Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Osseor (strontium ranelate) – Fuljett ta’ tagħrif - M05BX03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOsseor
Kodiċi ATCM05BX03
Sustanzastrontium ranelate
ManifatturLes Laboratoires Servier

Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għall-pazjent

OSSEOR 2 g granijiet għal sospensjoni orali strontium ranelate

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu OSSEOR u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu OSSEOR

3.Kif għandek tieħu OSSEOR

4.Effetti sekondarji li possibbli

5.Kif taħżen OSSEOR

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu OSSEOR u għalxiex jintuża

OSSEOR huwa mediċina li tintuża biex tikkura l-osteoporożi severa:

-f’nisa wara l-menopawsa,

-f’irġiel adulti,

b’riskju ogħla ta’ ksur li għalihom, kuri alternattivi mhumiex possibbli. F’nisa wara l-menopawża, strontium ranelate inaqqas ir-riskju ta’ ksur tal-vertebri u tal-ġenbejn.

Tagħrif dwar l-osteoporożi

Il-ġisem tiegħek qiegħed il-ħin kollu jkisser l-għadam qadim u jiġġenera tessut tal-għadam ġdid. Jekk għandek l-osteoporożi, il-ġisem tiegħek ikisser aktar għadam milli jifforma, sakemm, bil-mod il-mod jonqos l-għadam u l-għadam tiegħek jirqaq u jsir fraġli. Dan huwa l-aktar komuni f’nisa ta’ wara l- menopawsa.

Ħafna nies b’osteoporożi ma jkollhomx sintomi u inti tista’ lanqas biss tinduna li jkollok l- osteoporożi. Madankollu, l-osteoporożi tista’ żżidlek iċ-ċans li jkollok ksur (jinqasam l-għadam), speċjalment tal-ispina, tal-ġenbejn u tal-polz.

Kif jaħdem OSSEOR?

OSSEOR li fih is-sustanza strontium ranelate jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini li jintużaw għall- kura tal-mard fl-għadam.

OSSEOR jaħdem billi jnaqqas il-ksur fl-għadam u jistimula l-bini tal-għadam mill-ġdid u għalhekk inaqqas ir-riskju ta’ ksur. L-għadam iffurmat mill-ġdid huwa ta’ kwalità normali.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu OSSEOR

Tiħux OSSEOR

-jekk inti allerġiku għal strontium ranelate jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

-jekk għandek jew qatt kellek embolu tad-demm magħqud (pereżempju, fil-vini ta’ saqajk jew fil-pulmun).

-jekk inti immobilizzat/a b’mod permanenti jew ilek immobilizzat/a għal xi żmien bħal pereżempju tuża siġġu tar-roti, jew trid toqgħod fis-sodda, jew jekk tkun se tagħmel operazzjoni jew qed tirkupra minn operazzjoni. Ir-riskju ta’ trombożi tal-vini (emboli tad-demm fis-saqajn jew fil-pulmuni) jista’ jiżdied fil-każ ta’ immobilizzazzjoni fit-tul.

-jekk għandek mard iskemiku tal-qalb, jew mard ċerebrovaskulari, eż. ġejt iddijanjostikat/a b’attakk tal-qalb, puplesija, jew attakk iskemiku temporanju (tnaqqis temporanju tal-fluss tad- demm għall-moħħ; magħruf ukoll bħala “riħ ta’ puplesija”), anġina, jew imblokk tal-vini għall- qalb jew għall-moħħ.

-jekk għandek jew kellek problemi biċ-ċirkolazzjoni tad-demm tiegħek (mard arterjali periferali) jew jekk kellek kirurġija fuq l-arterji ta’ riġlejk.

-jekk kellek pressjoni tad-demm għolja mhux ikkontrollat bil-kura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu OSSEOR:

-jekk inti f’riskju ta’ mard tal-qalb, dan jinkludi pressjoni tad-demm għolja, kolesterol għoli, dijabete, tipjip.

-jekk għandek riskju ta’ emboli tad-demm.

-jekk tbati minn mard sever tal-kliewi.

It-tabib tiegħek sejjer jevalwa l-kundizzjonijiet ta’ qalbek u tal-vini tad-demm tiegħek b’mod regolari, ġeneralment kull 6 xhur sa 12-il xahar għal sakemm iddum tieħu OSSEOR.

Waqt il-kura, jekk ikollok xi reazzjoni allerġika (bħal nefħa fil-wiċċ, fl-ilsien jew fil-gerżuma, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, raxx) għandek tieqaf immedjatament milli tieħu OSSEOR u għandek tfittex parir mediku (ara sezzjoni 4).

Reazzjonijiet tal-ġilda li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa (is-sindromu ta’ Stevens-Johnson, nekroliżi epidermali tossika u reazzjonijiet severi dovuti ta’ ipersensittività (DRESS)) ġew irrapportati bl-użu ta’ OSSEOR.

L-ogħla riskju ta’ okkorrenza ta’ reazzjonijiet serji tal-ġilda jseħħ fl-ewwel ġimgħat tal-kura għas- sindromu ta' Stevens-Johnson u nekroliżi epidermali tossika u normalment madwar 3-6 ġimgħat għal DRESS.

Jekk tiżviluppa raxx jew sintomi serji tal-ġilda (ara sezzjoni 4), tibqax tieħu OSSEOR, fittex parir minnufih mingħand tabib u għidlu li inti qed tieħu din il-mediċina

Jekk żviluppajt is-sindromu ta' Stevens-Johnson jew nekroliżi epidermali tossika jew DRESS bl-użu ta’ OSSEOR, inti qatt ma għandek terġa’ tieħu OSSEOR.

Jekk inti ta' oriġini Asjatika, inti tista' tkun f'riskju ogħla ta' reazzjonijiet tal-ġilda.

Ir-riskju ta’ dawn ir-reazzjonijiet tal-ġilda f’pazjenti ta’ oriġini Asjatika, b’mod partikolari dawk Ċiniżi Han, jista’ jiġi mbassar. Pazjenti li għandhom il-ġene HLA-A*33:03 u/jew il-ġene HLA- B*58:01 huma aktar probabbli li jiżviluppaw reazzjoni serja tal-ġilda minn dawk li ma għandhomx il- ġeni.

It-tabib tiegħek għandu jkun kapaċi javżak jekk ikunx hemm bżonn ta’ test tad-demm qabel tieħu

OSSEOR.

Tfal u adoloxxenti

OSSEOR mhux indikat għall-użu fit-tfal u fl-addoloxxenti (taħt l-età ta’ 18-il sena).

Mediċini oħra u OSSEOR:

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Għandek tieqaf tieħu OSSEOR jekk ikollok bżonn tieħu tetracyclines bħal doxycycline jew quinolones bħal ciprofloxacin mill-ħalq (żewġ tipi ta’ antibijotiċi). Tista’ terġa’ tibda tieħu OSSEOR meta ma tibqax tieħu dawn l-antibijotiċi. Jekk ma tkunx ċert/a dwar dan staqsi lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

Jekk qed tieħu mediċini li fihom il-kalċju, għandek tħalli mill-inqas sagħtejn qabel ma tieħu OSSEOR.

Jekk tieħu mediċini kontra l-aċidu fl-istonku (mediċini biex itaffu l-ħruq fl-istonku), għandek toħodhom mill-inqas sagħtejn wara OSSEOR. Jekk dan ma jkunx possibbli, huwa aċċettabbli li tieħu ż-żewġ mediċini fl-istess ħin.

Jekk jeħtieġ li tagħmel testijiet tad-demm jew tal-awrina biex tiċċekkja l-livell ta’ kalċju tiegħek, għandek tgħid lil-laboratorju li inti qed tieħu OSSEOR, għaliex dan jista’ jinterferixxi ma’ xi metodi ta’ ttestjar.

OSSEOR ma’ ikel u xorb

L-ikel, il-ħalib u prodotti magħmulin mill-ħalib inaqqsu l-assorbiment ta’ strontium ranelate. Huwa rrakkomandat li tieħu OSSEOR bejn l-ikel, preferibbilment qabel ir-raqda ta’ billejl mill-inqas sagħtejn wara l-ikel, il-ħalib jew prodotti magħmulin mill-ħalib u supplimenti tal-kalċju.

Tqala u treddigħ

Tiħux OSSEOR waqt it-tqala jew meta tkun qed tredda’. Jekk tieħdu bi żball waqt it-tqala jew waqt li tredda’, għandek tieqaf tieħdu minnufih u tfittex il-parir tat-tabib tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

OSSEOR m’għandu jkollu l-ebda effett fuq is-sewqan jew fuq it-tħaddim ta’ magni.

OSSEOR fih aspartame (E951):

Jekk tbati minn phenylketonuria (marda rari tal-metaboliżmu, li tintiret) kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu OSSEOR

Il-kura għandha tinbeda biss minn tabib b’esperjenza fil-kura tal-osteoporożi.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

OSSEOR huwa għall-użu mill-ħalq.

Id-doża rrakkomandata hija qartas wieħed ta’ 2 g kuljum

Huwa rrakkomandat li tieħu OSSEOR qabel ir-raqda ta’ billejl, preferibbilment tal-inqas sagħtejn wara l-ikla ta’ filgħaxija. Tista’ timtedd mill-ewwel wara li tieħu OSSEOR jekk tixtieq tagħmel dan.

Ħallat il-granijiet ġol-qartas bħala sospensjoni ma’ tazza li fiha minimu ta’ 30 ml (madwar terz ta’ tazza standard) ta’ ilma. Ara l-istruzzjonijiet hawn taħt. OSSEOR jista’ ma jaqbilx mal-ħalib jew ma’ prodotti magħmulin mill-ħalib, għalhekk huwa importanti li tħawwad OSSEOR mal-ilma biss biex tkun ċert li jkun effettiv.

Battal il-granijiet mill-qartas ġo tazza;

Żid l-ilma;

Ħawwad sakemm il-granijiet jitferrxu b’mod ugwali fl-ilma.

Ixrob mill-ewwel. M’għandekx tħalliha iktar minn 24 siegħa qabel ma tixrobha. Jekk għal xi raġuni ma tkunx tista’ tixrob il-mediċina mill-ewwel, qis li terġa’ tħawwadha qabel ma tixrobha.

It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomandalek li tieħu supplimenti ta’ kalċju jew ta’ Vitamina D barra OSSEOR.

Tiħux is-supplimenti ta’ kalċju qabel ir-raqda ta’ billejl, fl-istess ħin ta’ OSSEOR.

It-tabib tiegħek għandu jgħidlek għal kemm żmien għandek iddum tieħu OSSEOR. Il-kura għall- osteoporożi normalment tieħu fit-tul. Huwa importanti li tibqa’ tieħu OSSEOR tul il-perjodu kollu stabbilit fir-riċetta tat-tabib.

Jekk tieħu OSSEOR aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar qratas ta’ OSSEOR milli rrakkomandat mit-tabib tiegħek, kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek. Jistgħu jagħtuk parir li tixrob il-ħalib jew tieħu mediċini ta’ kontra l-aċidu fl-istonku biex tnaqqas l-assorbiment tal-mediċina.

Jekk tinsa tieħu OSSEOR

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża individwali li tkun insejt tieħu. Kompli billi tieħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu.

Jekk tieqaf tieħu OSSEOR

Huwa importanti li inti tkompli tieħu OSSEOR għal sakemm ikun qallek it-tabib tiegħek biex iddum tieħu l-mediċina. OSSEOR jista’ jikkura l-osteoporożi severa tiegħek biss jekk tkompli tieħdu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk ikollok xi waħda minn dawn, tibqax tuża OSSEOR u kellem lit-tabib tiegħek minnufih:

Komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

Attakk tal-qalb: uġigħ kbir fuq is-sider li jista’ jinfirex għad-driegħ tax-xellug, xedaq, stonku, dahar u/jew spallejn. Sintomi oħrajn jistgħu jkunu dardir/rimettar, għaraq, qtugħ ta’ nifs, palpitazzjonijiet, għeja (estrema) u/jew sturdament. Attakk tal-qalb jista’ jseħħ b’mod komuni f’pazjenti b’riskju kbir ta’ mard tal-qalb. It-tabib tiegħek mhux se jagħtik OSSEOR jekk inti f’riskju.

Emboli tad-demm fil-vini: uġigħ, ħmura, nefħa f’sieqek, uġigħ f’daqqa fis-sider jew diffikultà biex tieħu n-nifs.

Rari (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000):

Reazzjonijiet severi ta’ sensittività eċċessiva (DRESS): inizjlament bħala sintomi simili għall- influwenza u raxx fuq il-wiċċ imbagħad raxx estiż b’temperatura għolja (mhux komuni), livelli miżjudin ta’ enzimi fil-fwied li jidhru f’testijiet tad-demm (mhux komuni), żieda f’tip ta’ ċelloli tad-demm bojod (esinofilja) (rari) u nodi tal-limfa minfuħin (mhux komuni).

Rari ħafna (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000):

Sinjali ta’ raxxijiet tal-ġilda li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħajja (Sindromu ta’ Stevens- Johnson, nekroliżi epidermali tossika): jibdew bħala tikek qishom nuffati jagħtu fl-aħmar jew rqajja’ tondi spiss b’nuffati fin-nofs fuq it-tronk tal-ġisem. Sinjali addizzjonali jistgħu jinkludu

ulċeri fil-ħalq, fil-griżmejn, fl-imnieħer, fil-ġenitali u konġunktivite (għajnejn ħomor jew minfuħin). Dawn ir-raxxijiet tal-ġilda li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħajja huma spiss akkompanjati b’sintomi simili għall-influwenza. Ir-raxx jista’ javvanza għal feġġa ta’ nuffati mifruxin jew tqaxxir tal-ġilda.

Effetti sekondarji possibbli oħrajn

Komuni ħafna (tista' taffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10):

Ħakk, ħorriqija, raxx tal-ġilda, anġjoedema (bħal nefħa fil-wiċċ, ilsien jew gerżuma, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’), uġigħ fl-għadam, riġlejn, muskoli u/jew ġogi, bugħawwiġ.

Komuni:

Remettar, uġigħ ta’ żaqq, rifluss, indiġestjoni, stitikezza, gass, diffikultà biex torqod, infjammazzjoni tal-fwied (epatite), nefħa fil-ġogi, reattività eċċessiva tal-bronki (sintomi jinkludu tħarħir, qtugħ ta' nifs u sogħla), livell miżjud ta’ enzimi tal-muskoli (Creatine phosphokinase), żieda fil-livelli ta’ kolesterol.

Dardir, dijarea, uġigħ ta’ ras, ekżema, problemi fil-memorja, ħass ħażin, jorqdulek partijiet ta’ ġismek, sturdament, vertiġni. Madankollu, dawn l-effetti kienu ħfief u għal żmien qasir u normalment ma kienx hemm lok li l-pazjenti jwaqqfu l-kura. Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi effetti jsiru problematiċi jew jippersistu.

Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

Konvulżjonijiet, irritazzjoni orali (bħal ulċeri fil-ħalq u infjammazzjoni tal-ħanek), telf ta’ xahar, tħossok konfuż/a, ma tħossokx tajjeb, ħalq xott, irritazzjoni tal-ġilda.

Rari:

Tnaqqis fil-produzzjoni ta’ ċelluli tad-demm fil-mudullun.

Jekk tkun waqqaft il-kura minħabba reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, tiħux OSSEOR darba oħra.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen OSSEOR

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-qartas wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Malli tiġi rrikostitwita fl-ilma, is-sospensjoni hija stabbli għal 24 siegħa. Madankollu, huwa rrakkomandat li tixrob is-sospensjoni immedjatament wara l-preparazzjoni (ara sezzjoni 3).

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih OSSEOR

-Is-sustanza attiva hi strontium ranelate. Kull qartas fih 2 g strontium ranelate.

-Is-sustanzi l-oħra huma aspartame (E951), maltodextrin, mannitol (E 421).

Kif jidher OSSEOR u l-kontenut tal-pakkett

OSSEOR jiġi fi qratas li fihom granijiet sofor għal sospensjoni orali. OSSEOR jinbiegħ f’kaxex ta’ 7, 14, 28, 56, 84 jew 100 qartas. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Les Laboratoires Servier 50, rue Carnot

92284 Suresnes cedex Franza

Manifattur

Les Laboratoires Servier Industrie 905, route de Saran

45520 Gidy Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

S.A. Servier Benelux N.V.

UAB "SERVIER PHARMA"

Tel: +32 (0)2 529 43 11

Tel: +370 (5) 2 63 86 28

България

Luxembourg/Luxemburg

Сервие Медикал ЕООД

S.A. Servier Benelux N.V.

Тел.: +359 2 921 57 00

Tel: +32 (0)2 529 43 11

Česká republika

Magyarország

Servier s.r.o.

Servier Hungaria Kft.

Tel: +420 222 118 111

Tel: +36 1 238 7799

Danmark

Malta

Servier Danmark A/S

Galepharma Ltd

Tlf: +45 36 44 22 60

Tel: +(356) 21 247 082

Deutschland

Nederland

Servier Deutschland GmbH

Servier Nederland Farma B.V.

Tel: +49 (0)89 57095 01

Tel: +31 (0)71 5246700

Eesti

Norge

Servier Laboratories OÜ

Servier Danmark A/S

Tel:+ 372 664 5040

Tlf: +45 36 44 22 60

Eλλάδα

Österreich

ΣΕΡΒΙΕ ΕΛΛΑΣ ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ ΕΠΕ

Servier Austria GmbH

Τηλ: +30 210 939 1000

Tel: +43 (1) 524 39 99

España

Polska

Laboratorios Farmacéuticos Rovi, S.A.

Servier Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 375 62 30

Tel: +48 (0) 22 594 90 00

France

Portugal

Les Laboratoires Servier

Servier Portugal, Lda

Tel: +33 (0)1 55 72 60 00

Tel.: +351 21 312 20 00

Hrvatska

România

Servier Pharma, d. o. o.

Servier Pharma SRL

Tel.: +385 (0)1 3016 222

Tel: +40 21 528 52 80

Ireland

Slovenija

Servier Laboratories (Ireland) Ltd.

Servier Pharma d.o.o.

Tel: +353 (0)1 6638110

Tel.: +386 (0)1 563 48 11

Ísland

Slovenská republika

Servier Laboratories

Servier Slovensko spol. s r.o.

c/o Icepharma hf

Tel.:+421 (0)2 5920 41 11

Sími: +354 540 8000

 

Italia

Suomi/Finland

I.F.B. Stroder S.r.l.

Servier Finland Oy

Tel: +39 06 669081

P./Tel: +358 (0)9 279 80 80

Κύπρος

Sverige

C.A. Papaellinas Ltd.

Servier Sverige AB

Τηλ: +357 22741741

Tel: +46 (0)8 522 508 00

Latvija

United Kingdom

SIA Servier Latvia

Servier Laboratories Ltd

Tel. +371 67502039

Tel: +44 (0)1753 666409

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati