Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Olanzapine Glenmark Europe (olanzapine) – Fuljett ta’ tagħrif - N05AH03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOlanzapine Glenmark Europe
Kodiċi ATCN05AH03
Sustanzaolanzapine
ManifatturGlenmark Pharmaceuticals Europe Limited  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Olanzapine Glenmark Europe 5 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Olanzapine Glenmark Europe 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Olanzapine Glenmark Europe 15 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Olanzapine Glenmark Europe 20 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Olanzapine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M'għandekx tgħaddiha lill-persuni oħra. Tista'

tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett:

1.X’inhi Olanzapine Glenmark Europe u għalxiex tintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Glenmark Europe.

3.Kif għandek tieħu Olanzapine Glenmark Europe.

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Olanzapine Glenmark Europe.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Olanzapine Glenmark Europe u gћalxiex jintuża

Olanzapine Glenmark Europe fih is-sustanza attiva olanzapine. Olanzapine Glenmark Europe tappartjeni għall-grupp ta' mediċini msejħa antipsikotiċi u hija użata fil-kura ta’ dawn il- kondizzjonijiet li ġejjin:

Skizofrenija, marda b'sintomi bħal li tisma', li tara jew li tħoss affarijiet li mhux qegħdin hemm, twemmin żbaljat, suspetti mhux tas-soltu, u li tingħalaq fik innifsek. Nies b'din il-marda jistgħu wkoll iħossuhom imdejjqin, anzjużi jew taħt tensjoni.

Episodji ta’ manija moderati għal severi, kondizzjoni b’sintomi ta’ eċitament jew ewforija.

Ġie muri li Olanzapine Glenmark Europe jippreveni li dawn is-sintomi jerġgħu jseħħu f’pazjenti bipolari, fejn l-episodju ta’ manija rrisponda għall-kura b’olanzapine.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Glenmark Europe

Tiħux Olanzapine Glenmark Europe:

-Jekk inti allerġiku għal olanzapine jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Reazzjoni allerġika tista' tidher bħala raxx, ħakk, wiċċ minfuħ, xofftejn minfuħa jew qtuħ ta' nifs. Jekk ġralek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

-Jekk kont issofri qabel bi problemi fl-għajnejn bħal xi tipi ta' glawkoma (żieda fil-pressjoni ġewwa l-għajn).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Olanzapine Glenmark Europe

-L-użu ta’ Olanzapine Glenmark Europe f’pazjenti anzjani bid-demenzja mhux irrakkomandat għax jista’ jkollu effetti sekondarji serji

-Mediċini ta' dan it-tip jistgħu jikkawżaw moviment tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien mhux tas-soltu. Jekk jiġri hekk wara li tkun ingħatajt Olanzapine Glenmark Europe għid lit-tabib tiegħek.

-Rari ħafna, mediċini ta' dan it-tip jikkawżaw taħlita ta' deni, nifs mgħaġġel, għaraq, ebusija tal- muskoli u ħedla jew ngħas. Jekk jiġrilek hekk għid lit tabib tiegħek minnufih.

-Instab li kien hemm żieda fil-piż f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Glenmark Europe. Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat minnek u mit-tabib tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn ikkunsidra li tara dietologu/a jew tieħu xi għajnuna permezz ta’ pjan ta’ dieta.

-Livell għoli ta’ zokkor fid-demm u livelli għolja ta’ xaħmijiet (trigliċeridi u kolesterol) instabu f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Glenmark Europe. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad-demm biex jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm u l-livelli ta’ ċerti xaħmijiet qabel ma tibda tieħu Olanzapine Glenmark Europe u b’mod regolari waqt il-kura.

-Għid lit-tabib jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għandu passat mediku ta’ ċapep fid- demm, għax dawn il-mediċini ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm..

Jekk issofri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli:

Puplesija jew puplesija “ħafifa” (sintomi temporanji ta' puplesija)

Mard ta' Parkinson

Problemi tal-prostata

Intestin ibblokkat (Ileus paralitiku)

Mard tal-fwied jew tal-kliewi

Disturbi tad-demm

Mard tal-qalb

Dijabete

Aċċessjonijiet

Jekk tbati mid-demenzja, int jew min jieħu ħsiebek jew xi qarib għandu jgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek xi puplesija jew puplesija “żgħira”.

Bħala prekawzjoni ta' rutina, jekk għandek 'l fuq minn 65 sena, il-pressjoni tiegħek tista' tiġi eżaminata mit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Olanzapine Glenmark Europe mhux għal pazjenti li għandhom anqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Olanzapine Glenmark Europe:

Ħu biss mediċini oħra waqt li qed tieħu Olanzapine Glenmark Europe jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li tista’. Jista' jkun li tħossok imħeddel jekk tieħu Olanzapine Glenmark Europe flimkien ma' anti- dipressanti jew mediċini għall-ansjetà jew biex jgħinuk torqod (kalmanti).

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra

B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

mediċini għall-marda ta' Parkinson.

Carbamazepine (anti-epilettiku u stabilizzatur tal-burdata), fluvoxamine (anti-dipressant), jew ciprofloxacin (antibijotiku), għax jista' jkun hemm bżonn li tbiddel id-doża tiegħek ta' Olanzapine

Glenmark Europe.

Olanzapine Glenmark Europe mal-alkohol

Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu Olanzapine Glenmark Europe għax Olanzapine Glenmark Europe u l- alkoħol flimkien jistgħu jħeddluk.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M'għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’, għax ammonti żgħar ta’ Olanzapine Glenmark Europe jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider.

Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw Olanzapine Glenmark Europe fl-aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata Olanzapine Glenmark Europe. Jekk jiġrilek hekk issuqx u m'għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek

Olanzapine Glenmark Europe fih Aspartame:

Olanzapine Glenmark pillola fiha aspartame, li huwa sors ta’ phenylalanine.

Jista’ jkun ta’ ħsara għal nies b’phenylketonuria.

3.Kif gћandek tieћu Olanzapine Glenmark Europe

Dejjem għandek tieħu Olanzapine Glenmark Europe din il-mediċina skont il-parir tat-tabib tiegħek.

Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli li jinħallu fil-ħalq ta’ Olanzapine Glenmark Europe u kemm għandek iddum tieħodhom. Id-doża ta' kuljum ta’ Olanzapine Glenmark Europe hija bejn 5 mg u 20 mg. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu Olanzapine Glenmark Europe sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek.

Għandek tieħu l-pilloli li jinħallu fil-ħalq ta’ Olanzapine Glenmark Europe darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek. Ipprova ħu l-pilloli tiegħek kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom mal-ikel jew fuq stonku vojt. Il-pilloli li jinħallu fil-ħalq ta’ Olanzapine Glenmark Europe huma għall-użu orali. Poġġi l-pillola f’ħalqek. Din tinħall direttament f’ħalqek, sabiex tkun tista’ tinbela’ malajr. Tista’ tpoġġi l-pillola f’tazza jew kikkra mimlija bl-ilma jew xarba oħra adattata (meraq tal-larinġ, meraq tat-tuffieħ, ħalib jew kafe) u ħawwad. Ixrobha minnufih.

Jekk tieħu Olanzapine Glenmark Europe aktar milli suppost

Pazjenti li ħadu iżjed Olanzapine Glenmark Europe milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin: tħabbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas- soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu: konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs

aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tnaqqis fil-frekwenza ta’ nifsijiet, aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi. Uri l-pakkett tal-pilloli tiegħek lit-tabib.

Jekk tinsa tieħu Olanzapine Glenmark Europe:

Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tiħux żewġ dożi f'ġurnata waħda.

Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Glenmark Europe

Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa' tieħu Olanzapine Glenmark Europe sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Glenmark Europe f'daqqa, jista' jkollok sintomi bħal għaraq, ma tkunx tista' torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista' jissuġġerilek li tnaqqas id- doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Olanzapine Glenmark Europe din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien;

ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull

100 persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

Taħlita kollha flimkien ta' deni, nifs mgħaġġel, tegħreq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas

(il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).

Effetti sekondarji komuni ħafna(jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni) jnkludu

Żieda fil-piż.

Ngħas.

Żidiet fil-livelli ta' prolactin fid-demm.

Fl-istadji bikrija tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f'sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni) jinkludu

Tibdil fil-livelli ta' xi ċelluli tad-demm. ta’xaħmijiet fi ċ-ċirkolazzjoni u kmieni fil-kura, żidiet temporanji tal-enzimi tal-fwied.

Żidiet fil-livelli ta' zokkor fid-demm u fl-awrina.

Żidiet fil-livelli tal-aċidu uriku u tal-creatine phosphokinase fid-demm

Tħossok aktar bil-ġuħ.

Sturdament.

Irrekwitezza.

Rogħda.

Movimenti mhux tas-soltu (diskajnisjas) • Stitikezza.

Ħalq xott.

Raxx.

Titlef il-forzi.

Għeja estrema; retenzjoni ta' l-ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn , deni; uġigħ fiġ-ġogi u disfunzjonijiet sesswali bħal tnaqqis fil-libido fl-irġiel u fin-nisa jew disfunzjoni erettili fl-irġiel.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna) jinkludu

Sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx).

Dijabete jew dijabete li tmur għall-agħar, kultant assoċjata ma' ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma.

Aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma' storja ta' aċċessjonijiet (epilessija).

Ebusija tal-muskoli jew spażmi (inklużi movimenti fl-għajnejn).

Problemi fil-mod kif titkellem.

Il-qalb tħabbat bil-mod.

Sensittività għad-dawl tax-xemx.

Tinfaraġ

Nefħa fl-addome

Telf tal-memorja jew tibda tinsa

Inkontinenza urinarja

• Nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa' x-xagħar.

Nuqqas ta’ jew tnaqqis fil-mestrwazzjoni u t.

Tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir

mhux normali.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu

Titbaxxa t-temperatura normali tal-ġisem.

Ritmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli;

Infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib;

Mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal-ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.

Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija, il- pnewmonja, l-inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żjieda fit- temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jista’ jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu rapportati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.

F'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson, Olanzapine Glenmark Europe tista' tagħmel is-sintomi agħar.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Olanzapine Glenmark Europe

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara JIS. Id- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.

Aħżen f’temperatura ta’ inqas minn 30 C.

Jekk jogħġbok agħti lura l-mediċina li tibqalek lill-ispiżjar tiegħek. Tarmix mediċini mal-ilma tad- dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha Olanzapine Glenmark Europe:

-Is-sustanza attiva hi olanzapine.

-Kull Olanzapine Glenmark Europe pillola li tinħall fil-ħalq fiha 5 mg, 10 mg, 15 mg, 20 mg olanzapine

-Is-sustanzi l-oħrajn huma mannitol (E 421), microcrystalline cellulose, aspartame (E 951), crospovidone, magnesium stearate

Id-dehra ta’ Olanzapine Glenmark Europe u l-kontenuti tal-pakkett

Olanzapine Glenmark Europe 5mg tiġi bħala:

pilloli li jinħallu fil-ħalq, tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin bi ‘2’ imnaqqax fuq naħa waħda.

Olanzapine Glenmark Europe 10 mg:

pilloli li jinħallu fil-ħalq, tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘4’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Glenmark Europe 15 mg:

pilloli li jinħallu fil-ħalq, tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘5’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Glenmark Europe 20 mg:

pilloli li jinħallu fil-ħalq, tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘6’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Glenmark Europe 5 mg, 10 mg, 15 mg u 20 mg jiġu f’folji tal-fojl tal-aluminju ta’ 28, 56, u 70* pillola li tinħall fil-ħalq

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Laxmi House, 2-B Draycott Avenue,

Kenton, Harrow, Middlesex, HA3 OBU,

Ir-Renju Unit

Manifattur

Glenmark Pharmaceuticals s.r.o.

City Tower, Hvězdova 1716/2b, 140 78 Praha 4

Ir-Repubblika Ċeka

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Building 2, Croxley Green Business Park,

Croxley Green,

Hertfordshire, WD18 8YA,

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

България

Magyarország

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Česká republika

Malta

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Danmark

Nederland

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Deutschland

Norge

Glenmark Arzneimittel GmbH

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tel: + 49 (8142) 44392 0

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Eesti

Österreich

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Ελλάδα

Polska

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

España

Portugal

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

France

România

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Hrvatska

 

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

 

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

 

Ireland

Slovenija

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Ísland

Slovenská republika

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Italia

Suomi/Finland

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Κύπρος

Sverige

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Latvija

United Kingdom

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Lietuva

 

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

 

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati