Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Olysio (simeprevir) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AE14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOlysio
Kodiċi ATCJ05AE14
Sustanzasimeprevir
ManifatturJanssen-Cilag International N.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

OLYSIO 150 mg kapsuli ibsin simeprevir

Dan il-prodott mediċinali hu suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:.

1.X’inhu OLYSIO u għal xiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu OLYSIO

3.Kif għandek tieħu OLYSIO

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif għandek taħżen OLYSIO

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu OLYSIO u għalxiex jintuża

X’inhu OLYSIO

-OLYSIO fih is-sustanza attiva ‘simeprevir’. Huwa jaġixxi kontra l-virus li jikkaġuna l-infezzjoni tal-epatite Ċ, li jissejjaħ ‘virus ta’ epatite Ċ’ (Hepatitis C Virus, HCV).

-OLYSIO m’għandux jintuża waħdu. OLYSIO għandu jintuża flimkien bħala parti minn kors ta’ kura ma’ mediċini oħra fit-trattament ta’ infezzjoni kronika ta’ epatite Ċ. Għalhekk huwa importanti li taqra l-fuljetti ta’ tagħrif li huma provduti ma’ mediċini oħra qabel ma tibda tieħu OLYSIO. Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar xi wieħed minn dawn il-mediċini, staqsi lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Għalxiex jintuża OLYSIO

OLYSIO jintuża ma’ mediċini oħra sabiex jikkura l-infezzjoni kronika (fuq perijodu ta’ żmien twil) ta’ epatite Ċ f’adulti.

Kif jaħdem OLYSIO

OLYSIO jgħin jiġġieled kontra l-infezzjoni ta’ epatite Ċ billi jevita l-HCV milli jimmultiplika. Meta jntuża flimkien ma’ mediċini oħra fit-trattament ta’ epatite Ċ, OLYSIO jgħin ineħħi HCV minn ġol- ġisem tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu OLYSIO

Tiħux OLYSIO jekk inti allerġiku għal simeprevir jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6). Tiħux OLYSIO jekk dan t’hawn fuq japplika għalik. Jekk inti m’intix żgur, kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel ma tieħu OLYSIO.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu OLYSIO b’mod partikolari jekk:

-għandek epatite Ċ li mhux ta’ ‘ġenotip 1’ jew ‘ġenotip 4’;

-qatt ħadt xi mediċini għall-kura t’epatite Ċ;

-għandek kwalunkwe problema oħra tal-fwied flimkien ma’ epatite Ċ;

-bħalissa għandek infezzjoni jew kellek infezzjoni preċedenti bil-virus tal-epatite B, minħabba li t-tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak aktar mill-qrib;

-kellek jew ser ikollok trapjant ta’ organu.

Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq japplika għalik (jew jekk m’intix żgur), kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu OLYSIO.

Meta tkun qed tieħu trattament ta’ kombinazzjoni b’OLYSIO, għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok is- sintomi li ġejjin minħabba li jistgħu jkunu sinjal ta’ problemi li qed imorru għall-agħar fil-fwied:

-tinnota li l-ġilda tiegħek jew l-abjad ta’ għajnejk jisfaru

-l-awrina tiegħek tkun aktar skura mis-soltu

-tinnota nefħa fil-parti tal-istonku.

Dan huwa sinifikanti b’mod partikolari jekk dawn ikunu akkumpanjati minn xi waħda mis-sintomi li ġejjin:

-tħossok imdardar/ra (nawsja), tirremetti jew taqta’ l-aptit

-konfużjoni.

It-trattament b’OLYSIO flimkien ma’ sofosbuvir jista’ jwassal għal rata aktar bil-mod ta’ taħbit tal- qalb (polz) flimkien ma’sintomi oħra meta jingħata ma’ amiodarone, mediċina li tintuża biex titratta taħbit irregolari tal-qalb.

Għid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik:

-inti bħalissa qed tieħu, jew f’dawn l-aħħar xhur ħadt il-mediċina amiodarone (it-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra trattamenti alternattivi jekk inti ħadt din il-mediċina)

-inti tieħu mediċini oħra biex tittratta taħbit irregolari tal-qalb jew pressjoni għolja.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk inti tkun qed tieħu OLYSIO ma’ sofosbuvir u kwalunkwe mediċini għal problemi tal-qalb, u waqt it-trattament inti jkollok:

-qtugħ ta’ nifs

-mejt

-palpitazzjonijiet

-ħass ħażin.

Sensittività għad-dawl tax-xemx

Jista’ jkun li tkun aktar sensittiv għad-dawl tax-xemx (fotosensittività) meta tieħu OLYSIO (ara sezzjoni 4 għal informazzjoni dwar effetti sekondarji).

Matul it-trattament tiegħek b’OLYSIO, uża protezzjoni mix-xemx xierqa (bħal kapell tax-xemx, nuċċali tax-xemx u sunscreen). Evita b’mod speċjali esponiment intensiv jew imtawwal fid-dawl tax- xemx (li jinkludi tagħmir sabiex tismar).

Jekk tiżviluppa reazzjoni ta’ fotosensittività waqt it-trattament, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Raxx

Tista’ tesperjenza raxx waqt it-trattament b’OLYSIO. Ir-raxx jista’ jsir sever. Jekk tiżviluppa raxx waqt it-trattament, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Testijiet tad-demm

It-tabib tiegħek ser jittestja d-demm tiegħek qabel ma tibda l-kura tiegħek u kull tant żmien wara dan. Dawn it-testijiet tad-demm jgħinu t-tabib tiegħek sabiex

-jiċċekkja jekk it-trattament hux jaħdem għalik

-jiċċekkjalek il-funzjoni tal-fwied.

Tfal u adolexxenti

OLYSIO m’għandux jintuża fi tfal u adolexxenti (li għadhom m’għalqux 18-il sena) peress li ma ġiex studjat f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u OLYSIO

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Dan jinkludi mediċini miksuba bi jew mingħajr riċetta tat-tabib u mediċini bi ħxejjex. Dan minħabba li OLYSIO u mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin.

B’mod partikolari għarraf lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi wieħed mill-mediċini li ġejjin.

-digoxin, disopyramide, flecainide, mexiletine, propafenone jew quinidine (meta jittieħdu mill- ħalq) jew amiodarone biex jiġi ttrattat taħbit irregolari tal-qalb

-clarithromycin, erythromycin (meta jittieħdu mill-ħalq jew jingħataw b’injezzjoni) jew telithromycin biex jiġu ttrattati infezzjonijiet batteriċi

-warfarin u mediċini oħra simili msejħa antagonisiti tal-vitamina K użati biex iraqqu d-demm. It- tabib jaf ikun jeħtieġ iżid il-frekwenza tat-testijiet tad-demm tiegħek biex jiċċekkja kemm id- demm tiegħek jista’ jagħqad sew.

-carbamazepine, oxcarbazepine, phenobarbital jew phenytoin biex jiġu evitati aċċessjonijiet

-astemizole jew terfenadine biex jiġu trattati allerġiji

-itraconazole, fluconazole, ketoconazole, posaconazole jew voriconazole (meta jittieħdu mill- ħalq jew jingħataw b’injezzjoni) biex jiġu ttrattati infezzjonijiet bil-fungi

-rifabutin, rifampicin jew rifapentine biex jiġu ttrattati infezzjonijiet bħat-tuberkulożi

-amlodipine, bepridil, diltiazem, felodipine, nicardipine, nifedipine, nisoldipine jew verapamil (meta jittieħdu mill-ħalq) biex inaqqsu l-pressjoni tad-demm

-dexamethasone (meta jingħata b’injezzjoni jew jittieħed mill-ħalq) sabiex tiġi trattata l-ażma jew l-infjammazzjoni u mard awtoimmuni

-cisapride biex jiġu trattati problemi tal-istonku

-tfief (mediċina magħmula mill-ħxejjex) għal problemi tal-fwied

-St John’s wort (Hypericum perforatum, mediċina magħmula mill-ħxejjex) għal ansjetà jew depressjoni

-ledipasvir biex jittratta infezzjoni tal-epatite C

-cobicistat biex iżid il-livelli ta’ xi mediċini wżati biex tiġi ttrattata infezzjoni tal-HIV

-atazanavir, darunavir, delavirdine, efavirenz, etravirine, fosamprenavir, indinavir, lopinavir, nelfinavir, nevirapine, ritonavir, saquinavir jew tipranavir biex tiġi ttrattata infezzjoni ta’ HIV

-atorvastatin, lovastatin, pitavastatin, pravastatin, rosuvastatin jew simvastatin biex inaqqas il- livelli tal-kolesterol

-ciclosporin, sirolimus jew tacrolimus sabiex jonqos ir-rispons immuni jew jiġu evitati fallimenti ta’ trapjant

-sildenafil jew tadalafil biex tiġi ttrattata ‘pressjoni għolja fl-arterja tal-pulmuni’

-midazolam jew triazolam (meta jittieħdu mill-ħalq) sabiex jgħinuk torqod jew għall-ansjetà

Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq japplika għalik (jew m’intix żgur), kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu OLYSIO.

Barra dan, għid lit-tabib tiegħek jekk tieħu xi mediċini li jintużaw biex jittrattaw taħbit irregolari tal- qalb jew pressjoni għolja.

Tqala, kontraċezzjoni u treddigħ

Tqala

Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li tinqabad tqila, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

Nisa tqal m’għandhomx jieħdu OLYSIO għajr meta jingħataw struzzjonijiet speċifiċi mit-tabib. Meta OLYSIO jintuża ma’ ribavirin, jekk jogħġbok aqra l-fuljett ta’ tagħrif għal ribavirin għal tagħrif dwar it-tqala. Ribavirin jista’ jaffettwa t-tarbija mhix mwielda tiegħek.

-Jekk inti mara, inti m’għandekx tinqabad tqila waqt it-trattament u għal diversi xhur wara.

-Jekk inti raġel, il-partner tiegħek m’għandhiex tinqabad tqila waqt it-trattament tiegħek u

għal diversi xhur wara.

Jekk it-tqala sseħħ waqt dan il-perijodu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Kontraċezzjoni

In-nisa għandhom jużaw metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt it-trattament b’OLYSIO. Meta OLYSIO jintuża ma’ ribavirin, jekk jogħġbok aqra l-fuljett ta’ tagħrif għal ribavirin dwar

informazzjoni fuq il-ħtiġijiet dwar il-kontraċezzjoni. Inti u l-partner tiegħek għandkom tużaw metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt iż-żmien kollu ta’ trattament.

Treddigħ

Kellem it-tabib tiegħek jekk qed tredda’ qabel ma tieħu OLYSIO. Dan importanti peress li mhux magħruf jekk simeprevir jgħaddix ġol-ħalib tas-sider. It-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tredda’ jew tieqaf tieħu OLYSIO waqt li qed tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Trattament kkombinat b’OLYSIO ma’ mediċini oħra użati għall-kura tal-infezzjoni kronika tal-epatite Ċ tiegħek jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek fis-sewqan u tħaddim tal-magni. M’għandekx issuq jew tħaddem magni jekk tħossok stordut jew għandek problemi bil-vista tiegħek. Aqra l-fuljett ta’ tagħrif għal dawn il-mediċini għal tagħrif dwar sewqan u t-tħaddin ta’ magni.

OLYSIO fih lactose.

OLYSIO fih lactose (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu OLYSIO

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Għandek tieħu OLYSIO bħala parti minn kors ta’ kura flimkien ma’ mediċini oħra għall-kura tal- infezzjoni kronika ta’ epatite Ċ tiegħek. Kors ta’ OLYSIO jdum għal 12-il ġimgħa jew għal 24 ġimgħa imma jista’ jkun meħtieġ li tieħu l-mediċini l-oħra, skont l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek. Aqra l- fuljetti tal-pakkett għal dawn il-mediċini għad-dożaġġ tagħhom u l-istruzzjonijiet dwar kif għandek teħodhom.

Kif għandek tieħu

-Id-doża rakkomandata ta’ OLYSIO hi ta’ kapsula waħda (150 milligrams) darba kuljum.

-Il-ġranet tal-ġimgħa huma stampati fuq il-folja nuffata - dan ser jgħinek tiftakar meta għandek tieħu l-kapsula tiegħek.

-Ipprova ħu OLYSIO fl-istess ħin kuljum.

-Dejjem għandek tieħu OLYSIO mal-ikel. It-tip ta’ ikel mhux importanti.

-Ħu din il-mediċina mill-ħalq.

-Ibla l-kapsula sħiħa.

Kif tneħħi l-kapsula

Agħfas tarf jew ieħor tal- kompartiment biex timbotta l- kapsula minn ġol-fojl, kif muri. Tagħfasx il-kapsula minn nofs il- kompartiment. Dan jista’ jagħmel ħsara jew jifqa’ l-kapsula.

Jekk il-qoxra tal-kapsula tkun mifqugħa jew miftuħa, tista’ tintilef xi mediċina u inti għandek tieħu kapsula ġdida. Jekk il-qoxra tal-kapsula jkun fiha għafsa jew tkun mgħawwġa – mingħajr ma tkun mifqugħa jew miftuħa – il-kapsula xorta tista’ tintuża.

Jekk tieħu aktar OLYSIO milli suppost

Jekk tieħu aktar OLYSIO milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk tinsa tieħu OLYSIO

-Jekk ikun baqa’ aktar minn 12-il siegħa sakemm tieħu d-doża li jmiss, ħu d-doża kemm jista’ jkun malajr mal-ikel. Imbagħad ibqa’ ħu OLYSIO fil-ħin skedat tas-soltu.

-Jekk ikun baqa’ inqas minn 12-il siegħa sakemm tieħu d-doża li jmiss aqbeż id-doża li ma ħadtx. Imbagħad ibqa’ ħu OLYSIO fil-ħin skedat tas-soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tagħmel tajjeb għal doża li nsejt tieħu.

Jekk ma tkunx żgur x’għandek tagħmel, ikkuntattja lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

Tiqafx tieħu OLYSIO

Tieqafx tieħu OLYSIO, ħlief meta t-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk. Jekk tagħmel hekk, il- mediċina tista’ ma taħdimx sew.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, OLYSIO jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’OLYSIO meta jintuża flimkien ma’ sofosbuvir: Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10:

-ħakk fil-ġilda

-raxx fil-ġilda*

-stitikezza

-tkun sensittiv għad-dawl tax-xemx (fotosensittività)

-żieda fil-livelli tal-‘bilirubin’ fid-demm tiegħek (bilirubin huwa pigment magħmul mill-fwied). * Raxx fil-ġilda jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10 (komuni ħafna) meta OLYSIO

jintuża flimkien ma’ sofosbuvir għal 24 ġimgħa.

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’OLYSIO meta jintuża flimkien ma’ peginterferon alfa u ribavirin.

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10:

-tħossok ma tiflaħx (dardir)

-ħakk fil-ġilda

-raxx tal-ġilda.

-qtugħ ta’ nifs

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10

-żieda fil-livelli ta’ ‘bilirubina’ fid-demm tiegħek (il-bilirubina hija pigment magħmul mill- fwied)*

-tkun sensittiv għad-dawl tax-xemx (fotosensittività)

-stitikezza.

*Fi studju kliniku f’pazjenti Asjatiċi miċ-Ċina u l-Korea t’Isfel, żieda fil-livelli ta’ ‘bilirubina’fid-demm kienu rrappurtati f’aktar minn persuna waħda minn kull 10 persuni (komuni ħafna).

Aqra l-fuljetti ta’ tagħrif għall-mediċini l-oħra użati fil-kura tal-infezzjoni tal-epatite Ċ tiegħek dwar effetti sekondarji rapportati b’dawn il-mediċini.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen OLYSIO

-Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

-Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u pakkett tal-folji wara EXP. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

-Din il-mediċina m’għandhiex bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna.

-Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tipproteġi md-dawl.

-Din il-mediċina tista’ tkun ta’ dannu għall-ambjent. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu jipproteġu l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih OLYSIO

-Is-sustanza attiva hi simeprevir. Kull kapsula fiha 154.4 mg ta’ simeprevir sodium ekwivalenti għal 150 milligramma ta’ simeprevir.

-Is-sustanzi l-oħra huma sodium lauryl sulfate, magnesium stearate, silica anidru kollojdal, croscarmellose sodium, lactose monohydrate, gelatin, titanium dioxide (E171), iron oxide black (E172) u shellac (E904).

Kif jidher OLYSIO u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin huma bojod, b’‘TMC435 150’ stampat b’linka sewda.

OLYSIO jiġi fornut ġo folji ta’ 7 kapsuli li trid timbutthom. Il-ġranet tal-ġurnata huma stampati fuq il- folja.

OLYSIO huwa disponibbli f’pakketti li jkun fihom 7 kapsuli (folja 1) jew 28 kapsula (4 folji). Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett ikunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV, Turnhoutseweg 30, B-2340 Beerse, Il-Belġju

Manifattur

Janssen-Cilag SpA, Via C. Janssen, Borgo San Michele, 04100 Latina, L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Janssen-Cilag NV

UAB "JOHNSON & JOHNSON"

Antwerpseweg 15-17

Geležinio Vilko g. 18A

B-2340 Beerse

LT-08104 Vilnius

Tel/Tél: +32 14 64 94 11

Tel: +370 5 278 68 88

България

Luxembourg/Luxemburg

„Джонсън & Джонсън България” ЕООД

Janssen-Cilag NV

ж.к. Младост 4

Antwerpseweg 15-17

Бизнес Парк София, сграда 4

B-2340 Beerse

София 1766

Belgique/Belgien

Тел.: +359 2 489 94 00

Tél/Tel: +32 14 64 94 11

Česká republika

Magyarország

Janssen-Cilag s.r.o.

Janssen-Cilag Kft.

Karla Engliše 3201/06

Nagyenyed u. 8-14

CZ-150 00 Praha 5 - Smíchov

H-Budapest, 1123

Tel: +420 227 012 227

Tel.: +36 1 884 2858

Danmark

Janssen-Cilag A/S

Bregnerødvej 133

DK-3460 Birkerød

Tlf: ++45 45 94 82 82

Deutschland

Janssen-Cilag GmbH

Johnson & Johnson Platz 1

D-41470 Neuss

Tel: +49 2137 955-955

Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Lõõtsa 2

EE-11415 Tallinn

Tel: +372 617 7410

Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Λεωφόρος Ειρήνης 56

GR-151 21 Πεύκη, Αθήνα Tηλ: +30 210 80 90 000

España

Janssen-Cilag, S.A.

E-28042 Madrid

Tel: +34 91 722 81 00

France

Janssen-Cilag

1, rue Camille Desmoulins, TSA 91003 F-92787 Issy Les Moulineaux, Cedex 9 Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Oreškovićeva 6h

10010 Zagreb

Tel: +385 1 6610 700

Ireland

Janssen-Cilag Ltd.

50-100 Holmers Farm Way

High Wycombe

Buckinghamshire HP12 4EG

United Kingdom

Tel: +44 1 494 567 444

Malta

AM MANGION LTD.

Mangion Building, Triq Ġdida fi Triq Valletta MT-Ħal-Luqa LQA 6000

Tel: +356 2397 6000

Nederland

Janssen-Cilag B.V.

Graaf Engelbertlaan 75

NL-4837 DS Breda

Tel: +31 76 711 1111

Norge

Janssen-Cilag AS

Postboks 144

NO-1325-Lysaker

Tlf: +47 24 12 65 00

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Vorgartenstraße 206B A-1020 Wien

Tel: +43 1 610 300

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. ul. Iłżecka 24

PL-02-135 Warszawa

Tel.: +48 22 237 60 00

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda.

Estrada Consiglieri Pedroso, 69 A

Queluz de Baixo

PT-2734-503 Barcarena

Tel: +351 21 43 68 835

România

Johnson & Johnson România SRL Str. Tipografilor nr. 11-15

Clădirea S-Park, Corp B3-B4, Etaj 3 013714 Bucureşti, ROMÂNIA

Tel: +40 21 207 1800

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Šmartinska cesta 53 SI-1000 Ljubljana

Tel: +386 1 401 18 30

Ísland

Slovenská republika

Janssen-Cilag AB

Johnson & Johnson s.r.o.

c/o Vistor hf.

CBC III, Karadžičova 12

Hörgatúni 2

SK-821 08 Bratislava

IS-210 Garðabær

Tel: +421 232 408 400

Sími: +354 535 7000

 

Italia

Suomi/Finland

Janssen-Cilag SpA

Janssen-Cilag Oy

Via M.Buonarroti, 23

Vaisalantie/Vaisalavägen 2

I-20093 Cologno Monzese MI

FI-02130 Espoo/Esbo

Tel: +39 02 2510 1

Puh/Tel: +358 207 531 300

Κύπρος

Sverige

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ,

Janssen-Cilag AB

Λεωφόρος Γιάννου Κρανιδιώτη 226

Box 4042

Λατσιά

SE-16904 Solna

CY-2234 Λευκωσία

Tel: +46 8 626 50 00

Τηλ: +357 22 207 700

 

Latvija

United Kingdom

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā

Janssen-Cilag Ltd.

Mūkusalas iela 101

50-100 Holmers Farm Way

Rīga, LV-1004

High Wycombe

Tel: +371 678 93561

Buckinghamshire HP12 4EG - UK

 

Tel: +44 1 494 567 444

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xahar/SSSS}

 

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati