Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Olanzapine Glenmark (olanzapine) – Fuljett ta’ tagħrif - N05AH03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOlanzapine Glenmark
Kodiċi ATCN05AH03
Sustanzaolanzapine
ManifatturGlenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Olanzapine Glenmark 2.5 mg pilloli

Olanzapine Glenmark 5 mg pilloli

Olanzapine Glenmark 7.5 mg pilloli

Olanzapine Glenmark 10 mg pilloli

Olanzapine Glenmark 15 mg pilloli

Olanzapine Glenmark 20 mg pilloli

Olanzapine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M'għandekx tgħaddiha lill-persuni oħra. Tista' tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett:

1.X’inhi Olanzapine Glenmark u għalxiex tintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Glenmark.

3.Kif għandek tieħu Olanzapine Glenmark.

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Olanzapine Glenmark.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Olanzapine Glenmark u gћalxiex jintuża

Olanzapine Glenmark fih is-sustanza attiva olanzapine. Olanzapine Glenmark tappartjeni għall-grupp ta' mediċini msejħa antipsikotiċi u hija użata fil-kura ta’ dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Skizofrenija, marda b'sintomi bħal li tisma', li tara jew li tħoss affarijiet li mhux qegħdin hemm, twemmin żbaljat, suspetti mhux tas-soltu, u li tingħalaq fik innifsek. Nies b'din il-marda jistgħu wkoll iħossuhom imdejjqin, anzjużi jew taħt tensjoni.

Episodji ta’ manija moderati għal severi, kondizzjoni b’sintomi ta’ eċitament jew ewforija.

Ġie muri li Olanzapine Glenmark jippreveni li dawn is-sintomi jerġgħu jseħħu f’pazjenti bipolari, fejn l-episodju ta’ manija rrisponda għall-kura b’olanzapine.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Glenmark

Tiħux Olanzapine Glenmark:

-Jekk inti allerġiku għal olanzapine jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Reazzjoni allerġika tista' tidher bħala raxx, ħakk, wiċċ minfuħ, xofftejn minfuħa jew qtuħ ta' nifs. Jekk ġralek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

-Jekk kont issofri qabel bi problemi fl-għajnejn bħal xi tipi ta' glawkoma (żieda fil-pressjoni

ġewwa l-għajn).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Olanzapine Glenmark

-L-użu ta’ Olanzapine Glenmark f’pazjenti anzjani bid-demenzja mhux irrakkomandat għax jista’ jkollu effetti sekondarji serji

-Mediċini ta' dan it-tip jistgħu jikkawżaw moviment tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien mhux tas-soltu. Jekk jiġri hekk wara li tkun ingħatajt Olanzapine Glenmark għid lit-tabib tiegħek.

-Rari ħafna, mediċini ta' dan it-tip jikkawżaw taħlita ta' deni, nifs mgħaġġel, għaraq, ebusija tal- muskoli u ħedla jew ngħas. Jekk jiġrilek hekk għid lit tabib tiegħek minnufih.

-Instab li kien hemm żieda fil-piż f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Glenmark. Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat minnek u mit-tabib tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn ikkunsidra li tara dietologu/a jew tieħu xi għajnuna permezz ta’ pjan ta’ dieta.

-Livell għoli ta’ zokkor fid-demm u livelli għolja ta’ xaħmijiet (trigliċeridi u kolesterol) instabu f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Glenmark. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad- demm biex jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm u l-livelli ta’ ċerti xaħmijiet qabel ma tibda tieħu Olanzapine Glenmark u b’mod regolari waqt il-kura.

-Għid lit-tabib jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għandu passat mediku ta’ ċapep fid- demm, għax dawn il-mediċini ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm.

Jekk issofri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli:

Puplesija jew puplesija “ħafifa” (sintomi temporanji ta' puplesija)

Mard ta' Parkinson

Problemi tal-prostata

Intestin ibblokkat (Ileus paralitiku)

Mard tal-fwied jew tal-kliewi

Disturbi tad-demm

Mard tal-qalb

Dijabete

Aċċessjonijiet

Jekk tbati mid-demenzja, int jew min jieħu ħsiebek jew xi qarib għandu jgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek xi puplesija jew puplesija “żgħira”.

Bħala prekawzjoni ta' rutina, jekk għandek 'l fuq minn 65 sena, il-pressjoni tiegħek tista' tiġi eżaminata mit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Olanzapine Glenmark mhux għal pazjenti li għandhom anqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Olanzapine Glenmark:

Ħu biss mediċini oħra waqt li qed tieħu Olanzapine Glenmark jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li tista’.

Jista' jkun li tħossok imħeddel jekk tieħu Olanzapine Glenmark flimkien ma' anti-dipressanti jew mediċini għall-ansjetà jew biex jgħinuk torqod (kalmanti).

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra

B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

mediċini għall-marda ta' Parkinson.

Carbamazepine (anti-epilettiku u stabilizzatur tal-burdata), fluvoxamine (anti-dipressant), jew ciprofloxacin (antibijotiku), għax jista' jkun hemm bżonn li tbiddel id-doża tiegħek ta' Olanzapine Glenmark.

Olanzapine Glenmark mal-alkokol

Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu Olanzapine Glenmark għax Olanzapine Glenmark u l-alkoħol flimkien jistgħu jħeddluk.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M'għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’, għax ammonti żgħar ta’ Olanzapine Glenmark jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider.

Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw Olanzapine Glenmark fl- aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata Olanzapine Glenmark. Jekk jiġrilek hekk issuqx u m'għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek

Olanzapine Glenmark fih Aspartame:

Olanzapine Glenmark pillola fiha aspartame, li huwa sors ta’ phenylalanine.

Jista’ jkun ta’ ħsara għal nies b’phenylketonuria.

3.Kif gћandek tieћu Olanzapine Glenmark

Dejjem għandek tieħu Olanzapine Glenmark din il-mediċina skont il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli ta’ Olanzapine Glenmark u kemm għandek iddum tieħodhom. Id-doża ta' kuljum ta’ Olanzapine Glenmark hija bejn 5 mg u 20 mg. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu Olanzapine Glenmark sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek.

Għandek tieħu l-pilloli Olanzapine Glenmark darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek. Ipprova ħu l-pilloli tiegħek kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Il-pilloli miksija ta’ Olanzapine Glenmark huma għall-użu orali. Għandek tibla' l-pilloli Olanzapine Glenmark sħaħ bl-ilma.

Jekk tieħu Olanzapine Glenmark aktar milli suppost

Pazjenti li ħadu iżjed Olanzapine Glenmark milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin: tħabbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas-

soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu: konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs

aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tnaqqis fil-frekwenza ta’ nifsijiet, aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi. Uri l-pakkett tal-pilloli tiegħek lit-tabib.

Jekk tinsa tieħu Olanzapine Glenmark:

Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tiħux żewġ dożi f'ġurnata waħda.

Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Glenmark

Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa' tieħu Olanzapine Glenmark sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Glenmark f'daqqa, jista' jkollok sintomi bħal għaraq, ma tkunx tista' torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista' jissuġġerilek li tnaqqas id-doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Olanzapine Glenmark din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien;

ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull

100 persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

Taħlita kollha flimkien ta' deni, nifs mgħaġġel, tegħreq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas

(il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni) jnkludu

Żieda fil-piż.

Ngħas.

Żidiet fil-livelli ta' prolactin fid-demm.

Fl-istadji bikrija tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f'sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni) jinkludu

Tibdil fil-livelli ta' xi ċelluli tad-demm, ta’ xaħmijiet fi ċ-ċirkolazzjoni u kmieni fil-kura, żidiet temporanji tal-enzimi tal-fwied.

Żidiet fil-livelli ta' zokkor fid-demm u fl-awrina.

Żidiet fil-livelli tal-aċidu uriku u tal-creatine phosphokinase fid-demm

Tħossok aktar bil-ġuħ.

Sturdament.

Irrekwitezza.

Rogħda.

Movimenti mhux tas-soltu (diskajnisjas).

Stitikezza.

Ħalq xott.

Raxx.

Titlef il-forzi.

Għeja estrema; retenzjoni ta' l-ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn, deni; uġigħ fiġ-ġogi u disfunzjonijiet sesswali bħal tnaqqis fil-libido fl-irġiel u fin-nisa jew disfunzjoni erettili fl-irġiel.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna) jinkludu

Sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx).

Dijabete jew dijabete li tmur għall-agħar, kultant assoċjata ma' ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma.

Aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma' storja ta' aċċessjonijiet (epilessija).

Ebusija tal-muskoli jew spażmi (inklużi movimenti fl-għajnejn).

Sindromu ta’ saqajn irrikwieti

Problemi fil-mod kif titkellem.

Il-qalb tħabbat bil-mod.

Sensittività għad-dawl tax-xemx.

Tinfaraġ

Nefħa fl-addome

Telf tal-memorja jew tibda tinsa

Inkontinenza urinarja

• Nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa' x-xagħar.Nuqqas ta’ jew tnaqqis fil-mestrwazzjoni u t.

Tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir mhux normali.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu

Titbaxxa t-temperatura normali tal-ġisem.

Ritmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli;

Infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib;

Mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal-ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna) jinkludu

Reazzjonijiet allerġiċi bħar-Reazzjoni għall-Mediċini b'Esinofilja u Sintomi Sistematiċi

(DRESS). Fil-bidu DRESS tidher b'sintomi bħal tal-influwenza b'raxx fuq il-wiċċ imbagħad b'raxx estiż, temperatura għolja, glandoli limfatiċi minfuħin, livelli ogħla tal-enzimi tal-fwied li jidhru fit-testijiet tad-demm u żieda f'tip ta' ċellola bajda tad-demm (esinofilja).

Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija, il- pnewmonja, l-inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żjieda fit- temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jista’ jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu rapportati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.

F'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson, Olanzapine Glenmark tista' tagħmel is-sintomi agħar.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Olanzapine Glenmark

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara JIS. Id- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.

Aħżen f’temperatura ta’ inqas minn 30 C.

Jekk jogħġbok agħti lura l-mediċina li tibqalek lill-ispiżjar tiegħek. Tarmix mediċini mal-ilma tad- dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha Olanzapine Glenmark:

-Is-sustanza attiva hi olanzapine.

-Kull OLANZAPINE GLENMARK pillola fiha 2.5 mg, 5 mg, 7.5 mg, 10 mg, 15 mg, 20 mg olanzapine

-Is-sustanzi l-oħrajn huma mannitol (E 421),microcrystalline cellulose, aspartame (E 951), crospovidone, magnesium stearate

Id-dehra ta’ Olanzapine Glenmark u l-kontenuti tal-pakkett

Olanzapine Glenmark 2.5 mg tiġi bħala:

pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘A’ imnaqqax fuq naħa waħda. Olanzapine Glenmark 5 mg:

pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin bi ‘B’ imnaqqax fuq naħa waħda. Olanzapine Glenmark 7.5 mg:

pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin bi ‘C’ imnaqqax fuq naħa waħda. Olanzapine Glenmark 10 mg:

pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘D’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Glenmark 15 mg:

pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘E’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Glenmark 20 mg:

Pilloli tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘F’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Glenmark 2.5 mg, 5 mg, 7.5 mg, 10 mg, 15 mg jiġu f’folji tal-fojl tal-aluminju ta’ 28, 35, 56, 70 u 98 pillola

Olanzapine Glenmark 20 mg pilloli jiġu f’folji tal-fojl tal-aluminju ta’ 28, 35, 56, 70 u 98 pillola

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Laxmi House, 2-B Draycott Avenue,

Kenton, Harrow, Middlesex, HA3 OBU,

Ir-Renju Unit

Manifattur

Glenmark Pharmaceuticals s.r.o.

City Tower, Hvězdova 1716/2b, 140 78 Praha 4

Ir-Repubblika Ċeka

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Building 2, Croxley Green Business Park,

Croxley Green,

Hertfordshire, WD18 8YA,

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

България

Magyarország

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Česká republika

Malta

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Danmark

Nederland

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Deutschland

Norge

Glenmark Arzneimittel GmbH

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tel: + 49 (8142) 44392 0

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Eesti

Österreich

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Ελλάδα

Polska

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

España

Portugal

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

France

România

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Hrvatska

 

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

 

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

 

Ireland

Slovenija

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Ísland

Slovenská republika

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Italia

Suomi/Finland

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Κύπρος

Sverige

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Latvija

United Kingdom

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

Lietuva

 

Glenmark Pharmaceuticals Europe Limited

 

Tél/Tel: + 44 (0)800 4580 383

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{xahar/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati