Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Olanzapine Mylan (olanzapine) – Fuljett ta’ tagħrif - N05AH03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOlanzapine Mylan
Kodiċi ATCN05AH03
Sustanzaolanzapine
ManifatturGenerics [UK] Ltd.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

OLANZAPINE MYLAN 2.5 mg, pilloli miksija

OLANZAPINE MYLAN 5 mg, pilloli miksija

OLANZAPINE MYLAN 7.5 mg, pilloli miksija

OLANZAPINE MYLAN 10 mg, pilloli miksija

OLANZAPINE MYLAN 15 mg, pilloli miksija

OLANZAPINE MYLAN 20 mg, pilloli miksija

Olanzapine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett:

1.X’inhi OLANZAPINE MYLAN u għalxiex tintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu OLANZAPINE MYLAN

3.Kif għandek tieħu OLANZAPINE MYLAN

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen OLANZAPINE MYLAN

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu OLANZAPINE MYLAN u gћalxiex jintuża

Olanzapine Mylan fih is-sustanza attiva olanzapine. OLANZAPINE MYLAN jappartjeni għall-grupp ta' mediċini msejħa antipsikotiċi u hija użata fil-kura ta’ dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Skizofrenija, marda b'sintomi bħal li tisma', li tara jew li tħoss affarijiet li mhux qegħdin hemm, twemmin żbaljat, suspetti mhux tas-soltu, u li tingħalaq fik innifsek. Nies b'din il-marda jistgħu wkoll iħossuhom imdejjqin, anzjużi jew taħt tensjoni.

Episodji ta’ manija moderati għal severi, kondizzjoni b’sintomi ta’ eċitament jew ewforija.

Ġie muri li OLANZAPINE MYLAN jippreveni li dawn is-sintomi jerġgħu jseħħu f’pazjenti bipolari, fejn l-episodju ta’ manija rrisponda għall-kura b’olanzapine.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu ZYPREXA

Tiħux OLANZAPINE MYLAN:

Jekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal olanzapine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6). Reazzjoni allerġika tista' tidher bħala raxx, ħakk, wiċċ minfuħ, xofftejn minfuħa jew qtuħ ta' nifs. Jekk ġralek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk kont issofri qabel bi problemi fl-għajnejn bħal xi tipi ta' glawkoma (żieda fil-pressjoni ġewwa l-għajn).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu OLANZAPINE MYLAN

L-użu ta’ OLANZAPINE MYLAN f’pazjenti anzjani bid-demenzja mhux irrakkomandat għax jista’ jkollu effetti sekondarji serji

Mediċini ta' dan it-tip jistgħu jikkawżaw moviment tal-wiċċ jew ta' l-ilsien mhux tas-soltu. Jekk jiġri hekk wara li tkun ingħatajt OLANZAPINE MYLAN għid lit-tabib tiegħek.

Rari ħafna, mediċini ta' dan it-tip jikkawżaw taħlita ta' deni, nifs mgħaġġel, għaraq, ebusija tal- muskoli u ħedla jew ngħas. Jekk jiġrilek hekk għid lit tabib tiegħek minnufih.

Instab li kien hemm żieda fil-piż f’pazjenti li qed jieħdu OLANZAPINE MYLAN. Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat minnek u mit-tabib tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn ikkunsidra li tara dietologu/a jew tieħu xi għajnuna permezz ta’ pjan ta’ dieta.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm u livelli għolja ta’ xaħmijiet (trigliċeridi u kolesterol) instabu f’pazjenti li qed jieħdu OLANZAPINE MYLAN. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad-demm biex jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm u l-livelli ta’ ċerti xaħmijiet qabel ma tibda tieħu OLANZAPINE MYLAN u b’mod regolari waqt il-kura.

Għid lit-tabib jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għandu passat mediku ta’ ċapep fid- demm, għax dawn il-mediċini ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm.

Jekk issoffri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli:

Puplesija jew puplesija “ħafifa” (sintomi temporanji ta' puplesija)

Mard ta' Parkinson

Problemi tal-prostata

Intestin ibblokkat (Ileus paralitiku)

Mard tal-fwied jew tal-kliewi

Disturbi tad-demm

Mard tal-qalb

Dijabete

Aċċessjonijiet

Jekk tbati mid-demenzja, int jew min jieħu ħsiebek jew xi qarib għandu jgħid lit-tabUib tiegħek jekk qatt kellek xi puplesija jew puplesija “żgħira”.

Bħala prekawzjoni ta' rutina, jekk għandek 'l fuq minn 65 sena l-pressjoni tiegħek tista' tiġi eżaminata mit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

OLANZAPINE MYLAN mhux għal pazjenti li għandhom anqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u OLANZAPINE MYLAN:

Ħu biss mediċini oħra waqt li qed tieħu OLANZAPINE MYLAN jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li tista’. Jista' jkun li tħossok imħeddel jekk tieħu OLANZAPINE MYLAN flimkien ma' anti-dipressanti jew mediċini għall-ansjetà jew biex jgħinuk torqod (kalmanti).

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

mediċini għall-marda ta' Parkinson.

Carbamazepine (anti-epilettiku u stabilizzatur tal-burdata), fluvoxamine (anti-dipressant), jew ciprofloxacin (antibijotiku), għax jista' jkun hemm bżonn li tbiddel id-doża tiegħek ta' OLANZAPINE MYLAN.

OLANZAPINE MYLAN mal-alkoħol

Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu OLANZAPINE MYLAN għax OLANZAPINE MYLAN u l-alkoħol flimkien jistgħu iħeddluk.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M'għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’, għax ammonti żgħar ta’ OLANZAPINE MYLAN jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider.

Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw OLANZAPINE MYLAN fl- aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli,

ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata OLANZAPINE MYLAN. Jekk jiġrilek hekk issuqx u m'għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek

OLANZAPINE MYLAN fiha lactose u soya lecithin:

Jekk it-tabib tieħek qallek li għandek intolleranza għal xi tip ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali. Il-kisja b’rita tal-pillola fiha l-leċitin tas-soja. Jekk għandek allerġija għall-karawett jew għas-soja tieħux dawn il-pilloli.

3.Kif gћandek tieћu OLANZAPINE MYLAN

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli ta’ OLANZAPINE MYLAN u kemm għandek iddum tieħodhom. Id-doża ta' kuljum ta’ OLANZAPINE MYLAN hija bejn 5 mg u 20 mg. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu OLANZAPINE MYLAN sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek.

Għandek tieħu l-pilloli OLANZAPINE MYLAN darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek. Ipprova ħu l-pilloli tiegħek kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom ma' l-ikel jew fuq stonku vojt.

Il-pilloli miksija ta’ OLANZAPINE MYLAN huma għall-użu orali. Għandek tibla' l-pilloli OLANZAPINE MYLAN sħaħ bl-ilma.

Jekk tieħu OLANZAPINE MYLAN aktar milli suppost

Pazjenti li ħadu iżjed OLANZAPINE MYLAN milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin: tħabbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas-soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu: konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tnaqqis fil-frekwenza ta’ nifsijiet, aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntatja lit-tabib tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi. Uri l-pakkett tal-pilloli tiegħek lit-tabib.

Jekk tinsa tieħu OLANZAPINE MYLAN:

Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tieħux tieħu doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu OLANZAPINE MYLAN

Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa' tieħu OLANZAPINE MYLAN sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu OLANZAPINE MYLAN f'daqqa, jista' jkollok sintomi bħal għaraq, ma tkunx tista' torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista' jissuġġerilek li tnaqqas id-doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien;

ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

Taħlita kollha flimkien ta' deni, nifs mgħaġġel, tegħreq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas (il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).

Effetti sekondarji komuni ħafna ( jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni) jnkludu żieda fil-piż; ngħas;u żidiet fil-livelli ta' prolactin fid-demm. Fl-ewwel stadji tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f'sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni) jinkludu tibdil fil-livelli ta' xi ċelluli tad-demm, xaħmijiet fid-demm u kmieni fil-kura, żidiet temporanji fl-enzimi tal-fwied; żidiet fil-livelli ta' zokkor fid-demm u fl-awrina; żidiet fil-livelli ta’ uric acid u creatine phosphokinase fid- demm; tħossok aktar bil-ġuħ; sturdament; irrekwitezza; rogħda; movimenti mhux tas-soltu (diskinesiji); stitikezza; ħalq xott; raxx; titlef il-forzi;għeja estrema; retenzjoni tal-ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn; deni; uġigħ fil-ġogi; u disfunzjonijiet sesswali bħal tnaqqis fil- libido fl-irġiel u fin-nisa jew disfunzjoni erettili fl-irġiel.

Effetti sekondarji mhux komuni ( jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna) jinkludu sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx); dijabete jew aggravament tad-dijabete, xi kultant assoċjata ma’ ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma; aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma’ storja medika ta’ aċċessjonijiet (epilessija); ebusija fil-muskoli jew spażmi (li jinkludu movimenti tal-għajnejn); sindromu ta’ saqajn irrikwieti; problemi biex titkellem; il-qalb tħabbat bil- mod; sensittività għad-dawl tax-xemx; ħruġ ta’ demm mill-imnieħer; nefħa addominali; telf ta’ memorja jew tinsa; inkontinenza urinarja; nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa' x-xagħar; nuqqas ta’ jew tnaqqis fil-mestrwazzjoni u tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir mhux normali.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu li titbaxxa t- temperatura normali tal-ġisem; ritmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli; infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib; mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal-ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.

Effetti sekondarji rari ħafna jinkludu reazzjonijiet allerġiċi bħar-Reazzjoni għall-Mediċini b'Esinofilja u Sintomi Sistematiċi (DRESS). Fil-bidu DRESS tidher b'sintomi bħal tal-influwenza b'raxx fuq il- wiċċ imbagħad b'raxx estiż, temperatura għolja, glandoli limfatiċi minfuħin, livelli ogħla tal-enzimi tal-fwied li jidhru fit-testijiet tad-demm u żieda f'tip ta' ċellola bajda tad-demm (esinofilja).

Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija, il- pnewmonja, , l-inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żjieda fit- temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jistgħu jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu rapportati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.

F'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson, OLANZAPINE MYLAN tista' tagħmel is-sintomi agħar.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen OLANZAPINE MYLAN

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew it-tikketta wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżnux f’temperatura ta’ ‘l fuq minn 25 C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha OLANZAPINE MYLAN:

Is-sustanza attiva hi l-olanżapin. Kull pillola ta’ l-Olanzapine Mylan fiha jew 2.5 mg, 5 mg, 7.5 mg, 10 mg, 15 mg jew 20 mg tas-sustanza attiva. L-ammont preċiż hu mniżżel fuq il- pakkett ta’ pilloli ta’ l-Olanzapine Mylan.

L-ingredjenti l-oħra huma

(qalba tal-pillola) monoidrat tal-lattożju (ara sezzjoni 2 ‘Olanzapine fih il-lactose’), lamtu tal- qamħirrum, lamtu tal-qamħirrum preġelatinizzat, crospovidone tip A, stjerejt tal-manjeżju u (qoxra tal-pillola) alkol polivinil, diossidu tat-titanju (E171), terra (E553b), leċitin (soja) (E322) (ara sezzjoni 2 ‘Olanzapine fih soya lecithin’), gomma xantan (E415).

Id-Dehra ta’ OLANZAPINE MYLAN u l-kontenuti tal-pakkett:

L-Olanzapine Mylan 2.5 mg huma 7.0 mm, tonda, mżaqqa normali, pilloli bojod miksija b’rita b’ “OZ 2.5” imnaqqax fuq naħa waħda u b’“G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 5 mg huma 8.0 mm, tondi, mżaqqa normali, bojod miksijin b’rita imnaqqxa b’ “OZ 5” fuq naħa waħda u b’ “G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 7.5 mg huma 9.0 mm, tonda, mżaqqa normali, pilloli bojod miksija b’rita b’ “OZ 7.5” imnaqqax fuq naħa waħda u b’“G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 10 mg huma 10.2 mm, tondi, mżaqqa normali, imnaqqxa b’ “OZ 10” fuq naħa waħda u b’ “G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 15 mg huma 12.2 mm x 6.7 mm, pilloli miksijin b'rita forma ovali, konvessi normali, bojod imnaqqxa b'“OZ 15” fuq naħa waħda u b' “G” fuq in-naħa l-oħra.

L-Olanzapine Mylan 20 mg huma 13.4 mm x 7.3 mm, pilloli miksijin b'rita forma ovali, konvessi normali, bojod imnaqqxa b' “OZ 20” fuq naħa waħda u b' “G” fuq in-naħa l-oħra.

Folji:

L-Olanzapine Mylan 2.5 mg, 5 mg, 7.5 mg, 15 mg u 20 mg huwa disponibbli f'pakketti li fihom 10, 28, 30, 35, 56, 70 (2 x 35) u 70 pillola miksija b'rita.

Olanzapine Mylan 10 mg jiġi f'pakketti li fihom 7, 10, 28, 30, 35, 56, 70 (2 x 35) u 70 pillola miksija b'rita.

Folji ta’ doża waħda:

L-Olanzapine Mylan tal-2.5 mg, 15 mg u 20 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 28 x 1 pillola miksija b’rita. L-Olanzapine Mylan tal-5 mg u 10 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 28 x 1 u 98 x 1 pillola miksija b’rita. L-Olanzapine Mylan ta’ 7.5 mg jinbieghu f’pakketti ta’ 28 x 1, 56 x 1, 98 x 1 u 100 x 1 pillola miksija b’rita.

Kontenituri tal-pilloli:

L-Olanzapine Mylan tal-2.5 mg u tal-5.0 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 250 u 500 pillola miksija b’rita. L-OlanzapineMylan tal-7.5 mg, tal-15 mg u tal-20 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 100 pilloa miksija b’rita.

L-Olanzapine Mylan ta’ l-10 mg jinbiegħu f’pakketti ta’ 100 u ta’ 500 pillola miksija b’rita.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Generics [UK] Limited, Potters Bar, Hertfordshire, EN6 1TL, United Kingdom.

Manifattur

Gerard Laboratories, 35/36 Baldoyle Industrial Estate, Grange Road, Dublin 13, Ireland Generics [UK] Limited, Station Close, Potters Bar, Hertfordshire, EN6 1TL, United Kingdom.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Mylan bvba/sprl

Generics [UK] Ltd

Tél/Tel: + 32 02 658 61 00

Tel: +44 1707 853000

 

(Jungtinė Karalystė)

България

Luxembourg/Luxemburg

Майлан ЕООД

Mylan bvba/sprl

Тел: +359 2 44 55 400

Tel: +32 2 658 61 00

 

(Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

Mylan Pharmaceuticals s.r.o.

Mylan EPD Kft

Tel: +420 274 770 201

Tel: + 36 1 465 2100

Danmark

Malta

Mylan AB

V.J. Salomone Pharma Ltd

Tlf: + 46 855 522 750

Tel: + 356 21 22 01 74

(Sverige)

 

Deutschland

Nederland

Mylan dura GmbH

Mylan BV

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Tel: +31 33 299 7080

Eesti

Norge

Generics [UK] Ltd

Mylan AB

Tel: +44 1707 853000

Tel: + 46 855 522 750

(Ühendkuningriik)

(Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Arcana Arzneimittel GmbH

Τηλ: +30 210 993 6410

Tel: +43 1 416 2418

España

Polska

Mylan Pharmaceuticals, S.L

Mylan Sp. z.o.o.

Tel: + 34 900 102 712

Tel: + 48 22 546 64 00

France

Portugal

Mylan S.A.S

Mylan, Lda.

 

Tel: +33 4 37 25 75 00

Tel: + 351 21 412 72 56

Hrvatska

România

Mylan EPD d.o.o. Tel: +385 1 23 50 599

A&G Med Trading SRL

 

Tel: +4021 332 49 91

Ireland

Slovenija

Generics [UK] Ltd

GSP Proizvodi d.o.o.Tel: + 386 1 236 31 85

Tel: + 44 1707 853000

 

(United Kingdom)

 

Ísland

Slovenská republika

Mylan AB

Mylan s r.o.

Tel: + 46 855 522 750

Tel: + 421 2 326 04 910/ +421 917 206 274

(Svíþjóð )

 

Italia

Suomi/Finland

Mylan S.p.A

Mylan OY

Tel: + 39 02 612 46921

Puh/Tel: + 358 9-46 60 03

Κύπρος

Sverige

Pharmaceutical Trading Co. Ltd.

Mylan AB

Τηλ: +357 99403969

Tel: + 46 855 522 750

Latvija

United Kingdom

Generics [UK] Ltd

Generics [UK] Ltd

Tel: +44 1707 853000

Tel: +44 1707 853000

(Lielbritānija)

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati