Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Olanzapine Teva (olanzapine) - N05AH03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOlanzapine Teva
Kodiċi ATCN05AH03
Sustanzaolanzapine
ManifatturTeva Pharma

Olanzapine Teva

olanzapina

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Olanzapine Teva. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat- tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta’ użu ta’ Olanzapine Teva.

X’inhu Olanzapine Teva?

Olanzapine Teva hija mediċina li fiha s-sustanza attiva olanzapina. Jiġi bħala pilloli (2.5, 5, 7.5, 10, 15 u 20 mg) u bħala pilloli orodispersibbli (5, 10, 15 u 20 mg). Pilloli ‘orodispersibbli’ huma pilloli li jinħallu fil-ħalq.

Olanzapine Teva huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Olanzapine Teva huwa simili għall-‘mediċini ta’ referenza’ diġà awtorizzati fl-Unjoni Europea (UE) li jisimhom Zyprexa u Zyprexa Velotab. Għal aktar tagħrif dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Olanzapine Teva?

Olanzapine Teva jintuża fil-kura tal-iskizofrenija. L-iskizofrenija hija marda mentali li għandha numru ta’ sintomi, inkluż disturbi fil-ħsieb u fid-diskors, alluċinazzjonijiet (jiġifieri d-dehra u s-smigħ ta’ affarijiet li jkunu immaġinarji), suspetti u delirji (thewdin żbaljat). Olanzapine Teva huwa effikaċi wkoll biex iżomm it-titjib li jkun sar f’pazjenti li jkunu rrispondew għal kors inizjali ta’ trattament.

Olanzapine Teva jintuża wkoll fit-trattament ta’ episodji moderati jew severi tal-manija (burdata tajba b’mod estrem) f’adulti. Jista’ jintuża wkoll biex jipprevjeni li sintomi ta’ dawn l-episodji jerġgħu jitfaċċaw f’adulti b’disturbi polari (marda mentali li tikkawża perjodi jalternaw bejn burdata tajba ħafna u depressjoni) li jkunu rrispondew għal kors inizjali ta’ trattament.

Il-mediċina tinkiseb biss b’riċetta tat-tabib.

© European Medicines Agency, 2012. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Kif jintuża Olanzapine Teva?

Id-doża rrakkomandata inizjali ta’ Olanzapine Teva tiddependi mill-marda li tkun qed tiġi ttrattata: Doża ta’ 10 mg kuljum tintuża għall-iskizofrenija u fil-prevenzjoni ta’ episodji manijaċi, u 15 mg kuljum fit-trattament ta’ episodji manijaċi, sakemm ma tintużax ma’ mediċini oħra, f’liema każ id-doża tal- bidu tista’ tkun ta’ 10 mg kuljum. Id-doża tiġi adattata skont kemm il-pazjent jirrispondi tajjeb għat- trattament u jittollerah. Id-doża normali tvarja bejn 5 u 20 mg kuljum. Il-pilloli orodispersabbli li jistgħu jintużaw bħala alternattiva għall-pilloli, jittieħdu billi jitpoġġew fuq l-ilsien, fejn jiddiżintegraw malajr fil-bżieq, jew inkella billi tħallathom mal-ilma qabel tiblagħhom. Il-pazjenti li jkollhom iktar minn 65 sena u pazjenti li jkollhom problemi fil-fwied jew fil-kliewi tagħhom jista’ jkollhom bżonn ta’ doża iktar baxxa fil-bidu ta’ 5 mg kuljum.

Kif jaħdem Olanzapine Teva?

Is-sustanza attiva f’Olanzapine Teva, l-olanzapina, hija mediċina antipsikotika. Hija magħrufa bħala antipsikotiku ‘atipiku’ minħabba li hija differenti mill-mediċini antipsikotiċi iktar antiki li ilhom disponibbli mill-ħamsinijiet. Mhux magħruf il-mekkaniżmu tal-azzjoni eżatt tagħha, iżda teħel ma’ diversi riċetturi differenti fuq is-superfiċje taċ-ċelloli tan-nervituri tal-moħħ. Dan ifixkel sinjali trażmessi bejn -ċelluli tal-moħħ minn ‘newrotrasmettituri’, li huma kimiċi li jippermettu liċ-ċelluli tan-nervituri jikkomunikaw ma’ xulxin.

Hu maħsub li l-effett benefiku tal-olanzapina huwa dovut għall-imblokkar tar-riċetturi għan- newrotrażmettituri 5-idrossitriptamina (5-hydroxytrypamine, imsejħa wkoll serotonina) u dopamina. Billi dawn in-newrotrażmettituri għandhom sehem fl-iskizofrenija u fid-diżordni bipolari, l-olanzapina tgħin fin-normalizzazzjoni tal-attività tal-moħħ, u b’hekk tnaqqas is-sintomi ta’ dawn il-mardiet.

Kif ġie studjat Olanzapine Teva?

Billi Olanzapine Teva huwa mediċina ġenerika, l-istudji fil-pazjenti ġew limitati għal testitjiet biex jiddeterminaw il-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċini ta’ referenza. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Olanzapine Teva?

Minħabba li Olanzapine Teva huwa mediċina ġenerika u bijoekwivalenti għall-mediċini ta’ referenza, il- benefiċċju u r-riskju tiegħu huma meqjusa li huma analogi għal dawk tal-mediċini ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Olanzapine Teva?

Is-CHMP ikkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, Olanzapine Teva wera li għandu kwalità komparabbli ma’ u huwa bijoekwivalenti għal Zyprexa u Zyprexa Velotab. Għaldaqstant, il-fehma tas- CHMP kienet li, bħal Zyprexa and Zyprexa Velotab, il-benefiċċju jegħleb r-riskju identifikat. Il-Kumitat irrakkomanda li Olanzapine Teva jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Tagħrif ieħor dwar Olanzapine Teva

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Olanzapine Teva valida fl-Unjoni Ewropea kollha fit-12 ta’ Diċembru 2007.

L-EPAR sħiħ għal Olanzapine Teva jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-

kura b’Olanzapine Teva, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (huwa parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ tal-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija. Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f'11-2012.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati