetti ta' l-antagonisti ta’ dopamine diretti jew indiretti.

Olanzapine ma jinibixxix l-iżoenzimi CYP450 prinċipali in vitro (eż 1A2, 2D6, 2C19, 3A4). Għalhekk, ma hemm ebda reazzjoni partikolari mistennija kif ivverifikat minn studji in vivo fejn ma nstabet ebda inibizzjoni tal-metaboliżmu tas-sustanzi attivi li ġejjin: anti-dipressant triċikliku (jirrapreżenta l-aktar il-passaġġ permezz ta' CYP2D6), warfarina (CYP2C9), theophylline (CYP1A2) jew diazepam (CYP3A4 u CYP2C19).

Olanzapine ma wera ebda reazzjoni meta ttieħed flimkien ma’ lithium jew biperiden.

Osservazzjoni terapewtika tal-livelli ta’ valproate fil-plażma ma ndikatx li tibdil fid-dożaġġ tal- valproate huwa meħtieġ wara l-introduzzjoni ta' olanzapine ukoll.

Attività tas-CNS ġenerali

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti li jixorbu l-alkoħol jew li jieħdu prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali.

Mhux rakkomandat l-użu konkomitanti ta' olanzapine ma' prodotti mediċinali kontra l-Parkinson f'pazjenti bil-marda ta' Parkinson u d-demenzja (ara sezzjoni 4.4).

L-Intervall QTc

Għandha tintuża l-kawtela jekk olanzapine qiegħed jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali magħrufa li jtawlu l-intervall QTc (ara sezzjoni 4.4).

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemm ebda studju adegwat u kkontrollat sewwa f'nisa waqt it-tqala. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jgħarrfu lit-tabib tagħhom jekk jinqabdu tqal jew jekk qed jippjanaw li jinqabdu tqal waqt it-trattament b’olanzapine. Madankollu, minħabba li l-esperjenza fil-bniedem hija limitata, olanzapine għandha tintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċċju li jista' jkun hemm jiġġustifika r-riskju li jista' jkun hemm fuq il-fetu.

Trabi tat-twelid esposti għal antipsikotiċi (inkluż aripiprazole) matul it-tielet trimestru tat-tqala huma f’riskju ta’ reazzjonijiet avversi inkluż sintomi ekstrapiramidali u/jew ta’ rtirar li jistgħu jvarjaw fis- serjetà u f’kemm idumu wara l-għoti. Kien hemm rapporti ta’ aġitazzjoni, ipertonja, ipotonja, rogħda, ħedla, skumdità respiratorja, jew disturb fit-tmigħ. Konsegwentament, trabi tat-twelid għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni.

Treddigħ

Fi studju fuq nisa b'saħħithom li qed ireddgħu, olanzapine tfaċċa fil-ħalib tas-sider. L-espożizzjoni

(mg/kg) medja fit-trabi fl-istat fiss kienet stimata li kienet 1.8% tad-doża ta' olanzapine fl-omm.

Pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jreddawx tarbija jekk qed jieħdu olanzapine.

Fertilità

L-effetti fuq il-fertilità mhumiex magħrufa (ara sezzjoni 5.3 għal informazzjoni ta’ qabel l-użu kliniku).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Minħabba li olanzapine jista' jikkawża sonnolenza u sturdament, il-pazjenti għandhom jiġu avżati dwar l-użu ta' magni, inklużi l- karozzi.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Adulti

Fi studji kliniċi, l-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b'mod frekwenti (jidhru f'> 1% talpazjenti) u li huma assoċjati ma' l-użu ta' olanzapine kienu sonnolenza, żieda fil-piż, eosinofilja, livelli għolja ta' prolactin, kolesterol, glucose u trigliċeridi (ara sezzjoni 4.4), glukosurja, żieda fl-aptit, sturdament, akatiżja, parkinsoniżmu, lewkopenija, newtropenija (ara sezzjoni 4.4), diskineżja, pressjoni baxxa mal-waqfien, effetti antikolinerġiċi, żieda fil-livelli tal- aminotransferases tal-fwied li ma jurux sintomi u li huma momentanji (ara sezzjoni 4.4), raxx, astenja, għeja , deni, artralġja, żieda fil-livell tal-alkaline phophatase, livell għoli ta’ gamma glutamyltransferase, livell għoli ta’ aċtu uriku, livell għoli ta’ creatine phosphokinase u edima.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Fit-tabella li ġejja huma mniżżla r-reazzjonijiet avversi u t-testijiet tal-laboratorju osservati minn rapporti magħmula b’mod spontanju u minn studji kliniċi. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna ( > 1/10), komuni ( > 1/100 sa < 1/10), mhux komuni ( > 1/1,000 sa < 1/100), rari ( > 1/10,000 sa < 1/1,000, rari

ħafna ( < 1/10,000), mhux magħrufa (ma jistgħux jiġu stmati mill-informazzjoni li hemm disponibbli).

 

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

 

ħafna

 

 

 

 

Disturbi

 

Eosinofilja

 

Tromboċitopeenija11

 

tad-demm

 

Lewkopenija10

 

 

 

u tas-

 

Newtropenija10

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Sensittività

 

 

fis-sistema

 

 

eċċessiva11

 

 

immuni

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-

Livelli għolja

Żvilupp jew

Ipotermija12

 

 

piż1

ta' kolesterol2,3

aggravar tad-

 

 

 

 

 

 

dijabete, xi

 

 

 

 

Livelli għolja

kultant assoċjata

 

 

Disturbi fil-

 

ta' glucose4

ma’ ketoaċidożi

 

 

metaboliżm

 

 

 

jew koma inklużi

 

 

u u n-

 

Livelli għolja

xi każijiet fatali

 

 

nutrizzjoni

 

ta' trigliċeridi2,5

(ara sezzjoni

 

 

 

 

Glikosurja

 

4.4)11

 

 

 

 

Żieda fl-aptit

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Sonnole

Sturdament

Aċċessjonijiet li

 

 

fis-sistema

nza

 

 

fil-maġġoranza

Sindromu

 

 

 

Akatizja6

 

 

 

nervuża

 

 

tagħhom kien

Newrolettiku Malinn

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4) 12

 

 

 

 

 

rrappurtat passat

 

 

 

Parkinsoniżmu

 

 

 

 

mediku ta'

 

 

 

 

 

Sintomi ta' twaqqif

 

 

 

 

 

aċċessjonijiet jew

 

 

 

 

 

talkura7 ,12

 

 

 

Diskineżja

fatturi tar-riskju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

għall-

 

 

 

 

 

 

aċċessjonijiet11

 

 

 

 

 

 

Distonja (tinkludi

 

 

 

 

 

 

okuloġirazzjoni)11

 

 

 

 

 

 

Diskineżja

 

 

 

 

 

 

tardiva11

 

 

 

 

 

 

Amnesija9

 

 

 

 

 

 

Disartrja

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

Bradikardija

Takikardija/

 

qalb

 

 

 

QTc imtawwal

fibrillazzjoni

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)

ventrikulari,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

mewt għall-għarrieda

 

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)11

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Pressjoni

 

 

Tromboemboliżm

 

 

vaskulari

baxxa

 

 

u (inkluż l-

 

 

 

mal-

 

 

emboliżmu

 

 

 

waqfien1

 

 

pulmonari u t-

 

 

 

 

 

trombożi tal-vini

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fil-fond) (ara

 

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

Epistassi9

 

 

respiratorji

 

 

 

 

 

 

, toraċiċi u

 

 

 

 

 

 

medjastinal

 

 

 

 

 

 

i

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Effetti

 

Nefħa fl-addome9

Pankreatite11

 

gastro-

 

antikolinerġiċi

 

 

 

intestinali

 

ħfief u li

 

 

 

 

 

 

jgħaddu malajr

 

 

 

 

 

inklużi

 

 

 

 

 

 

stitikezza u

 

 

 

 

 

ħalq xott

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Żieda ta'

 

Epatite (inkluż mard

 

fwied u fil-

 

 

aminotransfera

 

tal-fwied tat-tip

 

marrara

 

 

ses tal-fwied

 

epatoċellulari,

 

 

 

 

(ALT, AST)

 

kolestatiku jew tat-

 

 

 

 

bla sintomi u li

 

tnejn flimkien)11

 

 

 

 

tgħaddi malajr,

 

 

 

 

 

 

speċjalmet fil-

 

 

 

 

 

 

bidu tal-kura

 

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni

 

 

 

 

 

4.4)

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Raxx

Reazzjoni ta'

 

 

ġilda u fit-

 

 

 

fotosensittività

 

 

tessuti ta'

 

 

 

Alopeċja

 

 

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Artralġja9

 

Rabdomijoliżi11

 

muskolu-

 

 

 

 

 

 

skeltrali u

 

 

 

 

 

 

tal-

 

 

 

 

 

 

connective

 

 

 

 

 

 

tissue

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

Inkontinenza

 

 

kliewi u fis-

 

 

 

urinarja, żamma

 

 

sistema

 

 

 

tal-urina

 

 

urinarja

 

 

 

Eżitazzjoni

 

 

 

 

 

 

urinarja11

 

 

Kondizzjon

 

 

 

 

 

Sindromu ta’

ijiet ta’

 

 

 

 

 

rtirar mill-

waqt it-

 

 

 

 

 

mediċina

tqala, il-

 

 

 

 

 

neonatali (ara

ħlas u wara

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.6)

l-ħlas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Disfunzjoni

Nuqqas jew

 

 

sistema

 

 

tal-erezzjoni

twaqqif mhux

 

 

riproduttiv

 

 

fl-irġiel

normali tal-

 

 

a u fis-sider

 

 

Tnaqqis fil-

mestrwazzjoni

 

 

 

 

 

libido tal-

Tkabbir żejjed

 

 

 

 

 

irġiel u tan-

tas-sider

Prijapiżmu12

 

 

 

 

nisa

Ħruġ eċċessiv jew

 

 

 

 

 

 

spontanju tal-

 

 

 

 

 

 

ħalib mis-sider

 

 

 

 

 

 

Ginekomastija/tka

 

 

 

 

 

 

bbir żejjed tas-

 

 

 

 

 

 

sider fl-irġiel

 

 

Disturbi

 

 

Astenja

 

 

 

ġenerali u

 

 

Għeja

 

 

 

kondizzjoni

 

 

Edima

 

 

 

jiet ta'

 

 

Deni10

 

 

 

mnejn

 

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

 

Investigazzj

Livelli

 

Żieda

Żieda fil-bilirubin

 

 

onijiet

elevati ta'

 

f'alkaline

totali

 

 

 

prolactin

 

phosphatase10

 

 

 

 

fil-

 

Creatine

 

 

 

 

plażma8

 

phosphokinase

 

 

 

 

 

 

għoli11

 

 

 

 

 

 

Gamma

 

 

 

 

 

 

Glutamyltransf

 

 

 

 

 

 

erase għoli10

 

 

 

 

 

 

Uric Acid

 

 

 

 

 

 

għoli10

 

 

 

1Ġiet osservata żieda fil-piż klinikament sinifikanti fil-kategoriji kollha fil-linja bażi ta’ l-Indiċi tal- Massa tal-Ġisem (BMI). Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 47 ġurnata), żieda fil-piż ta’ ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni ħafna (22 %), ≥ 15% kienet komuni (4.2 %) u ≥ 25 % ma kinitx komuni (0.8 %). Wara espożizzjoni fit-tul (għallinqas 48 ġimgħa). Ilpazjenti li żiedu ≥ 7 %, ≥ 15 % u ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom kienu komuni ħafna (64.4 %, 31.7 % u 12.3 % rispettivament).

2Iż-żidiet medji fil-livelli tax-xaħmijiet waqt is-sawm (kolesterol totali, LDL kolesterol, u trigliċeridi) kienu ogħla f’pazjent li fil-linja bażi ma wrewx evidenza ta’ problemi fil-kontroll tax-xaħmijiet.

3Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.17 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 6.2 mmol/l). Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.17 - < 6.2 mmol/l) għal għoljin (≥ 6.2 mmol/l) kienu komuni ħafna.

4 Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.56 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 7 mmol/l). Tibdil fil-livelli taz-zokkor waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.56 - < 7 mmol/l) għal għoljin (≥ 7m mol/l) kienu komuni ħafna.

5Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.69 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l). Tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.69 mmol/l- <2.26 mmol/l) għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l) kienu komuni ħafna.

6Fi studji kliniċi, l-inċidenza tal-marda ta' Parkinson u distonja f'pazjenti kkurati b’olanzapine kienet numerikament ogħla, imma statistikament mhux differenti b’mod sinifikattiv mill-plaċebo. Pazjenti kkurati b’olanzapine kellhom inċidenza tal-marda ta' Parkinson, ta' l-akatiżja u tad-distonja aktar baxxa ikkumparata ma' dożi titrati ta’ haloperidol. Fl-assenza ta' tagħrif dettaljat dwar passat priezistenti ta' disturbi akuti u movimenti tardivi ekstrapiramidali, fil-preżent ma jistax jiġi konkluż li olanzapine jipproduċi anqas diskineżja tardiva u/jew sindromi ekstrapiramidali tardivi oħra.

7Ġew irrapportati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ u rimettar meta olanzapine jitwaqqaf f'daqqa.

8F’studji kliniċi li damu sa 12-il ġimgħa, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ prolactin qabżu l-ogħla limitu tal-marġni normali f’madwar 30 % tal-pazjenti kkurati b’olanzapine u li bħala linja bażi kellhom valuri normali ta’ prolactin. Fil-parti l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, l-elevazzjonijiet, b’mod ġenerali, ma kinux kbar u baqgħu taħt il-livell ta’ darbtejn l-ogħla limitu tal-marġni normali.

9Avveniment avvers identifikat minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

10Kif evalwat minn valuri meħuda minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

11Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza ddeterminata bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

12Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza stmata fl-ogħla limitu tan-95% intervall ta’ kunfidenza bl-użu tad-Database Integrat ta’

Olanzapine.

Espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 48 ġimgħa)

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom tibdil avvers, klinikament sinifikanti fiż-żieda fil-piż, fil- glucose,10 fil-kolesterol totali/LDL/HDL jew trigliċeridi żdied maż-żmien. F’pazjenti adulti li

spiċċaw 9-12-il xahar ta’ terapija, ir-rata taż-żieda fil-medja tal-glucose fid-demm naqset wara kważi

6 xhur.

Tagħrif addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Fi studji kliniċi f’pazjenti anzjani bid-demenzja, trattament b'olanzapine kien assoċjat ma’ inċidenza ogħla ta’ mwiet u reazzjonijiet avversi ċerebro-vaskulari meta mqabbla mal-plaċebo (ara wkoll sezzjoni 4.4). Reazzjonijiet avversi komuni ħafna assoċjati ma’ l-użu ta’olanzapine f’dan il-grupp ta’ pazjenti kienu mixi mhux normali u waqgħat. Il-pulmonite, iż-żieda fit-temperatura tal-ġisem, il- letarġija, l-eritema, l-alluċinazzjonijiet viżivi u l-inkontinenza ta’ l-awrina kienu komunement osservati.

Fi studji kliniċi f’pazjenti b’psikożi dovuta għal mediċina (agonist ta' dopamine) assoċjata mal-marda ta’ Parkinson, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u fl-alluċinazzjonijiet, kienu rrapportati b'mod komuni ħafna u aktar ta’ spiss milli bil-plaċebo.

Fi studju kliniku wieħed f'pazjenti b'manija bipolari, terapija b’valproate flimkien ma' olanzapine rriżultat f'inċidenza ta' newtropenja ta' 4.1%; fattur potenzjalment kontributorju jista' jkun livelli għolja ta’ valproate fil-plażma. Olanzapine mogħti ma' lithium jew valproate irriżulta f’żieda fil-livelli (>10%) ta' rogħda, nixfa fil-ħalq, żieda fl-aptit, u żieda fil-piż. Disturb fid-diskors kien rappurtat komunement ukoll.

Waqt trattament b’olanzapine flimkien ma’ lithium jew divalproex, żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal- piż tal-ġisem seħħet f’17.4% tal-pazjenti waqt it-trattament akut (sa 6 ġimgħat).

Trattament b’olanzapine għal żmien twil (sa 12-il xahar) bl-għan ta' prevenzjoni ta' episodju ieħor f'pazjenti b'mard bipolari kien assoċjat ma' żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem f’39.9% tal- pazjenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fit-tfal u pazjenti adolexxenti taħt it-18-il sena. Għalkemm ma sarux studji kliniċi magħmulin biex iqabblu l-adolexxenti ma' l-adulti, informazzjoni millistudji ta' l- adolexxenti ġiet imqabbla ma' dik ta’ l-istudji ta' l-adulti.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi rrapportati bi frekwenza akbar f'pazjenti adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena) milli f'pazjenti adulti jew reazzjonijiet avversi li ġew identifikati biss waqt studji kliniċi ta’ terminu qasir f'pazjenti adolexxenti.

Żieda fil-piż klinikament sinifikanti (≥ 7%) tidher li sseħħ aktar frekwentement fil-popolazzjoni ta' l- adolexxenti meta mqabbla ma’ l-adulti li kellhom l-istess ammont ta’ espożizzjoni għall-prodott. L- ammont ta’ żieda fil-piż u l-proporzjon ta’ pazjenti adolexxenti li kellhom żieda fil-piż klinikament sinifikanti kienu akbar b’espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 24 ġimgħa) milli b’espożizzjoni għal perijodu qasir ta’żmien.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10).

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni ħafna: Żieda fil-piż 13, livelli elevati ta' trigliċeridi 14, żieda fl-aptit.

Komuni: Livelli elevate ta’ kolesterol 15

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: Sedazzjoni (inklużi: ipersomnja, letarġija, sedazzjoni, sonnolenza).

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: Ħalq xott

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna: Żieda ta' aminotransferases tal-fwied (ALT/AST; ara sezzjoni 4.4).

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna: Tnaqqis fil-bilirubin totali, żieda ta' GGT, livelli elevati ta' prolactin fil-plażma16

13Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 22 ġurnata), żieda fil-piż ta' > 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem (kg) kienet komuni ħafna (40.6 %), ≥ 15% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni (7.1 %) u ≥ 25 % kienet komuni (2.5 %). B’espożizzjoni fit-tul (għallinqas 24 ġimgħa),

89.4 % żiedu ≥ 7 %, 55.3 % żiedu ≥ 15 % u 29.1 % żiedu ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom.

14Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.016 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

1.467 mmol/l) u tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.016 mmol/l - < 1.467 mmol/l) għal għoljin (≥ 1.467 mmol/l).

15Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm minn normali fil-linja bażi (< 4.39 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kien komuni. Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 4.39 - < 5.17 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kien komuni ħafna.

16F'47.4% tal-pazjenti adolexxenti ġew irrapportati livelli għoljin ta' prolactin fil-plażma.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sinjali u sintomi

Sintomi komuni ħafna meta ittieħdet doża eċċessiva (>10% inċidenza) jinkludu takikardija, aġitazzjoni/aggressività, diżartrija, sintomi ekstrapiramidali varji, u telfien tas-sensi li tvarja minn sedazzjoni sa koma.

Sintomi oħra morbużi ta' doża eċċessiva li huma medicament sinifikanti jinkludu d-delirju, il- konvulżjoni, koma, possibilment Sindromu Newrolettiku Malinn, depressjoni respiratorja, aspirazzjoni fil-passaġġ respiratorju, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, taħbit tal-qalb irregolari (<2% tal-każijiet ta' doża eċċessiva) u arrest kardjopulmonari. Ġew rappurtati każijiet fatali b’dożi akuti u eċċessivi baxxi daqs 450 mg iżda kien hemm ukoll każ fejn pazjent baqa’ ħaj wara doża eċċessiva akuta ta' madwar 2 g ta’ olanzapine meħud b’mod orali.

L-immaniġġar

Ma hemm ebda antidotu speċifiku għal olanzapine. Remettar sfurzat mhux rakkomandat. Jistgħu jkunu ndikati l-miżuri tas-soltu għall-immaniġar ta' doża eċċessiva (li huma l-ħasil gastriku, teħid ta' faħam attivat). It-teħid flimkien mal-faħam attivat wera li jnaqqas il-biodisponibilità orali ta' olanzapine b'50% sa 60%.

Trattament sintomatiku u l-monitoraġġ tal-funzjoni ta' l-organi vitali għandhom isiru skond il-qagħda klinika, inkluż it-trattament għall-pressjoni baxxa u kolass taċ-ċirkolazzjoni u sosteniment pulmonari.

Tużax epinephrine, dopamine, jew sustanzi oħra simpatomimatiċi b’attività beta-agonista għax l- istimulazzjoni beta tista' taggrava l-pressjoni baxxa. Huwa neċessarju l-monitoraġġ kardjovaskulari biex tinduna b’taħbit irregolari tal-qalb li jista’ jseħħ. Għandha tkompli s-superviżjoni medika mill- qrib u l-monitoraġġ jitkompla sakemm il-pazjent jirkupra.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: psikolettiċi, diazepines, oxazepines, thiazepins u oxepines, kodiċi

ATC N05A H03.

Effetti farmakodinamiċi

Olanzapine hija sustanza antipsikotika, kontra l-manija u stabbilizzatur tal-burdata li turi profil farmakoloġiku ta' firxa wiesa' ta' sistemi ta' riċetturi.

Fi studji ta' qabel l-użu kliniku, olanzapine wera firxa ta' affinitajiet għar-riċetturi (Ki <100 nM) serotoniċi 5HT2A/2C, 5HT3, 5HT6; dopamine D1,D2, D3, D4, D5: riċetturi muskariniċi kolinerġiċi M1- M5; 1-adrenerġiċi; u riċetturi ta' l-istamina H1. Studji fuq l-imġiba ta' l-annimali li ingħataw olanzapine indikaw antagoniżmu għal 5HT, għal dopamine, u għal dak kolinerġiku, konsistenti mal- profil tar-riċettur li jorbot. Olanzapine wera affinità akbar in vitro għal serotonin 5HT2 milli għar- riċetturi ta’ dopamine D2 u attività in vivo akbar għal 5HT2 milli għal D2. Studji elettrofiżjoloġiċi wrew illi olanzapine selettivament naqqas l-attività mesolimbiċi tan-newroni dopaminerġiċi (A10) waqt li kellu ftit effett fuq il-passaġġ (A9) tal-corpus striatum involuti fil-funzjoni motorjali. Olanzapine naqset ir-rispons kundizzjonat u ta' skansar, test indikattiv ta' l-attività antipsikotika, f'dożi anqas minn dawk li jwasslu għall-katalepsi, riżultat indikattiv ta' l-effett mhux mixtieq tas-sistema (motorjali). Kuntrarju għall-mediċini antipsikotiċi oħrajn, olanzapine iżid ir-rispons f'test anksjolitiku.

Fi studju b'doża waħda orali (10 mg) fejn intużat it-Tomografija bl-Emissjoni tal-Pozitroni (PET) f'voluntiera b'saħħithom, olanzapine ipproduċa okkupanza ta' 5HT2A ogħla mir-riċettur ta’ dopamine D2. Ma' dan, studju ta’ immaġni ta’ Tomografija Kkomputerizzata bl-Emissjoni ta’ Foton Wieħed SPECT f'pazjenti skiżofreniċi wera li l-pazjenti li jirreaġġixxu għal olanzapine kellhom okkupanza strijatali D2 anqas milli f'pazjenti li rrispondew għal xi antipsikotiċi oħrajn jew għal risperidone, waqt li kienu komparabbli għall-pazjenti li irrispondew għal clozapine.

Effikaċja klinika

Fi provi kkontrollati tnejn minn tnejn bil-plaċebo u tnejn minn tlieta bil-komparatur b'aktar minn

2,900 pazjenti skiżofreniċi li għandhom kemm sintomi negattivi kif ukoll sintomi pożittivi, olanzapine kien assoċjat ma' titjib akbar, statistikament sinifikanti, f'sintomi negattivi kif ukoll pożittivi.

Fi studju komparattiv, double-blind u multinazzjonali ta’ skiżofrenija, ta’ manifestazzjonijiet skiżoaffettivi u disturbi relatati oħra li kien jinkludi 1,481 pazjent li kellhom gravità differenti ta’ l- assoċjati sintomi dipressivi (medja ta’ punteġg ta’ 16.6 meħud fil-bidu tal-kura skond l-iskala li tivvaluta d-dipressjoni ta’ Montgomery-Asberg), analiżi prospettiva sekondarja tat-tibdil fil-punteġġ ta’ l-atteġġament bejn il-bidu u fl-aħħar tal-kura wriet titjib statistikament sinifikanti (p= 0.001) favur olanzapine (-6.0) kontra haloperidol (-3.1). F'pazjenti b'diżordni ta' manija jew diżordni bipolari b'episodju mħallat, olanzapine wera effikaċja superjuri għall-plaċebo u għal valproate semisodium (divaproex) fit-tnaqqis ta' sintomi manijaċi f'aktar minn 3 ġimgħat. Olanzapine wera wkoll riżultati effikaċji li jistgħu jiġu kkumparati ma' haloperidol fit-termini tal-proporzjon ta' pazjenti f'remissjoni sintomatika minn manija u depressjoni f’6 u 12-il ġimgħa.

Fi studju ta' terapija ta' pazjenti trattati flimkien b’lithium jew b’valproate għal minimu ta' ġimagħtejn, iż-żjieda ta' olanzapine 10 mg (terapija flimkien ma’ lithium jew valproate) wara 6 ġimgħat irriżultat fi tnaqqis akbar tas-sintomi tal-manija milli b'monoterapija b’lithium jew b’valproate.

Fi studju ta' 12-il xahar ta' prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'episodju ta' manija, li kienu diġà ikkontrollati b’olanzapine, imbagħad ngħataw olanzapine jew il-plaċebo mingħajr għażla, olanzapine wera superjorità sinifikanti u statistikament superjuri fuq il-plaċebo fuq l-għan ewlieni tar-rikorrenza bipolari. Olanzapine uriet ukoll vantaġġ statistiku u sinifikanti fuq il-plaċebo fil-prevenzjoni, kemm f'attakki ġodda ta' manija kif ukoll f'attakki ġodda ta' depressjoni. Fit-tieni studju ta' 12-il xhar dwar ir- rikorrenza preventiva f'pazjenti b'episodju ta' manija li kienu ikkontrollati b’olanzapine u l-lithium flimkien, kienu mbagħad mqassmin mingħajr għażla u mogħtija olanzapine jew il-lithium waħdu.

Olanzapine kien statistikament mhux inferjuri għal-lithium fuq l-għan ewlieni ta' rikorrenza bipolari

(olanzapine 30.0%, lithium 38.3%; p = 0.055).

Fi studju ta' 18-il xhar f'pazjenti b'manija jew b'episodji mħallta stabbilizzati fuq olanzapine flimkien ma' stabilizzatur tal-burdata (lithium jew valproate), l-użu fit-tul ta' olanzapine flimkien ma’ lithium jew il-valproate ma kienx statistikament sinifikanti superjuri għal-lithium jew għall-valproate waħdu biex jittardja r-rikorrenza bipolari, kif definit skond il-kriterji (dijanjostiċi) tas-sindromu.

Popolazzjoni pedjatrika

Fl-adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena), dejta kkontrollata ta’ effikaċja hija limitata għal studji ta’ tul qasir ta’ żmien fl-iskiżofrenja (6 ġimgħat) u manija assoċjata ma' mard bipolari tat-tip I (3 ġimgħat) u li involvew anqas minn 200 adolexxent. Id-doża ta’ Olanzapine ma kienitx fissa u bdiet b'2.5 u telgħat sa 20 mg/ġurnata. Waqt il-kura b'olanzapine, l-adolexxenti żiedu aktar fil-piż b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' l-adulti. Il-grad ta' tibdil fil-kolesterol totali waqt is-sawm, kolesterol tat-tip LDL, trigliċeridi, u prolactin (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8) kien akbar fl-adolexxenti milli fl-adulti. M'hemmx dejta kkontrollata dwar il-manteniment tal-effett jew dwar is-sigurtà fit-tul (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8). L-informazzjoni dwar is-sigurtà fit-tul hija primarjament limitata għal dejta open-label li mhijiex ikkontrollata.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Olanzapine hija assorbita sew wara li tittieħed mill-ħalq, tilħaq l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma fi żmien 5 sa 8 sigħat. L-assorbiment ma jiġix affetwat mill-ikel. Il-biodisponibilità assoluta orali relattiva għal amministrazzjoni fil-vina ma kinitx determinata.

Distribuzzjoni

Ir-rabta mal-proteina fil-plażma ta'olanzapine kienet madwar 93% fuq il-firxa tal-konċentrazzjoni ta' madwar 7 sa xi 1000 ng/ml. Olanzapine hija fil-biċċa ’l kbira marbuta mal-albumina u 1-aċid- glycoprotein.

Bijotrasformazzjoni

Olanzapine hija metabolizzata fil-fwied minn metodi konjugattivi u ossidattivi. Il-prodott metaboliku li l-aktar jiċċirkola huwa 10-N- glukoronide, li ma jaqsamx il-barriera bejn id-demm u l-moħħ. L- enzimi ċitokromju P450-CYP1A2 u P450-CYP2D6 jikkontrbwixxu għall-formazzjoni ta' prodotti metaboliċi tat-tip N-desmethyl u 2-hydroxymethyl. It-tnejn dehru sinifikatament anqas f'attività farmakoloġika in vivo milli olanzapine fi studji fuq l-annimali. L-attività farmakoloġika predominanti ġejja minn olanzapine nnifsu.

Eliminazzjoni

Wara li jittieħed mill-ħalq, il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni terminali ta' olanzapine f'suġġetti b'saħħithom varjat fuq il-bażi ta' l-età u sess.

F'anzjani b'saħħithom (65 u fuqhom) meta mqabbla ma' pazjenti mhux anzjani, il-half life ta' l- eliminazzjoni medja twalet (51.8 paragun ma' 33.8 siegħa) u t-tneħħija tnaqqset (17.5 meta mqabbel ma' 18.2 l/hr). Il-varjabilità farmakokinetika osservata fl-anzjani hija fl-istess livell ta' dawk li mhumiex anzjani. F'44 pazjenti skiżofreniċi li għandhom > 65 sena, id-dożaġġ minn 5 sa

20 mg/ġurnata ma kienx assoċjat ma' xi profil distint ta' avvenimenti avversi.

F'pazjenti femminili meta mqabbla ma' dawk maskili il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni ġiet kemmxejn imtawla (36.7 kontra 32.3 sigħat) u t-tneħħija tnaqqset (18.9 kontra 27.3 l/hr). Madankollu, olanzapine (5-20 mg) wera profil ta' sigurtà kumparabbli f'pazjenti nisa (n=467) u f'pazjenti rġiel

(n=869).

Indeboliment renali

F'pazjenti b'mard tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina <10 ml/min) f'paragun ma' pazjenti b'saħħithom, ma kienx hemm differenza sinifikanti fil-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni (37.7 kontra 32.4 siegħa) jew il-clearance (21.2 kontra 25.0 l/hr). Studju ta’ tqabbil tal-piżijiet wera bejn wieħed u ieħor 57% ta' olanzapine radjuattiv fl-awrina, prinċipalment bħala prodotti metaboliċi.

Min ipejjep

F'pazjenti li jpejpu u li għandhom disfunzjoni tal-fwied ħafifa, il-half life ta' l-eliminazzjoni medja (39.3 siegħa) twalet u t-tneħħija (18.0 l/hr) tnaqqset bħal f'pazjenti b'saħħithom li ma jpejpux (48.8 siegħa u 14.1 l/hr, rispettivament).

F'pazjenti li ma jpejpux meta mqabbla ma' dawk li jpejpu (irġiel u nisa) il-medja tal-half life ta' l- eliminazzjoni twalet (38.6 kontra 30.4 siegħa) u l-clearance tnaqqset (18.6 kontra 27.7 l/hr).

Il-clearance ta’olanzapine mill-plażma huwa anqas f'pazjenti anzjani f'paragun ma' suġġetti żgħar, fin- nisa f'paragun ma' l-irġiel, u f'dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Madankollu, l-impatt ta' l-età, is-sess, jew tat-tipjip fuq il-clearance ta' olanzapine u fuq il-half life huwa żgħir f'paragun mal-varjabilità totali ta' bejn individwi.

Fi studju ta' pazjenti kawkasi, Ġappuniżi, u Ċiniżi, ma kien hemm ebda differenza fil-parametri farmakokinetiċi fost it-tliet popolazzjonijiet.

Popolazzjoni pedjatrika

Adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena): Il-farmakokinetika ta' olanzapine fl-adolexxenti u fl-adulti hija simili. Fi studji kliniċi, il-medja ta' espożizzjoni għal olanzapine kienet bejn wieħed u ieħor ta' 27% ogħla fl-adolexxenti. Id-differenzi demografiċi bejn l-adolexxenti u l-adulti jinkludu medja anqas ta' piż tal-ġisem u anqas adolexxenti kienu jpejpu. Fatturi bħal dawn x'aktarx li jikkontribwixxu għall- medja ta' espożizzjoni ogħla osservata fl-adolexxenti.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tossiċità akuta (doża waħda)

Sinjali ta' tossiċità orali fir-rodenti kienu simili għas-sustanzi newrolettiċi qawwija: attività baxxa, koma, rogħda, konvulżjonijiet kloniċi, salivazzjoni, u tnaqqis fiż-żjieda tal-piż. Id-dożi medjani li jwasslu għall-mewt kienu bejn wieħed u ieħor 210 mg/kg (ġrieden) u 175 mg/kg (firien).

Il-klieb felħu dożi orali b’wahdiet sa 100 mg/kg mingħajr mortalità. Sinjali kliniċi inkludew sedazzjoni, atassja, rogħda, żjieda fir-rata tal-qalb, diffikultà fir-respirazzjoni, tidjiq tal-pupilla ta' l- għajn, u l-anoreksja. Fix-xadini, dożi orali b’waħdiet sa 100 mg/kg irriżultaw f'prostrazzjoni u, f'dożi ogħla, telf parzjali mis-sensi.

Tossiċità ta' dożi repetuti

Fi studji sa 3 xhur fil-ġrieden u sa sena fil-firien u fil-klieb, l-effetti li ippredominaw kienu ddepressjoni CNS, effetti antikolinerġiċi, u diżordnijiet periferali ematoloġiċi. Żviluppat it-tolleranza għad-depressjoni CNS. Il-parametri ta' l-iżvilupp kienu mnaqqsa b'dożi għoljin. Effetti riversibbli konsistenti ma' prolaktin elevat fil-firien inkludew tnaqqis fil-piż ta' l-ovarji u ta' l-utru u tibdiliet morfoloġiċi fl-epitilju tal-vaġina u fis-sider.

Tossiċità ematoloġika

Effetti fuq il-parametri ematoloġiċi nstabu f'kull speċi, inklużi tnaqqis relatat mad-doża fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-ġrieden u tnaqqis mhux speċifiku fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-firien; madankollu, ma nstabet l-ebda prova ta' ċitotossiċità tal-mudullun.

Newtropenja, tromboċitopenja jew l-anemija riversibbli żviluppaw fi ftit klieb ittrattati b’8 jew 10 mg/kg/ġurnata (espożizzjoni totali ta' olanzapine [erja taħt il-kurva] hija 12 sa 15-il darba aktar

minn dik ta' raġel mogħti doża ta' 12 mg). Fi klieb fejn l-għadd taċ-ċelluli tad-demm huwa anqas min- normal, ma kien hemm ebda effett avversi fuq ċelloli proġenituri u ċelloli proliferanti tal-mudullun.

Tossiċità fuq is-sistema riproduttiva

Olanzapine ma kellha ebda effett teratoġeniku. Is-sedazzjoni affettwat il-ħila ta’ tgħammir tal-firien ta' sess maskili. Iċ-ċikli estruwi kienu affettwati b'dożi ta' 1.1 mg/kg (3 darbiet id-doża massima fil- bniedem) u l-parametri tar-riproduzzjoni kienu influwenzati fil-firien mogħtija 3 mg/kg (9 darbiet id- doża massima fil-bniedem).

Fil-frieħ tal-firien mogħtija olanzapine, kienu osservati dewmien fl-iżvilupp tal-fetu u tnaqqis għal xi żmien fl-attività tal-frieħ.

Mutaġeniċità

Olanzapine ma ikkawżatx mutaġeniċità jew klastoġeniċità f'firxa sħiħa ta' testijiet standard, li nkludew testijiet ta' mutazzjoni tal-mikrobi kif ukoll testijiet fuq il-mammiferi kemm in vitro kif ukoll in vivo.

Kanċeroġeniċità

Ibbażat fuq riżultati ta' studji fuq il-ġrieden u l-firien, kien konkluż li olanzapine mhuwiex kanċeroġeniku.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol E 421

Microcrystalline cellulose

Aspartame E 951

Crospovidone

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddx f'dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura ta’ inqas minn 30 C.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

15 mg pilloli

Folji ta’ aluminju/aluminju f’kartun ta’ 28, 56, 70 pillola għal kull kartuna.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Laxmi House

2-B Draycott Avenue

Kenton

Harrow

Middlesex

HA3 OBU

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/588/007

EU/1/09/588/008

EU/1/09/588/009

9. DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 03.12.2009

Data tal-aħħar tiġdid:

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Olanzapine Glenmark Europe 20 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 20 mg ta’ olanzapine

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 0.92 mg ta’ aspartame

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li tinħall fil-ħalq

Pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘6’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Adulti

Olanzapine hija indikata għat-trattament tal-iskiżofrenja.

Olanzapine hija effettiva biex iżomm it-titjib kliniku waqt terapija kontinwa f'pazjenti li wrew reazzjoni għat-trattament tal-bidu.

Olanzapine hija indikata għat-trattament ta' episodju ta' manija moderat jew serju.

F'pazjenti li l-episodju ta' manija tagħhom irreaġixxa għat-trattament ta’ olanzapine, olanzapine hija indikata għall-prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'diżordni bipolari (ara sezzjoni 5.1).

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Adulti

Skiżofrenja: Id-doża tal-bidu rakkomandata għal olanzapine hija 10 mg/ġurnata.

Episodju ta' manija: Id-doża tal-bidu hija ta' 15 mg bħala doża waħda kuljum bil-monoterapija jew 10 mg kuljum f'terapija flimkien ma' xi sustanza oħra (ara sezzjoni 5.1).

Il-prevenzjoni tar-rikorrenza fid-diżordni bipolari: Id-doża rakkomandata tal-bidu hija 10 mg/ġurnata. Għall-pazjenti li diġà qegħdin jieħdu olanzapine biex ikun trattat episodju ta' manija, kompli t-terapija bl-istess doża għall-prevenzjoni tar-rikorrenza. Jekk ikun hemm episodju ġdid ta' manija, imħallat, jew ta' depressjoni, it-trattament b’olanzapine għandu jitkompla (bl-aħjar użu tad-doża skond il-bżonn), b'terapija supplimentari biex ikunu trattati s-sintomi tal-burdata, kif indikat klinikament.

Waqt it-trattament għall-iskiżofrenja, għal episodju ta' manija u għall-prevenzjoni tar-rikorrenza fid- diżordni bipolari, d-dożaġġ ta' kuljum jista' sussegwentement jiġi aġġustat fuq il-bażi ta' l-istat kliniku ndividwali minn 5 mg sa 20 mg/ġurnata. Żjieda għal doża akbar mid-dża tal-bidu rakkomandata

għandha tingħata biss wara rivalutazzjoni klinika xierqa u ġeneralment għandha ssir f'intervalli ta' mhux anqas minn 24 siegħa. Olanzapine tista' tingħata fuq l-ikel jew fuq stonku vojt għax l- assorbiment ma jiġix affettwat mill-ikel. It-tnaqqis gradwali tad-doża għandu jiġi kkunsidrat meta titwaqqaf olanzapine.

Olanzapine Glenmark Europe pilloli li jinħallu fil-ħalq għandhom jitpoġġew fil-ħalq, li mbagħad jinħallu malajr fil-bżieq, sabiex ikunu jistgħu jinbelgħu malajr. Inkella, jistgħu jinħallu f’tazza ilma sħiħa jew ma’ xi xarba adatta oħra (meraq tal-larinġ, meraq tat-tuffieħ, ħalib jew kafe) minnufih qabel ma’ jingħataw.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Doża anqas tal-bidu (5 mg/ġurnata) mhux indikata normalment imma għandha tiġi kkunsidrata għal dawk li għandhom 65 jew fuqhom meta fatturi kliniċi jindikaw hekk (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment renali u/jew epatiku

Għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża inizjali (5 mg/ġurnata) għal dawn il-pazjenti. F'każijiet ta' insuffiċjenza epatika moderata (ċirrożi, Child-Pugh Klassi A jew B), id-doża inizjali għandha tkun 5 mg u tiżdied biss b'kawtela.

Dawk li jpejpu

Id-doża tal-bidu u l-medda tad-dożi m'għandhomx għalfejn jinbidlu normalment għal dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista’ jiżdied bit-tipjip. Huwa rrakkomandat il-monitoraġġ kliniku u jekk ikun hemm bżonn tista’ tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ olanzapine (ara sezzjoni 4.5).

Meta hemm aktar minn fattur wieħed li jista' jirriżulta f'metaboliżmu aktar bil-mod (sess femminili, età ġerjatrika, individwu ma jpejjipx), għandha tingħata kunsiderazzjoni biex titnaqqas id-doża tal- bidu. Żjieda fid-doża, meta indikata, għandha tkun konservattiva f'dawn il-pazjenti.

F’każijiet fejn inkrimenti fid-dożi ta’ 2.5 mg huma meqjusin neċessarji, għandhom jintużaw

Olanzapine Glenmark Europe pilloli.

(Ara sezzjonijiet 4.5 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena peress li m’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja. Fl-istudji ta’ terminu qasir,ġie rrapportat ammont akbar ta’ żieda fil-piż u tibdil fix-xaħmijiet u prolactin f’pazjenti adolexxenti milli fl-istudji ta’ pazjenti adulti (ara sezzjonijiet 4.4, 4.8, 5.1 u 5.2).

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1. Pazjenti li għandhom ir-riskju ta' glawkoma tat-tip narrow angle.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Waqt trattament bl-antipsikotiċi, titjib fil-kundizzjoni klinika tal-pazjent għandu mnejn isir fuq medda ta’ diversi ġranet għal xi ftit ġimgħat. Il-pazjenti għandhom jiġu monitorjati sew waqt dan il-perjodu.

Psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, dovut għal żieda fil-mortalità u r-riskju ta’ inċident ċerebro-vaskulari.

Fi studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo (li damu minn 6 sa 12-il ġimgħa ), fuq pazjenti anzjani (età medja 78 sena) li kellhom psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, kien hemm

żieda ta’ darbtejn akbar fl-inċidenza ta’ mwiet fil-pazjenti ttrattati b'olanzapine, mqabbla ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (3.5% kontra 1.5%, rispettivament). L-inċidenza ogħla ta’ l-imwiet ma kinitx assoċjata mad-doża ta’ olanzapine (doża medja kuljum ta’ 4.4 mg) jew it-tul ta’ żmien tat-trattament. Il-fatturi ta’ riskju li jistgħu jippredisponu dan il-grupp ta’ pazjenti għal żieda fil-mortalità jinkludu l- età ta’ > 65 sena, id-diffikulta biex wieħed jibla’, is-sedazzjoni, il-malnutriment u d-deidrazzjoni, kundizzjonijiet tal-pulmun (eż pulmonite, bi jew fl-assenza ta’ l-aspirazzjoni), jew l-użu konkomittanti ta' benzodiazepines. Madankollu, l-inċidenza ta’ l-imwiet kienet ogħla f’dawk ittrattati b'olanzapine minn dik fil-pazjenti ttrattati bil-plaċebo, indipendentement minn dawn il-fatturi ta’ riskju.

Fl-istess studji kliniċi, kienu rrapportati avvenimenti avversi ċerebro-vaskulari (CVAE eż. puplesija, attakki iskemiċi momentanji) inklużi l-imwiet. Kien hemm żieda ta’ 3 darbiet akbar ta’ CVAE f’pazjenti ttattati b'olanzapine, meta mqabblin ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (1.3% kontra 0.4%, rispettivament). Il-pazjenti kollha ttrattati b'olanzapine jew bi plaċebo u li kellhom avveniment ċerebro-vaskulari, kellhom fatturi ta’ riskju li kienu jeżistu minn qabel. L-età ta’ > 75 sena u d- demenzja tat-tip vaskulari jew imħallta kienu identifikati bħala fatturi ta’ riskju għal CVAE f’assoċjazzjoni ma’ trattament b'olanzapine. L-effikaċja ta’ olanzapine ma kinitx stabbilita f’dawn l- istudji.

Marda ta' Parkinson

Mhux rakkomandat l-użu ta' olanzapine fit-trattament tal-psikożi assoċjata ma' l-agonisti ta’ dopamine f'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson.

Fi studji kliniċi, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u alluċinazzjonijiet kienu rrappurtati b’mod komuni ħafna u aktar ta' spiss milli bil-plaċebo (ara sezzjoni 4.8), u olanzapine ma kienx aktar effettiv mill-plaċebo fit-trattament tas-sintomi psikotiċi.

F'dawn l-istudji, il-pazjenti inizjalment kellhom ikunu stabblizzati fuq id-doża l-aktar baxxa effettiva tal-mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson (agonist ta’ dopamine) u biex jibqgħu fuq l-istess mediċini u dożi kontra l-marda ta’ Parkinson matul l-istudju. Olanzapine inbeda b'2.5 mg/ġurnata u żdied bil-mod għall-massimu ta' 15 mg/ġurnata ibbażat fuq il-ġudizzju tar-riċerkatur.

Is-Sindromu Newrolettiku Malinn (NMS)

NMS tista' tkun kundizzjoni potenzjalment fatali assoċjata ma' prodotti mediċinali antipsikotiċi. Każijiet rari li ġew rappurtati bħala NMS kienu rrappurtati f'assoċjazzjoni ma' olanzapine ukoll.

Manifestazzjonijiet kliniċi ta' NMS huma deni għoli, ebusija tal-muskoli, stat mentali alterat u evidenza ta' instabbiltà awtonomika (pressjoni tad-demm jew tal-polz irregolari, takikardija, dijaforeżi, u taħbit tal-qalb irregolari). Sinjali oħra jistgħu jinkludu creatine phosphokinase elevat, mijoglobina flawrina (rabdomajoliżi) u insuffiċjenza akuta renali.

Jekk pazjent jiżviluppa sinjali u sintomi li huma indikattivi ta' NMS, jew ikollu deni għoli bla ebda spjegazzjoni u mingħajr manifestazzjonijiet kliniċi oħra ta' NMS, għandhom jitwaqqfu l-mediċini antipsikotiċi kollha, inkluż olanzapine.

Ipergliċemija u dijabete

Zokkor għoli fid-demm u/jew żvilupp jew taħrix tad-dijabete xi kultant assoċjati ma' ketoaċidozi jew koma kienu rrappurtati b’mod mhux komuni, inklużi xi każijiet fatali (ara sezzjoni 4.8). F'xi każijiet, ġiet rapportata żjieda fil-piż tal-ġisem u din tista' tkun fattur ta’ predisposizzjoni. Skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna, huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku xieraq ez. il-livell tal- glukosju fid-demm jittieħed fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad darba fis-sena. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż olanzapine, għandhom ikunu taħt osservazzjoni għal sinjali u sintomi ta’ ipergliċemija (bħal polidipsja, polijurja, polifaġja u debbulizza) u pazjenti bid-dijabete mellitus jew li għandhom fatturi ta' riskju għad-dijabete mellitus għandhom jiġu segwiti b’mod regolari f’każ li l-kontroll tal-glukosju jmur għall-agħar. Il-piż għandu

jiġi ċċekkjat b’mod regolari eż. fil-linja bażi, 4, 8 u 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 3 xhur.

Tibdil fil-livelli tax-xaħmijiet

Fi studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo, ġie osservat tibdil mhux mixtieq fil-livell tax-xaħmijiet f’pazjenti kkurati b’olanzapine (ara sezzjoni 4.8 ). Tibdil fil-livell tax-xaħmijiet għandu jiġi kkontrollat b’mod klinikamet xieraq speċjalment f’pazjenti b’ammonti mhux normali ta’ xaħmijiet fid-demm u f’pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ disturbi fix-xaħmijiet. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż olanzapine, għandhom jiġu ċċekkjati b’mod regolari għal- lipidi skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna eż. fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il- kura b’olanzapine u mbagħad kull 5 snin.

Attività antikolinerġika

Waqt li olanzapine wera attività antikolinerġika in vitro, ersperjenza waqt il-provi kliniċi uriet inċidenza baxxa ta' ġrajjiet relatati. Madankollu, minħabba li esperjenza klinika b'olanzapine f'pazjenti b'mard konkomitanti hija limitata, għandha tittieħed kawtela meta jkun preskritt għall-pazjenti b'ipertrofija tal-prostata, jew b'ileus paralitiku u kundizzjonijiet relatati.

Funzjoni epatika

Elevazzjonijiet li ma jurux sintomi ta' l-enzimi aminotransferases tal-fwied, alanine transferase (ALT), aspartate transferase (AST) għal żmien qasir kienu komuni, speċjalment fil-bidu tat-trattament.

Għandha tittieħed kawtela u jiġu organizzati viżti regolari mat-tabib f'pazjenti b'ALT u/jew b’AST elevati, f'pazjenti b'kundizzjonijiet li kienu hemm qabel, assoċjati b'riżerva funzjonali limitata talfwied, u f'pazjenti li qed ikunu trattati b'mediċini li jistgħu jkunu tossiċi għall-fwied.

F'każijiet fejn saret dijanjożi ta’ l-epatite (inkluż il-mard tal-fwied epatoċellulari, kolestatiku jew tat- tip imħallat), it-trattament ta' olanzapine għandu jitwaqqaf.

Newtropenja

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti b'numru baxx ta’ lewkoċiti u/jew numru baxx taċ-ċelluli newtrofili għal kwalunkwe raġuni, dawk il-pazjenti li qed jieħdu xi mediċini li huma magħrufa li jikkawżaw newtropenja, f'pazjenti b’passat ta' tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun jew tossiċità tal- mudullun minħabba t-teħid ta' xi mediċina, f'pazjenti b'tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun minħabba xi marda konkomitanti, trattament bir-raġġi jew kimoterapija u f'pazjenti b'kundizzjonijiet b'numru għoli taċ-ċelluli eżinofili jew b'xi marda majeloproliferattiva. In-newtropenja kienet rappurtata spiss meta olanzapine u l-valproate intużaw flimkien (ara Sezzjoni 4.8).

Twaqqif tal-kura

B’mod rari ( ≥ 0.01% u < 0.1%) ħafna ġew irrappurtatisintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ, jew rimettar meta olanzapine twaqqaf f'daqqa.

L-Intervall QT

Fi studji kliniċi, żidiet fil-QTc li kienu klinikament sinifikanti (korrezzjoni fil-QT skond Fridericia [QTcF] > 500 millisekondi [msek] fi kwalunkwe ħin wara l-valur bażiku f’pazjenti b’valur bażiku ta’ QTcF < 500 msek) ma kinux komuni (0.1% sa 1%) f’pazjenti kkurati b’olanzapine, b’ebda differenza sinifikanti fl-avvenimenti assoċjati kardijaċi meta mqabbla ma’ plaċebo. Madankollu, għandha tittieħed kawtela meta olanzapine jingħata ma' mediċini oħrajn li huma magħrufin li jżidu l-intervall QTc, speċjalment fl-anzjani, f'pazjenti b'sindromu konġenitali ta' QT twil, insuffiċjenza tal-qalb konġestiva, ipertrofija tal-qalb, potassju baxx fid-demm jew manjesju baxx fid-demm.

Tromboemboliżmu

B’mod mhux komuni (≥ 0.1% u < 1%) ġiet irrapportata assoċjazzjoni temporali bejn il-kura b’olanzapine u t-tromboemboliżmu fil-vini. Relazzjoni kawżali bejn l-okkorrenza ta’ tromboemboliżmu fil-vini u l-kura b’olanzapine ma ġietx stabbilita. Madankollu peress li pazjenti b’skizofrenija ħafna drabi jippreżentaw b’fatturi ta’ riskju akkwiżiti għat-tromboemboliżmu fil-vini,

il-fatturi possibbli kollha ta’ riskju ta’ VTE eż. l-immobbilizzazzjoni tal-pazjenti, għandhom jiġu identifikati u meħuda l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Attività tas-CNS ġenerali

Minħabba l-effetti primarji ta' olanzapine fuq is-CNS għandha tittieħed kawtela meta dan jingħata flimkien ma' mediċini oħrajn li jaġixxu ċentralment u meta jittieħed ma' l-alkoħol. Minħabba li in vitro juri antagoniżmu għal dopamine, olanzapine jista' jantagonizza l-effetti diretti u indiretti ta' l- agonisti ta’ dopamine.

Aċċessjonijiet

Olanzapine għandha tintuża b'kawtela f'pazjenti li għandhom passat ta' aċċessjonijiet jew li huma soġġetti għall-fatturi li jistgħu jbaxxu l-limitu ta' l-aċċessjonijiet.

Aċċessjonijiet ġew irrapportati li seħħew b’mod mhux komuni f'pazjenti ttrattati b'olanzapine Fil- maġġoranza ta' dawn il-każijiet, passat ta' aċċessjonijiet jew fatturi ta' riskju għal aċċessjonijiet kienu rappurtati.

Diskajneżja Tardiva

Fi studji komparattivi li damu sena jew anqas, olanzapine kien assoċjat ma' inċidenza mnaqqsa ta' diskajneżja f'riżultat tat-trattament b'sinifikat statistikament validu. Madankollu, r-riskju ta' diskajneżja tardiva jiżdied b'espożizzjoni għal żmien twil, u għalhekk jekk jidhru s-sinjali jew is- sintomi ta' iskajneżja tardiva f'pazjenti li qed jieħdu olanzapine, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid- doża jew il-waqfien. Dawn is-sintomi jistgħu jiżdiedu biż-żmien kif ukoll joħorġu wara li jitwaqqaf it- trattament.

Pressjoni baxxa mal-waqfien

Pressjoni baxxa mal-waqfien ġiet osservata rari fl-anzjani fil-provi kliniċi ta' olanzapine. Huwa rakkomandat li l-pressjoni tad-demm tkun meħuda perjodikament f'pazjenti 'l fuq minn 65 sena.

Mewta kardijaka għall-għarrieda

F’rapporti dwar olanzapine li saru wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġie rrapportat l-avveniment ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti li kienu qed jieħdu olanzapine. F’studju retrospettiv ta’ osservazzjoni f’grupp ta’ pazjenti b’karatteristiċi simili, ir-riskju tal-possibbiltà ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti kkurati b’olanzapine kien madwar darbtejn ir-riskju f’pazjenti li ma kinux qed jużaw l-antipsikotiċi. Fl-istudju, ir-riskju ta’ olanzapine kien simili għar-riskju minn antipsikotiċi atipiċi li kienu inklużi f’analiżi minn numru ta’ studji.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fil-kura tat-tfal u adolexxenti. Studji f'pazjenti bejn it-13 u s-17-il sena wrew reazzjonijiet avversi varji, fosthom żieda fil-piż, tibdil fil-parametri metaboliċi u żieda fil- livelli ta' prolactin (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1).

Phenylalanine

Olanzapine Glenmark Europe pillola li tinħall fil-ħalq fiha aspartame, li huwa sors ta’ phenylalanine. Jista’ jkun ta’ ħsara għal nies b’phenylketonuria.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott saru fl- adulti biss.

Potenzjal t'interazzjonijiet ma' olanzapine

Minħabba li olanzapine hija metabolizzata b'CYP1A2, sustanzi li jistgħu speċifikament jikkaġunaw jew jinibixxu din l-iżoenzima jistgħu jaffettwaw il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Attivazzjoni ta' CYP1A2

Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista' jiġi kkawżat mit-tipjip u b'carbamazepine, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta' olanzapine. Ġiet osservata żjieda żgħira sa moderata fil-clearance ta' olanzapine mill-ġisem. Il-konsegwenzi kliniċi x'aktarx huma limitati, imma hija rrakkomandata l- osservazzjoni klinika u tista' tiġi kkunsidrata żjieda fid-doża ta' olanzapine jekk din tkun meħtieġa (ara

Sezzjoni 4.2).

Inibizzjoni ta' CYP1A2

Fluvoxamine, inibitur speċifiku ta' CYP1A2, deher li jinibixxi sinifikattivament il-metaboliżmu ta' olanzapine. Iż-żjieda medja f’olanzapine Cmax wara t-teħid ta' fluvoxamine kienet 54% fin-nisa li ma jpejpux u 77% fl-irġiel li jpejpu. Iż-żjieda medja fl-AUC ta' olanzapine kienet 52% u 108% rispettivament.

Għandha tiġi kkunsidrata doża tal-bidu aktar baxxa ta' olanzapine f'pazjenti li qed jużaw fluvoxamine jew xi inibituri oħra ta' CYP1A2, bħal ciprofloxacin. Għandha tiġi kkunsidrata tnaqqis fid-doża ta' olanzapine jekk jinbeda xi trattament b'inibitur ta' CYP1A2.

Biodisponibbiltà mnaqqsa

Faħam attivat inaqqas il-biodisponibilità ta' olanzapine li tittieħed mill-ħalq b’50 sa 60% u għandu jittieħed għal ta' l-inqas sagħtejn qabel jew wara olanzapine.

Fluoxetine (inibitur CYP2D6), dożi b’waħdiet t’antaċidi (aluminium, magnesium) jew cimetidine ma nstabux li jaffettwaw sinifikatament il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Il-potenzjal ta' olanzapine biex jaffetwa prodotti mediċinali oħra

Olanzapine jista' jantagonizza l-effetti ta' l-antagonisti ta’ dopamine diretti jew indiretti.

Olanzapine ma jinibixxix l-iżoenzimi CYP450 prinċipali in vitro (eż 1A2, 2D6, 2C19, 3A4).

Għalhekk, ma hemm ebda reazzjoni partikolari mistennija kif ivverifikat minn studji in vivo fejn ma nstabet ebda inibizzjoni tal-metaboliżmu tas-sustanzi attivi li ġejjin: anti-dipressant triċikliku (jirrapreżenta l-aktar il-passaġġ permezz ta' CYP2D6), warfarina (CYP2C9), theophylline (CYP1A2) jew diazepam (CYP3A4 u CYP2C19).

Olanzapine ma wera ebda reazzjoni meta ttieħed flimkien ma’ lithium jew biperiden.

Osservazzjoni terapewtika tal-livelli ta’ valproate fil-plażma ma ndikatx li tibdil fid-dożaġġ tal- valproate huwa meħtieġ wara l-introduzzjoni ta' olanzapine ukoll.

Attività tas-CNS ġenerali

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti li jixorbu l-alkoħol jew li jieħdu prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali.

Mhux rakkomandat l-użu konkomitanti ta' olanzapine ma' prodotti mediċinali kontra l-Parkinson f'pazjenti bil-marda ta' Parkinson u d-demenzja (ara sezzjoni 4.4).

L-Intervall QTc

Għandha tintuża l-kawtela jekk olanzapine qiegħed jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali magħrufa li jtawlu l-intervall QTc (ara sezzjoni 4.4).

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemm ebda studju adegwat u kkontrollat sewwa f'nisa waqt it-tqala. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jgħarrfu lit-tabib tagħhom jekk jinqabdu tqal jew jekk qed jippjanaw li jinqabdu tqal waqt it-trattament b’olanzapine. Madankollu, minħabba li l-esperjenza fil-bniedem hija limitata, olanzapine għandha tintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċċju li jista' jkun hemm jiġġustifika r-riskju li jista' jkun hemm fuq il-fetu.

Trabi tat-twelid esposti għal antipsikotiċi (inkluż aripiprazole) matul it-tielet trimestru tat-tqala huma f’riskju ta’ reazzjonijiet avversi inkluż sintomi ekstrapiramidali u/jew ta’ rtirar li jistgħu jvarjaw fis- serjetà u f’kemm idumu wara l-għoti. Kien hemm rapporti ta’ aġitazzjoni, ipertonja, ipotonja, rogħda, ħedla, skumdità respiratorja, jew disturb fit-tmigħ. Konsegwentament, trabi tat-twelid għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni.

Treddigħ

Fi studju fuq nisa b'saħħithom li qed ireddgħu, olanzapine tfaċċa fil-ħalib tas-sider. L-espożizzjoni

(mg/kg) medja fit-trabi fl-istat fiss kienet stimata li kienet 1.8% tad-doża ta' olanzapine fl-omm.

Pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jreddawx tarbija jekk qed jieħdu olanzapine.

Fertilità

L-effetti fuq il-fertilità mhumiex magħrufa (ara sezzjoni 5.3 għal informazzjoni ta’ qabel l-użu kliniku).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Minħabba li olanzapine jista' jikkawża sonnolenza u sturdament, il-pazjenti għandhom jiġu avżati dwar l-użu ta' magni, inklużi l- karozzi.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Adulti

Fi studji kliniċi, l-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b'mod frekwenti (jidhru f'> 1% talpazjenti) u li huma assoċjati ma' l-użu ta' olanzapine kienu sonnolenza, żieda fil-piż, eosinofilja, livelli għolja ta' prolactin, kolesterol, glucose u trigliċeridi (ara sezzjoni 4.4), glukosurja, żieda fl-aptit, sturdament, akatiżja, parkinsoniżmu, lewkopenija, newtropenija (ara sezzjoni 4.4), diskineżja, pressjoni baxxa mal-waqfien, effetti antikolinerġiċi, żieda fil-livelli tal- aminotransferases tal-fwied li ma jurux sintomi u li huma momentanji (ara sezzjoni 4.4), raxx, astenja, għeja, deni, artralġja, żieda fil-livell tal-alkaline phophatase, livell għoli ta’ gamma glutamyltransferase, livell għoli ta’ aċtu uriku, livell għoli ta’ creatine phosphokinase u edima.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Fit-tabella li ġejja huma mniżżla r-reazzjonijiet avversi u t-testijiet tal-laboratorju osservati minn rapporti magħmula b’mod spontanju u minn studji kliniċi. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna ( > 1/10), komuni ( > 1/100 sa < 1/10), mhux komuni ( > 1/1,000 sa < 1/100), rari ( > 1/10,000 sa < 1/1,000, rari

ħafna ( < 1/10,000), mhux magħrufa (ma jistgħux jiġu stmati mill-informazzjoni li hemm disponibbli).

 

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

 

ħafna

 

 

 

 

Disturbi

 

Eosinofilja

 

Tromboċitopeenija11

 

tad-demm

 

Lewkopenija10

 

 

 

u tas-

 

Newtropenija10

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Sensittività

 

 

fis-sistema

 

 

eċċessiva11

 

 

immuni

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-

Livelli għolja

Żvilupp jew

Ipotermija12

 

 

piż1

ta' kolesterol2,3

aggravar tad-

 

 

 

 

 

 

dijabete, xi

 

 

 

 

Livelli għolja

kultant assoċjata

 

 

Disturbi fil-

 

ta' glucose4

ma’ ketoaċidożi

 

 

metaboliżm

 

 

 

jew koma inklużi

 

 

u u n-

 

Livelli għolja

xi każijiet fatali

 

 

nutrizzjoni

 

ta' trigliċeridi2,5

(ara sezzjoni

 

 

 

 

Glikosurja

 

4.4)11

 

 

 

 

Żieda fl-aptit

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Sonnole

Sturdament

Aċċessjonijiet li

 

 

fis-sistema

nza

 

 

fil-maġġoranza

Sindromu

 

 

 

Akatizja6

 

 

 

nervuża

 

 

tagħhom kien

Newrolettiku Malinn

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4) 12

 

 

 

 

 

rrappurtat passat

 

 

 

Parkinsoniżmu

 

 

 

 

mediku ta'

 

 

 

 

 

Sintomi ta' twaqqif

 

 

 

 

 

aċċessjonijiet jew

 

 

 

 

 

talkura7 ,12

 

 

 

Diskineżja

fatturi tar-riskju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

għall-

 

 

 

 

 

 

aċċessjonijiet11

 

 

 

 

 

 

Distonja (tinkludi

 

 

 

 

 

 

okuloġirazzjoni)11

 

 

 

 

 

 

Diskineżja

 

 

 

 

 

 

tardiva11

 

 

 

 

 

 

Amnesija9

 

 

 

 

 

 

Disartrja

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

Bradikardija

Takikardija/

 

qalb

 

 

 

QTc imtawwal

fibrillazzjoni

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)

ventrikulari,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

mewt għall-għarrieda

 

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni 4.4)11

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Pressjoni

 

 

Tromboemboliżm

 

 

vaskulari

baxxa

 

 

u (inkluż l-

 

 

 

mal-

 

 

emboliżmu

 

 

 

waqfien1

 

 

pulmonari u t-

 

 

 

 

 

trombożi tal-vini

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fil-fond) (ara

 

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

Epistassi9

 

 

respiratorji

 

 

 

 

 

 

, toraċiċi u

 

 

 

 

 

 

medjastinal

 

 

 

 

 

 

i

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Effetti

 

Nefħa fl-addome9

Pankreatite11

 

gastro-

 

antikolinerġiċi

 

 

 

intestinali

 

ħfief u li

 

 

 

 

 

 

jgħaddu malajr

 

 

 

 

 

inklużi

 

 

 

 

 

 

stitikezza u

 

 

 

 

 

ħalq xott

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Żieda ta'

 

Epatite (inkluż mard

 

fwied u fil-

 

 

aminotransfera

 

tal-fwied tat-tip

 

marrara

 

 

ses tal-fwied

 

epatoċellulari,

 

 

 

 

(ALT, AST)

 

kolestatiku jew tat-

 

 

 

 

bla sintomi u li

 

tnejn flimkien)11

 

 

 

 

tgħaddi malajr,

 

 

 

 

 

 

speċjalmet fil-

 

 

 

 

 

 

bidu tal-kura

 

 

 

 

 

 

(ara sezzjoni

 

 

 

 

 

4.4)

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Raxx

Reazzjoni ta'

 

 

ġilda u fit-

 

 

 

fotosensittività

 

 

tessuti ta'

 

 

 

Alopeċja

 

 

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Artralġja9

 

Rabdomijoliżi11

 

muskolu-

 

 

 

 

 

 

skeltrali u

 

 

 

 

 

 

tal-

 

 

 

 

 

 

connective

 

 

 

 

 

 

tissue

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

Inkontinenza

 

 

kliewi u fis-

 

 

 

urinarja, żamma

 

 

sistema

 

 

 

tal-urina

 

 

urinarja

 

 

 

Eżitazzjoni

 

 

 

 

 

 

urinarja11

 

 

Kondizzjon

 

 

 

 

 

Sindromu ta’

ijiet ta’

 

 

 

 

 

rtirar mill-

waqt it-

 

 

 

 

 

mediċina

tqala, il-

 

 

 

 

 

neonatali (ara

ħlas u wara

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.6)

l-ħlas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Disfunzjoni

Nuqqas jew

 

 

sistema

 

 

tal-erezzjoni

twaqqif mhux

 

 

riproduttiv

 

 

fl-irġiel

normali tal-

 

 

a u fis-sider

 

 

Tnaqqis fil-

mestrwazzjoni

 

 

 

 

 

libido tal-

Tkabbir żejjed

 

 

 

 

 

irġiel u tan-

tas-sider

Prijapiżmu12

 

 

 

 

nisa

Ħruġ eċċessiv jew

 

 

 

 

 

 

spontanju tal-

 

 

 

 

 

 

ħalib mis-sider

 

 

 

 

 

 

Ginekomastija/tka

 

 

 

 

 

 

bbir żejjed tas-

 

 

 

 

 

 

sider fl-irġiel

 

 

Disturbi

 

 

Astenja

 

 

 

ġenerali u

 

 

Għeja

 

 

 

kondizzjoni

 

 

Edima

 

 

 

jiet ta'

 

 

Deni10

 

 

 

mnejn

 

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

 

Investigazzj

Livelli

 

Żieda

Żieda fil-bilirubin

 

 

onijiet

elevati ta'

 

f'alkaline

totali

 

 

 

prolactin

 

phosphatase10

 

 

 

 

fil-

 

Creatine

 

 

 

 

plażma8

 

phosphokinase

 

 

 

 

 

 

għoli11

 

 

 

 

 

 

Gamma

 

 

 

 

 

 

Glutamyltransf

 

 

 

 

 

 

erase għoli10

 

 

 

 

 

 

Uric Acid

 

 

 

 

 

 

għoli10

 

 

 

1Ġiet osservata żieda fil-piż klinikament sinifikanti fil-kategoriji kollha fil-linja bażi ta’ l-Indiċi tal- Massa tal-Ġisem (BMI). Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 47 ġurnata), żieda fil-piż ta’ ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni ħafna (22 %), ≥ 15% kienet komuni (4.2 %) u ≥ 25 % ma kinitx komuni (0.8 %). Wara espożizzjoni fit-tul (għallinqas 48 ġimgħa). Ilpazjenti li żiedu ≥ 7 %, ≥ 15 % u ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom kienu komuni ħafna (64.4 %, 31.7 % u 12.3 % rispettivament).

2Iż-żidiet medji fil-livelli tax-xaħmijiet waqt is-sawm (kolesterol totali, LDL kolesterol, u trigliċeridi) kienu ogħla f’pazjent li fil-linja bażi ma wrewx evidenza ta’ problemi fil-kontroll tax-xaħmijiet.

3Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.17 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 6.2 mmol/l). Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.17 - < 6.2 mmol/l) għal għoljin (≥ 6.2 mmol/l) kienu komuni ħafna.

4 Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.56 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 7 mmol/l). Tibdil fil-livelli taz-zokkor waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.56 - < 7 mmol/l) għal għoljin (≥ 7m mol/l) kienu komuni ħafna.

5Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.69 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l). Tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.69 mmol/l- <2.26 mmol/l) għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l) kienu komuni ħafna.

6Fi studji kliniċi, l-inċidenza tal-marda ta' Parkinson u distonja f'pazjenti kkurati b’olanzapine kienet numerikament ogħla, imma statistikament mhux differenti b’mod sinifikattiv mill-plaċebo. Pazjenti kkurati b’olanzapine kellhom inċidenza tal-marda ta' Parkinson, ta' l-akatiżja u tad-distonja aktar baxxa ikkumparata ma' dożi titrati ta’ haloperidol. Fl-assenza ta' tagħrif dettaljat dwar passat priezistenti ta' disturbi akuti u movimenti tardivi ekstrapiramidali, fil-preżent ma jistax jiġi konkluż li olanzapine jipproduċi anqas diskineżja tardiva u/jew sindromi ekstrapiramidali tardivi oħra.

7Ġew irrapportati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ u rimettar meta olanzapine jitwaqqaf f'daqqa.

8F’studji kliniċi li damu sa 12-il ġimgħa, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ prolactin qabżu l-ogħla limitu tal-marġni normali f’madwar 30 % tal-pazjenti kkurati b’olanzapine u li bħala linja bażi kellhom valuri normali ta’ prolactin. Fil-parti l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, l-elevazzjonijiet, b’mod ġenerali, ma kinux kbar u baqgħu taħt il-livell ta’ darbtejn l-ogħla limitu tal-marġni normali.

9Avveniment avvers identifikat minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

10Kif evalwat minn valuri meħuda minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

11Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza ddeterminata bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

12Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza stmata fl-ogħla limitu tan-95% intervall ta’ kunfidenza bl-użu tad-Database Integrat ta’

Olanzapine.

Espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 48 ġimgħa)

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom tibdil avvers, klinikament sinifikanti fiż-żieda fil-piż, fil- glucose,10 fil-kolesterol totali/LDL/HDL jew trigliċeridi żdied maż-żmien. F’pazjenti adulti li

spiċċaw 9-12-il xahar ta’ terapija, ir-rata taż-żieda fil-medja tal-glucose fid-demm naqset wara kważi

6 xhur.

Tagħrif addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Fi studji kliniċi f’pazjenti anzjani bid-demenzja, trattament b'olanzapine kien assoċjat ma’ inċidenza ogħla ta’ mwiet u reazzjonijiet avversi ċerebro-vaskulari meta mqabbla mal-plaċebo (ara wkoll sezzjoni 4.4). Reazzjonijiet avversi komuni ħafna assoċjati ma’ l-użu ta’olanzapine f’dan il-grupp ta’ pazjenti kienu mixi mhux normali u waqgħat. Il-pulmonite, iż-żieda fit-temperatura tal-ġisem, il- letarġija, l-eritema, l-alluċinazzjonijiet viżivi u l-inkontinenza ta’ l-awrina kienu komunement osservati.

Fi studji kliniċi f’pazjenti b’psikożi dovuta għal mediċina (agonist ta' dopamine) assoċjata mal-marda ta’ Parkinson, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u fl-alluċinazzjonijiet, kienu rrapportati b'mod komuni ħafna u aktar ta’ spiss milli bil-plaċebo.

Fi studju kliniku wieħed f'pazjenti b'manija bipolari, terapija b’valproate flimkien ma' olanzapine rriżultat f'inċidenza ta' newtropenja ta' 4.1%; fattur potenzjalment kontributorju jista' jkun livelli għolja ta’ valproate fil-plażma. Olanzapine mogħti ma' lithium jew valproate irriżulta f’żieda fil-livelli (>10%) ta' rogħda, nixfa fil-ħalq, żieda fl-aptit, u żieda fil-piż. Disturb fid-diskors kien rappurtat komunement ukoll.

Waqt trattament b’olanzapine flimkien ma’ lithium jew divalproex, żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal- piż tal-ġisem seħħet f’17.4% tal-pazjenti waqt it-trattament akut (sa 6 ġimgħat).

Trattament b’olanzapine għal żmien twil (sa 12-il xahar) bl-għan ta' prevenzjoni ta' episodju ieħor f'pazjenti b'mard bipolari kien assoċjat ma' żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem f’39.9% tal- pazjenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fit-tfal u pazjenti adolexxenti taħt it-18-il sena. Għalkemm ma sarux studji kliniċi magħmulin biex iqabblu l-adolexxenti ma' l-adulti, informazzjoni millistudji ta' l- adolexxenti ġiet imqabbla ma' dik ta’ l-istudji ta' l-adulti.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi rrapportati bi frekwenza akbar f'pazjenti adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena) milli f'pazjenti adulti jew reazzjonijiet avversi li ġew identifikati biss waqt studji kliniċi ta’ terminu qasir f'pazjenti adolexxenti.

Żieda fil-piż klinikament sinifikanti (≥ 7%) tidher li sseħħ aktar frekwentement fil-popolazzjoni ta' l- adolexxenti meta mqabbla ma’ l-adulti li kellhom l-istess ammont ta’ espożizzjoni għall-prodott. La mmont ta’ żieda fil-piż u l-proporzjon ta’ pazjenti adolexxenti li kellhom żieda fil-piż klinikament sinifikanti kienu akbar b’espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 24 ġimgħa) milli b’espożizzjoni għal perijodu qasir ta’żmien.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10)

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni ħafna: Żieda fil-piż 13, livelli elevati ta' trigliċeridi 14, żieda fl-aptit.

Komuni: Livelli elevate ta’ kolesterol 15

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: Sedazzjoni (inklużi: ipersomnja, letarġija, sedazzjoni, sonnolenza).

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: Ħalq xott

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna: Żieda ta' aminotransferases tal-fwied (ALT/AST; ara sezzjoni 4.4).

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna: Tnaqqis fil-bilirubin totali, żieda ta' GGT, livelli elevati ta' prolactin fil-plażma16

13Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 22 ġurnata), żieda fil-piż ta' > 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem (kg) kienet komuni ħafna (40.6 %), ≥ 15% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni (7.1 %) u ≥ 25 % kienet komuni (2.5 %). B’espożizzjoni fit-tul (għallinqas 24 ġimgħa),

89.4 % żiedu ≥ 7 %, 55.3 % żiedu ≥ 15 % u 29.1 % żiedu ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom.

14Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.016 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

1.467 mmol/l) u tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.016 mmol/l - < 1.467 mmol/l) għal għoljin (≥ 1.467 mmol/l).

15Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm minn normali fil-linja bażi (< 4.39 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kien komuni. Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 4.39 - < 5.17 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kien komuni ħafna.

16F'47.4% tal-pazjenti adolexxenti ġew irrapportati livelli għoljin ta' prolactin fil-plażma.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sinjali u sintomi

Sintomi komuni ħafna meta ittieħdet doża eċċessiva (>10% inċidenza) jinkludu takikardija, aġitazzjoni/aggressività, diżartrija, sintomi ekstrapiramidali varji, u telfien tas-sensi li tvarja minn sedazzjoni sa koma.

Sintomi oħra morbużi ta' doża eċċessiva li huma medicament sinifikanti jinkludu d-delirju, il- konvulżjoni, koma, possibilment Sindromu Newrolettiku Malinn, depressjoni respiratorja, aspirazzjoni fil-passaġġ respiratorju, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, taħbit tal-qalb irregolari (<2% tal-każijiet ta' doża eċċessiva) u arrest kardjopulmonari. Ġew rappurtati każijiet fatali b’dożi akuti u eċċessivi baxxi daqs 450 mg iżda kien hemm ukoll każ fejn pazjent baqa’ ħaj wara doża eċċessiva akuta ta' madwar 2 g ta’ olanzapine meħud b’mod orali.

L-immaniġġar

Ma hemm ebda antidotu speċifiku għal olanzapine. Remettar sfurzat mhux rakkomandat. Jistgħu jkunu ndikati l-miżuri tas-soltu għall-immaniġar ta' doża eċċessiva (li huma l-ħasil gastriku, teħid ta' faħam attivat). It-teħid flimkien mal-faħam attivat wera li jnaqqas il-biodisponibilità orali ta' olanzapine b'50% sa 60%.

Trattament sintomatiku u l-monitoraġġ tal-funzjoni ta' l-organi vitali għandhom isiru skond il-qagħda klinika, inkluż it-trattament għall-pressjoni baxxa u kolass taċ-ċirkolazzjoni u sosteniment pulmonari.

Tużax epinephrine, dopamine, jew sustanzi oħra simpatomimatiċi b’attività beta-agonista għax l- istimulazzjoni beta tista' taggrava l-pressjoni baxxa. Huwa neċessarju l-monitoraġġ kardjovaskulari biex tinduna b’taħbit irregolari tal-qalb li jista’ jseħħ. Għandha tkompli s-superviżjoni medika mill- qrib u l-monitoraġġ jitkompla sakemm il-pazjent jirkupra.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: psikolettiċi, diazepines, oxazepines, thiazepins u oxepines, kodiċi

ATC N05A H03.

Effetti farmakodinamiċi

Olanzapine hija sustanza antipsikotika, kontra l-manija u stabbilizzatur tal-burdata li turi profil farmakoloġiku ta' firxa wiesa' ta' sistemi ta' riċetturi.

Fi studji ta' qabel l-użu kliniku, olanzapine wera firxa ta' affinitajiet għar-riċetturi (Ki <100 nM) serotoniċi 5HT2A/2C, 5HT3, 5HT6; dopamine D1,D2, D3, D4, D5: riċetturi muskariniċi kolinerġiċi m1-m5;1-adrenerġiċi; u riċetturi ta' l-istamina H1. Studji fuq l-imġiba ta' l-annimali li ingħataw olanzapine indikaw antagoniżmu għal 5HT, għal dopamine, u għal dak kolinerġiku, konsistenti mal-profil tar- riċettur li jorbot. Olanzapine wera affinità akbar in vitro għal serotonin 5HT2 milli għar-riċetturi ta’ dopamine D2 u attività in vivo akbar għal 5HT2 milli għal D2. Studji elettrofiżjoloġiċi wrew illi olanzapine selettivament naqqas l-attività mesolimbiċi tan-newroni dopaminerġiċi (A10) waqt li kellu ftit effett fuq il-passaġġ (A9) tal-corpus striatum involuti fil-funzjoni motorjali. Olanzapine naqset ir- rispons kundizzjonat u ta' skansar, test indikattiv ta' l-attività antipsikotika, f'dożi anqas minn dawk li jwasslu għall-katalepsi, riżultat indikattiv ta' l-effett mhux mixtieq tas-sistema (motorjali). Kuntrarju għall-mediċini antipsikotiċi oħrajn, olanzapine iżid ir-rispons f'test anksjolitiku.

Fi studju b'doża waħda orali (10 mg) fejn intużat it-Tomografija bl-Emissjoni tal-Pozitroni (PET) f'voluntiera b'saħħithom, olanzapine ipproduċa okkupanza ta' 5HT2A ogħla mir-riċettur ta’ dopamine D2. Ma' dan, studju ta’ immaġni ta’ Tomografija Kkomputerizzata bl-Emissjoni ta’ Foton Wieħed SPECT f'pazjenti skiżofreniċi wera li l-pazjenti li jirreaġġixxu għal olanzapine kellhom okkupanza strijatali D2 anqas milli f'pazjenti li rrispondew għal xi antipsikotiċi oħrajn jew għal risperidone, waqt li kienu komparabbli għall-pazjenti li irrispondew għal clozapine.

Effikaċja klinika

Fi provi kkontrollati tnejn minn tnejn bil-plaċebo u tnejn minn tlieta bil-komparatur b'aktar minn

2,900 pazjenti skiżofreniċi li għandhom kemm sintomi negattivi kif ukoll sintomi pożittivi, olanzapine kien assoċjat ma' titjib akbar, statistikament sinifikanti, f'sintomi negattivi kif ukoll pożittivi.

Fi studju komparattiv, double-blind u multinazzjonali ta’ skiżofrenija, ta’ manifestazzjonijiet skiżoaffettivi u disturbi relatati oħra li kien jinkludi 1,481 pazjent li kellhom gravità differenti ta’ l- assoċjati sintomi dipressivi (medja ta’ punteġg ta’ 16.6 meħud fil-bidu tal-kura skond l-iskala li tivvaluta d-dipressjoni ta’ Montgomery-Asberg), analiżi prospettiva sekondarja tat-tibdil fil-punteġġ ta’ l-atteġġament bejn il-bidu u fl-aħħar tal-kura wriet titjib statistikament sinifikanti (p= 0.001) favur olanzapine (-6.0) kontra haloperidol (-3.1). F'pazjenti b'diżordni ta' manija jew diżordni bipolari b'episodju mħallat, olanzapine wera effikaċja superjuri għall-plaċebo u għal valproate semisodium (divaproex) fit-tnaqqis ta' sintomi manijaċi f'aktar minn 3 ġimgħat. Olanzapine wera wkoll riżultati effikaċji li jistgħu jiġu kkumparati ma' haloperidol fit-termini tal-proporzjon ta' pazjenti f'remissjoni sintomatika minn manija u depressjoni f’6 u 12-il ġimgħa.

Fi studju ta' terapija ta' pazjenti trattati flimkien b’lithium jew b’valproate għal minimu ta' ġimagħtejn, iż-żjieda ta' olanzapine 10 mg (terapija flimkien ma’ lithium jew valproate) wara 6 ġimgħat irriżultat fi tnaqqis akbar tas-sintomi tal-manija milli b'monoterapija b’lithium jew b’valproate.

Fi studju ta' 12-il xahar ta' prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'episodju ta' manija, li kienu diġà ikkontrollati b’olanzapine, imbagħad ngħataw olanzapine jew il-plaċebo mingħajr għażla, olanzapine wera superjorità sinifikanti u statistikament superjuri fuq il-plaċebo fuq l-għan ewlieni tar-rikorrenza bipolari. Olanzapine uriet ukoll vantaġġ statistiku u sinifikanti fuq il-plaċebo fil-prevenzjoni, kemm f'attakki ġodda ta' manija kif ukoll f'attakki ġodda ta' depressjoni. Fit-tieni studju ta' 12-il xhar dwar ir- rikorrenza preventiva f'pazjenti b'episodju ta' manija li kienu ikkontrollati b’olanzapine u l-lithium flimkien, kienu mbagħad mqassmin mingħajr għażla u mogħtija olanzapine jew il-lithium waħdu.

Olanzapine kien statistikament mhux inferjuri għal-lithium fuq l-għan ewlieni ta' rikorrenza bipolari

(olanzapine 30.0%, lithium 38.3%; p = 0.055).

Fi studju ta' 18-il xhar f'pazjenti b'manija jew b'episodji mħallta stabbilizzati fuq olanzapine flimkien ma' stabilizzatur tal-burdata (lithium jew valproate), l-użu fit-tul ta' olanzapine flimkien ma’ lithium jew il-valproate ma kienx statistikament sinifikanti superjuri għal-lithium jew għall-valproate waħdu biex jittardja r-rikorrenza bipolari, kif definit skond il-kriterji (dijanjostiċi) tas-sindromu.

Popolazzjoni pedjatrika

Fl-adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena), dejta kkontrollata ta’ effikaċja hija limitata għal studji ta’ tul qasir ta’ żmien fl-iskiżofrenja (6 ġimgħat) u manija assoċjata ma' mard bipolari tat-tip I (3 ġimgħat) u li involvew anqas minn 200 adolexxent. Id-doża ta’ Olanzapine ma kienitx fissa u bdiet b'2.5 u telgħat sa 20 mg/ġurnata. Waqt il-kura b'olanzapine, l-adolexxenti żiedu aktar fil-piż b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' l-adulti. Il-grad ta' tibdil fil-kolesterol totali waqt is-sawm, kolesterol tat-tip LDL, trigliċeridi, u prolactin (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8) kien akbar fl-adolexxenti milli fl-adulti. M'hemmx dejta kkontrollata dwar il-manteniment tal-effett jew dwar is-sigurtà fit-tul (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8). L-informazzjoni dwar is-sigurtà fit-tul hija primarjament limitata għal dejta open-label li mhijiex ikkontrollata.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Olanzapine hija assorbita sew wara li tittieħed mill-ħalq, tilħaq l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma fi żmien 5 sa 8 sigħat. L-assorbiment ma jiġix affetwat mill-ikel. Il-biodisponibilità assoluta orali relattiva għal amministrazzjoni fil-vina ma kinitx determinata.

Distribuzzjoni

Ir-rabta mal-proteina fil-plażma ta'olanzapine kienet madwar 93% fuq il-firxa tal-konċentrazzjoni ta' madwar 7 sa xi 1000 ng/ml. Olanzapine hija fil-biċċa ’l kbira marbuta mal-albumina u 1-aċid- glycoprotein.

Bijotrasformazzjoni

Olanzapine hija metabolizzata fil-fwied minn metodi konjugattivi u ossidattivi. Il-prodott metaboliku li l-aktar jiċċirkola huwa 10-N- glukoronide, li ma jaqsamx il-barriera bejn id-demm u l-moħħ. L- enzimi ċitokromju P450-CYP1A2 u P450-CYP2D6 jikkontrbwixxu għall-formazzjoni ta' prodotti metaboliċi tat-tip N-desmethyl u 2-hydroxymethyl. It-tnejn dehru sinifikatament anqas f'attività farmakoloġika in vivo milli olanzapine fi studji fuq l-annimali. L-attività farmakoloġika predominanti ġejja minn olanzapine nnifsu.

Eliminazzjoni

Wara li jittieħed mill-ħalq, il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni terminali ta' olanzapine f'suġġetti b'saħħithom varjat fuq il-bażi ta' l-età u sess.

F'anzjani b'saħħithom (65 u fuqhom) meta mqabbla ma' pazjenti mhux anzjani, il-half life ta' l- eliminazzjoni medja twalet (51.8 paragun ma' 33.8 siegħa) u t-tneħħija tnaqqset (17.5 meta mqabbel ma' 18.2 l/hr). Il-varjabilità farmakokinetika osservata fl-anzjani hija fl-istess livell ta' dawk li mhumiex anzjani. F'44 pazjenti skiżofreniċi li għandhom >65 sena, id-dożaġġ minn 5 sa

20 mg/ġurnata ma kienx assoċjat ma' xi profil distint ta' avvenimenti avversi.

F'pazjenti femminili meta mqabbla ma' dawk maskili il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni ġiet kemmxejn imtawla (36.7 kontra 32.3 sigħat) u t-tneħħija tnaqqset (18.9 kontra 27.3 l/hr). Madankollu, olanzapine (5-20 mg) wera profil ta' sigurtà kumparabbli f'pazjenti nisa (n=467) u f'pazjenti rġiel

(n=869).

Indeboliment renali

F'pazjenti b'mard tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina <10 ml/min) f'paragun ma' pazjenti b'saħħithom, ma kienx hemm differenza sinifikanti fil-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni (37.7 kontra 32.4 siegħa) jew il-clearance (21.2 kontra 25.0 l/hr). Studju ta’ tqabbil tal-piżijiet wera bejn wieħed u ieħor 57% ta' olanzapine radjuattiv fl-awrina, prinċipalment bħala prodotti metaboliċi.

Min ipejjep

F'pazjenti li jpejpu u li għandhom disfunzjoni tal-fwied ħafifa, il-half life ta' l-eliminazzjoni medja (39.3 siegħa) twalet u t-tneħħija (18.0 l/hr) tnaqqset bħal f'pazjenti b'saħħithom li ma jpejpux (48.8 siegħa u 14.1 l/hr, rispettivament).

F'pazjenti li ma jpejpux meta mqabbla ma' dawk li jpejpu (irġiel u nisa) il-medja tal-half life ta' l- eliminazzjoni twalet (38.6 kontra 30.4 siegħa) u l-clearance tnaqqset (18.6 kontra 27.7 l/hr).

Il-clearance ta’olanzapine mill-plażma huwa anqas f'pazjenti anzjani f'paragun ma' suġġetti żgħar, fin- nisa f'paragun ma' l-irġiel, u f'dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Madankollu, l-impatt ta' l-età, is-sess, jew tat-tipjip fuq il-clearance ta' olanzapine u fuq il-half life huwa żgħir f'paragun mal-varjabilità totali ta' bejn individwi.

Fi studju ta' pazjenti kawkasi, Ġappuniżi, u Ċiniżi, ma kien hemm ebda differenza fil-parametri farmakokinetiċi fost it-tliet popolazzjonijiet.

Popolazzjoni pedjatrika

Adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena): Il-farmakokinetika ta' olanzapine fl-adolexxenti u fl-adulti hija simili. Fi studji kliniċi, il-medja ta' espożizzjoni għal olanzapine kienet bejn wieħed u ieħor ta' 27% ogħla fl-adolexxenti. Id-differenzi demografiċi bejn l-adolexxenti u l-adulti jinkludu medja anqas ta' piż tal-ġisem u anqas adolexxenti kienu jpejpu. Fatturi bħal dawn x'aktarx li jikkontribwixxu għall- medja ta' espożizzjoni ogħla osservata fl-adolexxenti.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tossiċità akuta (doża waħda)

Sinjali ta' tossiċità orali fir-rodenti kienu simili għas-sustanzi newrolettiċi qawwija: attività baxxa, koma, rogħda, konvulżjonijiet kloniċi, salivazzjoni, u tnaqqis fiż-żjieda tal-piż. Id-dożi medjani li jwasslu għall-mewt kienu bejn wieħed u ieħor 210 mg/kg (ġrieden) u 175 mg/kg (firien).

Il-klieb felħu dożi orali b’wahdiet sa 100 mg/kg mingħajr mortalità. Sinjali kliniċi inkludew sedazzjoni, atassja, rogħda, żjieda fir-rata tal-qalb, diffikultà fir-respirazzjoni, tidjiq tal-pupilla ta' l- għajn, u l-anoreksja. Fix-xadini, dożi orali b’waħdiet sa 100 mg/kg irriżultaw f'prostrazzjoni u, f'dożi ogħla, telf parzjali mis-sensi.

Tossiċità ta' dożi repetuti

Fi studji sa 3 xhur fil-ġrieden u sa sena fil-firien u fil-klieb, l-effetti li ippredominaw kienu ddepressjoni CNS, effetti antikolinerġiċi, u diżordnijiet periferali ematoloġiċi. Żviluppat it-tolleranza għad-depressjoni CNS. Il-parametri ta' l-iżvilupp kienu mnaqqsa b'dożi għoljin. Effetti riversibbli konsistenti ma' prolaktin elevat fil-firien inkludew tnaqqis fil-piż ta' l-ovarji u ta' l-utru u tibdiliet morfoloġiċi fl-epitilju tal-vaġina u fis-sider.

Tossiċità ematoloġika

Effetti fuq il-parametri ematoloġiċi nstabu f'kull speċi, inklużi tnaqqis relatat mad-doża fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-ġrieden u tnaqqis mhux speċifiku fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-firien; madankollu, ma nstabet l-ebda prova ta' ċitotossiċità tal-mudullun.

Newtropenja, tromboċitopenja jew l-anemija riversibbli żviluppaw fi ftit klieb ittrattati b’8 jew 10 mg/kg/ġurnata (espożizzjoni totali ta' olanzapine [erja taħt il-kurva] hija 12 sa 15-il darba aktar

minn dik ta' raġel mogħti doża ta' 12 mg). Fi klieb fejn l-għadd taċ-ċelluli tad-demm huwa anqas min- normal, ma kien hemm ebda effett avversi fuq ċelloli proġenituri u ċelloli proliferanti tal-mudullun.

Tossiċità fuq is-sistema riproduttiva

Olanzapine ma kellha ebda effett teratoġeniku. Is-sedazzjoni affettwat il-ħila ta’ tgħammir tal-firien ta' sess maskili. Iċ-ċikli estruwi kienu affettwati b'dożi ta' 1.1 mg/kg (3 darbiet id-doża massima fil- bniedem) u l-parametri tar-riproduzzjoni kienu influwenzati fil-firien mogħtija 3 mg/kg (9 darbiet id- doża massima fil-bniedem).

Fil-frieħ tal-firien mogħtija olanzapine, kienu osservati dewmien fl-iżvilupp tal-fetu u tnaqqis għal xi żmien fl-attività tal-frieħ.

Mutaġeniċità

Olanzapine ma ikkawżatx mutaġeniċità jew klastoġeniċità f'firxa sħiħa ta' testijiet standard, li nkludew testijiet ta' mutazzjoni tal-mikrobi kif ukoll testijiet fuq il-mammiferi kemm in vitro kif ukoll in vivo.

Kanċeroġeniċità

Ibbażat fuq riżultati ta' studji fuq il-ġrieden u l-firien, kien konkluż li olanzapine mhuwiex kanċeroġeniku.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol E 421

Microcrystalline cellulose

Aspartame E 951

Crospovidone

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddx f'dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura ta’ inqas minn 30 C.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

20mg pilloli

Folji ta’ aluminju/aluminju f’kartun ta’ 28, 56, 70 pillola għal kull kartuna.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Laxmi House

2-B Draycott Avenue

Kenton

Harrow

Middlesex

HA3 OBU

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/588/010

EU/1/09/588/011

EU/1/09/588/012

9. DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 03.12.2009

Data tal-aħħar tiġdid:

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati