Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Onivyde (irinotecan hydrochloride trihydrate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01XX19

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOnivyde
Kodiċi ATCL01XX19
Sustanzairinotecan hydrochloride trihydrate
ManifatturBaxalta Innovations GmbH

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

ONIVYDE 5 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kunjett wieħed ta’ 10 mL ta’ konċentrat fih l-ekwivalenti ta’ 50 mg ta’ irinotecan hydrochloride trihydrate (bħala melħ ta’ irinotecan sucrosofate f’formulazzjoni lipożomali pegilata) li jikkorrispondi għal 43 mg ta’ irinotecan.

Millilitru wieħed ta’ konċentrat fih l-ekwivalenti ta’ 5 mg ta’ irinotecan hydrochloride trihydrate (bħala melħ ta’ irinotecan sucrosofate f'formulazzjoni lipożomali pegilata) li jikkorrispondi għal 4.3 mg ta’ irinotecan.

Eċċipjent b’effett magħruf:

mL wieħed ta’ konċentrat fih 0.144 mmol (3.31 mg) ta’ sodium. Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Tixrid lipsomali isotonika opaka bajda li tagħti ftit fl-isfar.

Il-konċentrat għandu pH ta’ 7.2 u ożmolalità ta’ 295 mOsm/kg.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ adenokarċinoma metastatika tal-frixa, flimkien ma’ 5 fluorouracil (5-FU) u leucovorin (LV), f’pazjenti adulti li mxew ’il quddiem wara terapija bbażata fuq gemcitabine.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

ONIVYDE (irinotecan lipożomali) għandu jiġi preskritt u amministrat biss lill-pazjenti minn professjonisti fil-kura medika li huma esperjenzati fl-użu tat-terapiji kontra l-kanċer.

ONIVYDE (irinotecan lipożomali) mhuwiex ekwivalenti għal formulazzjonijiet ta’ irinotecan mhux lipożomali u dawn m’għandhomx jiġu sostitwiti ma’ xulxin.

Pożoloġija

ONIVYDE, leucovorin u 5-fluorouracil għandhom jingħataw b’mod sekwenzjali. Id-doża rakkomandata u l-kors ta’ ONIVYDE huma 80 mg/m2 ġol-vini fuq perjodu ta’ 90 minuta, segwiti minn LV 400 mg/m2 ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta, segwiti minn 5-FU 2,400 mg/m2 ġol-vini fuq perjodu ta’ 46 siegħa, mogħtija kull ġimagħtejn. ONIVYDE m'għandux jingħata bħala mediċina waħidha.

Għandha tiġi kkunsidrata doża tal-bidu mnaqqsa ta’ ONIVYDE (irinotecan lipożomali) ta’ 60 mg/ m2 għal pazjenti magħrufa li huma omożigoti għall-allel UGT1A1*28 (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1). Żieda fid-doża ta’ ONIVYDE għal 80 mg/m2 għandha tiġi kkunsidrata jekk dan kien tollerat f’ċikli sussegwenti.

Premedikazzjoni

Huwa rakkomandat li l-pazjenti jirċievu premedikazzjoni b’dożi standard ta’ dexamethasone (jew korikosterojdi ekwivalenti) flimkien ma’ antagonist 5 HT3 (jew antiemetiċi oħrajn) mill-inqas

30 minuta qabel l-infużjoni ta’ ONIVYDE.

Aġġustament tad-doża

Il-modifikazzjonijiet kollha tad-doża għandhom ikunu bbażati fuq l-agħar tossiċità ta’ qabel. Id-doża LV ma teħtieġx aġġustament. Għat-tossiċitajiet ta’ Grad 1 u 2 m’hemm l-ebda modifikazzjoni fid-doża rakkomandata. Aġġustamenti fid-doża, kif murija fil-qosor f'Tabella 1 u Tabella 2, huma rakkomandati biex timmaniġġja tossiċitajiet ta’ Grad 3 jew 4 marbuta ma' ONIVYDE.

Għall-pazjenti li jibdew il-kura b’60 mg/m2 ONIVYDE u ma jeskalawx id-doża għal 80 mg/m2, l- ewwel tnaqqis tad-doża rakkomandat huwa għal 50 mg/m2 u t-tieni tnaqqis tad-doża huwa għal 40 mg/m2. Il-pazjenti li jeħtieġu aktar tnaqqis fid-doża għandhom iwaqqfu l-kura.

Pazjenti magħrufa li huma omożigoti għal UGT1A1*28 u mingħajr tossiċitajiet relatati mal-mediċina matul l-ewwel ċiklu tat-terapija (doża mnaqqsa ta’ 60 mg/m2) jista’ jkollhom id-doża ta’ ONIVYDE miżjuda għad-doża totali ta’ 80 mg/m2 f’ċikli sussegwenti bbażati fuq it-tolleranza tal-pazjenti individwali.

Tabella 1: Modifikazzjonijiet rakkomandati tad-doża għal ONIVYDE+5-FU/LV għal tossiċitajiet ta’ Grad 3-4 għal pazjenti mhumiex omożigużi għal UGT1A1*28

Grad ta’ tossiċità (valur)

Aġġustament ta’ ONIVYDE/5-FU

skont NCI CTCAE v 4.01

(għal pazjenti mhux omożigużi għal UGT1A1*28)

 

 

 

 

Tossiċitajiet ematoloġiċi

 

 

 

Newtropenija

M’għandux jinbeda ċiklu ġdid ta’ terapija sakemm l-għadd assolut tan-

 

newtrofili jkun ≥ 1500/mm3

 

 

 

Grad 3 jew

L-ewwel okkorrenza

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal 60 mg/m2

Grade 4 (< 1000/mm3) jew

Naqqas id-doża ta’ 5-FU b’25% (1800 mg/m2).

deni newtropeniku

It-tieni okkorrenza

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal 50 mg/m2

 

Naqqas id-doża ta’ 5-FU b’25% addizzjonali

 

 

(1350 mg/m2).

 

It-tielet okkorrenza

Waqqaf il-kura

 

 

 

 

 

Tromboċitopenija

M’għandux jinbeda ċ

iklu ġdid ta’ terapija sakemm l-għadd tal-

Lewkopenija

plejtlits ikun ≥ 100,000/mm3

Modifikazzjonijiet fid-doża għal lewkopenija u tromboċitopenija huma

 

bbażati fuq gradazzjoni ta’ tossiċità NCI CTCAE u huma l-istess bħal

 

dawk rakkomandata għal newtropenija hawn fuq.

 

 

 

Tossiċitajiet mhux ematoloġiċi2

 

 

Dijarea

M’għandux jinbeda ċiklu ġdid ta’ terapija sakemm id-dijarea tirrisolvi

 

għal ≤ Grad 1 (2-3 darbiet ta’ ppurgar/kuljum aktar mill-frekwenza ta’

 

qabel il-kura).

 

 

 

Grad 2

M’għandux jinbeda ċiklu ġdid ta’ terapija sakemm id-dijarea tirrisolvi

 

għal ≤ Grad 1 (2-3 darbiet ta’ ppurgar/kuljum aktar mill-frekwenza ta’

 

qabel il-kura).

 

 

 

 

Grad ta’ tossiċità (valur)

Aġġustament ta’ ONIVYDE/5-FU

skont NCI CTCAE v 4.01

(għal pazjenti mhux omożigużi għal UGT1A1*28)

 

 

 

 

 

Grad 3 jew 4

L-ewwel okkorrenza

 

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal 60 mg/m2

 

 

Naqqas id-doża ta’ 5-FU b’25% (1800 mg/m2)

 

It-tieni okkorrenza

 

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal 50 mg/m2

 

Naqqas id-doża ta’ 5 FU b’25% addizzjonali

 

 

 

(1350 mg/m2)

 

It-tielet okkorrenza

 

Waqqaf il-kura

 

 

 

 

 

 

 

 

Dardir/rimettar

M’għandux jinbeda ċ

iklu ġdid ta’ terapija sakemm id-dardir/rimettar

 

jirrisolvi għal ≤ Grad 1 jew għal-linja bażi

 

 

 

 

 

Grad 3 jew 4(minkejja t-

L-ewwel okkorrenza

 

Ottimizza t-terapija antiemetika

terapija antiemetika)

 

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal

 

 

 

 

60 mg/m2

 

It-tieni okkorrenza

 

Ottimizza t-terapija antiemetika

 

 

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE

 

 

 

 

għal 50 mg/m2

 

It-tielet okkorrenza

 

Waqqaf il-kura

 

 

 

 

 

 

Tossiċitajiet tal-fwied, tal-

M’għandux jinbeda ċiklu ġ

did ta’ terapija sakemm ir-reazzjoni avversa

kliewi, respiratorji jew

tirrisolvi għal ≤ Grad 1

 

 

oħrajn2

 

 

 

 

Grad 3 jew 4

 

 

 

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal

 

L-ewwel okkorrenza

 

60 mg/m2

 

 

Naqqas id-doża ta’ 5-FU

 

 

 

 

 

 

 

 

b’25% (1800 mg/m2)

 

 

 

 

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal

 

It-tieni okkorrenza

 

50 mg/m2

 

 

Naqqas id-doża ta’ 5 FU b’25%

 

 

 

 

 

 

 

 

addizzjonali (1350 mg/m2)

 

It-tielet okkorrenza

 

Waqqaf il-kura

 

 

 

 

 

 

 

Reazzjoni anafilattika

L-ewwel okkorrenza

 

Waqqaf il-kura

1NCI CTCAE v 4.0 = (National Cancer Institute Common Terminology Criteria for Adverse Events) Kriterji tal-Istitut Nazzjonali tal-Kanċer dwar Terminoloġija Komuni għal Reazzjonijiet Avversi, verżjoni 4.0

2Huma esklużi l-astenja u l-anoressija; L-astenja u l-anoressija ta’ Grad 3 m’għandhomx bżonn aġġustament fid-doża.

Grad ta’ tossiċità (valur) skont NCI CTCAE v 4.01

Tabella 2: Modifikazzjonijiet rakkomandati tad-doża għal ONIVYDE +5-FU/LV għal tossiċitajiet ta’ Grad 3-4 f'pazjenti li huma omożigużi għal UGT1A1*28

Aġġustament ta’ ONIVYDE/5-FU

(għal pazjenti li huma omożigużi għal UGT1A1*28 mingħajr żieda preċedenti għal 80 mg/m2)

M'għandux jinbeda ċiklu ġdid ta’ terapija sakemm l-avveniment avvers jitjieb għal ≤ Grad 1.

 

 

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal

 

L-ewwel okkorrenza

50 mg/m2

 

Modifikazzjoni fid-doża ta’ 5-FU l-istess

Reazzjonijiet avversi2

bħal f'Tabella 1

Grad 3 jew 4

 

Naqqas id-doża ta’ ONIVYDE għal

 

It-tieni okkorrenza

40 mg/m2

 

Modifikazzjoni fid-doża ta’ 5-FU l-istess

 

 

 

 

bħal f'Tabella 1

 

It-tielet okkorrenza

Waqqaf il-kura

1NCI CTCAE v 4.0 = Kriterji tal-Istitut Nazzjonali tal-Kanċer dwar Terminoloġija Komuni għal Reazzjonijiet Avversi, verżjoni 4.0

2Huma esklużi l-astenja u l-anoressija; L-astenja u l-anoressija ta’ Grad 3 m’għandhomx bżonn aġġustament fid-doża.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-fwied

Ma twettaq l-ebda studju ddedikat dwar l-indeboliment tal-fwied b’ONIVYDE. L-użu ta’ ONIVYDE għandu jiġi evitat f’pazjenti b’bilirubina > 2.0 mg/dl, jew b’aspartate aminotransferase (AST) u b’alanine aminotransferase (ALT) > 2.5 darbiet iżjed mil-limitu normali (ULN) jew > 5 darbiet tal- ULN jekk ikun hemm preżenti metastasi tal-fwied (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment tal-kliewi

Ma twettaq l-ebda studju dedikat dwar l-indeboliment tal-kliewi b’ONIVYDE. L-ebda aġġustament fid-doża mhu rakkomandat f'pazjenti b'indeboliment ħafif sa moderat tal-kliewi (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2). ONIVYDE mhuwiex rakkomandat għall-użu f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi

(CLcr < 30 mL/min).

Anzjani

Wieħed u erbgħin fil-mija (41 %) tal-pazjenti kkurati b’ONIVYDE fil-programm kliniku kellhom ≥ 65 sena. Mhux irrakkomandat aġġustament fid- doża.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ ONIVYDE fi tfal u adoloxxenti li għandhom ≤ 18 sena ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda dejta disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

ONIVYDE huwa għal użu għal ġol-vini. Il-konċentrat għandu jiġi dilwit qabel ma jingħata u għandu jingħata bħala infużjoni waħda ġol-vini fuq perjodu ta’ 90 minuta. Għal aktar dettalji ara sezzjoni 6.6.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tagћti l-prodott mediċinali

ONIVYDE huwa prodott mediċinali ċitotossiku. Huwa rakkomandat l-użu ta’ ingwanti, nuċċali u lbies protettiv meta ONIVYDE jiġi mmaniġġjat jew amministrat. Nisa tqal li jkunu parti mill-istaff m’għandhomx jimmaniġġjaw ONIVYDE.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Passat ta’ sensittività eċċessiva severa għal irinotecan jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis-sezzjoni 6.1.

Treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġenerali

ONIVYDE huwa formulazzjoni lipożomali ta’ irinotecan b’karatteristiċi farmakokinetiċi differenti meta mqabbel ma’ irinotecan mhux lipożomali. Il-konċentrazzjoni tad-doża u s-saħħa huma differenti meta mqabbla ma’ irinotecans mhux lipożomali.

ONIVYDE mhuwiex ekwivalenti għal formulazzjonijiet oħrajn ta’ irinotecan mhux lipożomali u m'għandhomx jiġu sostitwiti ma' xulxin.

Fin-numru limitat ta’ pazjenti b'esponiment minn qabel għal irinotecan mhux lipożomali, ma ntwera l- ebda benefiċċju ta’ ONIVYDE.

Majelosoppressjoni/newtropenija

Waqt il-kura b’ONIVYDE huwa rakkomandat monitoraġġ tal-għadd sħiħ taċ-ċelluli tad-demm. Il- pazjenti għandhom ikunu konxji mir-riskju ta’ newtropenija u tas-sinifikat tad-deni. Il-ħin medjan għan-nadir għal newtropenija ta’ ≥ Grad 3 huwa ta’ 23 (medda 8-104) ġurnata wara l-ewwel doża ta’ kura b’ONIVYDE. Newtropenija bid-deni (temperatura tal-ġisem ta’ > 38°C u għadd tan-newtrofili ta’ ≤ 1000 ċelluli/mm³) għandha tiġi kkurata b’urġenza fl-isptar b’antibijotiċi bi spettru wiesa’ ġol-vini. ONIVYDE għandu jitwaqqaf jekk jitfaċċa deni newtropeniku jew jekk l-għadd assolut tan-newtrofili jaqa’ taħt 1500/mm3. Sepsis b’deni newtropeniku u xokk settiku konsegwenti b’eżitu fatali ġew osservati f’pazjenti b’adenokarċinoma pankreatika metastatika kkurati b’ONIVYDE.

F’pazjenti li kellhom avvenimenti ematoloġiċi severi, huwa rakkomandat it-tnaqqis tad-doża jew it- twaqqif tal-kura (ara sezzjoni 4.2). Pazjenti b'insuffiċjenza severa tal-mudullun m'għandhomx jiġu kkurati b'ONIVYDE.

Passat ta’ radjazzjoni addominali preċedenti jżid ir-riskju ta’ newtropenija severa jew ta’ newtropenija bid-deni wara l-kura b’ONIVYDE. Huwa rakkomandat monitoraġġ mill-qrib tal-għadd tad-demm, u l- użu ta’ fatturi ta’ tkabbir tal-majelojdi għandu jiġi kkunsidrat għal pazjenti b’passat ta’ radjazzjoni addominali. Għandha tiġi eżerċitata l-kawtela f’pazjenti li jkunu qed jirċievu amministrazzjoni fl-istess waqt ta’ ONIVYDE mal-irradjazzjoni.

Il-pazjenti bi glukuronidazzjoni defiċjenti ta’ bilirubina, bħal dawk bis-sindromu ta’ Gilbert, jistgħu jkunu f’riskju ikbar ta’ majelosuppressjoni meta jirċievu t-terapija b’ONIVYDE.

Meta mqabbla ma’ pazjenti Kawkażi, il-pazjenti Ażjatiċi għandhom riskju akbar li jkollhom newtropenija severa u bid-deni wara l-kura b’ONIVYDE+5-FU/LV (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.2).

Effetti immunosoppressivi u tilqim

L-amministrazzjoni ta’ tilqim ħaj jew ħaj attenwat f’pazjenti immunokompromessi bi prodotti mediċinali kimoterapewtiċi inkluż ONIVYDE tista’ tirriżulta f’infezzjonijiet serji jew fatali; għalhekk il-vaċċinazzjoni b’tilqima ħajja għandha tiġi evitata. Jista’ jiġi amministrat tilqim maqtul jew inattivat; madankollu, ir-rispons għal dan it-tilqim jista’ jiġi mnaqqas.

Interazzjonijiet ma’ indutturi qawwija ta’ CYP3A4

ONIVYDE m’għandux jingħata ma’ indutturi qawwija tal-enzima CYP3A4 bħal antikonvulsanti (phenytoin, phenobarbital jew carbamazepine), rifampin, rifabutin u St. John’s wort, ħlief jekk ma jkun hemm l-ebda alternattiva terapewtika. Id-doża tal-bidu xierqa għal pazjenti li jkunu qed jieħdu

dawn l-antikonvulsanti jew indutturi qawwija oħra ma ġietx identifikata. Għandha tingħata kunsiderazzjoni biex jiġu sostitwiti terapiji li jinduċu mhux bl-enzimi mill-inqas ġimagħtejn qabel il- bidu tat-terapija b’ONIVYDE (ara sezzjoni 4.5).

Interazzjonijiet ma’ indutturi qawwija ta’ CYP3A4 jew inibituri qawwija ta’ UGT1A1

ONIVYDE m’għandux jingħata ma’ inibituri qawwija tal-enzima CYP3A4 (eż. meraq tal-grejpfrut, clarithromycin, indinavir, itraconazole, lopinavir, nefazodone, nelfinavir, ritonavir, saquinavir, telaprevir, voriconazole). L-inibituri qawwija ta’ CYP3A4 għandhom jitwaqqfu mill-inqas ġimgħa qabel ma tibda t-terapija b’ONIVYDE.

ONIVYDE m’għandux jingħata ma’ inibituri qawwija ta’ UGT1A (eż. atazanavir, gemfibrozil, indinavir) ħlief jekk ma jkun hemm l-ebda alternattiva terapewtika.

Dijarea

Id-dijarea tista’ sseħħ kmieni (li tibda f’≤ 24 siegħa wara li jinbeda ONIVYDE) jew tard (> 24 siegħa) (ara sezzjoni 4.8).

F'pazjenti li jkollhom dijarea bikrija, atropine terapewtiku u profilattiku għandu jiġi kkunsidrata ħlief jekk ikun kontraindikat. Il-pazjenti għandhom ikunu konxji tar-riskju ta’ dijarea li ddum ma sseħħ li tista’ tkun debilitanti u, f’okkażjonijiet rari, ta’ periklu għall-ħajja, peress li ppurgar persistenti artab jew maħlul jista’ jirriżulta f’deidratazzjoni, żbilanċ fl-elettroliti, kolite, ulċerazzjoni gastrointestinali (GI), infezzjoni jew sepsis.

Hekk kif iseħħ l-ewwel ippurgar maħlul, il-pazjent għandu jibda jixrob ammonti kbar ta’ likwidu li jkun fih l-elettroliti. Il-pazjenti għandu jkollhom loperamide (jew ekwivalenti) disponibbli fil-pront biex jibdew il-kura għal dijarea li ddum ma sseħħ. Loperamide għandu jinbeda fl-ewwel okkorrenza ta’ ppurgar iffurmat ħażin jew maħlul jew, fl-iktar bidu bikri ta’ ppurgar li jkun iktar frekwenti min- normali. Loperamide għandu jingħata sakemm il-pazjent ikun mingħajr dijarea għal mill-inqas 12-il siegħa.

Jekk id-dijarea tippersisti waqt li l-pazjent ikun fuq loperamide għal iktar minn 24 siegħa, għandha tiġi kkunsidrata ż-żieda ta’ appoġġ antibijotiku orali (eż. fluoroquinolone għal 7 ijiem). Loperamide m’għandux jintuża għal iktar minn 48 siegħa konsekuttivi minħabba r-riskju ta’ ileus paralitiku. Jekk id-dijarea tippersisti għal iktar minn 48 siegħa, waqqaf loperamide, immonitorja u ssostitwixxi l- elettroliti fluwidi u kompli l-appoġġ antibijotiku sakemm is-sintomi li jakkumpanjaw jgħaddu għal kollox.

Il-kura b'ONIVYDE għandha tiġi ttardjata sakemm id-dijarea titjieb għal ≤ Grad 1 (2-3 ippurgar/jum aktar mill-frekwenza qabel il-kura). ONIVYDE m'għandux jingħata lil pazjenti b'ostruzzjoni fl- imsaren, u mard kroniku infjammatorju tal-imsaren, sakemm jiġu riżolti.

Wara dijarea ta’ Grad 3 jew 4, id-doża sussegwenti ta’ ONIVYDE għandha titnaqqas, (ara sezzjoni 4.2).

Reazzjonijiet kolinerġiċi

Dijarea li tibda kmieni tista’ tkun akkumpanjata minn sintomi kolinerġiċi bħal rinite, salivazzjoni miżjuda, fwawar, dijaforesi, bradikardija, mijożi u iperperistalsi. F'każ ta’ sintomi kolinerġiċi, għandha tingħata atropine.

Infużjoni akuta u reazzjonijiet relatati

Ir-reazzjonijiet ta’ infużjoni li primarjament jikkonsistu f’raxx, urtikarja, edima periorbitali jew prurite ġew irrappurtati f’pazjenti li kienu qed jirċievu l-kura b’ONIVYDE. Seħħew avvenimenti ġodda (kollha ta’ grad 1 jew grad 2) ġeneralment kmieni matul il-kura b’ONIVYDE, b’2 pazjenti minn 10 biss li ġew innutati bl-avvenimenti wara l-ħames doża. Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, inkluża reazzjoni għall-infużjoni akuta jistgħu jseħħu. ONIVYDE għandu jitwaqqaf fil-każ ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva severi.

Proċedura ta’ Whipple minn qabel

Il-pazjenti b’passat tal-proċedura ta’ Whipple għandhom riskju ogħla ta’ infezzjonijiet serji wara li jieħdu ONIVYDE flimkien ma’ 5-FU u leucovorin (ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali ta’ infezzjonijiet.

Tossiċità pulmonari

Seħħew avvenimenti bħall-Marda Interstizjali tal-Pulmun (ILD) li wasslu għal imwiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu irinotecan mhux lipożomali. Ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ mard bħal ILD bit- terapija b’ONIVYDE fi studji kliniċi. Fatturi ta’ riskju jinkludu marda tal-pulmun eżistenti minn qabel, l-użu ta’ prodotti mediċinali pnewmotossiċi, fatturi li jistimulaw il-kolonji, jew li tkun ġiet riċevuta qabel terapija ta’ radjazzjoni. Il-pazjenti b’fatturi ta’ riskju għandhom jiġu mmonitorjati mill- qrib għal sintomi respiratorji qabel u waqt it-terapija b’ONIVYDE. Ġie osservat disinn retikulonodulari fuq X-rays tas-sider f’perċentwal żgħir ta’ pazjenti rreġistrati fi studju kliniku b’irinotecan. Qtugħ ta’ nifs ġdid jew progressiv, sogħla, u deni għandhom iwasslu għall-interruzzjoni tal-kura b’ONIVYDE, sakemm issir evalwazzjoni dijanjostika. ONIVYDE għandu jitwaqqaf f’pazjenti b’dijanjosi kkonfermata ta’ ILD.

Indeboliment tal-fwied

Pazjenti b'iperbilirubinemija kellhom konċentrazzjonijiet ogħla għal SN-38 totali (ara sezzjoni 5.2), u għalhekk ir-riskju ta’ newtropenija jiżdied. Monitoraġġ regolari tal-għadd tad-demm sħiħ għandu jitwettaq f'pazjenti b'bilirubina totali ta’ 1.0-2.0 mg/dl. Għandu jkun hemm kawtela f'pazjenti b'indeboliment tal-fwied (bilirubina > darbtejn ogħla mil-limitu ta’ fuq tan-normal [ULN]; transaminases > 5 darbiet ULN). Il-kawtela hi meħtieġa meta ONIVYDE jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali epatotossiċi oħrajn, speċjalment f'pazjenti b'indeboliment tal-fwied li kien jeżisti minn qabel.

Indeboliment tal-kliewi

L-użu ta’ ONIVYDE f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi sinifikanti ma ġiex stabbilit (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti b’piż inqas milli suppost (indiċi tal-massa tal-ġisem ta’ < 18.5 kg/m2)

Fl-istudju kliniku li evalwa ONIVYDE+5-FU/LV, 5 mit-8 pazjenti b'piż inqas milli suppost, kellhom reazzjonijiet avversi ta’ Grad 3 jew 4, l-aktar majelosoppressjoni, filwaqt li 7 mit-8 pazjenti kienu jeħtieġu tibdil fid-doża bħal dewmien tad-doża, tnaqqis fid-doża jew twaqqif tad-doża. Għandu jkun hemm kawtela meta tuża ONIVYDE f'pazjenti b'indiċi tal-massa tal-ġisem ta’ < 18.5 kg/m2.

Eċċipjenti

Kull mL ta’ ONIVYDE fih 0.144 mmol (3.31 mg) ta’ sodium. Dan għandu jitqies f’pazjenti li jikkontrollaw l-ammont ta’ sodium li jieħdu fid-dieta.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-informazzjoni dwar interazzjonijiet ta’ mediċina ma’ ONIVYDE hija rreferenzjata mil-letteratura xjentifika ppubblikata għal irinotecan mhux lipożomali.

Interazzjoni li taffettwa l-użu ta’ ONIVYDE

Indutturi qawwija ta’ CYP3A4

Pazjenti li jkunu qed jirċievu irinotecan mhux lipożomali flimkien mal-antikonvulsanti phenytoin, phenobarbital jew carbamazepine li jinduċu l-enzima CYP3A4, naqqsu b’mod sostanzjali l- esponiment għal irinotecan (tnaqqis fl-AUC bi 12% b’St John’s wort, 57% 79% b’phenytoin,

phenobarbital, jew carbamazepine) u SN 38 (tnaqqis fl-AUC bi 42% b’St John’s wort, 36%-92% b’phenytoin phenobarbital, jew carbamazepine). Għalhekk, l-għoti ta’ ONIVYDE flimkien ma’ indutturi ta’ CYP3A4 jista’ jnaqqas l-esponiment sistemiku ta’ ONIVYDE.

Inibituri qawwija ta’ CYP3A4 u inibituri ta’ UGT1A1

Pazjenti li jkunu qed jirċievu irinotecan mhux lipożomali u ketoconazole, inibitur ta’ CYP3A4 u UGT1A1, żiedu l-esponiment ta’ SN-38 b’109%. Għalhekk, l-għoti ta’ ONIVYDE flimkien ma’ inibituri oħrajn ta’ CYP3A4 (eż. meraq tal-grejpfrut, clarithromycin, indinavir, itraconazole, lopinavir, nefazodone, nelfinavir, ritonavir, saquinavir, telaprevir, voriconazole) jista’ jżid l-esponiment sistemiku ta’ ONIVYDE. Skont l-interazzjoni tal-mediċina ta’ irinotecan mhux lipożomali u ketoconazole, l-għoti ta’ ONIVYDE flimkien ma’ inibituri oħrajn ta’ UGT1A1 (eż atazanavir, gemfibrozil, indinavir) jista’ jżid ukoll l-esponiment sistemiku ta’ ONIVYDE.

L-għoti flimkien ta’ ONIVYDE+5-FU/LV ma jibdilx il-farmakokinetika ta’ ONIVYDE skont l-analiżi faramkokinetika tal-popolazzjoni.

Ma hija magħrufa l-ebda interazzjoni ta’ ONIVYDE (irinotecan lipożomali) ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal / kontraċezzjoni fl-irġiel u n-nisa

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effettiv waqt it-t-trattament b’ONIVYDE u sa xahar wara t-trattament. L-irġiel għandhom jużaw il-kondoms waqt il-kura b’ONIVYDE u għal 4 xhur wara li din tintemm.

Tqala

M’hemm l-ebda dejta adegwata dwar l-użu ta’ ONIVYDE f’nisa tqal. ONIVYDE jista’ jikkawża ħsara lill-fetu meta jingħata lil mara tqila, peress li l-ingredjent ewlieni irinotecan intwera li huwa embrijotossiku u teratoġeniku fl-annimali (ara sezzjoni 5.3). Għalhekk, skont ir-riżultati mill-istudji tal-annimali u l-mekkaniżmu tal-azzjoni ta’ irinotecan, ONIVYDE m’għandux jintuża waqt it-tqala ħlief jekk dan ma jkunx meħtieġ b’mod ċar. Jekk ONIVYDE jintuża waqt it-tqala jew jekk il-pazjenta tinqabad tqila waqt li tkun qed jirċievi t-terapija, il-pazjenta għandha tiġi infurmata dwar il-periklu potenzjali għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk ONIVYDE jew il-metaboliti tiegħu jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal- bniedem. Minħabba l-potenzjal għal reazzjonijiet avversi serji ta’ ONIVYDE fi trabi li jkunu qed jitreddgħu, ONIVYDE hu kontra-indikat waqt it-treddigħ (ara sezzjoni 4.3). Il-pazjenti m'għandhomx ireddgħu sa xahar wara l-aħħar doża.

Fertilità

M’hemmx dejta adegwata dwar l-impatt ta’ ONIVYDE fuq il-fertilità tal-bniedem. Irinotecan mhux lipożomali ntwera li jikkawża atrofija tal-organi riproduttivi tal-irġiel u tan-nisa wara dożi multipli ta’ irinotecan li ngħataw kuljum fl-annimali (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

ONIVYDE għandu effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Waqt il-kura, il-pazjenti għandhom joqogħdu attenti meta jsuqu jew jużaw il-magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin, li huma kkunsidrati bħala possibbilment jew probabbilment relatati mal-għoti ta’ ONIVYDE, ġew irrappurtati f’264 pazjent b’adenokarċinoma metastatika tal-frixa, 147 minnhom irċivew il-monoterapija b’ONIVYDE (120 mg/m2) u 117 irċivew ONIVYDE (80 mg/m2) flimkien ma’ 5-FU/LV.

L-iktar reazzjonijiet avversi komuni (inċidenza ≥ 20%) ta’ ONIVYDE+5FU/LV kienu: dijarea, dardir, rimettar, nuqqas ta’ aptit, newtropenija, għeja, astenja, anemija, stomatite u deni. L-iktar reazzjonijiet avversi serji komuni (≥ 2%) tat-terapija b’ONIVYDE kienu dijarea, rimettar, newtropenija bid-deni, dardir, deni, sepsis, deidratazzjoni, xokk settiku, pulmonite, insuffiċjenza akuta tal-kliewi, u tromboċitopenija.

Ir-rati tar-reazzjonijiet avversi li wasslu għall-waqfien permanenti tal-kura kienu 11% għall-parti tal- istudju dwar ONIVYDE+5-FU/LV u 12% għall-parti tal-istudju dwar il-monoterapija.

L-iktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod frekwenti li wasslu għall-waqfien kienu infezzjoni u dijarea għall-parti tal-istudju dwar ONIVYDE+5-FU/LV u rimettar u dijarea għall-parti tal-istudju dwar il-monoterapija.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li jistgħu jseħħu waqt il-kura b’ONIVYDE qed jintwerew fil-qosor hawn taħt u huma ppreżentati skont il-klassi tal-organi tas-sistema u l-kategorija tal-frekwenża (Tabella 3). Fi ħdan kull sistema tal-klassifika tal-organi u l-kategorija tal-frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla skont is-serjetà tagħhom. Il-kategoriji tal-frekwenzi użati għar-reazzjonijiet avversi huma: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100) u rari

(≥ 1/10,000 sa < 1/1,000)**.

Tabella 3: Reazzjonijiet avversi rrappurtati bit-terapija b'ONIVYDE fl-istudju kliniku NAPOLI-1

Sistema tal-Klassifika tal-

Frekwenza tar-reazzjoni avversa**

Organi MedDRA*

 

 

 

Infezzjonijiet u

Komuni: Xokk settiku, Sepsis, Pulmonite, Newtropenija bid-deni,

infestazzjonijiet

Gastroenterite, Kandidjasi orali

 

Mhux komuni: Sepsis biljari

 

 

Disturbi tad-demm u tas-

Komuni ħafna: Newtropenija, Lewkopenija, Anemija,

sistema limfatika

Tromboċitopenija

 

Komuni: Limfopenija

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

Mhux komuni: Sensittività eċċessiva

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u

Komuni ħafna: Ipokalemija, Ipomanjesemija, Deidratazzjoni, Tnaqqis

n-nutrizzjoni

fl-aptit

 

Komuni: Ipogliċemija, Iponatremija, Ipofosfatemja

 

 

Disturbi psikjatriċi

Komuni: Nuqqas ta’ rqad

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: Sturdament

 

Komuni: Sindromu Kolinerġiku, Tibdil fis-sens tat-togħma

 

 

Disturbi fil-qalb

Komuni: Pressjoni baxxa

 

 

Sistema tal-Klassifika tal-

Frekwenza tar-reazzjoni avversa**

Organi MedDRA*

 

 

 

Disturbi vaskulari

Komuni: Emboliżmu pulmonarji, Emboliżmu, Trombożi tal-vini

 

profondi

 

Mhux komuni: Trombożi

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi

Komuni: Qtugħ ta’ nifs, Disfonija

u medjastinali

Mhux komuni: Ipossija

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni ħafna: Dijarea, Rimettar, Dardir, Uġigħ fl-addome, Stomatite

 

Komuni: Kolite, Murliti

 

Mhux komuni: Esofaġite, Proktite

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-

Komuni: Ipoalbuminemija

marrara

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

Komuni ħafna: Alopeċija

ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni: Raxx makulopapulari, Tibdil fil-kulur tad-dwiefer

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

Komuni: Insuffiċjenza akuta tal-kliewi

sistema urinarja

 

Disturbi ġenerali u

Komuni ħafna: Deni, Edema periferali, Infjammazzjoni mukuża,

kondizzjonijiet ta’ mnejn

Għeja, Astenja

jingħata

Komuni: Reazzjoni relatata mal-infużjoni, Edima

 

 

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna: Nuqqas fil-piż

 

Komuni: Żieda fil-bilirubina, Żieda f’alanine aminotransferase, Żieda

 

fl-aspartate aminotransferase, Żieda fil-proporzjon normalizzat

 

internazzjonali

*MedDRA verżjoni 14.1

**L-okkorrenza rari ma tistax tiġi stmata mill-istudju NAPOLI-1 minħabba d-daqs żgħir tal- kampjun

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu osservati fl-istudju kliniku NAPOLI-1

Majelosoppressjoni

Il-majelosuppressjoni (newtropenija/lewkopenija, tromboċitopenija u anemija) kienet aktar komuni fil- parti tal-istudju dwar ONIVYDE+5-FU/LV meta mqabbla mal-parti tal-istudju tal-kontroll 5-FU/LV.

Newtropenija/lewkopenija

In-newtropenija/lewkopenija kienet l-iktar tossiċità ematoloġika importanti b’mod notevoli. Newtropenija ta’ Grad 3 jew ogħla seħħet b’mod iktar frekwenti f’pazjenti kkurati b’ONIVYDE+5-FU/LV (27.4 %) meta mqabbla ma’ pazjenti kkurati b’5-FU/LV (1.5 %). Id-deni newtropeniku/sepsis deher iktar spiss fil-parti tal-istudju dwar il-kombinazzjoni ONIVYDE+5-FU/LV [f’4 pazjenti (3.4%)] meta mqabbel mal-parti tal-istudju dwar il-kontroll 5-FU/LV [f’pazjent 1

(0.7 %)].

Tromboċitopenija

Tromboċitopenija ta’ Grad 3 jew ogħla seħħet fi 2.6 % tal-pazjenti kkurati b’ONIVYDE+5-FU/LV u 0 % f’pazjenti kkurati b’5-FU/LV.

Anemija

Anemija ta’ Grad 3 jew ogħla seħħet f’10.3 % tal-pazjenti kkurati b’ONIVYDE+5-FU/LV u f’6.7 % tal-pazjenti kkurati b’5-FU/LV.

Insuffiċjenza akuta tal-kliewi

Indeboliment tal-kliewi u insuffiċjenza akuta tal-kliewi ġew identifikati, b’mod ġenerali f’pazjenti li jkollhom il-volum eżawrit minħabba d-dardir/rimettar u/jew dijarea. Ġiet irrappurata insuffiċjenza akuta tal-kliewi f’6 minn 117-il pazjent (5.1%) fil-parti tal-istudju dwar ONIVYDE+5-FU/LV, 10 minn 147 (6.8%) fil-parti tal-istudju dwar il-monoterapija b’ONIVYDE u 6 minn 134 pazjent (4.5%) fil-parti tal-istudju dwar 5-FU/LV.

Dijarea u reazzjonijiet avversi relatati

Id-dijarea hija reazzjoni avversa komuni ħafna li twassal għal kolite, ileus, gastroenterite, għeja, deidratazzjoni, telf fil-piż, tossiċitajiet renali, iponatremija, u ipokalemija. Ġew identifikati indeboliment tal-kliewi u insuffiċjenza akuta tal-kliewi, normalment f’pazjenti li jitnaqqsilhom il- volum minħabba rimettar sever u/jew dijarea. Fl-istudju kliniku, seħħet dijarea ta’ Grad 3 jew ta’ Grad 4 fi 15 minn 117-il pazjent (12.8%) li rċivew ONIVYDE+5-FU/LV. Għall-pazjenti li fihom id-dijarea li damet ma seħħet, il-ħin medjan għall-bidu tad-dijarea li seħħet tard kien ta’ 8 ijiem mid-doża preċedenti ta’ ONIVYDE. Dijarea li tibda kmieni, li tipikament tidher ≤24 siegħa wara l-għoti tad- doża, tista’ sseħħ u normalment din tkun temporanja. Dijarea li tibda kmieni tista’ tkun akkumpanjata minn sintomi kolinerġiċi li jistgħu jinkludu rinite, salivazzjoni miżjuda, fwawar, dijaforesi, bradikardija, mijożi u iperperistalsi li jistgħu jikkaġunaw brim addominali. Fl-istudju kliniku, il-bidu ta’ dijarea bikrija seħħ f'35 pazjent (29,9%) u avvenimenti kolinerġiċi seħħew f'4 pazjenti (3.4%) li kienu qed jirċievu ONIVYDE+5-FU/LV.

Waqqaf ONIVYDE għal dijarea ta’ Grad 2-4 u ibda l-kura għad-dijarea. Wara l-irkupru għal dijarea ta’ Grad 1, kompli ONIVYDE b'doża mnaqqsa (ara sezzjoni 4.2).

Reazzjoni relatata mal-infużjoni

Ġew irrappurati reazzjonijiet għall-infużjoni akuti fi 8 minn 117-il pazjent (6.8%) fil-parti tal-istudju dwar ONIVYDE+5-FU/LV, 3 minn 147 (2.0%) fil-parti tal-istudju dwar tal-monoterapija b’ONIVYDE, u 8 minn 134 pazjent (6.0%) fil-parti tal-istudju dwar 5-FU/LV.

Popolazzjonijiet speċjali oħrajn

Anzjani

B'kollox, ma ġew irrappurtati l-ebda differenzi kliniċi maġġuri fis-sigurtà jew l-effikaċja bejn pazjenti li kellhom ≥ 65 sena u pazjenti li kellhom < 65 sena, għalkemm frekwenza ogħla ta’ twaqqif (14.8% vs 7.9%) ġiet osservata fil-grupp ta’ qabel ikkurat b'ONIVYDE+5-FU/LV fl-istudju NAPOLI-1, u f'xi każijiet, ir-reazzjonijiet avversi ma fiqux. Reazzjonijiet avversi ta’ Grad 3 jew ogħla u dawk li żviluppaw mill-kura, kienu aktar frekwenti f'pazjenti li kellhom <65 sena (84.1% u 50.8%) meta mqabbla ma' pazjenti li kellhom ≥ 65 sena (68.5% u 44.4%). Bil-maqlub, pazjenti ta’ > 75 sena (n=12) kellhom reazzjonijiet avversi serji, dewmien tad-doża, tnaqqis fid-doża u t-twaqqif tad-doża, b'mod aktar frekwenti meta mqabbla ma' pazjenti ta’ ≤ 75 sena (n=105) meta kienu kkurati b'ONIVYDE+5- FU/LV fi studju dwar adenokarċinoma pankreatika.

Il-popolazzjoni Ażjatika

Meta mqabbla ma' pazjenti Kawkażi, pazjenti Ażjatiċi ġew osservati b'inċidenza aktar baxxa ta’ dijarea [14 (19.2%) minn 73 Kawkażu kellhom dijarea ta’ ≥ Grad 3, u 1 minn 33 (3.3%) Ażjatiku kellu dijarea ta’ ≥ Grad 3], iżda inċidenza ogħla u severità ogħla ta’ newtropenija. F’pazjenti li kienu qed jirċievu ONIVYDE+5-FU/LV, l-inċidenza ta’ newtropenija ta’ ≥ Grad 3 kienet ogħla fost il-pazjenti Ażjatiċi [18 minn 33 (55 %)] meta mqabbla ma’ pazjenti Bojod [13 minn 73 (18 %)]. Deni newtropeniku/sepsis newtropeniku ġew irrappurati f’6 % tal-pazjenti Ażjatiċi meta mqabbla ma’ 1 % tal-pazjenti Bojod. Dan huwa konsistenti mal-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni li wriet esponiment iktar baxx għal irinotecan u esponiment ogħla għall-metabolit attiv tiegħu SN-38 fl- Ażjatiċi milli fil-Kawkażi.

Pazjenti b'indeboliment tal-fwied.

Fi studji kliniċi dwar irinotecan mhux lipożomali mogħti fuq skeda ta’ dożaġġ kull ġimgħa, pazjenti b'livelli ta’ bilirubina totali fis-serum modestament għoljin fil-linja bażi (1.0 sa 2.0 mg/dl) kellhom

probabbiltà akbar b'mod sinifikanti li jkollhom newtropenija fl-ewwel ċiklu ta’ Grad 3 jew Grad 4 milli dawk b'livelli ta’ bilirubina li kienu inqas minn 1.0 mg/dl.

Pazjenti li kellhom il-proċedura Whipple minn qabel

Fl-istudju kliniku li jevalwa ONIVYDE+5-FU/LV, il-pazjenti li kellhom proċedura Whipple minn qabel kellhom riskju ogħla għal infezzjonijiet serji wara l-kura b’ONIVYDE+5-FU/LV

[9 minn 29 (30 %)] meta mqabbla ma’ 11 minn 88 (12.5 %) tal-pazjenti mingħajr proċedura minn qabel ta’ Whipple.

Pazjenti bl-allel UGT1A1

L-individwi li huma 7/7 omożigoti għall-allel UGT1A1*28 huma f’riskju akbar għal newtropenija minn irinotecan mhux lipożomali. Fl-istudju kliniku li evalwa ONIVYDE+5-FU/LV, il-frekwenza ta’ newtropenija ta’ Grad 3 f’dawn il-pazjenti [2 minn 7 (28.6 %)] kienet simili għall-frekwenza f’pazjenti mhux omożigoti għall-allel UGT1A1*28 li rċivew doża tal-bidu ta’ ONIVYDE ta’ 80 mg/m2 [30 minn 110 (27.3 %)] (ara sezzjoni 5.1).

Pazjenti b’piż inqas milli suppost (indiċi tal-massa tal-ġisem ta’ < 18.5 kg/m2)

Fl-istudju kliniku li evalwa ONIVYDE+5-FU/LV, 5 mit-8 pazjenti b'piż inqas milli suppost, kellhom reazzjoni avversa ta’ grad 3 jew 4, l-aktar majelosoppressjoni, filwaqt li 7 mit-8 pazjenti kienu jeħtieġu tibdil fid-doża bħal dewmien tad-doża, tnaqqis fid-doża jew twaqqif tad-doża (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali elenkata fl-Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Fil-provi kliniċi, ONIVYDE ngħata f’dożi sa 240 mg/m2 lil pazjenti b’diversi kanċers. Ir-reazzjonijiet avversi f’dawn il-pazjenti kienu simili għal dawk irrappurtati bid-dożaġġ u l-kors rakkomandati.

Kien hemm rapporti ta’ doża eċċessiva b’irinotecan mhux lipożomali f’dożi sa bejn wieħed u ieħor id- doppju tad-doża terapewtika rakkomandata ta’ irinotecan, li jistgħu jkunu fatali. L-iktar reazzjonijiet avversi sinfikanti rrappurtati kienu newtropenija severa u dijarea severa.

M’hemm l-ebda antidotu magħruf għad-doża eċċessiva ta’ ONIVYDE. Għandha tiġi stabbilita kura massima ta’ appoġġ biex tiġi evitata d-deidratazzjoni minħabba d-dijarea u biex tiġi kkurata kwalunkwe kumplikazzjoni infettiva.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: aġenti antineoplastiċi, aġenti antineolastiċi oħrajn, Kodiċi ATC: L01XX19

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Is-sustanza attiva f'ONIVYDE hi irinotecan (inibitur ta’ topoisomerase I) inkapsulata f'bilayer vesicle ta’ lipidu jew liposome.

Irinotecan huwa derivattiv ta’ camptothecin. Camptothecins jaġixxu bħala inibituri speċifiċi tal- enzima tad-DNA topoisomerase I. Irinotecan u l-metabolit attiv tiegħu SN-38 jintrabtu b’mod riversibbli mal-kumpless tad-DNA topoisomerase I u jinduċu leżjonijiet tad-DNA bi strand waħda li jimblukkaw il-furketta ta’ replikazzjoni tad-DNA u huma responsabbli għaċ-ċitotossiċità. Irinotecan huwa metabolizzat minn carboxylesterase għal SN-38. SN-38 huwa bejn wieħed u ieħor 1000 darba iktar qawwi minn irinotecan bħala inibitur ta’ topoisomerase I ippurifikat minn razez ta’ ċelluli tat- tumur tal-bniedem u ta’ annimali gerriema.

Effetti farmakodinamiċi

Fil-mudelli tal-annimali, ONIVYDE wera li jestendi l-livelli tal-plażma ta’ irinotecan u jtawwal l- esponiment għall-metabolit attiv SN-38 fis-sit tat-tumur.

Effikaċja klinika u sigurtà

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ ONIVYDE kienu investigati fi prova klinika (NAPOLI-1) multinazzjonali, li fiha l-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, open-label, ikkontrollata, li ttestjat żewġ korsijiet ta’ kura għal pazjenti b’adenokarċinoma tal-frixa metastatika li kellhom progressjoni tal-marda dokumentata wara terapija b’gemcitabine jew terapija li kien fiha gemcitabine. Il-prova kienet maħsuba biex tevalwa l-effikaċja klinika u s-sigurtà ta’ monoterapija b'ONIVYDE jew ONIVYDE+5-FU/LV meta mqabbla mal-parti tal-istudju ta’ kontroll attiv ta’ 5-FU/LV.

Il-pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali għal ONIVYDE+5-FU/LV irċivew ONIVYDE f’doża ta’

80 mg/m2 bħala infużjoni ġol-vini fuq perjodu ta’ 90 minuta, segwit minn LV 400 mg/m2 ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta, segwit minn 5-FU 2,400 mg/m2 ġol-vini fuq perjodu ta’ 46 siegħa, mogħtija kull ġimagħtejn. Pazjenti omożigoti għal allel UGT1A1*28 ingħataw doża inizjali iktar baxxa ta’ ONIVYDE (ara sezzjoni 4.2). Il-pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali għal 5-FU/LV rċevew leucovorin 200 mg/m2 ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta, segwit minn 5-FU 2,000 mg/m2 ġol-vini fuq perjodu ta’ 24 siegħa mogħti fil-ġranet 1, 8, 15 u 22 ta’ ċiklu ta’ 6 ġimgħat. Il-pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali għal monoterapija b’ONIVYDE irċivew 120 mg/m2 bħala infużjoni ġol-vini fuq perjodu ta’ 90 minuta kull 3 ġimgħat.

Il-kriterji ewlenin ta’ eliġibilità għall-pazjenti b’adenokarċinoma metastatika tal-frixa fl-istudju kliniku NAPOLI-1 kienu L-Istatut tal- Prestazzjoni ta’ Karnofsky (KPS) ≥ 70, livell ta’ bilirubina normali, livelli ta’ transaminase ta’ ≤ 2.5 darbiet tal-ULN jew ta’ ≤ 5 darbiet tal-ULN għal pazjenti b’metastasi tal-fwied u albumina ta’ ≥ 3.0 g/dl.

Total ta’ 417-il pazjent intgħażlu b’mod każwali għall-parti tal-istudju dwar ONIVYDE+5-FU/LV (N=117), għall-parti tal-istudju dwar monoterapija b’ONIVYDE (N=151) u għall-parti tal-istudju dwar 5-FU/LV (N=149). Id-demografika tal-pazjenti u l-karatteristiċi tal-mard fil-ħin tar-reġistrazzjoni fl-istudju kienu bbilanċjati sew bejn il-partijiet tal-istudju.

Fil-popolazzjoni bl-intenzjoni li tiġi kkurata (kollha magħżula b’mod każwali), l-età medjana kienet 63 sena (medda 31-87 sena), 57 % kienu rġiel, u 61 % kienu Bojod u 33 % kienu Ażjatiċi. Il-medja tal-livell ta’ albumina fil-linja bażi kien 3.6 g/dl, u l-linja bażi tal-KPS kienet 90-100 f’55% tal- pazjenti. Il-karatteristiċi tal-marda kienu jinkludu 68% tal-pazjenti b’metastasi fil-fwied u 31% b’metastasi fil-pulmun; 12% tal-pazjenti ma kellhomx linji ta’ terapija metastatika minn qabel, 56% tal-pazjenti kellhom linja 1 ta’ terapija metastatika minn qabel, 32% tal-pazjenti kellhom 2 linji jew iżjed ta’ terapija metastatika minn qabel.

Il-pazjenti rċivew il-kura sakemm kien hemm progressjoni tal-marda jew kien hemm tossiċità inaċċettabbli. Il-miżura primarja tal-eżitu kienet is-Sopravivenza Globali (OS). Miżuri addizzjonali tar-riżultat kienu jinkludu Sopravivenza Mingħajr Progressjoni (PFS, Progression Free Survival) u Rata ta’ Rispons Oġġettiv (ORR, Objective Response Rate). Ir-riżultati qed jintwerew f'Tabella 4. Is- sopravivenza globali qed tintwera f'Figura 1.

Tabella 4 Riżultati tal-effikaċja mill-istudju kliniku NAPOLI-1

 

ONIVYDE+5-FU/LV

 

5-FU/LV

 

(N= 117)

 

 

(N= 119)

 

 

 

 

 

Sopravivenza Globali1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Numru ta’ mwiet, n (%)

75 (64)

 

 

80 (67)

 

 

 

 

 

OS Medjan (xhur)

6.1

 

 

4.2

 

 

 

 

 

(95 % CI)

(4.8, 8.9)

 

 

(3.3, 5.3)

 

 

 

 

 

Proporzjon tal-Periklu (95 % CI)3

 

0.67 (0.49-0.92)

 

 

 

 

 

valur-p4

 

0.0122

 

 

 

 

 

 

Sopravivenza Mingħajr Progessjoni1,2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mewt jew progessjoni, n (%)

83 (71)

 

 

92 (77)

 

 

 

 

 

PFS Medjan (xhur)

3.1

 

 

1.5

 

 

 

 

 

(95 % CI)

(2.7, 4.2)

 

 

(1.4, 1.8)

 

 

 

 

 

Proporzjon tal-Periklu (95 % CI)3

 

0.56 (0.41-0.75)

 

valur-p4

 

0.0001

 

Rata tar-Rispons Oġġettiv2

 

 

 

 

N

 

 

 

 

 

 

 

ORR (%)

16.2

 

 

0.8

 

 

 

 

 

95 % CI tar-Rata5

9.6, 22.9

 

 

0.0, 2.5

 

 

 

 

 

Differenza fir-Rata (95 % CI)5

 

15.4 (8.5, 22.3)

 

 

 

 

 

valur-p6

 

< 0.0001

 

1Il-medjan huwa l-istima Kaplan-Meier taż-żmien medjan ta’ sopravivenza

2Skont il-linji gwida RECIST, v 1.1.

3Analiżi tal-mudell Cox

4Test log-rank mhux stratifikat

5Ibbażata fuq Approssimazzjoni normali

6It-test eżatt ta’ Fisher

Abbrevjazzjonijiet: 5-FU/LV=5-fluorouracil/leucovorin; CI=intervall ta’ kunfidenza

Figura 1 Sopravivenza globali

Fin-numru limitat ta’ pazjenti b'esponiment minn qabel għal irinotecan mhux lipożomali, ma ntwera l- ebda benefiċċju ta’ ONIVYDE.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’ONIVYDE f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura tal-adenokarċinoma tal-frixa (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-inkapsulazzjoni tal-liposome ta’ irinotecan testendi ċ-ċirkolazzjoni u tillimita d-distribuzzjoni meta mqabbla ma’ dawk ta’ irinotecan mhux lipożomali.

Il-farmakokintetika tal-plażma ta’ irinotecan totali u l-SN-38 totali ġew evalwati f’pazjenti b’kanċer li rċivew ONIVYDE, waħdu jew bħala parti minn kimoterapija kombinata, f’dożi bejn 60 u 180 mg/m2. Il-parametri farmakokinetiċi ta’ irinotecan totali u l-analiti SN-38, wara l-għoti ta’

ONIVYDE 80 mg/m2 huma ppreżentati f’Tabella 5.

Tabella 5: Sommarju tal-medja (±devjazzjoni standard) ta’ irinotecan totali u SN-38 totali

Analit

Parametri PK

Unità

ONIVYDE ġeomedju

Irinotecan

 

 

 

(95% CI)a

mhux-lipożomali

 

 

 

80 mg/m2(n=353)b

medja (SD)

 

 

 

 

125 mg/m2 (n=99)c

Irinotecan

AUC

h ng/mL

totali

 

 

(845653-999204)

(3786)

 

Cmass

ng/mL

 

 

 

(27761-28958)

(452)

 

Tneħħija (CL)

l/h/m2

0.087

13.0

 

 

 

(0.080-0.094)

(5.6)

 

Volum (V)

l/m2

2.6

 

 

 

(2.6-2.7)

(60.9)

 

t1/2 effettiv

h

20.8

6.07

 

 

 

(19.4-22.3)

(1.19)

Analit

Parametri PK

Unità

ONIVYDE ġeomedju

Irinotecan

 

 

 

(95% CI)a

mhux-lipożomali

 

 

 

80 mg/m2(n=353)b

medja (SD)

 

 

 

 

125 mg/m2 (n=99)c

Total

AUC

h ng/mL

SN-38

 

 

(326-358)

(115)

 

Cmass

ng/mL

3.0

27.8

 

 

 

(2.9-3.1)

(11.6)

 

t1/2 effettiv

h

40.9

11.7

 

 

 

(39.8-42.0)

(4.29)

SD= devjazzjoni

standard

 

 

 

AUC= iż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma (estrapolata għall-infinit għal ONIVYDE u AUC24h għal irinotecan mhux lipożomali)

Cmass= il-konċentrazzjoni massima tal-plażma t1/2 effettiva= half lives effettivi

aIl-valuri huma stmati mill-anliżi PK tal-popolazzjoni

bN=353 jirreferi għall-individwi kollha inklużi fl-analiżi PK tal-popolazzjoni

cIl-valuri nkisbu minn dejta ppubblikata [Schaaf LJ et al. Clin Cancer Res. 2006 Jun 15;12:3782-91]

Distribuzzjoni

Il-kejl dirett ta’ irinotecan lipożomali juri li 95% ta’ irinotecan jibqa’ inkapsulat fil-liposom waqt iċ- ċirkolazzjoni. Irinotecan mhux lipożomali juri volum kbir ta’ distribuzzjoni (138 l/m2). Il-volum tad- distribuzzjoni ta’ ONIVYDE 80 mg/m2 kien ta’ 2.6 l/m2, li jissuġġerixxi li ħafna minn ONIVYDE huwa limitat għall-fluwidu vaskulari.

It-twaħħil ta’ ONIVYDE mal-proteini fil-plażma huwa negliġibbli (< 0.44% tal-irinotecan totali f’ONIVYDE). It-twaħħil ta’ irinotecan mhux lipożomali mal-proteini fil-plażma huwa moderat (30% sa 68%), u SN-38 jeħel ħafna mal-proteini fil-plażma tal-bniedem (madwar 95 %).

Bijotrasformazzjoni

Irinotecan li joħroġ mill-inkapsulazzjoni lipożomali jsegwi passaġġ metaboliku simili rrappurtat b’irinotecan mhux lipożomali.

Il-konverżjoni metabolika ta’ irinotecan għall-metabolit attiv SN-38 hija medjata mill-enżimi carboxylesterase. L-istudji in vitro jindikaw li irinotecan, SN-38 u metabolit ieħor ta’ aċidu aminopentane carboxylic (APC) ma jinibixxux l-isożimi ta’ ċitokrom P-450. SN-38 huwa sussegwentement konjugat b’mod predominanti mill-enzima UDP-glucuronosyl

transferase 1A1 (UGT1A1) biex jifforma metabolit glucuronide. L-attività ta’ UGT1A1 titnaqqas f’individwi b’polimorfiżmi ġenetiċi li twassal għal attività enżimatika mnaqqsa bħall-polimorfiżmu UGT1A1*28. Fl-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni f’pazjenti b’ONIVYDE bl-użu ta’ riżultati ta’ sottosett b’ittestjar ġenotopiku UGT1A1*28, fejn l-analiżi aġġustata għad-doża aktar baxxa mogħtija lill-pazjenti omożigoti għall-allel UGT1A1*28, il-pazjenti omożigoti (N=14) u mhux omożigoti (N=244) għal dan l-allel, kellhom medja ta’ total ta’ konċentrazzjonijiet ta’ SN-38 fl-istat fiss ta’ 1.06 u 0.95 ng/mL, rispettivament.

Eliminazzjoni

It-tneħħija ta’ ONIVYDE u irinotecan mhux lipożomali ma ġietx spjegata kompletament fil-bnedmin. L-eliminazzjoni mill-awrina ta’ irinotecan mhux lipożomali hija minn 11% sa 20%; ta’ SN-38 hi ta’ < 1%; u ta’ SN-38 glucuronide hija ta’ 3%. L-eliminazzjoni kumulattiva biljari u mill-awrina ta’ irinotecan u l-metaboliti tiegħu (SN-38 u SN-38 glucuronide) fuq perjodu ta’ 48 siegħa wara l-għoti ta’ irinotecan f’żewġ pazjenti varjat bejn wieħed u ieħor minn 25 % (100 mg/m2) sa 50 %

(300 mg/m2).

Indeboliment tal-kliewi

Ma twettaq l-ebda studju farmakokinetiku ddedikat f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi. F’analiżi faramkokinetika tal-popolazzjoni, indeboliment minn ħafif sa moderat tal-kliewi ma kellu l-ebda effett fuq l-esponiment tal-SN-38 totali wara l-aġġustament għall-BSA. L-analiżi kienet tinkludi 68 pazjent b’indeboliment tal-kliewi moderat (CLcr 30-59 mL/min), 147 pazjent b’indeboliment ħafif tal-kliewi (CLcr 60-89 mL/min), u 135 pazjent b’funzjoni normali tal-kliewi (CLcr > 90 mL/min). Ma kienx hemm biżżejjed dejta f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLcr < 30 mL/min) biex jiġi evalwat l-impatt tiegħu fuq il-farmakokinetika (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Indeboliment tal-fwied

Ma twettaq l-ebda studju farmakokinetiku ddedikat f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied. F’analiżi faramkokinetika tal-popolazzjoni, il-pazjenti b’konċentrazzjonijiet tal-bilirubina totali fil-linja bażi ta’ -2 mg/dl (n=19) kellhom konċentrazzjonijiet medji fl-istat fiss għal SN 38 SN-38 totali li żdiedu b’37 % (0.98 [95 %CI: 0.94-1.02] u 1.29 [95 %CI: 1.11-1.5] ng/mL, rispettivament) meta mqabbla ma’ pazjenti b’konċentrazzjonijiet ta’ bilirubina fil-linja bażi ta’ < 1 mg/dl (n=329); madankollu, ma kienx hemm l-ebda effett ta’ konċentrazzjonijiet għoljin ta’ ALT/AST fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ SN-38 totali. M’hemm l-ebda dejta disponibbli għal pazjenti b’bilirubina totali li tkun iktar mid- doppju tal-ULN.

Popolazzjonijiet speċjali oħrajn

Età u sess tal-persuna

L-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni f’pazjenti li kellhom minn 28 sa 87 sena, li minnhom 11% kellhom ≥75, tissuġġerixxi li l-età ma kellha l-ebda effett klinikament sinifikanti fuq l-esponiment għal irinotecan u SN-38.

L-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni f’196 pazjenti rġiel u f’157 pazjenti nisa tissuġġerixxi li s- sess tal-persuna ma kellu l-ebda effett klinikament sinifikanti fuq l-esponiment għal irinotecan u SN-38 wara l-aġġustament għall-erja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA).

Etniċità

L-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni tissuġġerixxi li l-Ażjatiċi għandhom medja ta’ konċentrazzjoni ta’ irinotecan totali fl-istat fiss li hi 56% iktar baxxa (3.93 [95% CI: 3.68-4.2]

u 1.74 [95 %CI: 1.58-1.93] mg/l, rispettivament) u medja konċentrazzjoni ta’ SN-38 totali fl-istat fiss li hi 8% ogħla (0.97 [95 %CI: 0.92-1.03] u 1.05 [95 %CI: 0.98-1.11] ng/mL, rispettivament) mill- Kawkażi.

Relazzjoni farmakokinetika/farmakodinamika

F’analiżi miġbura minn 353 pazjent, Cmax ogħla ta’ SN-38 fil-plażma kien assoċjat ma’ probabbiltà akbar li pazjent ikollu newtropenija, u Cmax ogħla ta’ irinotecan totali fil-plażma kien assoċjat ma’

probabbiltà akbar li l-pazjent ikollu d-dijarea

Fil-prova klinika li turi l-effikaċja ta’ ONIVYDE, esponimenti ogħla ta’ irinotecan u ta’ SN-38 totali fil-plażma għal pazjenti fil-parti tal-istudju dwar il-kura b’ONIVYDE+5-FU/LV, kienu assoċjati ma’ OS u PFS itwal kif ukoll ma’ ORR ogħla (rata ta’ rispons oġġettiv).

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji ta’ tossiċità ta’ doża waħda jew ta’ dożi ripetuti fil-ġrieden, fil-firien u fil-klieb, l-organi fil- mira kienu l-passaġġ gastrointestinali u s-sistema ematoloġika. Is-severità tal-effetti kienet relatata mad-doża u kienet riversibbli. Il-livell tal-ebda effett avers osservat (NOAEL) fil-firien u fil-klieb wara 90 minuta ta’ infużjoni ġol-vini ta’ ONIVYDE darba kull 3 ġimgħat għal 18-il ġimgħa kien mill- inqas 180 mg/m2.

Fl-istudji farmakoloġiċi dwar is-sigurtà fil-klieb, ONIVYDE ma kellu l-ebda effett fuq il-parametri kardjovaskulari, emodinamiċi, elettrokardjografiċi, jew respiratorji f’dożi sa 21 mg/kg (420 mg/m2).

Ma ġiet osservata l-ebda sejba ta’ tossiċità relatata mas-CNS fl-istudji dwar tossiċità minn dożi ripetuti fil-firien.

Potenzjal ġenotossiku u karċinoġeniku

Ma sarux studji dwar il-ġenotossiċità b’ONIVYDE. Irinotecan mhux lipożomali u SN-38 kienu ġenotossiċi in vitro fit-test tal-aberrazzjoni kromożomali fuq iċ-ċelluli CHO kif ukoll fit-test tal- mikronukleu in vivo fil-ġrieden. Madankollu, fi studji oħrajn b’irinotecan, dawn intwerew li m’għandhom l-ebda potenzjal mutaġeniku fit-test ta’ Ames.

Ma sarux studji dwar il-karċinoġeniċità b’ONIVYDE. Għal irinotecan mhux lipożomali, f’firien li ġew ikkurati darba f’ġimgħa matul 13-il ġimgħa bid-doża massima ta’ 150 mg/m², ma ġie rrappurtat l-ebda tumur relatat mal-kura 91 ġimgħa wara t-tmiem tal-kura. Taħt dawn il-kundizzjonijiet, kien hemm tendenza lineari sinifikanti bid-doża għall-inċidenza ta’ polipi stromali endometrijali tal-qarn uterin (uterine horn endometrial stromal polyps) u sarkomi stromali endometrijali kombinati. Minħabba l- mekkaniżmu tal-azzjoni tiegħu, irinotecan huwa kkunsidrat bħala karċinoġen potenzjali.

Tossiċità riproduttiva

Ma sarux studji dwar it-tossiċità riproduttiva u tal-iżvilupp b’ONIVYDE.

Irinotecan mhux lipożomali kien teratoġeniku fil-firien u fil-fniek f’dożi inqas mid-doża terapewtika umana. Fil-firien, il-frieħ imwielda minn annimali kkurati u li kellhom anormalitajiet esterni urew tnaqqis fil-fertilità. Dan ma ġiex osservat fi frieħ morfoloġikament normali. Fil-firien tqal, kien hemm tnaqqis fil-piż tal-plaċenta, u fil-frieħ kien hemm tnaqqis fil-vijabbiltà tal-fetu u żieda ta’ anormalitajiet fl-imġiba.

Irinotecan mhux lipożomali kkważa atrofija tal-organi riproduttivi tal-irġiel kemm fil-firien kif ukoll fil-klieb wara dożi multipli kuljum ta’ 20 mg/kg u 0.4 mg/kg, rispettivament. Dawn l-effetti kienu riversibbli wara l-waqfien tal-kura.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Liposome forming lipids 1,2-distearoyl-sn-glycero-3-phosphocholine (DSPC) Cholesterol

N-(carbonyl-methoxypolyethlyene glycol-2000)-1,2-distearoyl-sn-glycero-3-phosphoethanolamine (MPEG-2000-DSPE)

Eċċipjenti oħrajn Sucrose octasulphate

2- [ 4- (2-Hydroxyethyl)piperazin-1-yl] ethanesulfonic acid (buffer ta’ HEPES) Sodium chloride

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

ONIVYDE m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjett mhux miftuħ 30 xahar.

Wara d-dilwizzjoni

L-istabbilità kimika u fiżika għas-soluzzjoni dilwita għall-infużjoni ntweriet f’temperatura ta’ 15-25°C għal sa 6 sigħat jew fil-friġġ (2ºC-8ºC) għal mhux aktar minn 24 siegħa.

Minn aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien u l-kundizzjonijiet tal-ħażna waqt l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ ta’ Tip I b’tapp tal-chlorobutyl ġriż u siġill tal-aluminju b’għatu flip-off li fih 10 mL ta’ konċentrat.

Kull pakkett fih kunjett wieħed.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

ONIVYDE huwa prodott mediċinali ċitotossiku, u għandu jkun hemm attenzjoni fl-immaniġġjar tiegħu. Huwa rakkomandat l-użu ta’ ingwanti, nuċċali u lbies protettiv meta ONIVYDE jiġi mmaniġġjat jew amministrat. Jekk is-soluzzjoni tmiss mal-ġilda, il-ġilda għandha tinħasel immedjatament u bir-reqqa bis-sapun u l-ilma. Jekk is-soluzzjoni tmiss mal-membrani mukużi, dawn għandhom jiġu mlaħalħa sew bl-ilma. Impjegati tqal m’għandhomx jimmaniġġjaw ONIVYDE minħabba n-natura ċitotossika tal-prodott mediċinali.

Preparazzjoni tas-soluzzjoni u l-amministriazzjoni

ONIVYDE huwa fornut bħala tixrid lipożomali sterili f’konċentrazzjoni ta’ 5 mg/mL u għandu jiġi dilwit qabel ma jingħata. Iddilwixxi b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 5% ta’ glucose jew soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) ta’ sodium chloride biex tipprepara soluzzjoni adattata tad-doża ta’ ONIVYDE dilwit sal-volum finali ta’ 500 mL. Ħallat is-soluzzjoni dilwita billi taqilbu bil-mod ta’ taħt fuq. Is-soluzzjoni dilwita hija ċara li tagħti ftit fl-abjad sa ftit opalexxenti u mingħajr frak viżibbli.

ONIVYDE għandu jingħata qabel LV segwit minn 5-FU. ONIVYDE m’għandux jingħata bħala injezzjoni f’daqqa jew bħala soluzzjoni mhux dilwita.

Għandhom jiġu segwiti tekniki asettiċi waqt il-preparazzjoni tal-infużjoni. ONIVYDE għandu jintuża darba biss.

Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat ħruġ ta’ likwidu mill-vini, u s-sit tal-infużjoni għandu jiġi mmonitorjat għal sinjali ta’ infjammazzjoni. Jekk iseħħ ħruġ ta’ likwidu mill-vini, huwa rakkomandat li s-sit jitlaħlaħ b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride ta’ 9 mg/mL (0.9%) u/jew b’ilma sterili u għandu jiġi applikat is-silġ.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Baxalta Innovations GmbH

Industriestrasse 67

1221 Vienna

L-Awstrija

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/16/1130/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati