Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Oprymea (pramipexole dihydrochloride monohydrate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N04BC05

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOprymea
Kodiċi ATCN04BC05
Sustanzapramipexole dihydrochloride monohydrate
ManifatturKrka, d.d., Novo mesto

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Oprymea 0.088 mg pilloli

Oprymea 0.18 mg pilloli

Oprymea 0.35 mg pilloli

Oprymea 0.7 mg pilloli

Oprymea 1.1 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Oprymea 0.088 mg pilloli

Kull pillola fiha 0.088 mg ta’ pramipexole (bħala 0.125 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 0.18 mg pilloli

Kull pillola fiha 0.18 mg ta’ pramipexole (bħala 0.25 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 0.35 mg pilloli

Kull pillola fiha 0.35 mg ta’ pramipexole (bħala 0.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 0.7 mg pilloli

Kull pillola fiha 0.7 mg ta’ pramipexole (bħala 1 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 1.1 mg pilloli

Kull pillola fiha 1.1 mg ta’ pramipexole (bħala 1.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Jekk jogħġbok innota:

Id-dożi ta’ pramipexole kif ippubblikati fil-letteratura jirreferu għas-sura tal-melħ. Għalhekk, id-dożi ser ikunu espressi f’termini kemm ta’ bażi ta’ pramipexole u ta’ melħ ta’ pramipexole (fil-parentesi).

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Oprymea 0.088 mg pilloli

Bajda, tonda, bi truf iċċanfrati u b’intaljar "P6" fuq naħa waħda tal-pillola.

Oprymea 0.18 mg pilloli

Bajda, ovali, bi truf iċċanfrati, u b’ferq fuq iż-żewġ naħat u b’intaljar ta’ "P7" fuq iż-żewġ nofsijiet ta’ naħa waħda tal-pillola. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Oprymea 0.35 mg pilloli

Bajda, ovali, bi truf iċċanfrati, u b’ferq fuq iż-żewġ naħat u b’intaljar ta’ "P8" fuq iż-żewġ nofsijiet ta’ naħa waħda tal-pillola. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Oprymea 0.7 mg pilloli

Bajda, tonda, bi truf iċċanfrati u b’ferq fuq iż-żewġ naħat u intaljar ta’"P9" fuq iż-żewġ nofsijiet ta’ naħa waħda tal-pillola. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Oprymea 1.1 mg pilloli

Bajda, tonda, bi truf iċċanfrati u b’ferq fuq iż-żewġ naħat. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Oprymea huwa indikat f’adulti għall-kura tas-sinjali u tas-sintomi tal-marda idjopatika ta’ Parkinson, waħdu (mingħajr levodopa) jew flimkien ma’ levodopa, i.e. matul il-kors tal-marda, sa l-istadji aħħarin fejn l-effett ta’ levodopa jonqos ħafna jew isir inkonsistenti u jseħħu fluttwazzjonijiet tal-effett terapewtiku (fl-aħħar tad-doża jew fluttwazzjonijiet “on off”).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Il-marda ta’ Parkinson

Id-doża ta’ kuljum tingħata f’dożi maqsumin indaqs 3 darbiet kuljum.

Kura inizjali

Id-dożi għandhom jiżdiedu gradwalment minn doża tal-bidu ta’ 0.264 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) kuljum u mbagħad jiżdiedu kull 5-7 ijiem. Bil-patt li l-pazjenti ma jkollhomx effetti mhux mixtieqa li ma jkunux jistgħu jittolleraw, id-doża għandha tkun ittitrata biex jintlaħaq l-effett terapewtiku massimu.

Skeda ta’ doża li tiżdied ta’ Oprymea

Ġimgħa

Doża

Doża Totali ta’

Doża

Doża Totali ta’

(mg ta’ bażi)

Kuljum

(mg ta’ melħ)

Kuljum

(mg ta’ bażi)

(mg ta’ melħ)

3 x 0.088

0.264

3 x 0.125

0.375

3 x 0.18

0.54

3 x 0.25

0.75

3 x 0.35

1.1

3 x 0.5

1.50

Jekk ikun hemm bżonn ta’ żieda fid-doża, id-doża ta’ kuljum għandha tiżdied b’0.54 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ) f’intervalli ta’ darba f’ġimgħa sa doża massima ta’ 3.3 mg ta’ bażi (4.5 mg ta’ melħ) kuljum. Madankollu, wieħed għandu jinnota li l-inċidenza tan-ngħas tiżdied f’dożi ogħla minn 1.5 mg (ta’ melħ) kuljum (ara sezzjoni 4.8).

Kura ta’ manteniment

Id-doża individwali ta’ pramipexole għandha tkun fil-medda ta’ 0.264 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) sa massimu ta’ 3.3 mg ta’ bażi (4.5 mg ta’ melħ) kuljum. Matul il-perjodu li fih id-doża kienet qed tiżdied fi studji importanti ħafna, l-effikaċja kienet osservata meta bdiet tittieħed doża ta’ kuljum ta’ 1.1 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ). Aġġustamenti addizzjonali fid-doża għandhom isiru skont ir-rispons kliniku u l-okkorrenza ta’ reazzjonijiet avversi. Fil-provi kliniċi, madwar 5% tal-pazjenti kienu kkurati b’dożi li kienu taħt 1.1 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ). Fil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat, dożi ta’ pramipexole, ogħla minn 1.1 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ) kuljum jistgħu jkunu utli f’pazjenti fejn tnaqqis tat-terapija ta’ levodopa jkun intenzjonat. Hu rakkomandat li d-doża ta’ levodopa titnaqqas kemm matul il-perjodu meta d-doża tkun qed tiżdied, kif ukoll matul il-kura ta’ manteniment bi Oprymea, skond ir-reazzjonijiet fil-pazjenti individwali (ara sezzjoni 4.5).

Twaqqif tal-kura

It-twaqqif f’daqqa tat-terapija dopaminerġika jista’ jwassal għall-iżvilupp tas-Sindrome malinn newroleptiku. Pramipexole għandu jitnaqqas gradwalment b’rata ta’ 0.54 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ) kuljum sakemm id-doża ta’ kuljum tkun tnaqqset għal 0.54 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ). Wara dak il-perjodu, id-doża għandha titnaqqas b’0.264 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment renali

L-eliminazzjoni ta’ pramipexole tiddependi fuq il-funzjoni renali. L-iskeda tad-doża li ġejja hi

suġġerita għal-bidu tat-terapija:

Pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina ta’ iktar minn 50 ml/min ma jeħtieġu l-ebda tnaqqis fid-doża ta’ kuljum jew fil-frekwenza tad-dożaġġ.

F’pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina bejn 20 u 50 ml/min, id-doża inizjali ta’ kuljum ta’ Oprymea għandha tingħata f’żewġ dożi maqsumin, li jibdew minn 0.088 mg ta’ bażi (0.125 mg ta’ melħ) darbtejn kuljum (0.176 mg ta’ bażi/0.25 mg ta’ melħ kuljum). M’għandhiex tinqabeż doża massima ta’ kuljum ta’ 1.57 mg ta’ bażi ta’ pramipexole (2.25 mg ta’ melħ).

F’pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina ta’ inqas minn 20 ml/min, id-doża ta’ kuljum ta’ Oprymea għandha tingħata f’doża waħda, li tibda b’0.088 mg ta’ bażi (0.125 mg ta’ melħ) kuljum. M’għandhiex tinqabeż doża massima ta’ kuljum ta’ 1.1 mg ta’ bażi ta’ pramipexole (1.5 mg ta’ melħ).

Jekk il-funzjoni renali tonqos matul it-terapija ta’ manteniment, id-doża ta’ kuljum ta’ Opymea għandha titnaqqas bl-istess perċentwali bħat-tnaqqis fit-tneħħija tal-krejatinina, i.e. jekk it-tneħħija tal-krejatinina tonqos bi 30%, allura d-doża ta’ kuljum ta’ Oprymea għandha titnaqqas bi 30%. Id-doża ta’ kuljum tista’ tingħata f’żewġ dożi maqsumin jekk it-tneħħija tal-krejatinina tkun bejn 20 u 50 ml/min, u bħala doża waħda kuljum jekk it-tneħħija tal-krejatinina tkun inqas minn 20 ml/min.

Indeboliment epatiku

Aġġustament fid-doża f’pazjenti b’insuffiċjenza epatika probabbilment ma jkunx meħtieġ, għax madwar 90% tas-sustanza attiva assorbita titneħħa minn ġol-kliewi. Madankollu, l-influwenza potenzjali ta’ insuffiċjenza epatika fuq il-farmakokinetika ta’ Oprymea ma kinitx investigata.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Oprymea fit-tfal li għandhom inqas minn 18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Oprymea fil-popolazzjoni pedjatrika għal indikazzjoni tal-marda ta’ Parkinson.

Disturb ta’ Tourette

Popolazzjoni pedjatrika

Oprymea mhuwiex rakkomandat għall-użu fi tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena, għax l- effikaċja u s-sigurtà għadhom ma ġewx determinati s’issa f’din il-popolazzjoni. Oprymea m’għandux jintuża fi tfal jew adolexxenti bid-Disturb ta’ Tourette minħabba bilanċ negattiv ta’ benefiċċju-riskju għal dan id-disturb (ara sezzjoni 5.1).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli għandhom jittieħdu mill-ħalq, jinbelgħu mal-ilma, u jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Meta tingħata riċetta għal Oprymea lil pazjent bil-marda ta’ Parkinson li jkollu indeboliment renali, hu ssuġġerit li tingħata doża mnaqqsa skont kif spjegat f’sezzjoni 4.2.

Alluċinazzjonijiet

L-alluċinazzjonijiet huma effett sekondarju magħruf tal-kura b’agonisti ta’ dopamine u b’levodopa. Il- pazjenti għandhom ikunu infurmati li alluċinazzjonijiet (l-aktar viżwali) jistgħu jseħħu.

Diskinesija

Fl-istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson, fil-kura kombinata b’levodopa, id-diskinesija tista’ sseħħ matul it-titrazzjoni inizjali ta’ Oprymea. Jekk din isseħħ, id-doża ta’ levodopa għandha titnaqqas.

Irqad li jiġi għal għarrieda u ngħas

Pramipexole kien assoċjat ma’ ngħas u episodji ta’ rqad li jiġi f’daqqa, partikularment f’pazjenti bil- marda ta’ Parkinson. L-irqad li jiġi f’daqqa waqt l-attivitajiet ta’ kuljum, f’xi każijiet mingħajr ma dak li jkun ikun konxju tiegħu jew ikollu xi sinjali ta’ twissija, kien irrappurtat b’mod mhux komuni. Il- pazjenti jridu jkunu infurmati b’dan u jkunu avżati biex joqogħdu attenti waqt is-sewqan jew waqt it- tħaddim tal-magni matul il-kura bi Oprymea. Pazjenti li kellhom ngħas u/jew episodju ta’ rqad li jiġi f’daqqa, m’għandhomx isuqu jew iħaddmu magni. Flimkien ma’ dan, tnaqqis fid-doża jew it-twaqqif tat-terapija jistgħu jiġu kkunsidrati. Minħabba l-possibbiltà ta’ effetti addittivi, għandha tingħata attenzjoni meta l-pazjenti jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali sedattivi oħrajn jew alkoħol flimkien ma’ pramipexole (ara sezzjonijiet 4.5, 4.7 u 4.8).

Disturb fil-kontroll tal-impulsi

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati regolarment għall-iżvilupp ta’ disturbi fil-kontroll tal-impulsi. Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jiġu avżati li sintomi fl-imġiba ta’ disturbi fil-kontroll tal-impulsi li jinkludu logħob patoloġiku tal-azzard, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq jew xiri bl- addoċċ, li wieħed jiekol bl-addoċċ u li wieħed jiekol b’mod kompulsiv jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati b’agonisti ta’ dopamine li jinkludu Oprymea. It-tnaqqis fid-doża/it-twaqqif gradwali għandu jkun ikkunsidrat jekk jiżviluppaw dawn is-sintomi.

Manija u delirju

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati regolarment għall-iżvilupp ta’ manija u delirju. Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom ikunu konxji li l-manija u d-delirju jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati bi pramipexole. It-tnaqqis fid-doża/it-twaqqif gradwali għandu jkun ikkunsidrat jekk jiżviluppaw dawn is-sintomi.

Pazjenti b’disturbi psikotiċi

Pazjenti b’mard psikotiku għandhom ikunu kkurati b’agonisti ta’ dopamine biss jekk il-benefiċċju potenzjali jiżboq ir-riskji. L-għoti ta’ prodotti mediċinali antipsikotiċi flimkien ma’ pramipexole għandu jkun evitat (ara sezzjoni 4.5).

Monitoraġġ oftalmoloġiku

Monitoraġġ oftalmoloġiku hu rakkomandat f’intervalli regolari jew jekk iseħħu anormalitajiet fil-vista.

Mard kardjovaskulari sever

F’każ ta’ mard kardjovaskulari sever, għandha tingħata attenzjoni. Hu rakkomandat li jsir monitoraġġ tal-pressjoni tad-demm, b’mod speċjali fil-bidu tal-kura, minħabba r-riskju ġenerali ta’ pressjoni tad- demm baxxa li tiddependi mill-qagħda, assoċjata mat-terapija dopaminerġika.

Sindrome malinn newroleptiku

Sintomi li jissuġġerixxu sindrome malinn newroleptiku kienu rrappurtati mat-twaqqif f’daqqa tat- terapija dopaminerġika (ara sezzjoni 4.2).

Sindrome tat-twaqqif tat-trattament b’agonist ta’ dopamine

Biex jitwaqqaf it-trattament f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson, pramipexole għandu jiġi mnaqqas bil- mod (ara sezzjoni 4.2). Jistgħu jseħħu effetti avversi mhux motorji meta agonisti ta’ dopamine, inkluż pramipexole, jitnaqqsu jew jitwaqqfu. Is-sintomi jinkludu apatija, ansjetà, depressjoni, għeja, għaraq u wġigħ li jistgħu jkunu severi. Il-pazjenti għandhom jiġu infurmati dwar dan qabel l-agonist ta’ dopamine jibda jitnaqqas bil-mod, u għandhom jiġu mmonitorjati b’mod regolari wara dan. F’każ ta’ sintomi persistenti, jista’ jkun meħtieġ li d-doża ta’ pramipexole tiġi miżjuda b’mod temporanju (ara sezzjoni 4.8).

Awmentazzjoni

Rapporti fil-letteratura medika jindikaw li l-kura ta’ indikazzjonijiet oħra bi prodotti mediċinali dopaminerġiċi tista’ tirriżulta f’awmentazzjoni. Awmentazzjoni tirreferi għall-bidu iktar kmieni tas-

sintomi filgħaxija (jew anki wara nofsinhar), żieda fis-sintomi, u l-firxa tas-sintomi biex jinvolvu estremitajiet oħrajn. L-awmentazzjoni kienet investigata speċifikament fi prova klinika kkontrollata fuq perjodu ta’ 26 ġimgħa. L-awmentazzjoni kienet osservata fi 11.8% tal-pazjenti fil-grupp ta’ pramipexole (N = 152) u f’9.4% tal-pazjenti fil-grupp tal-plaċebo (N = 149). Analiżi Kaplan-Meier taż-żmien sal-awmentazzjoni ma wriet l-ebda differenza sinifikanti bejn pramipexole u l-grupp tal- plaċebo.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Twaħħil mal-proteina tal-plażma

Pramipexole jeħel ftit ħafna mal-proteini fil-plażma (< 20%), u ftit bijotrasformazzjoni tiġi osservata fil-bniedem. Għalhekk, l-interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw it-twaħħil mal- proteini fil-plażma jew l-eliminazzjoni permezz tal-bijotrasformazzjoni, mhumiex mistennija.

Minħabba li l-antikolinerġiċi huma eliminati primarjament permezz tal-bijotrasformazzjoni, il- potenzjal għal interazzjoni hu limitat, għalkemm interazzjoni mal-antikolinerġiċi ma ġietx investigata. M’hemm l-ebda interazzjoni farmakokinetika b’selegiline u b’levodopa.

Inibituri/kompetituri tal-passaġġ tal-eliminazzjoni renali attiv

Cimetidine naqqas it-tneħħija renali ta’ pramipexole b’madwar 34%, preżumibilment permezz tal- inibizzjoni tas-sistema tat-trasport li tnixxi l-ketajins tat-tubuli renali. Għalhekk, prodotti mediċinali li huma inibituri ta’ dan il-passaġġ attiv tal-eliminazzjoni renali, jew li jkunu mneħħija permezz ta’ dan il-passaġġ, bħal cimetidine, amantadine, mexiletine, zidovudine, cisplatin, quinine, u procainamide, jistgħu jinteraġixxu ma’ pramipexole, u dan jirriżulta fi tneħħija mnaqqsa ta’ pramipexole. It-tnaqqis fid-doża ta’ pramipexole għandu jkun ikkunsidrat meta dawn il-prodotti mediċinali jingħataw fl-istess ħin ma’ Oprymea.

Kumbinazzjoni ma’ levodopa

Meta Oprymea jingħata flimkien ma’ levodopa, hu rakkomandat li d-doża ta’ levodopa titnaqqas u li d-doża ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-marda ta’ Parkinson tinżamm kostanti, filwaqt li d-doża ta’ Oprymea tiżdied.

Minħabba l-possibbiltà ta’ effetti addittivi, għandha tingħata attenzjoni meta l-pazjenti jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali sedattivi oħrajn jew alkoħol flimkien ma’ pramipexole (ara sezzjonijiet 4.4, 4.7 u 4.8).

Prodotti mediċinali antipsikotiċi

L-għoti flimkien ta’ prodotti mediċinali antipsikotiċi ma’ pramipexole għandu jkun evitat (ara sezzjoni 4.4), eż. jekk ikunu mistennija effetti antagonistiċi.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-effett fuq it-tqala u t-treddigħ ma kienx investigat fil-bnedmin. Pramipexole ma kienx teratoġeniku fil-firien u fil-fniek, iżda kien embrijotossiku fil-firien f’dożi maternotossiċi (ara sezzjoni 5.3). Oprymea m’għandux jingħata waqt it-tqala ħlief jekk ikun meħtieġ b’mod ċar, i.e. li l-benefiċċju potenzjali jiġġustifika r-riskju potenzjali lill-fetu.

Treddigħ

Minħabba li l-kura bi pramipexole tinibixxi t-tnixxija ta’ prolactin fil-bnedmin, l-inibizzjoni tat- treddigħ hi mistennija. It-tneħħija ta’ pramipexole fil-ħalib tas-sider ma kinitx studjata fin-nisa. Fil- firien, il-konċentrazzjoni ta’ radjuattività marbuta mas-sustanza attiva kienet ogħla fil-ħalib tas-sider milli fil-plażma.

Fl-assenza ta’ informazzjoni miksuba mill-bnedmin, Oprymea m’għandux jintuża waqt it-treddigħ. Madankollu, jekk l-użu tiegħu ma jkunx jista’ jiġi evitat, it-treddigħ għandu jitwaqqaf.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji dwar il-fertilità fil-bniedem. Fi studji f’annimali, pramipexole affettwa ċ-ċikli

oestrous u naqqas il-fertilità fin-nisa kif mistenni minn agonist ta’ dopamine. Madankollu, dawn l- istudji ma jindikawx effetti diretti jew indiretti li jagħmlu l-ħsara fir-rigward tal-fertilità fl-irġiel.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Oprymea jista’ jkollu effett qawwi ħafna fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

L-alluċinazzjonijiet jew in-ngħas jistgħu jseħħu.

Pazjenti li qed jiġu kkurati bi Oprymea u li jkollhom ngħas u/jew episjodi ta’ rqad li jiġi għal għarrieda, għandhom ikunu infurmati biex ma jsuqux jew jagħmlu attivitajiet fejn in-nuqqas ta’ attenzjoni jista’ jpoġġi lilhom jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju jew mewt (eż. jħaddmu l- magni), sakemm dawn l-episodji rikorrenti u ngħas ikunu ġew ikkurati (ara wkoll sezzjonijiet 4.4, 4.5 u 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura minn analiżi ta’ provi kkontrollati bil-plaċebo, li kienu jinkludu total ta’ 1,923 pazjent fuq pramipexole u 1,354 pazjent fuq il-plaċebo, ir-reazzjonijiet avversi għall- mediċina kienu rrappurtati b’mod frekwenti għaż-żewġ gruppi. 63% tal-pazjenti fuq pramipexole u 52% tal-pazjenti fuq il-plaċebo, irrappurtaw mill-anqas reazzjoni avversa waħda għall-mediċina.

Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi tal-mediċina normalment jibdew kmieni waqt it-terapija u l- maġġoranza għandhom tendenza li jgħaddu anke jekk it-terapija titkompla.

Fil-kategoriji tas-sistemi tal-organi, ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati taħt titli ta’ frekwenza (numru ta’ pazjenti li huma mistennija li jkollhom ir-reazzjoni), bl-użu tal-kategoriji li ġejjin: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Il-marda ta’ Parkinson, l-iktar reazzjonijiet avversi komuni

L-aktar reazzjonijiet avversi għall-mediċina (≥ 5%) irrappurtati b’mod komuni f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson li kienu aktar frekwenti bil-kura bi pramipexole milli bil-plaċebo kienu nawseja, diskinesija, pressjoni tad-demm baxxa, sturdament, ngħas, nuqqas ta’ rqad, stitikezza, alluċinazzjonijiet, uġigħ ta’ ras u għeja kbira. L-inċidenza tan-ngħas tiżdied f’dożi ogħla minn 1.5 mg melħ ta’ pramipexole kuljum (ara sezzjoni 4.2). Reazzjoni avversa aktar frekwenti għall-mediċina fil-kura flimkien ma’ levodopa kienet id-diskinesija. Pressjoni tad-demm baxxa tista’ sseħħ fil-bidu tal-kura, speċjalment jekk pramipexole ikun ittitrat malajr wisq.

Tabella 1: Marda ta’ Parkinson

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux

Ġisem

ħafna

(≥1/100 sa <1/10)

(≥1/1,000 sa

(≥1/10,000

magħrufa

(≥1/10)

<1/100)

sa

<1/1,000)

Infezzjonijiet u

pnewmonja

infestazzjonijiet

Disturbi fis-

tnixxija mhux kif

sistema

suppost tal-ormon

endokrinarja

antidijuretiku1

Disturbi

insomnija

xiri kompulsiv

manija

psikjatriċi

alluċinazzjonijiet

logħob tal-azzard

ħolm mhux

patoloġiku

normali

irrekwitezza

konfużjoni

ipersesswalità

delużjoni

sintomi fl-imġiba

disturbi fil-libido

ta’ disturbi fil-

paranojja

kontroll tal-

delirju

impulsi u l-

teħid ta’ ammonti

kompulsjonijiet

kbar ta’ ikel fi

żmien qasir1

iperfaġija1

Disturbi fis-

ngħas

uġigħ ta’ ras

torqod f’daqqa

sistema nervuża

sturdament

telf tal-memorja

diskinesija

iperkinesija

sinkope

Disturbi fl-

indeboliment fil-

għajnejn

vista inkluż vista

doppja

vista mċajpra

tnaqqis fl-

akutezza viżiva

Disturbi fil-qalb

insuffiċjenza tal-

qalb1

Disturbi vaskulari

pressjoni baxxa

Disturbi

Qtugħ ta’ nifs

respiratorji,

sulluzzu

toraċiċi u

medjastinali

Disturbi gastro-

dardir

stitikezza

intestinali

rimettar

Disturbi fil-ġilda

sensittività

u fit-tessuti ta’

eċċessiva

taħt il-ġilda

ħakk

raxx

Disturbi ġenerali

għeja

Sindrome

u kondizzjonijiet

edema periferali

tat-twaqqif

ta’ mnejn jingħata

ta’ agonist

ta’

dopamine

inkluż

apatija,

ansjetà,

depressjoni,

għeja,

għaraq u

wġigħ

Investigazzjonijiet

tnaqqis fil-piż

żieda fil-piż

inkluż tnaqqis fl-

aptit

1Dan l-effett sekondarju ġie osservat fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. B’ċertezza ta’ 95%, il-kategorija ta’ frekwenza mhix aktar minn mhux komuni, iżda tista’ tkun aktar baxxa. Stima preċiża ta-frekwenza mhix possibbli għax l-effett sekondarju ma seħħx f’database ta’ prova klinika ta’ 2,762 pazjent bil-Marda ta’ Parkinson ittrattati bi pramipexole.

L-indikazzjonijiet oħra, l-iktar reazzjonijiet avversi komuni

L-aktar reazzjonijiet avversi komuni (≥ 5%) rrappurtati f’pazjenti b’indikazzjoni oħra trattata b’pramipexole kienu nawseja, uġigħ ta’ ras, u għeja kbira. In-nawseja u għeja kbira kienu rapportati aktar ta’ spiss f’pazjenti nisa (20.8% u 10.5%, rispettivament) meta mqabbla ma’ pazjenti rġiel (6.7% u 7.3%, rispettivament).

Tabella 2: L-indikazzjonijiet oħra

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Mhux

Ġisem

ħafna

(≥1/100 sa

(≥1/1,000 sa

magħrufa

(≥1/10)

<1/10)

<1/100)

Infezzjonijiet u

pnewmonja1

infestazzjonijiet

Disturbi fis-

tnixxija mhux kif suppost tal-

sistema

ormon antidijuretiku1

endokrinarja

Disturbi

insomnija

irrekwitezza

psikjatriċi

ħolm mhux

konfużjoni

normali

alluċinazzjonijiet

disturb fil-libido

delużjoni1

iperfaġija1

paranojja1

manija1

delirju1

sintomi fl-imġiba ta’ disturbi fil-

kontroll tal-impulsi u l-

kompulsjonijiet1

(bħal:

xiri kompulsiv

logħob tal-azzard patoloġiku,

ipersesswalità, teħid ta’ ammonti

kbar ta’ ikel fi żmien qasir)

Disturbi fis-

uġigħ ta’

torqod f’daqqa

sistema nervuża

ras

sinkope

sturdament

diskinesija

ngħas

telf tal-memorja1

iperkinesija1

Disturbi fl-

indeboliment fil-vista inkluż

għajnejn

tnaqqis fl-akutezza viżiva

vista doppja

vista mċajpra

Disturbi fil-qalb

insuffiċjenza tal-qalb1

Disturbi vaskulari

pressjoni baxxa

Disturbi

qtugħ ta’ nifs

respiratorji,

sulluzzu

toraċiċi u

medjastinali

Disturbi gastro-

dardir

stitikezza

intestinali

rimettar

Disturbi fil-ġilda

sensittività eċċessiva

u fit-tessuti ta’

ħakk

taħt il-ġilda

raxx

Disturbi ġenerali

għeja

edema periferali

Sindrome tat-

u kondizzjonijiet

twaqqif ta’

ta’ mnejn jingħata

agonist ta’

dopamine

inkluż apatija,

ansjetà,

depressjoni,

għeja, għaraq u

wġigħ

Investigazzjonijiet

tnaqqis fil-piż inkluż

tnaqqis fl-aptit

żieda fil-piż

1Dan l-effett sekondarju ġie osservat fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. B ċertezza ta’ 95%, il-kategorija ta’ frekwenza mhix aktar minn mhux komuni, iżda tista’ tkun aktar baxxa. Stima preċiża ta’ frekwenza mhix possibbli għax l-effett sekondarju ma seħħx f’database ta’ prova klinika ta’ 1,395 pazjent bis- indikazzjonijiet oħra Irrekwieti ttrattati bi pramipexole.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Ngħas

Pramipexole hu assoċjat b’mod komuni man-ngħas u kien assoċjat b’mod mhux komuni ma’ ngħas eċċessiv matul il-jum u episodji ta’ rqad li jiġi f’daqqa (ara wkoll sezzjoni 4.4).

Disturb fil-libido

Pramipexole jista’ jkun assoċjat b’mod mhux komuni ma’ disturbi fil-libido (żieda jew tnaqqis).

Disturb fil-kontroll tal-impulsi

Logħob patoloġiku tal-azzard, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq jew xiri bl-addoċċ, li wieħed jiekol bl-addoċċ u li wieħed jiekol b’mod kompulsiv jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati b’agonisti ta’ dopamine li jinkludu Oprymea (ara sezzjoni 4.4).

Fi studju cross-sectional, screening retrospettiv u case-control li kien jinkludi 3,090 pazjent bil-marda ta’ Parkinson, 13.6% tal-pazjenti kollha li kienu qed jirċievu kura dopaminerġika jew mhux dopaminerġika, kellhom sintomi ta’ disturb fil-kontroll tal-impulsi matul l-aħħar sitt xhur. Il- manifestazzjonijiet osservati kienu jinkudu logħob patoloġiku tal-azzard, xiri kompulsiv, ikel bl- addoċċ, u mġiba sesswali kompulsiva (ipersesswalità). Fatturi ta’ riskju indipendenti possibbli għal disturbi fil-kontroll tal-impulsi kienu jinkludu kuri dopaminerġiċi u dożi ogħla ta’ kura dopaminerġika, età iżgħar (≤ 65 sena), li ma tkunx miżżewweġ/miżżewġa u storja fil-famija ta’ logħob tal-azzard irrappurtata minn dak li jkun.

Sindrome tat-twaqqif ta’ agonist ta’ dopamine

Jistgħu jseħħu effetti avversi mhux motorji meta agonisti ta’ dopamine inkluż pramipexole jitnaqqsu jew jitwaqqfu. Is-sintomi jinkludu apatija, ansjetà, depressjoni, għeja, għaraq u wġigħ (ara

sezzjoni 4.4).

Insuffiċjenza kardijaka

Fi studji kliniċi u l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, insuffiċjenza kardijaka ġiet irrappurtata f’pazjenti li kienu qed jieħdu pramipexole. Fi studju farmakoepidemijoloġiku, l-użu ta’ pramipexole kien assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ insuffiċjenza kardijaka meta mqabbel ma’ meta pramipexole ma jintużax (proporzjon ta’ riskju osservat 1.86; 95% CI, 1.21-2.85).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M’hemm l-ebda esperjenza klinika b’doża eċċessiva massiva. Ir-reazzjonijiet avversi mistennija ser ikunu dawk relatati mal-profil farmakodinamiku ta’ agonist ta’ dopamine, li jinkludu nawseja, rimettar, iperkinesija, alluċinazzjonijiet, aġitazzjoni u pressjoni tad-demm baxxa. M’hemm l-ebda antidot stabbilit għal doża eċċessiva ta’ agonist ta’ dopamine. Jekk ikun hemm sinjali ta’ stimulazzjoni tas- sistema nervuża ċentrali, jista’ jkun hemm bżonn ta’ mediċina newroleptika. L-immaniġġjar tad-doża eċċessiva jista’ jkun jeħtieġ miżuri ta’ sapport ġenerali, flimkien ma’ ħasil gastriku, fluwidi ġol-vina, l- għoti ta’ faħam attivat u monitoraġġ permezz ta’ elettrokardjogramm.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson, agonisti ta’ dopamine, Kodiċi ATC: N04BC05

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Pramipexole hu agonist ta’ dopamine li jeħel b’selettività u speċifiċità qawwija mas-sotto-familja D2 tar-riċetturi ta’ dopamine, li minnhom għandu affinità preferenzjali għar-riċetturi D3, u għandu attività intrinsika sħiħa.

Pramipexole itaffi n-nuqqasijiet tal-moviment kkwawżati mill-marda ta’ Parkinson permezz tal- istimulazzjoni tar-riċetturi ta’ dopamine fl-istriatum. Studji f’annimali wrew li pramipexole jinibixxi s- sintesi, il-ħruġ u l-ammont ta’ dopamine.

Effetti farmakodinamiċi

F’voluntiera umani, kien osservat tnaqqis li jiddependi mid-doża fil-prolaċtin.

Effikaċja klinika u sigurtà bil-marda ta’ Parkinson

Fil-pazjenti, pramipexole itaffi s-sinjali u s-sintomi tal-marda idjopatika ta’ Parkinson. Provi kliniċi kkontrollati bil-plaċebo kienu jinkludu madwar 1,800 pazjent li kienu fi stadji I - V ta’ Hoehn u Yahr ikkurati bi pramipexole. Minn dawn, madwar 1,000 kienu fi stadji aktar avvanzati, u rċivew terapija b’levodopa fl-istess ħin, u ġarrbu kumplikazzjonijiet fil-moviment.

Fl-istadji bikrin u avvanzati tal-marda ta’ Parkinson, l-effikaċja ta’ pramipexole fil-provi kliniċi kkontrollati, inżammet għal madwar sitt xhur. Fi provi tat-tip open continuation li damu aktar minn tliet snin, ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ tnaqqis fl-effikaċja.

Fi prova klinika kkontrollata double blind li damet sentejn, il-kura inizjali bi pramipexole, ittardjat b’mod sinifikanti l-bidu ta’ kumplikazzjonijiet tal-moviment, u naqqset l-okkorrenza tagħhom meta mqabbla mal-kura inizjali b’levodopa. Dan id-dewmien fil-kumplikazzjonijiet tal-moviment bi pramipexole għandu jkun bbilanċjat b’titjib akbar fil-funzjoni tal-moviment b’levodopa (kif imkejjel mill-bidla medja fil-punteġġ UPDRS). L-inċidenza totali ta’ alluċinazzjonijiet u ngħas kienet ġeneralment ogħla matul il-perjodu taż-żieda tad-doża bil-grupp ta’ pramipexole. Madankollu, ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti matul il-fażi ta’ manteniment. Dawn il-punti għandhom ikunu kkunsidrati meta tinbeda l-kura bi pramipexole f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’pramipexole f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-marda ta’ Parkinson (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Effikaċja klinika u sigurtà fid-Disturb ta’ Tourette

L-effikaċja ta’ pramipexole (0.0625-0.5 mg/kuljum) fuq pazjenti pedjatriċi li kellhom 6-17-il sena bid- Disturb ta’ Tourette kienet evalwata fi studju li sar fuq doża flessibbli li kien double-blind, li fih il- parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali u kkontrollati bi plaċebo. Total ta’ 63 pazjent intgħażlu b’mod każwali (43 ħadu pramipexole, 20 ħadu plaċebo). Il-punt aħħari primarju kien bidla mil-linja bażi fuq il-Punteġġ Totali Tic (TTS) tal-Yale Global Tic Severity Scale (YGTSS). Ma kienet osservata l-ebda differenza għal pramipexole meta mqabbel ma’ plaċebo għal jew il-punt aħħari primarju jew għal kwalunkwe punti aħħarin tal-effikaċja sekondarja li jinkludu l-punteġġ totali YGTSS, Impressjoni Globali tal-Pazjent dwar it-Titjib (PGI-I), Impressjoni Globali Klinika dwar it-Titjib (CGI-I), jew Impressjonijiet Globali Kliniċi tas-Severità tal-Marda (CGI-S). Avvenimenti avversi li seħħew f’mill- inqas 5% tal-pazjenti fil-grupp ta’ pramipexole u b’mod iktar komuni f’pazjenti kkurati bi pramipexole milli f’pazjenti li kienu qed jieħdu plaċebo kienu: uġigħ ta’ ras (27.9%, plaċebo 25.0%), ngħas (7.0%, plaċebo 5.0%), nawseja (18.6%, plaċebo 10.0%), rimettar (11.6%, plaċebo 0.0%), uġigħ fin-naħa ta’ fuq taż-żaqq (7.0%, plaċebo 5.0%), pressjoni tad-demm baxxa meta wieħed iqum

bilwieqfa (9.3%, plaċebo 5.0%), majalġja (9.3%, plaċebo 5.0%), problemi biex torqod (7.0%, plaċebo 0.0%), qtugħ ta’ nifs (7.0%, plaċebo 0.0%) u infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju (7.0%, plaċebo 5.0%). Avvenimenti avversi sinifikanti oħrajn li wasslu għat-twaqqif tal-mediċina li kienet qed tiġi studjata għal pazjenti li kienu qed jirċievu pramipexole kienu stat ta’ konfużjoni, taħwid fid- diskors u kundizzjoni aggravata (ara sezzjoni 4.2).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Pramipexole ikun assorbit malajr u b’mod komplet wara l-għoti mill-ħalq. Il-bijodisponibilità assoluta hi aktar minn 90% u l-konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma jseħħu wara bejn 1 u 3 sigħat. L-għoti fl- istess ħin mal-ikel ma naqqasx il-grad tal-assorbiment ta’ pramipexole, iżda r-rata tal-assorbiment naqset. Pramipexole juri kinetiċi lineari u varjazzjoni żgħira fil-livelli tal-plażma bejn il-pazjenti.

Distribuzzjoni

Fil-bnedmin, it-twaħħil ta’ pramipexole mal-proteina hu baxx ħafna (< 20%) u l-volum tad- distribuzzjoni hu kbir (400 l). Konċentrazzjonijiet qawwija fit-tessut tal-moħħ kienu osservati fil-firien (madwar 8 darbiet aktar meta mqabbla mal-plażma).

Bijotrasformazzjoni

Pramipexole hu metabolizzat fil-bniedem f’ammonti żgħar biss.

Eliminazzjoni

It-tneħħija renali ta’ pramipexole mhux mibdul hi r-rotta maġġuri tal-eliminazzjoni. Madwar 90% tad- doża ttikkettata 14C titneħħa minn ġol-kliewi, filwaqt li inqas minn 2% tinstab fl-ippurgar. It-tneħħija totali ta’ pramipexole hi ta’ madwar 500 ml/min u t-tneħħija renali hi ta’ madwar 400 ml/min. Il-half- life (t½) tal-eliminazzjoni tvarja minn 8 sigħat fiż-żgħażagħ għal 12-il siegħa fl-anzjani.

5.3Tagħrif taqabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar l-effett tossiku minn dożi ripetuti wrew li pramipexole ħoloq effetti funzjonali, li primarjament kienu jinvolvu s-CNS u s-sistema riproduttiva fin-nisa, u probabbilment irriżultaw minn effett farmakodinamiku esaġerat ta’ pramipexole.

Tnaqqis fil-pressjoni dijastolika u sistolika u fir-rata ta’ taħbit tal-qalb kienu nnutati fil-minipig, u kienet osservata tendenza għal effett ipotensiv fix-xadini.

L-effetti potenzjali ta’ pramipexole fuq il-funzjoni riproduttiva kienu investigati fil-firien u fil-fniek. Pramipexole ma kienx teratoġeniku fil-firien u fil-fniek, iżda kien embrijotossiku fil-firien f’dożi maternotossiċi. Minħabba l-għażla ta’ speċi ta’ annimali u l-parametri limitati li kienu investigati, l- effetti avversi ta’ pramipexole fuq it-tqala u fuq il-fertilità tal-irġiel ma kinux spjegati b’mod sħiħ.

Dewmien fl-iżvilupp sesswali (i.e. separazzjoni prepuzjali u ftuħ tal-vaġina) kien osservat fil-firien. Ir-rilevanza għall-bnedmin mhijiex magħrufa.

Pramipexole ma kienx ġenotossiku. Fi studju dwar il-karċinoġeneċità, il-firien irġiel żviluppaw iperplasija u adenomi taċ-ċelluli ta’ Leydig, u dawn kienu spjegati mill-effett inibitorju fuq il-prolactin ta’ pramipexole. Din is-sejba mhijiex klinikament rilevanti għall-bniedem. L-istess studju wera wkoll li, f’dożi ta’ 2 mg/kg (ta’ melħ) u ogħla, pramipexole kien assoċjat ma’ deġenerazzjoni tar-retina f’firien albini. Din is-sejba tal-aħħar ma kinitx osservata f’firien bil-pigmentazzjoni, u lanqas fi studju li dam sentejn dwar il-karċinoġeneċità fil-ġrieden albini, jew fi kwalunkwe speċi oħra li kienet investigata.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol

Maize starch

Pregelatinised maize starch

Povidone K25

Colloidal anhydrous silica

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Pakkett ta’ folji (fojl Alu/Alu): 20, 30, 60, 90 jew 100 pillola, f’kaxxa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

KRKA, d. d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Oprymea 0.088 mg pilloli 20 pillola: EU/1/08/469/001 30 pillola: EU/1/08/469/002 60 pillola: EU/1/08/469/003 90 pillola: EU/1/08/469/004

100 pillola: EU/1/08/469/005

Oprymea 0.18 mg pilloli

20 pillola: EU/1/08/469/006

30 pillola: EU/1/08/469/007

60 pillola: EU/1/08/469/008

90 pillola: EU/1/08/469/009

100 pillola: EU/1/08/469/010

Oprymea 0.35 mg pilloli

20 pillola: EU/1/08/469/011

30 pillola: EU/1/08/469/012

60 pillola: EU/1/08/469/013

90 pillola: EU/1/08/469/014

100 pillola: EU/1/08/469/015

Oprymea 0.7 mg pilloli

20 pillola: EU/1/08/469/016

30 pillola: EU/1/08/469/017

60 pillola: EU/1/08/469/018

90 pillola: EU/1/08/469/019

100 pillola: EU/1/08/469/020

Oprymea 1.1 mg pilloli

20 pillola: EU/1/08/469/021

30 pillola: EU/1/08/469/022

60 pillola: EU/1/08/469/023

90 pillola: EU/1/08/469/024

100 pillola: EU/1/08/469/025

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 12 ta’ Settembru 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 9 t’April 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Oprymea 0.26 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Oprymea 0.52 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Oprymea 1.05 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Oprymea 1.57 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Oprymea 2.1 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Oprymea 2.62 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Oprymea 3.15 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 0.26 mg ta’ pramipexole (bħala 0.375 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 0.52 mg ta’ pramipexole (bħala 0.75 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 1.05 mg ta’ pramipexole (bħala 1.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 1.57 mg ta’ pramipexole (bħala 2.25 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 2.1 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 2.1 mg ta’ pramipexole (bħala 3 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 2.62 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 2.62 mg ta’ pramipexole (bħala 3.75 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 3.15 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 3.15 mg ta’ pramipexole (bħala 4.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Jekk jogħġbok innota:

Id-dożi ta’ pramipexole kif ippubblikati fil-letteratura jirreferu għas-sura tal-melħ. Għalhekk, id-dożi ser ikunu espressi f’termini kemm ta’ bażi ta’ pramipexole u ta’ melħ ta’ pramipexole (fil-parentesi).

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li terħi l-mediċina bil-mod

Oprymea 0.26 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P1 imnaqqax fuq naħa waħda, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

Oprymea 0.52 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P2 imnaqqax fuq naħa waħda, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar

Oprymea 1.05 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P3 imnaqqax fuq naħa waħda, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

Oprymea 1.57 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P12 imnaqqax fuq naħa waħda, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

Oprymea 2.1 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P4 imnaqqax fuq naħa waħda, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

Oprymea 2.62 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P13 imnaqqax fuq naħa waħda u 262 fuq naħa oħra, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

Oprymea 3.15 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvess bi P5 imnaqqax fuq naħa waħda u 315 fuq naħa l-oħra, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Oprymea huwa indikat f’adulti għall-kura tas-sinjali u tas-sintomi tal-marda idjopatika ta’ Parkinson, waħdu (mingħajr levodopa) jew flimkien ma’ levodopa, i.e. matul il-kors tal-marda, sa l-istadji aħħarin fejn l-effett ta’ levodopa jonqos ħafna jew isir inkonsistenti u jseħħu fluttwazzjonijiet tal-effett terapewtiku (fl-aħħar tad-doża jew fluttwazzjonijiet “on off”).

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina huma formulazzjoni orali ta’ pramipexole li tittieħed darba kuljum.

Kura inizjali

Id-dożi għandhom jiżdiedu gradwalment minn doża tal-bidu ta’ 0.26 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) kuljum u mbagħad jiżdiedu kull 5-7 ijiem. Bil-patt li l-pazjenti ma jkollhomx effetti mhux mixtieqa li ma jkunux jistgħu jittolleraw, id-doża għandha tkun ittitrata biex tilħaq l-effett terapewtiku massimu.

Skeda ta’ doża li tiżdied ta’ Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Ġimgħa

Doża ta’ kuljum (mg ta’ bażi)

Doża ta’ kuljum (mg ta’ melħ)

0.26

0.375

0.52

0.75

1.05

1.5

Jekk ikun hemm bżonn ta’ żieda addizzjonali fid-doża, id-doża ta’ kuljum għandha tiżdied b’0.52 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ) f’intervalli ta’ darba f’ġimgħa sa doża massima ta’ 3.15 mg ta’ bażi

(4.5 mg ta’ melħ) kuljum. Madankollu, wieħed għandu jinnota li l-inċidenza tan-ngħas tiżdied f’dożi ogħla minn 1.05 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ) kuljum (ara sezzjoni 4.8).

Pazjenti li diġà jkunu qed jieħdu pilloli Oprymea jistgħu jaqilbu għal Oprymea pilloli li jerħu l-

mediċina bil-mod mil-lum għal għada, fl-istess doża ta’ kuljum. Wara li tinqaleb għal Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod, id-doża tista’ tiġi aġġustata skont ir-rispons terapewtiku tal-pazjent (ara sezzjoni 5.1).

Kura ta’ manteniment

Id-doża individwali ta’ pramipexole għandha tkun fil-medda ta’ 0.26 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) sa massimu ta’ 3.15 mg ta’ bażi (4.5 mg ta’ melħ) kuljum. Matul il-perjodu li fih id-doża kienet qed tiżdied fi studji importanti ħafna, l-effikaċja kienet osservata meta bdiet tittieħed doża ta’ kuljum ta’ 1.05 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ). Aġġustamenti addizzjonali fid-doża għandhom isiru skont ir- rispons kliniku u l-okkorrenza ta’ reazzjonijiet avversi. Fil-provi kliniċi, madwar 5% tal-pazjenti kienu kkurati b’dożi li kienu taħt 1.05 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ). Fil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat, dożi ta’ pramipexole, ogħla minn 1.05 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ) kuljum jistgħu jkunu utli f’pazjenti fejn tnaqqis tat-terapija ta’ levodopa jkun intenzjonat. Hu rakkomandat li d-doża ta’ levodopa titnaqqas kemm matul il-perjodu meta d-doża tkun qed tiżdied, kif ukoll matul il-kura ta’ manteniment bi Oprymea, skont ir-reazzjonijiet fil-pazjenti individwali (ara sezzjoni 4.5).

Meta tinsa tieħu doża

Meta wieħed jinsa jieħu doża, Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod għandhom jittieħdu fi żmien 12-il siegħa wara l-ħin skedat regolarment. Wara 12-il siegħa, id-doża li tkun intesiet għandha tinqabeż, u d-doża li jkun imiss għandha tittieħed l-għada fil-ħin skedat regolarment.

Twaqqif tal-kura

It-twaqqif f’daqqa tat-terapija dopaminerġika jista’ jwassal għall-iżvilupp tas-Sindrome malinn newroleptiku. Pramipexole għandu jitwaqqaf gradwalment b’rata ta’ 0.52 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ) kuljum sakemm id-doża ta’ kuljum tkun tnaqqset għal 0.52 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ). Wara dak il-perjodu, id-doża għandha titnaqqas b’0.26 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment renali

L-eliminazzjoni ta’ pramipexole tiddependi fuq il-funzjoni renali. L-iskeda tad-doża li ġejja hi ssuġġerita:

Pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina ta’ iktar minn 50 ml/min ma jeħtieġu l-ebda tnaqqis fid-doża ta’ kuljum jew fil-frekwenza tad-dożaġġ.

F’pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina bejn 30 u 50 ml/min, il-kura għandha tinbeda b’0.26 mg ta’ Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ġurnata iva ġurnata le. Għandha tingħata attenzjoni u ssir evalwazzjoni bir-reqqa tar-rispons terapewtiku u tat-tollerabilità qabel ma jiżdied id-dożaġġ għal kuljum, wara ġimgħa. Jekk ikun hemm bżonn ta’ żieda addizzjonali fid-doża, id-dożi għandhom jiżdiedu b’0.26 mg ta’ bażi ta’ pramipexole f’intervalli ta’ darba f’ġimgħa sa doża massima ta’

1.57 mg ta’ bażi ta’ pramipexole (2.25 mg ta’ melħ) kuljum.

Il-kura ta’ pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina taħt 30 ml/min bi Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil- mod mhijiex rakkomandata, għax m’hemm l-ebda dejta disponibbli għal din il-popolazzjoni ta’ pazjenti. L-użu ta’ pilloli Oprymea għandu jiġi kkunsidrat.

Jekk il-funzjoni tal-kliewi tonqos matul it-terapija ta’ manteniment, ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija hawn fuq għandhom jiġu segwiti.

Indeboliment epatiku

Aġġustament fid-doża f’pazjenti b’insuffiċjenza epatika probabbilment ma jkunx meħtieġ, għax madwar 90% tas-sustanza attiva assorbita titneħħa minn ġol-kliewi. Madankollu, l-influwenza potenzjali ta’ insuffiċjenza epatika fuq il-farmakokinetika ta’ Oprymea ma kinitx investigata.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Oprymea fit-tfal li għandhom inqas minn 18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fil-

popolazzjoni pedjatrika għal indikazzjoni tal-marda ta’ Parkinson.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli għandhom jinbelgħu sħaħ mal-ilma, u m’għandhomx jintmagħdu, jinqasmu jew jitfarrku. Il- pilloli jistgħu jittieħdu jew mal-ikel jew fuq stonku vojt, u għandhom jittieħdu kuljum bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Meta tingħata riċetta għal Oprymea lil pazjent bil-marda ta’ Parkinson li jkollu indeboliment renali, hu ssuġġerit li tingħata doża mnaqqsa skont kif spjegat f’sezzjoni 4.2.

Alluċinazzjonijiet

L-alluċinazzjonijiet huma effett sekondarju magħruf tal-kura b’agonisti ta’ dopamine u levodopa. Il- pazjenti għandhom ikunu infurmati li alluċinazzjonijiet (l-aktar viżwali) jistgħu jseħħu.

Diskinesija

Fl-istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson, fil-kura kombinata b’levodopa, id-diskinesija tista’ sseħħ matul it-titrazzjoni inizjali ta’ Oprymea. Jekk din isseħħ, id-doża ta’ levodopa għandha titnaqqas.

Irqad li jiġi għal għarrieda u ngħas

Pramipexole kien assoċjat ma’ ngħas u episodji ta’ rqad li jiġi f’daqqa, partikularment f’pazjenti bil- marda ta’ Parkinson. L-irqad li jiġi f’daqqa waqt l-attivitajiet ta’ kuljum, f’xi każijiet mingħajr ma dak li jkun ikun konxju tiegħu jew ikollu xi sinjali ta’ twissija, kien irrappurtat b’mod mhux komuni. Il- pazjenti jridu jkunu infurmati b’dan u jkunu avżati biex joqogħdu attenti waqt is-sewqan jew waqt it- tħaddim tal-magni matul il-kura bi Oprymea. Pazjenti li kellhom ngħas u/jew episodju ta’ rqad li jiġi f’daqqa, m’għandhomx isuqu jew iħaddmu magni. Flimkien ma’ dan, tnaqqis fid-doża jew it-twaqqif tat-terapija jistgħu jiġu kkunsidrati. Minħabba l-possibbiltà ta’ effetti addittivi, għandha tingħata attenzjoni meta l-pazjenti jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali sedattivi oħrajn jew alkoħol flimkien ma’ pramipexole (ara sezzjonijiet 4.5, 4.7 u 4.8).

Disturb fil-kontroll tal-impulsi

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati regolarment għall-iżvilupp ta’ disturbi fil-kontroll tal-impulsi. Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jiġu avżati li sintomi fl-imġiba ta’ disturbi fil-kontroll tal-impulsi li jinkludu logħob patoloġiku tal-azzard, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq jew xiri bl- addoċċ, li wieħed jiekol bl-addoċċ u li wieħed jiekol b’mod kompulsiv jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati b’agonisti ta’ dopamine li jinkludu Oprymea. It-tnaqqis fid-doża/it-twaqqif gradwali għandu jkun ikkunsidrat jekk jiżviluppaw dawn is-sintomi.

Manija u delirju

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati regolarment għall-iżvilupp ta’ manija u delirju. Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom ikunu konxji li l-manija u d-delirju jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati bi pramipexole. It-tnaqqis fid-doża/it-twaqqif gradwali għandu jkun ikkunsidrat jekk jiżviluppaw dawn is-sintomi.

Pazjenti b’disturbi psikotiċi

Pazjenti b’mard psikotiku għandhom ikunu kkurati b’agonisti ta’ dopamine biss jekk il-benefiċċju potenzjali jiżboq ir-riskji. L-għoti ta’ prodotti mediċinali antipsikotiċi flimkien ma’ pramipexole għandu jkun evitat (ara sezzjoni 4.5).

Monitoraġġ oftalmoloġiku

Monitoraġġ oftalmoloġiku hu rakkomandat f’intervalli regolari jew jekk iseħħu anormalitajiet fil-vista.

Mard kardjovaskulari sever

F’każ ta’ mard kardjovaskulari sever, għandha tingħata attenzjoni. Hu rakkomandat li jsir monitoraġġ tal-pressjoni tad-demm, b’mod speċjali fil-bidu tal-kura, minħabba r-riskju ġenerali ta’ pressjoni tad- demm baxxa li tiddependi mill-qagħda, assoċjata mat-terapija dopaminerġika.

Sindrome malinn newroleptiku

Sintomi li jissuġġerixxu sindrome malinn newroleptiku kienu rrappurtati mat-twaqqif f’daqqa tat- terapija dopaminerġika (ara sezzjoni 4.2).

Sindrome tat-twaqqif tat-trattament b’agonist ta’ dopamine

Biex jitwaqqaf it-trattament f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson, pramipexole għandu jiġi mnaqqas bil- mod (ara sezzjoni 4.2). Jistgħu jseħħu effetti avversi mhux motorji meta agonisti ta’ dopamine, inkluż pramipexole, jitnaqqsu jew jitwaqqfu. Is-sintomi jinkludu apatija, ansjetà, depressjoni, għeja, għaraq u wġigħ li jistgħu jkunu severi. Il-pazjenti għandhom jiġu infurmati dwar dan qabel l-agonist ta’ dopamine jibda jitnaqqas bil-mod, u għandhom jiġu mmonitorjati b’mod regolari wara dan. F’każ ta’ sintomi persistenti, jista’ jkun meħtieġ li d-doża ta’ pramipexole tiġi miżjuda b’mod temporanju (ara sezzjoni 4.8).

Fdalijiet fl-ippurgar

Xi pazjenti rrappurtaw l-okkorrenza ta’ fdalijiet fl-ippurgar li jistgħu jixbhu lil Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod. Jekk il-pazjenti jirrappurtaw osservazzjoni bħal din, it-tabib għandu jerġa’ jivvaluta r-rispons tal-pazjenti għall-kura.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Twaħħil mal-proteina tal-plażma

Pramipexole jeħel ftit ħafna mal-proteini fil-plażma (< 20%), u ftit bijotrasformazzjoni tiġi osservata fil-bniedem. Għalhekk, l-interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw it-twaħħil mal- proteini fil-plażma jew l-eliminazzjoni permezz tal-bijotrasformazzjoni, mhumiex mistennija.

Minħabba li l-antikolinerġiċi huma eliminati primarjament permezz tal-bijotrasformazzjoni, il- potenzjal għal interazzjoni hu limitat, għalkemm interazzjoni mal-antikolinerġiċi ma ġietx investigata. M’hemm l-ebda interazzjoni farmakokinetika b’selegiline u b’levodopa.

Inibituri/kompetituri tal-passaġġ tal-eliminazzjoni renali attiv

Cimetidine naqqas it-tneħħija renali ta’ pramipexole b’madwar 34%, preżumibilment permezz tal- inibizzjoni tas-sistema tat-trasport li tnixxi l-ketajins tat-tubuli renali. Għalhekk, prodotti mediċinali li huma inibituri ta’ dan il-passaġġ attiv tal-eliminazzjoni renali, jew li jkunu mneħħija permezz ta’ dan il-passaġġ, bħal cimetidine, amantadine, mexiletine, zidovudine, cisplatin, quinine, u procainamide, jistgħu jinteraġixxu ma’ pramipexole, u dan jirriżulta fi tneħħija mnaqqsa ta’ pramipexole. It-tnaqqis fid-doża ta’ pramipexole għandu jkun ikkunsidrat meta dawn il-prodotti mediċinali jingħataw fl-istess ħin ma’ Oprymea.

Kumbinazzjoni ma’ levodopa

Meta Oprymea jingħata flimkien ma’ levodopa, hu rakkomandat li d-doża ta’ levodopa titnaqqas u li d-doża ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-marda ta’ Parkinson tinżamm kostanti, filwaqt li d-doża ta’ Oprymea tiżdied.

Minħabba l-possibbiltà ta’ effetti addittivi, għandha tingħata attenzjoni meta l-pazjenti jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali sedattivi oħrajn jew alkoħol flimkien ma’ pramipexole (ara sezzjonijiet 4.4, 4.7 u 4.8).

Prodotti mediċinali antipsikotiċi

L-għoti flimkien ta’ prodotti mediċinali antipsikotiċi ma’ pramipexole għandu jkun evitat (ara sezzjoni 4.4), eż. jekk ikunu mistennija effetti antagonistiċi.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-effett fuq it-tqala u t-treddigħ ma kienx investigat fil-bnedmin. Pramipexole ma kienx teratoġeniku fil-firien u fil-fniek, iżda kien embrijotossiku fil-firien f’dożi maternotossiċi (ara sezzjoni 5.3). Oprymea m’għandux jingħata waqt it-tqala ħlief jekk ikun meħtieġ b’mod ċar, i.e. li l-benefiċċju potenzjali jiġġustifika r-riskju potenzjali lill-fetu.

Treddigħ

Minħabba li l-kura bi pramipexole tinibixxi t-tnixxija ta’ prolactin fil-bnedmin, l-inibizzjoni tat- treddigħ hi mistennija. It-tneħħija ta’ pramipexole fil-ħalib tas-sider ma kinitx studjata fin-nisa. Fil- firien, il-konċentrazzjoni ta’ radjuattività marbuta mas-sustanza attiva kienet ogħla fil-ħalib tas-sider milli fil-plażma.

Fl-assenza ta’ informazzjoni miksuba mill-bnedmin, Oprymea m’għandux jintuża waqt it-treddigħ. Madankollu, jekk l-użu tiegħu ma jkunx jista’ jiġi evitat, it-treddigħ għandu jitwaqqaf.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji dwar il-fertilità fil-bniedem. Fi studji f’annimali, pramipexole affettwa ċ-ċikli oestrous u naqqas il-fertilità fin-nisa kif mistenni minn agonist ta’ dopamine. Madankollu, dawn l- istudji ma jindikawx effetti diretti jew indiretti li jagħmlu l-ħsara fir-rigward tal-fertilità fl-irġiel.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Oprymea jista’ jkollu effett qawwi ħafna fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

L-alluċinazzjonijiet jew in-ngħas jistgħu jseħħu.

Pazjenti li qed jiġu kkurati bi Oprymea u li jkollhom ngħas u/jew episjodi ta’ rqad li jiġi għal għarrieda, għandhom ikunu infurmati biex ma jsuqux jew jagħmlu attivitajiet fejn in-nuqqas ta’ attenzjoni jista’ jpoġġi lilhom jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju jew mewt (eż. jħaddmu l- magni), sakemm dawn l-episodji rikorrenti u ngħas ikunu ġew ikkurati (ara wkoll sezzjonijiet 4.4, 4.5 u 4.8).

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura minn analiżi ta’ provi kkontrollati bil-plaċebo, li kienu jinkludu total ta’ 1,778 pazjent fuq pramipexole u 1,297 pazjent fuq il-plaċebo, ir-reazzjonijiet avversi għall- mediċina kienu rrappurtati b’mod frekwenti għaż-żewġ gruppi. 67% tal-pazjenti fuq pramipexole u 54% tal-pazjenti fuq il-plaċebo, irrappurtaw mill-anqas reazzjoni avversa waħda għall-mediċina.

Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi tal-mediċina normalment jibdew kmieni waqt it-terapija u l- maġġoranza għandhom tendenza li jgħaddu anke jekk it-terapija titkompla.

Fil-kategoriji tas-sistemi tal-organi, ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati taħt titli ta’ frekwenza (numru ta’ pazjenti li huma mistennija li jkollhom ir-reazzjoni), bl-użu tal-kategoriji li ġejjin: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

L-aktar reazzjonijiet avversi għall-mediċina (≥ 5%) irrappurtati b’mod komuni f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson li kienu aktar frekwenti bil-kura bi pramipexole milli bil-plaċebo kienu nawseja, diskinesija, pressjoni tad-demm baxxa, sturdament, ngħas, nuqqas ta’ rqad, stitikezza, alluċinazzjonijiet, uġigħ ta’ ras u għeja kbira. L-inċidenza tan-ngħas tiżdied f’dożi ogħla minn 1.5 mg melħ ta’ pramipexole kuljum (ara sezzjoni 4.2). Reazzjoni avversa aktar frekwenti għall-mediċina fil-kura flimkien ma’ levodopa kienet id-diskinesija. Pressjoni tad-demm baxxa tista’ sseħħ fil-bidu tal-kura, speċjalment jekk pramipexole ikun ittitrat malajr wisq.

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux

Ġisem

ħafna

(≥1/100 sa <1/10)

(≥1/1,000 sa

(≥1/10,000

magħrufa

(≥1/10)

<1/100)

sa

<1/1,000)

Infezzjonijiet u

pnewmonja

infestazzjonijiet

Disturbi fis-

tnixxija mhux kif

sistema

suppost tal-ormon

endokrinarja

antidijuretiku1

Disturbi

insomnija

xiri kompulsiv

manija

psikjatriċi

alluċinazzjonijiet

logħob tal-azzard

ħolm mhux

patoloġiku

normali

irrekwitezza

konfużjoni

ipersesswalità

delużjoni

sintomi fl-imġiba

disturbi fil-libido

ta’ disturbi fil-

paranojja

kontroll tal-

delirju

impulsi u l-

teħid ta’ ammonti

kompulsjonijiet

kbar ta’ ikel fi

żmien qasir1

iperfaġija1

Disturbi fis-

ngħas

uġigħ ta’ ras

torqod f’daqqa

sistema nervuża

sturdament

telf tal-memorja

diskinesija

iperkinesija

sinkope

Disturbi fl-

indeboliment fil-

għajnejn

vista inkluż vista

doppja

vista mċajpra

tnaqqis fl-

akutezza viżiva

Disturbi fil-qalb

insuffiċjenza tal-

qalb1

Disturbi vaskulari

pressjoni baxxa

Disturbi

Qtugħ ta’ nifs

respiratorji,

sulluzzu

toraċiċi u

medjastinali

Disturbi gastro-

dardir

stitikezza

intestinali

rimettar

Disturbi fil-ġilda

sensittività

u fit-tessuti ta’

eċċessiva

taħt il-ġilda

ħakk

raxx

Disturbi ġenerali

għeja

Sindrome

u kondizzjonijiet

edema periferali

tat-twaqqif

ta’ mnejn jingħata

ta’ agonist

ta’

dopamine

inkluż

apatija,

ansjetà,

depressjoni,

għeja,

għaraq u

wġigħ

Investigazzjonijiet

tnaqqis fil-piż

żieda fil-piż

inkluż tnaqqis fl-

aptit

1Dan l-effett sekondarju ġie osservat fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. B’ċertezza ta’ 95%, il-kategorija ta’ frekwenza mhix aktar minn mhux komuni, iżda tista’ tkun aktar baxxa. Stima preċiża ta’ frekwenza mhix possibbli għax l-effett sekondarju ma seħħx f’database ta’ prova klinika ta’ 2,762 pazjent bil-Marda ta’ Parkinson i ttrattati bi pramipexole.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Ngħas

Pramipexole hu assoċjat b’mod komuni man-ngħas u kien assoċjat b’mod mhux komuni ma’ ngħas eċċessiv matul il-jum u episodji ta’ rqad li jiġi f’daqqa (ara wkoll sezzjoni 4.4).

Disturb fil-libido

Pramipexole jista’ jkun assoċjat b’mod mhux komuni ma’ disturbi fil-libido (żieda jew tnaqqis).

Disturb fil-kontroll tal-impulsi

Logħob patoloġiku tal-azzard, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq jew xiri bl-addoċċ, li wieħed jiekol bl-addoċċ u li wieħed jiekol b’mod kompulsiv jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati b’agonisti ta’ dopamine li jinkludu Oprymea (ara sezzjoni 4.4).

Fi studju cross-sectional, screening retrospettiv u case-control li kien jinkludi 3,090 pazjenti bil-marda ta’ Parkinson, 13.6% tal-pazjenti kollha li kienu qed jirċievu kura dopaminerġika jew mhux dopaminerġika, kellhom sintomi ta’ disturb fil-kontroll tal-impulsi matul l-aħħar sitt xhur. Il- manifestazzjonijiet osservati kienu jinkudu logħob patoloġiku tal-azzard, xiri kompulsiv, ikel bl- addoċċ, u mġiba sesswali kompulsiva (ipersesswalità). Fatturi ta’ riskju indipendenti possibbli għal disturbi fil-kontroll tal-impulsi kienu jinkludu kuri dopaminerġiċi u dożi ogħla ta’ kura dopaminerġika, età iżgħar (≤ 65 sena), li ma tkunx miżżewweġ/miżżewġa u storja fil-famija ta’ logħob tal-azzard irrappurtata minn dak li jkun.

Sindrome tat-twaqqif ta’ agonist ta’ dopamine

Jistgħu jseħħu effetti avversi mhux motorji meta agonisti ta’ dopamine inkluż pramipexole jitnaqqsu jew jitwaqqfu. Is-sintomi jinkludu apatija, ansjetà, depressjoni, għeja, għaraq u wġigħ (ara

sezzjoni 4.4).

Insuffiċjenza kardijaka

Fi studji kliniċi u l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, insuffiċjenza kardijaka ġiet irrappurtata f’pazjenti li kienu qed jieħdu pramipexole. Fi studju farmakoepidemijoloġiku, l-użu ta’ pramipexole kien assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ insuffiċjenza kardijaka meta mqabbel ma’ meta pramipexole ma jintużax (proporzjon ta’ riskju osservat 1.86; 95% CI, 1.21-2.85).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sintomi

M’hemm l-ebda esperjenza klinika b’doża eċċessiva massiva. Ir-reazzjonijiet avversi mistennija ser ikunu dawk relatati mal-profil farmakodinamiku ta’ agonist ta’ dopamine, li jinkludu nawseja, rimettar, iperkinesija, alluċinazzjonijiet, aġitazzjoni u pressjoni tad-demm baxxa.

Ġestjoni

M’hemm l-ebda antidot stabbilit għal doża eċċessiva ta’ agonist ta’ dopamine. Jekk ikun hemm sinjali

ta’ stimulazzjoni tas-sistema nervuża ċentrali, jista’ jkun hemm bżonn ta’ mediċina newroleptika. L- immaniġġjar tad-doża eċċessiva jista’ jkun jeħtieġ miżuri ta’ sapport ġenerali, flimkien ma’ ħasil gastriku, fluwidi ġol-vina, l-għoti ta’ faħam attivat u monitoraġġ permezz ta’ elettrokardjogramm.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson, agonisti ta’ dopamine, Kodiċi ATC: N04BC05

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Pramipexole hu agonist ta’ dopamine li jeħel b’selettività u speċifiċità qawwija mas-sotto-familja D2 tar-riċetturi ta’ dopamine, li minnhom għandu affinità preferenzjali għar-riċetturi D3, u għandu attività intrinsika sħiħa.

Pramipexole itaffi n-nuqqasijiet tal-moviment kkwawżati mill-marda ta’ Parkinson permezz tal- istimulazzjoni tar-riċetturi ta’ dopamine fl-istriatum. Studji f’annimali wrew li pramipexole jinibixxi s- sintesi, il-ħruġ u l-ammont ta’ dopamine.

Effetti farmakodinamiċi

F’voluntiera umani, kien osservat tnaqqis li jiddependi mid-doża fil-prolactin. Fi prova klinika fuq voluntiera b’saħħithom, fejn pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod pramipexole kienu ttitrati b’mod iktar mgħaġġel (kull 3 ijiem) minn dak rakkomandat sa 3.15 mg ta’ bażi ta’ pramipexole (4.5 mg ta’ melħ) kuljum, kienet osservata żieda fil-pressjoni tad-demm u fir-rata ta’ taħbit tal-qalb. Dan l-effett ma kienx osservat fi studji li saru fuq pazjenti.

Effikaċja klinika u sigurtà bil-marda ta’ Parkinson

Fil-pazjenti, pramipexole itaffi s-sinjali u s-sintomi tal-marda idjopatika ta’ Parkinson. Provi kliniċi kkontrollati bil-plaċebo kienu jinkludu madwar 1,800 pazjent li kienu fi stadji I – IV ta’ Hoehn u Yahr ikkurati bi pramipexole. Minn dawn, madwar 1,000 kienu fi stadji aktar avvanzati, u rċivew terapija b’levodopa fl-istess ħin, u ġarrbu kumplikazzjonijiet fil-moviment.

Fl-istadji bikrin u avvanzati tal-marda ta’ Parkinson, l-effikaċja ta’ pramipexole fil-provi kliniċi kkontrollati, inżammet għal madwar sitt xhur. Fi provi tat-tip open continuation li damu aktar minn tliet snin, ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ tnaqqis fl-effikaċja. Fi prova klinika kkontrollata double blind li damet sentejn, il-kura inizjali bi pramipexole, ittardjat b’mod sinifikanti l-bidu ta’ kumplikazzjonijiet tal-moviment, u naqqset l-okkorrenza tagħhom meta mqabbla mal-kura inizjali b’levodopa. Dan id-dewmien fil-kumplikazzjonijiet tal-moviment bi pramipexole għandu jkun bbilanċjat b’titjib akbar fil-funzjoni tal-moviment b’levodopa (kif imkejjel mill-bidla medja fil- punteġġ UPDRS). L-inċidenza totali ta’ alluċinazzjonijiet u ngħas kienet ġeneralment ogħla matul il- perjodu taż-żieda tad-doża fil-grupp ta’ pramipexole. Madankollu, ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti matul il-fażi ta’ manteniment. Dawn il-punti għandhom ikunu kkunsidrati meta tinbeda l- kura bi pramipexole f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fil-kura tas-sinjali tal-marda ta’ Parkinson kienu evalwati fi programm multinazzjonali dwar l-iżvilupp tal-mediċina li kien jikkonsisti fi tliet studji randomized u kkontrollati. Saru żewġ provi f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju bikri, u prova minnhom sar f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat.

Is-superjorità ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fuq il-plaċebo ntweriet wara 18-il ġimgħa ta’ kura kemm fuq l-endpoints tal-effikaċja primarja (Punteġġ UPDRS Partijiet II+III) kif ukoll fuq dawk sekondarji importanti ħafna (rati ta’ dawk li rrispondew CGI-I u PGI-I) fi prova double-blind u kkontrollata bil-plaċebo li kienet tinkludi total ta’ 539 pazjent bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju bikri. Il-manteniment tal-effikaċja ntwera f’pazjenti kkurati għal 33 ġimgħa. Pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ma kinux inferjuri għal pramipexole pilloli li jerħu b’mod immedjat

kif evalwat fil-punteġġ UPDRS Partijiet II+III f’ġimgħa 33.

Fi prova double-blind ikkontrollata bil-plaċebo li kienet tinkludi total ta’ 517-il pazjent bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat, li kienu qed jingħataw terapija b’levodopa fl-istess ħin, is-superjorità ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fuq il-plaċebo, intweriet wara 18-il ġimgħa ta’ kura kemm fuq l-endpoint tal-effikaċja primarja (punteġġ UPDRS Partijiet II+III) kif ukoll fuq dak sekondarju importanti ħafna (off-time).

L-effikaċja u t-tollerabilità ta’ meta wieħed jaqleb mil-lum għal għada minn pramipexole pilloli għal pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod bl-istess doża ta’ kuljum, kienu evalwati fi studju kliniku double-blind f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju bikri.

L-effikaċja nżammet f’87 minn 103 pazjenti li qalbu għal pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil- mod. Minn dawn is-87 pazjent, 82.8% ma bidlux id-doża tagħhom, 13.8% żiedu u 3.4% naqqsu d- doża tagħhom.

F’nofs mis-16-il pazjent li ma ssodisfawx il-kriterju għal manteniment tal-effikaċja fuq il-punteġġ UPDRS Parti II+III, il-bidla mil-linja bażi ma kinitx ikkunsidrata li hi klinikament rilevanti. Pazjent wieħed biss li qaleb għal pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ġarrab avveniment avvers marbut mal-mediċina, li wassal biex ma jkomplix bl-istudju.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’pramipexol f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-marda ta’ Parkinson {ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku}.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Pramipexole jiġi assorbit kompletament wara l-għoti mill-ħalq. Il-bijodisponibilità assoluta hi aktar minn 90%.

Fi prova ta’ Fażi I, fejn pramipexole pilloli li jerħu b’mod immedjat u pilloli li jerħu l-mediċina bil- mod kienu evalwati fl-istat sajjem, il-konċentrazzjoni minima u massima fil-plażma (Cmin, Cmax) u espożizzjoni (AUC) tal-istess doża ta’ kuljum ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod mogħtija darba kuljum u pramipexole pilloli mogħtija tliet darbiet kuljum, kienu ekwivalenti.

L-għoti darba kuljum ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod, jikkawża fluttwazzjonijiet inqas frekwenti tal-konċentrazzjoni fil-plażma ta’ pramipexole fuq perjodu ta’ 24 siegħa meta mqabbel mal-għoti tliet darbiet kuljum ta’ pramipexole pilloli li jerħu b’mod immedjat.

Il-konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma jseħħu bejn wieħed u ieħor 6 sigħat wara l-għoti ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod darba kuljum. L-istat fiss tal-espożizzjoni jintlaħaq mhux aktar tard minn 5 ijiem ta’ dożaġġ kontinwu.

Ġeneralment, l-għoti flimkien mal-ikel ma jaffettwax il-bijodisponibilità ta’ pramipexole. It-teħid ta’ ikla b’ammont għoli ta’ xaħam ikkaġuna żieda ta’ madwar 24% fil-konċentrazzjoni massima (Cmax) wara l-għoti ta’ doża waħda u madwar 20% wara l-għoti ta’ dożi multipli, u dewmien ta’ madwar sagħtejn fil-ħin biex tintħaħaq il-konċentrazzjoni massima f’voluntiera b’saħħithom. L-espożizzjoni totali (AUC) ma kinitx affettwata mit-teħid tal-ikel fl-istess ħin. Iż-żieda fis-Cmax mhix ikkunsidrata li hi klinikament rilevanti. Fi studji ta’ Fażi III li stabbilew is-sigurtà u l-effikaċja ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod, il-pazjenti ngħataw parir biex jieħdu l-mediċina li kienet qed tiġi studjata mingħajr ma jagħtu kas tal-ikel li jieklu.

Filwaqt li l-piż tal-ġisem m’għandu l-ebda l-impatt fuq l-AUC, instab li għandu influwenza fuq il- volum ta’ distribuzzjoni, u għalhekk fuq il-konċentrazzjonijiet massimi, is-Cmax. Tnaqqis fil-piż tal- ġisem ta’ 30 kg jirriżulta f’żieda ta’ 45% fis-Cmax. Madankollu, fil-provi ta’ Fażi III f’pazjenti bil- marda ta’ Parkinson, ma nstabet l-ebda influwenza klinikament sinifikanti tal-piż tal-ġisem fuq l-effett terapewtiku u t-tollerabilità ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod.

Pramipexole juri kinetiċi lineari u varjazzjoni żgħira fil-livelli tal-plażma bejn il-pazjenti.

Distribuzzjoni

Fil-bnedmin, it-twaħħil ta’ pramipexole mal-proteina hu baxx ħafna (< 20%) u l-volum tad- distribuzzjoni hu kbir (400 l). Konċentrazzjonijiet qawwija fit-tessut tal-moħħ kienu osservati fil-firien (madwar 8 darbiet aktar meta mqabbla mal-plażma).

Bijotrasformazzjoni

Pramipexole hu metabolizzat fil-bniedem f’ammonti żgħar biss.

Eliminazzjoni

It-tneħħija renali ta’ pramipexole mhux mibdul hi r-rotta maġġuri tal-eliminazzjoni. Madwar 90% tad- doża ttikketta 14C titneħħa minn ġol-kliewi, filwaqt li inqas minn 2% tinstab fl-ippurgar. It-tneħħija totali ta’ pramipexole hi ta’ madwar 500 ml/min u t-tneħħija renali hi ta’ madwar 400 ml/min. Il-half- life (t½) tal-eliminazzjoni tvarja minn 8 sigħat fiż-żgħażagħ għal 12-il siegħa fl-anzjani.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar effett tossiku minn dożi ripetuti wrew li pramipexole ħoloq effetti funzjonali, li primarjament kienu jinvolvu s-CNS u s-sistema riproduttiva fin-nisa, u probabbilment irriżultaw minn effett farmakodinamiku esaġerat ta’ pramipexole.

Tnaqqis fil-pressjoni dijastolika u sistolika u fir-rata ta’ taħbit tal-qalb kienu nnutati fil-minipig, u kienet osservata tendenza għal effett ipotensiv fix-xadini.

L-effetti potenzjali ta’ pramipexole fuq il-funzjoni riproduttiva kienu investigati fil-firien u fil-fniek. Pramipexole ma kienx teratoġeniku fil-firien u fil-fniek, iżda kien embrijotossiku fil-firien f’dożi maternotossiċi. Minħabba l-għażla ta’ speċi ta’ annimali u l-parametri limitati li kienu investigati, l- effetti avversi ta’ pramipexole fuq it-tqala u fuq il-fertilità tal-irġiel ma kinux spjegati b’mod sħiħ.

Dewmien fl-iżvilupp sesswali (i.e. separazzjoni prepuzjali u ftuħ tal-vaġina) kien osservat fil-firien. Ir-rilevanza għall-bnedmin mhijiex magħrufa.

Pramipexole ma kienx ġenotossiku. Fi studju dwar il-karċinoġeneċità, il-firien irġiel żviluppaw iperplasija u adenomi taċ-ċelluli ta’ Leydig, u dawn kienu spjegati mill-effett inibitorju fuq il-prolactin ta’ pramipexole. Din is-sejba mhijiex klinikament rilevanti għall-bniedem. L-istess studju wera wkoll li, f’dożi ta’ 2 mg/kg (ta’ melħ) u ogħla, pramipexole kien assoċjat ma’ deġenerazzjoni tar-retina f’firien albini. Din is-sejba tal-aħħar ma kinitx osservata f’firien bil-pigmentazzjoni, u lanqas fi studju li dam sentejn dwar il-karċinoġeneċità fil-ġrieden albini, jew fi kwalunkwe speċi oħra li kienet investigata.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Hypromellose

Lamtu tal-qamħirrun

Silica, kollojdali anidru

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna speċjali.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folja (OPA/fojl tal-Alu/dessikant/PE-Alu): 10, 30, 90 jew 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod f’kaxxa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Oprymea 0.26 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod 10 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/026

30 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/027 90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/028 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/029

Oprymea 0.52 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod 10 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/030

30 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/031 90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/032 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/033

Oprymea 1.05 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod 10 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/034

30 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/035 90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/036 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/037

Oprymea 1.57 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod 10 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/038

30 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/039 90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/040 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/041

Oprymea 2.1 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

10 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/042 30 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/043

90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/044 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/045

Oprymea 2.62 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod 10 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/046

30 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/047 90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/048 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/049

Oprymea 3.15 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod 10 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/050

30 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/051 90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/052 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/053

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 12 ta’ Settembru 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 9 t’April 2013

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Pakkett għall-bidu tat-trattament

Oprymea 0.26 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Oprymea 0.52 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Oprymea 1.05 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Oprymea 0.26 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 0.26 mg ta’ pramipexole (bħala 0.375 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 0.52 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 0.52 mg ta’ pramipexole (bħala 0.75 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Oprymea 1.05 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 1.05 mg ta’ pramipexole (bħala 1.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate).

Jekk jogħġbok innota:

Id-dożi ta’ pramipexole kif ippubblikati fil-letteratura jirreferu għas-sura tal-melħ. Għalhekk, id-dożi ser ikunu espressi f’termini kemm ta’ bażi ta’ pramipexole u ta’ melħ ta’ pramipexole (fil-parentesi).

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li terħi l-mediċina bil-mod

0.26 mg: Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P1 imnaqqax fuq naħa waħda, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

0.52 mg: Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P2 imnaqqax fuq naħa waħda, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

1.05 mg: Pilloli ta’ lewn abjad jew kważi abjad, tondi (dijametru ta’ 10 mm), u huma kemxejn bikunvessi bi P3 imnaqqax fuq naħa waħda, bi xfar mċanfrin u possibiltà ta’ dbabar.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Oprymea huwa indikat f’adulti għall-kura tas-sinjali u tas-sintomi tal-marda idjopatika ta’ Parkinson, waħdu (mingħajr levodopa) jew flimkien ma’ levodopa, i.e. matul il-kors tal-marda, sa l-istadji aħħarin fejn l-effett ta’ levodopa jonqos ħafna jew isir inkonsistenti u jseħħu fluttwazzjonijiet tal-effett terapewtiku (fl-aħħar tad-doża jew fluttwazzjonijiet “on off”).

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina huma formulazzjoni orali ta’ pramipexole li tittieħed darba kuljum.

Kura inizjali

Id-dożi għandhom jiżdiedu gradwalment minn doża tal-bidu ta’ 0.26 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) kuljum u mbagħad jiżdiedu kull 5-7 ijiem. Bil-patt li l-pazjenti ma jkollhomx effetti mhux mixtieqa li ma jkunux jistgħu jittolleraw, id-doża għandha tkun ittitrata biex tilħaq l-effett terapewtiku massimu.

Skeda ta’ doża li tiżdied ta’ Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Ġimgħa

Doża ta’ kuljum (mg ta’ bażi)

Doża ta’ kuljum (mg ta’ melħ)

0.26

0.375

0.52

0.75

1.05

1.5

Jekk ikun hemm bżonn ta’ żieda addizzjonali fid-doża, id-doża ta’ kuljum għandha tiżdied b’0.52 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ) f’intervalli ta’ darba f’ġimgħa sa doża massima ta’ 3.15 mg ta’ bażi

(4.5 mg ta’ melħ) kuljum. Madankollu, wieħed għandu jinnota li l-inċidenza tan-ngħas tiżdied f’dożi ogħla minn 1.05 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ) kuljum (ara sezzjoni 4.8).

Pazjenti li diġà jkunu qed jieħdu pilloli Oprymea jistgħu jaqilbu għal Oprymea pilloli li jerħu l- mediċina bil-mod mil-lum għal għada, fl-istess doża ta’ kuljum. Wara li tinqaleb għal Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod, id-doża tista’ tiġi aġġustata skont ir-rispons terapewtiku tal-pazjent (ara sezzjoni 5.1).

Kura ta’ manteniment

Id-doża individwali ta’ pramipexole għandha tkun fil-medda ta’ 0.26 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) sa massimu ta’ 3.15 mg ta’ bażi (4.5 mg ta’ melħ) kuljum. Matul il-perjodu li fih id-doża kienet qed tiżdied fi studji importanti ħafna, l-effikaċja kienet osservata meta bdiet tittieħed doża ta’ kuljum ta’ 1.05 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ). Aġġustamenti addizzjonali fid-doża għandhom isiru skont ir- rispons kliniku u l-okkorrenza ta’ reazzjonijiet avversi. Fil-provi kliniċi, madwar 5% tal-pazjenti kienu kkurati b’dożi li kienu taħt 1.05 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ). Fil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat, dożi ta’ pramipexole, ogħla minn 1.05 mg ta’ bażi (1.5 mg ta’ melħ) kuljum jistgħu jkunu utli f’pazjenti fejn tnaqqis tat-terapija ta’ levodopa jkun intenzjonat. Hu rakkomandat li d-doża ta’ levodopa titnaqqas kemm matul il-perjodu meta d-doża tkun qed tiżdied, kif ukoll matul il-kura ta’ manteniment bi Oprymea, skont ir-reazzjonijiet fil-pazjenti individwali (ara sezzjoni 4.5).

Meta tinsa tieħu doża

Meta wieħed jinsa jieħu doża, Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod għandhom jittieħdu fi żmien 12-il siegħa wara l-ħin skedat regolarment. Wara 12-il siegħa, id-doża li tkun intesiet għandha tinqabeż, u d-doża li jkun imiss għandha tittieħed l-għada fil-ħin skedat regolarment.

Twaqqif tal-kura

It-twaqqif f’daqqa tat-terapija dopaminerġika jista’ jwassal għall-iżvilupp tas-Sindrome malinn newroleptiku. Pramipexole għandu jitwaqqaf gradwalment b’rata ta’ 0.52 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ) kuljum sakemm id-doża ta’ kuljum tkun tnaqqset għal 0.52 mg ta’ bażi (0.75 mg ta’ melħ). Wara dak il-perjodu, id-doża għandha titnaqqas b’0.26 mg ta’ bażi (0.375 mg ta’ melħ) kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment renali

L-eliminazzjoni ta’ pramipexole tiddependi fuq il-funzjoni renali. L-iskeda tad-doża li ġejja hi ssuġġerita:

Pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina ta’ iktar minn 50 ml/min ma jeħtieġu l-ebda tnaqqis fid-doża ta’ kuljum jew fil-frekwenza tad-dożaġġ.

F’pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina bejn 30 u 50 ml/min, il-kura għandha tinbeda b’0.26 mg ta’ Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ġurnata iva ġurnata le. Għandha tingħata attenzjoni u ssir evalwazzjoni bir-reqqa tar-rispons terapewtiku u tat-tollerabilità qabel ma jiżdied id-dożaġġ għal kuljum, wara ġimgħa. Jekk ikun hemm bżonn ta’ żieda addizzjonali fid-doża, id-dożi għandhom jiżdiedu b’0.26 mg ta’ bażi ta’ pramipexole f’intervalli ta’ darba f’ġimgħa sa doża massima ta’

1.57 mg ta’ bażi ta’ pramipexole (2.25 mg ta’ melħ) kuljum.

Il-kura ta’ pazjenti bi tneħħija tal-krejatinina taħt 30 ml/min bi Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil- mod mhijiex rakkomandata, għax m’hemm l-ebda dejta disponibbli għal din il-popolazzjoni ta’ pazjenti. L-użu ta’ pilloli Oprymea għandu jiġi kkunsidrat.

Jekk il-funzjoni tal-kliewi tonqos matul it-terapija ta’ manteniment, ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija hawn fuq għandhom jiġu segwiti.

Indeboliment epatiku

Aġġustament fid-doża f’pazjenti b’insuffiċjenza epatika probabbilment ma jkunx meħtieġ, għax madwar 90% tas-sustanza attiva assorbita titneħħa minn ġol-kliewi. Madankollu, l-influwenza potenzjali ta’ insuffiċjenza epatika fuq il-farmakokinetika ta’ Oprymea ma kinitx investigata.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Oprymea fit-tfal li għandhom inqas minn 18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fil- popolazzjoni pedjatrika għal indikazzjoni tal-marda ta’ Parkinson.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli għandhom jinbelgħu sħaħ mal-ilma, u m’għandhomx jintmagħdu, jinqasmu jew jitfarrku. Il- pilloli jistgħu jittieħdu jew mal-ikel jew fuq stonku vojt, u għandhom jittieħdu kuljum bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Meta tingħata riċetta għal Oprymea lil pazjent bil-marda ta’ Parkinson li jkollu indeboliment renali, hu ssuġġerit li tingħata doża mnaqqsa skont kif spjegat f’sezzjoni 4.2.

Alluċinazzjonijiet

L-alluċinazzjonijiet huma effett sekondarju magħruf tal-kura b’agonisti ta’ dopamine u levodopa. Il- pazjenti għandhom ikunu infurmati li alluċinazzjonijiet (l-aktar viżwali) jistgħu jseħħu.

Diskinesija

Fl-istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson, fil-kura kombinata b’levodopa, id-diskinesija tista’ sseħħ matul it-titrazzjoni inizjali ta’ Oprymea. Jekk din isseħħ, id-doża ta’ levodopa għandha titnaqqas.

Irqad li jiġi għal għarrieda u ngħas

Pramipexole kien assoċjat ma’ ngħas u episodji ta’ rqad li jiġi f’daqqa, partikularment f’pazjenti bil- marda ta’ Parkinson. L-irqad li jiġi f’daqqa waqt l-attivitajiet ta’ kuljum, f’xi każijiet mingħajr ma dak li jkun ikun konxju tiegħu jew ikollu xi sinjali ta’ twissija, kien irrappurtat b’mod mhux komuni. Il- pazjenti jridu jkunu infurmati b’dan u jkunu avżati biex joqogħdu attenti waqt is-sewqan jew waqt it- tħaddim tal-magni matul il-kura bi Oprymea. Pazjenti li kellhom ngħas u/jew episodju ta’ rqad li jiġi f’daqqa, m’għandhomx isuqu jew iħaddmu magni. Flimkien ma’ dan, tnaqqis fid-doża jew it-twaqqif tat-terapija jistgħu jiġu kkunsidrati. Minħabba l-possibbiltà ta’ effetti addittivi, għandha tingħata attenzjoni meta l-pazjenti jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali sedattivi oħrajn jew alkoħol flimkien ma’ pramipexole (ara sezzjonijiet 4.5, 4.7 u 4.8).

Disturb fil-kontroll tal-impulsi

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati regolarment għall-iżvilupp ta’ disturbi fil-kontroll tal-impulsi. Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jiġu avżati li sintomi fl-imġiba ta’ disturbi fil-kontroll tal-impulsi li jinkludu logħob patoloġiku tal-azzard, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq jew xiri bl- addoċċ, li wieħed jiekol bl-addoċċ u li wieħed jiekol b’mod kompulsiv jistgħu jseħħu f’pazjenti

kkurati b’agonisti ta’ dopamine li jinkludu Oprymea. It-tnaqqis fid-doża/it-twaqqif gradwali għandu jkun ikkunsidrat jekk jiżviluppaw dawn is-sintomi.

Manija u delirju

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati regolarment għall-iżvilupp ta’ manija u delirju. Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom ikunu konxji li l-manija u d-delirju jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati bi pramipexole. It-tnaqqis fid-doża/it-twaqqif gradwali għandu jkun ikkunsidrat jekk jiżviluppaw dawn is-sintomi.

Pazjenti b’disturbi psikotiċi

Pazjenti b’mard psikotiku għandhom ikunu kkurati b’agonisti ta’ dopamine biss jekk il-benefiċċju potenzjali jiżboq ir-riskji. L-għoti ta’ prodotti mediċinali antipsikotiċi flimkien ma’ pramipexole għandu jkun evitat (ara sezzjoni 4.5).

Monitoraġġ oftalmoloġiku

Monitoraġġ oftalmoloġiku hu rakkomandat f’intervalli regolari jew jekk iseħħu anormalitajiet fil-vista.

Mard kardjovaskulari sever

F’każ ta’ mard kardjovaskulari sever, għandha tingħata attenzjoni. Hu rakkomandat li jsir monitoraġġ tal-pressjoni tad-demm, b’mod speċjali fil-bidu tal-kura, minħabba r-riskju ġenerali ta’ pressjoni tad- demm baxxa li tiddependi mill-qagħda, assoċjata mat-terapija dopaminerġika.

Sindrome malinn newroleptiku

Sintomi li jissuġġerixxu sindrome malinn newroleptiku kienu rrappurtati mat-twaqqif f’daqqa tat- terapija dopaminerġika (ara sezzjoni 4.2).

Sindrome tat-twaqqif tat-trattament b’agonist ta’ dopamine

Biex jitwaqqaf it-trattament f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson, pramipexole għandu jiġi mnaqqas bil- mod (ara sezzjoni 4.2). Jistgħu jseħħu effetti avversi mhux motorji meta agonisti ta’ dopamine, inkluż pramipexole, jitnaqqsu jew jitwaqqfu. Is-sintomi jinkludu apatija, ansjetà, depressjoni, għeja, għaraq u wġigħ li jistgħu jkunu severi. Il-pazjenti għandhom jiġu infurmati dwar dan qabel l-agonist ta’ dopamine jibda jitnaqqas bil-mod, u għandhom jiġu mmonitorjati b’mod regolari wara dan. F’każ ta’ sintomi persistenti, jista’ jkun meħtieġ li d-doża ta’ pramipexole tiġi miżjuda b’mod temporanju (ara sezzjoni 4.8).

Fdalijiet fl-ippurgar

Xi pazjenti rrappurtaw l-okkorrenza ta’ fdalijiet fl-ippurgar li jistgħu jixbhu lil Oprymea pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod. Jekk il-pazjenti jirrappurtaw osservazzjoni bħal din, it-tabib għandu jerġa’ jivvaluta r-rispons tal-pazjenti għall-kura.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Twaħħil mal-proteina tal-plażma

Pramipexole jeħel ftit ħafna mal-proteini fil-plażma (< 20%), u ftit bijotrasformazzjoni tiġi osservata fil-bniedem. Għalhekk, l-interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw it-twaħħil mal- proteini fil-plażma jew l-eliminazzjoni permezz tal-bijotrasformazzjoni, mhumiex mistennija.

Minħabba li l-antikolinerġiċi huma eliminati primarjament permezz tal-bijotrasformazzjoni, il- potenzjal għal interazzjoni hu limitat, għalkemm interazzjoni mal-antikolinerġiċi ma ġietx investigata. M’hemm l-ebda interazzjoni farmakokinetika b’selegiline u b’levodopa.

Inibituri/kompetituri tal-passaġġ tal-eliminazzjoni renali attiv

Cimetidine naqqas it-tneħħija renali ta’ pramipexole b’madwar 34%, preżumibilment permezz tal- inibizzjoni tas-sistema tat-trasport li tnixxi l-ketajins tat-tubuli renali. Għalhekk, prodotti mediċinali li huma inibituri ta’ dan il-passaġġ attiv tal-eliminazzjoni renali, jew li jkunu mneħħija permezz ta’ dan il-passaġġ, bħal cimetidine, amantadine, mexiletine, zidovudine, cisplatin, quinine, u procainamide, jistgħu jinteraġixxu ma’ pramipexole, u dan jirriżulta fi tneħħija mnaqqsa ta’ pramipexole. It-tnaqqis fid-doża ta’ pramipexole għandu jkun ikkunsidrat meta dawn il-prodotti mediċinali jingħataw fl-istess

ħin ma’ Oprymea.

Kumbinazzjoni ma’ levodopa

Meta Oprymea jingħata flimkien ma’ levodopa, hu rakkomandat li d-doża ta’ levodopa titnaqqas u li d-doża ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-marda ta’ Parkinson tinżamm kostanti, filwaqt li d-doża ta’ Oprymea tiżdied.

Minħabba l-possibbiltà ta’ effetti addittivi, għandha tingħata attenzjoni meta l-pazjenti jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali sedattivi oħrajn jew alkoħol flimkien ma’ pramipexole (ara sezzjonijiet 4.4, 4.7 u 4.8).

Prodotti mediċinali antipsikotiċi

L-għoti flimkien ta’ prodotti mediċinali antipsikotiċi ma’ pramipexole għandu jkun evitat (ara sezzjoni 4.4), eż. jekk ikunu mistennija effetti antagonistiċi.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-effett fuq it-tqala u t-treddigħ ma kienx investigat fil-bnedmin. Pramipexole ma kienx teratoġeniku fil-firien u fil-fniek, iżda kien embrijotossiku fil-firien f’dożi maternotossiċi (ara sezzjoni 5.3). Oprymea m’għandux jingħata waqt it-tqala ħlief jekk ikun meħtieġ b’mod ċar, i.e. li l-benefiċċju potenzjali jiġġustifika r-riskju potenzjali lill-fetu.

Treddigħ

Minħabba li l-kura bi pramipexole tinibixxi t-tnixxija ta’ prolactin fil-bnedmin, l-inibizzjoni tat- treddigħ hi mistennija. It-tneħħija ta’ pramipexole fil-ħalib tas-sider ma kinitx studjata fin-nisa. Fil- firien, il-konċentrazzjoni ta’ radjuattività marbuta mas-sustanza attiva kienet ogħla fil-ħalib tas-sider milli fil-plażma.

Fl-assenza ta’ informazzjoni miksuba mill-bnedmin, Oprymea m’għandux jintuża waqt it-treddigħ. Madankollu, jekk l-użu tiegħu ma jkunx jista’ jiġi evitat, it-treddigħ għandu jitwaqqaf.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji dwar il-fertilità fil-bniedem. Fi studji f’annimali, pramipexole affettwa ċ-ċikli oestrous u naqqas il-fertilità fin-nisa kif mistenni minn agonist ta’ dopamine. Madankollu, dawn l- istudji ma jindikawx effetti diretti jew indiretti li jagħmlu l-ħsara fir-rigward tal-fertilità fl-irġiel.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Oprymea jista’ jkollu effett qawwi ħafna fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

L-alluċinazzjonijiet jew in-ngħas jistgħu jseħħu.

Pazjenti li qed jiġu kkurati bi Oprymea u li jkollhom ngħas u/jew episjodi ta’ rqad li jiġi għal għarrieda, għandhom ikunu infurmati biex ma jsuqux jew jagħmlu attivitajiet fejn in-nuqqas ta’ attenzjoni jista’ jpoġġi lilhom jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju jew mewt (eż. jħaddmu l- magni), sakemm dawn l-episodji rikorrenti u ngħas ikunu ġew ikkurati (ara wkoll sezzjonijiet 4.4, 4.5 u 4.8).

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura minn analiżi ta’ provi kkontrollati bil-plaċebo, li kienu jinkludu total ta’ 1,778 pazjent fuq pramipexole u 1,297 pazjent fuq il-plaċebo, ir-reazzjonijiet avversi għall- mediċina kienu rrappurtati b’mod frekwenti għaż-żewġ gruppi. 67% tal-pazjenti fuq pramipexole u 54% tal-pazjenti fuq il-plaċebo, irrappurtaw mill-anqas reazzjoni avversa waħda għall-mediċina.

Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi tal-mediċina normalment jibdew kmieni waqt it-terapija u l- maġġoranza għandhom tendenza li jgħaddu anke jekk it-terapija titkompla.

Fil-kategoriji tas-sistemi tal-organi, ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati taħt titli ta’ frekwenza (numru ta’ pazjenti li huma mistennija li jkollhom ir-reazzjoni), bl-użu tal-kategoriji li ġejjin: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

L-aktar reazzjonijiet avversi għall-mediċina (≥ 5%) irrappurtati b’mod komuni f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson li kienu aktar frekwenti bil-kura bi pramipexole milli bil-plaċebo kienu nawseja, diskinesija, pressjoni tad-demm baxxa, sturdament, ngħas, nuqqas ta’ rqad, stitikezza, alluċinazzjonijiet, uġigħ ta’ ras u għeja kbira. L-inċidenza tan-ngħas tiżdied f’dożi ogħla minn 1.5 mg melħ ta’ pramipexole kuljum (ara sezzjoni 4.2). Reazzjoni avversa aktar frekwenti għall-mediċina fil-kura flimkien ma’ levodopa kienet id-diskinesija. Pressjoni tad-demm baxxa tista’ sseħħ fil-bidu tal-kura, speċjalment jekk pramipexole ikun ittitrat malajr wisq.

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux

Ġisem

ħafna

(≥1/100 sa <1/10)

(≥1/1,000 sa

(≥1/10,000

magħrufa

(≥1/10)

<1/100)

sa

<1/1,000)

Infezzjonijiet u

pnewmonja

infestazzjonijiet

Disturbi fis-

tnixxija mhux kif

sistema

suppost tal-ormon

endokrinarja

antidijuretiku1

Disturbi

insomnija

xiri kompulsiv

manija

psikjatriċi

alluċinazzjonijiet

logħob tal-azzard

ħolm mhux

patoloġiku

normali

irrekwitezza

konfużjoni

ipersesswalità

delużjoni

sintomi fl-imġiba

disturbi fil-libido

ta’ disturbi fil-

paranojja

kontroll tal-

delirju

impulsi u l-

teħid ta’ ammonti

kompulsjonijiet

kbar ta’ ikel fi

żmien qasir1

iperfaġija1

Disturbi fis-

ngħas

uġigħ ta’ ras

torqod f’daqqa

sistema nervuża

sturdament

telf tal-memorja

diskinesija

iperkinesija

sinkope

Disturbi fl-

indeboliment fil-

għajnejn

vista inkluż vista

doppja

vista mċajpra

tnaqqis fl-

akutezza viżiva

Disturbi fil-qalb

insuffiċjenza tal-

qalb1

Disturbi vaskulari

pressjoni baxxa

Disturbi

Qtugħ ta’ nifs

respiratorji,

sulluzzu

toraċiċi u

medjastinali

Disturbi gastro-

dardir

stitikezza

intestinali

rimettar

Disturbi fil-ġilda

sensittività

u fit-tessuti ta’

eċċessiva

taħt il-ġilda

ħakk

raxx

Disturbi ġenerali

għeja

Sindrome

u kondizzjonijiet

edema periferali

tat-twaqqif

ta’ mnejn jingħata

ta’ agonist

ta’

dopamine

inkluż

apatija,

ansjetà,

depressjoni,

għeja,

għaraq u

wġigħ

Investigazzjonijiet

tnaqqis fil-piż

żieda fil-piż

inkluż tnaqqis fl-

aptit

1Dan l-effett sekondarju ġie osservat fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. B’ċertezza ta’ 95%, il-kategorija ta’ frekwenza mhix aktar minn mhux komuni, iżda tista’ tkun aktar baxxa. Stima preċiża ta’ frekwenza mhix possibbli għax l-effett sekondarju ma seħħx f’database ta’ prova klinika ta’ 2,762 pazjent bil-Marda ta’ Parkinson i ttrattati bi pramipexole.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Ngħas

Pramipexole hu assoċjat b’mod komuni man-ngħas u kien assoċjat b’mod mhux komuni ma’ ngħas eċċessiv matul il-jum u episodji ta’ rqad li jiġi f’daqqa (ara wkoll sezzjoni 4.4).

Disturb fil-libido

Pramipexole jista’ jkun assoċjat b’mod mhux komuni ma’ disturbi fil-libido (żieda jew tnaqqis).

Disturb fil-kontroll tal-impulsi

Logħob patoloġiku tal-azzard, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq jew xiri bl-addoċċ, li wieħed jiekol bl-addoċċ u li wieħed jiekol b’mod kompulsiv jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati b’agonisti ta’ dopamine li jinkludu Oprymea (ara sezzjoni 4.4).

Fi studju cross-sectional, screening retrospettiv u case-control li kien jinkludi 3,090 pazjenti bil-marda ta’ Parkinson, 13.6% tal-pazjenti kollha li kienu qed jirċievu kura dopaminerġika jew mhux dopaminerġika, kellhom sintomi ta’ disturb fil-kontroll tal-impulsi matul l-aħħar sitt xhur. Il- manifestazzjonijiet osservati kienu jinkudu logħob patoloġiku tal-azzard, xiri kompulsiv, ikel bl- addoċċ, u mġiba sesswali kompulsiva (ipersesswalità). Fatturi ta’ riskju indipendenti possibbli għal disturbi fil-kontroll tal-impulsi kienu jinkludu kuri dopaminerġiċi u dożi ogħla ta’ kura dopaminerġika, età iżgħar (≤ 65 sena), li ma tkunx miżżewweġ/miżżewġa u storja fil-famija ta’ logħob tal-azzard irrappurtata minn dak li jkun.

Sindrome tat-twaqqif ta’ agonist ta’ dopamine

Jistgħu jseħħu effetti avversi mhux motorji meta agonisti ta’ dopamine inkluż pramipexole jitnaqqsu jew jitwaqqfu. Is-sintomi jinkludu apatija, ansjetà, depressjoni, għeja, għaraq u wġigħ (ara

sezzjoni 4.4).

Insuffiċjenza kardijaka

Fi studji kliniċi u l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, insuffiċjenza kardijaka ġiet irrappurtata f’pazjenti li kienu qed jieħdu pramipexole. Fi studju farmakoepidemijoloġiku, l-użu ta’ pramipexole kien assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ insuffiċjenza kardijaka meta mqabbel ma’ meta pramipexole ma jintużax (proporzjon ta’ riskju osservat 1.86; 95% CI, 1.21-2.85).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sintomi

M’hemm l-ebda esperjenza klinika b’doża eċċessiva massiva. Ir-reazzjonijiet avversi mistennija ser ikunu dawk relatati mal-profil farmakodinamiku ta’ agonist ta’ dopamine, li jinkludu nawseja, rimettar, iperkinesija, alluċinazzjonijiet, aġitazzjoni u pressjoni tad-demm baxxa.

Ġestjoni

M’hemm l-ebda antidot stabbilit għal doża eċċessiva ta’ agonist ta’ dopamine. Jekk ikun hemm sinjali ta’ stimulazzjoni tas-sistema nervuża ċentrali, jista’ jkun hemm bżonn ta’ mediċina newroleptika. L- immaniġġjar tad-doża eċċessiva jista’ jkun jeħtieġ miżuri ta’ sapport ġenerali, flimkien ma’ ħasil gastriku, fluwidi ġol-vina, l-għoti ta’ faħam attivat u monitoraġġ permezz ta’ elettrokardjogramm.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson, agonisti ta’ dopamine, Kodiċi ATC: N04BC05

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Pramipexole hu agonist ta’ dopamine li jeħel b’selettività u speċifiċità qawwija mas-sotto-familja D2 tar-riċetturi ta’ dopamine, li minnhom għandu affinità preferenzjali għar-riċetturi D3, u għandu attività intrinsika sħiħa.

Pramipexole itaffi n-nuqqasijiet tal-moviment kkwawżati mill-marda ta’ Parkinson permezz tal- istimulazzjoni tar-riċetturi ta’ dopamine fl-istriatum. Studji f’annimali wrew li pramipexole jinibixxi s- sintesi, il-ħruġ u l-ammont ta’ dopamine.

Effetti farmakodinamiċi

F’voluntiera umani, kien osservat tnaqqis li jiddependi mid-doża fil-prolactin. Fi prova klinika fuq voluntiera b’saħħithom, fejn pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod pramipexole kienu ttitrati b’mod iktar mgħaġġel (kull 3 ijiem) minn dak rakkomandat sa 3.15 mg ta’ bażi ta’ pramipexole (4.5 mg ta’ melħ) kuljum, kienet osservata żieda fil-pressjoni tad-demm u fir-rata ta’ taħbit tal-qalb. Dan l-effett ma kienx osservat fi studji li saru fuq pazjenti.

Effikaċja klinika u sigurtà bil-marda ta’ Parkinson

Fil-pazjenti, pramipexole itaffi s-sinjali u s-sintomi tal-marda idjopatika ta’ Parkinson. Provi kliniċi kkontrollati bil-plaċebo kienu jinkludu madwar 1,800 pazjent li kienu fi stadji I – IV ta’ Hoehn u Yahr ikkurati bi pramipexole. Minn dawn, madwar 1,000 kienu fi stadji aktar avvanzati, u rċivew terapija b’levodopa fl-istess ħin, u ġarrbu kumplikazzjonijiet fil-moviment.

Fl-istadji bikrin u avvanzati tal-marda ta’ Parkinson, l-effikaċja ta’ pramipexole fil-provi kliniċi kkontrollati, inżammet għal madwar sitt xhur. Fi provi tat-tip open continuation li damu aktar minn tliet snin, ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ tnaqqis fl-effikaċja. Fi prova klinika kkontrollata double blind li damet sentejn, il-kura inizjali bi pramipexole, ittardjat b’mod sinifikanti l-bidu ta’ kumplikazzjonijiet tal-moviment, u naqqset l-okkorrenza tagħhom meta mqabbla mal-kura inizjali b’levodopa. Dan id-dewmien fil-kumplikazzjonijiet tal-moviment bi pramipexole għandu jkun bbilanċjat b’titjib akbar fil-funzjoni tal-moviment b’levodopa (kif imkejjel mill-bidla medja fil- punteġġ UPDRS). L-inċidenza totali ta’ alluċinazzjonijiet u ngħas kienet ġeneralment ogħla matul il- perjodu taż-żieda tad-doża fil-grupp ta’ pramipexole. Madankollu, ma kien hemm l-ebda differenza

sinifikanti matul il-fażi ta’ manteniment. Dawn il-punti għandhom ikunu kkunsidrati meta tinbeda l- kura bi pramipexole f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fil-kura tas-sinjali tal-marda ta’ Parkinson kienu evalwati fi programm multinazzjonali dwar l-iżvilupp tal-mediċina li kien jikkonsisti fi tliet studji randomized u kkontrollati. Saru żewġ provi f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju bikri, u prova minnhom sar f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat.

Is-superjorità ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fuq il-plaċebo ntweriet wara 18-il ġimgħa ta’ kura kemm fuq l-endpoints tal-effikaċja primarja (Punteġġ UPDRS Partijiet II+III) kif ukoll fuq dawk sekondarji importanti ħafna (rati ta’ dawk li rrispondew CGI-I u PGI-I) fi prova double-blind u kkontrollata bil-plaċebo li kienet tinkludi total ta’ 539 pazjent bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju bikri. Il-manteniment tal-effikaċja ntwera f’pazjenti kkurati għal 33 ġimgħa. Pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ma kinux inferjuri għal pramipexole pilloli li jerħu b’mod immedjat kif evalwat fil-punteġġ UPDRS Partijiet II+III f’ġimgħa 33.

Fi prova double-blind ikkontrollata bil-plaċebo li kienet tinkludi total ta’ 517-il pazjent bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat, li kienu qed jingħataw terapija b’levodopa fl-istess ħin, is-superjorità ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fuq il-plaċebo, intweriet wara 18-il ġimgħa ta’ kura kemm fuq l-endpoint tal-effikaċja primarja (punteġġ UPDRS Partijiet II+III) kif ukoll fuq dak sekondarju importanti ħafna (off-time).

L-effikaċja u t-tollerabilità ta’ meta wieħed jaqleb mil-lum għal għada minn pramipexole pilloli għal pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod bl-istess doża ta’ kuljum, kienu evalwati fi studju kliniku double-blind f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju bikri.

L-effikaċja nżammet f’87 minn 103 pazjenti li qalbu għal pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil- mod. Minn dawn is-87 pazjent, 82.8% ma bidlux id-doża tagħhom, 13.8% żiedu u 3.4% naqqsu d- doża tagħhom.

F’nofs mis-16-il pazjent li ma ssodisfawx il-kriterju għal manteniment tal-effikaċja fuq il-punteġġ UPDRS Parti II+III, il-bidla mil-linja bażi ma kinitx ikkunsidrata li hi klinikament rilevanti. Pazjent wieħed biss li qaleb għal pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ġarrab avveniment avvers marbut mal-mediċina, li wassal biex ma jkomplix bl-istudju.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’pramipexole f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-marda ta’ Parkinson {ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku}.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Pramipexole jiġi assorbit kompletament wara l-għoti mill-ħalq. Il-bijodisponibilità assoluta hi aktar minn 90%.

Fi prova ta’ Fażi I, fejn pramipexole pilloli li jerħu b’mod immedjat u pilloli li jerħu l-mediċina bil- mod kienu evalwati fl-istat sajjem, il-konċentrazzjoni minima u massima fil-plażma (Cmin, Cmax) u espożizzjoni (AUC) tal-istess doża ta’ kuljum ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod mogħtija darba kuljum u pramipexole pilloli mogħtija tliet darbiet kuljum, kienu ekwivalenti.

L-għoti darba kuljum ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod, jikkawża fluttwazzjonijiet inqas frekwenti tal-konċentrazzjoni fil-plażma ta’ pramipexole fuq perjodu ta’ 24 siegħa meta mqabbel mal-għoti tliet darbiet kuljum ta’ pramipexole pilloli li jerħu b’mod immedjat.

Il-konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma jseħħu bejn wieħed u ieħor 6 sigħat wara l-għoti ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod darba kuljum. L-istat fiss tal-espożizzjoni jintlaħaq mhux aktar tard minn 5 ijiem ta’ dożaġġ kontinwu.

Ġeneralment, l-għoti flimkien mal-ikel ma jaffettwax il-bijodisponibilità ta’ pramipexole. It-teħid ta’ ikla b’ammont għoli ta’ xaħam ikkaġuna żieda ta’ madwar 24% fil-konċentrazzjoni massima (Cmax) wara l-għoti ta’ doża waħda u madwar 20% wara l-għoti ta’ dożi multipli, u dewmien ta’ madwar sagħtejn fil-ħin biex tintħaħaq il-konċentrazzjoni massima f’voluntiera b’saħħithom. L-espożizzjoni totali (AUC) ma kinitx affettwata mit-teħid tal-ikel fl-istess ħin. Iż-żieda fis-Cmax mhix ikkunsidrata li hi klinikament rilevanti. Fi studji ta’ Fażi III li stabbilew is-sigurtà u l-effikaċja ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod, il-pazjenti ngħataw parir biex jieħdu l-mediċina li kienet qed tiġi studjata mingħajr ma jagħtu kas tal-ikel li jieklu.

Filwaqt li l-piż tal-ġisem m’għandu l-ebda l-impatt fuq l-AUC, instab li għandu influwenza fuq il- volum ta’ distribuzzjoni, u għalhekk fuq il-konċentrazzjonijiet massimi, is-Cmax. Tnaqqis fil-piż tal- ġisem ta’ 30 kg jirriżulta f’żieda ta’ 45% fis-Cmax. Madankollu, fil-provi ta’ Fażi III f’pazjenti bil- marda ta’ Parkinson, ma nstabet l-ebda influwenza klinikament sinifikanti tal-piż tal-ġisem fuq l-effett terapewtiku u t-tollerabilità ta’ pramipexole pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod.

Pramipexole juri kinetiċi lineari u varjazzjoni żgħira fil-livelli tal-plażma bejn il-pazjenti.

Distribuzzjoni

Fil-bnedmin, it-twaħħil ta’ pramipexole mal-proteina hu baxx ħafna (< 20%) u l-volum tad- distribuzzjoni hu kbir (400 l). Konċentrazzjonijiet qawwija fit-tessut tal-moħħ kienu osservati fil-firien (madwar 8 darbiet aktar meta mqabbla mal-plażma).

Bijotrasformazzjoni

Pramipexole hu metabolizzat fil-bniedem f’ammonti żgħar biss.

Eliminazzjoni

It-tneħħija renali ta’ pramipexole mhux mibdul hi r-rotta maġġuri tal-eliminazzjoni. Madwar 90% tad- doża ttikketta 14C titneħħa minn ġol-kliewi, filwaqt li inqas minn 2% tinstab fl-ippurgar. It-tneħħija totali ta’ pramipexole hi ta’ madwar 500 ml/min u t-tneħħija renali hi ta’ madwar 400 ml/min. Il-half- life (t½) tal-eliminazzjoni tvarja minn 8 sigħat fiż-żgħażagħ għal 12-il siegħa fl-anzjani.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar effett tossiku minn dożi ripetuti wrew li pramipexole ħoloq effetti funzjonali, li primarjament kienu jinvolvu s-CNS u s-sistema riproduttiva fin-nisa, u probabbilment irriżultaw minn effett farmakodinamiku esaġerat ta’ pramipexole.

Tnaqqis fil-pressjoni dijastolika u sistolika u fir-rata ta’ taħbit tal-qalb kienu nnutati fil-minipig, u kienet osservata tendenza għal effett ipotensiv fix-xadini.

L-effetti potenzjali ta’ pramipexole fuq il-funzjoni riproduttiva kienu investigati fil-firien u fil-fniek. Pramipexole ma kienx teratoġeniku fil-firien u fil-fniek, iżda kien embrijotossiku fil-firien f’dożi maternotossiċi. Minħabba l-għażla ta’ speċi ta’ annimali u l-parametri limitati li kienu investigati, l- effetti avversi ta’ pramipexole fuq it-tqala u fuq il-fertilità tal-irġiel ma kinux spjegati b’mod sħiħ.

Dewmien fl-iżvilupp sesswali (i.e. separazzjoni prepuzjali u ftuħ tal-vaġina) kien osservat fil-firien. Ir-rilevanza għall-bnedmin mhijiex magħrufa.

Pramipexole ma kienx ġenotossiku. Fi studju dwar il-karċinoġeneċità, il-firien irġiel żviluppaw iperplasija u adenomi taċ-ċelluli ta’ Leydig, u dawn kienu spjegati mill-effett inibitorju fuq il-prolactin ta’ pramipexole. Din is-sejba mhijiex klinikament rilevanti għall-bniedem. L-istess studju wera wkoll li, f’dożi ta’ 2 mg/kg (ta’ melħ) u ogħla, pramipexole kien assoċjat ma’ deġenerazzjoni tar-retina f’firien albini. Din is-sejba tal-aħħar ma kinitx osservata f’firien bil-pigmentazzjoni, u lanqas fi studju li dam sentejn dwar il-karċinoġeneċità fil-ġrieden albini, jew fi kwalunkwe speċi oħra li kienet investigata.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Hypromellose

Lamtu tal-qamħirrun

Silica, kollojdali anidru

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna speċjali.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Pakkett ta’ 3 ġimgħat għall-bidu tat-trattament

Folja (fojl tal-OPA/Alu/dessikant/PE-Alu): 21 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod (3 folji ta’ 7 pilloli):

-7 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ta’ 0.26 mg

-7 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ta’ 0.52 mg

-7 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ta’ 1.05 mg

6.6 Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

21 pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod: EU/1/08/469/054

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 12 ta’ Settembru 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 9 t’April 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati