Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pandemrix (split influenza virus inactivated, containing...) – Fuljett ta’ tagħrif - J07BB02

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPandemrix
Kodiċi ATCJ07BB02
Sustanzasplit influenza virus inactivated, containing antigen equivalent to A/California/07/2009 (H1N1)-derived strain used NYMC X-179A
ManifatturGlaxoSmithKline Biologicals S.A.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Pandemrix suspensjoni u emulsjoni għal emulsjoni għall-injezzjoni

Vaċċin ta’ l-influwanza (H1N1)v (virjon maqsum, inattivat, stimulat)

Dan il-prodott mediċinali huwa soġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tieħu dan il-vaċċin peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

-Dan il-vaċċin ġie preskritt lilek biss. M’għandekx tgħaddih lil persuni oħra.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju

possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Pandemrix u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pandemrix

3.Kif għandek tieħu Pandemrix

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pandemrix

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pandemrix u għalxiex jintuża X’inhu Pandemrix u għalxiex jintuża

Pandemrix huwa vaċċin biex jipprevjeni l-influwenza kkawżata mill-virus A(H1N1)v 2009.

It-tabib tiegħek normalment jirrakkomanda tilqima differenti (tilqima tal-influwenza trivalenti/kwadrivalenti annwali) minflok Pandemrix, iżda jekk it-tilqim trivalenti/kwadrivalenti ma jkunx disponibbli Pandemrix xorta jista’ jkun għażla jekk teħtieġ protezzjoni kontra l-influwenza

A(H1N1)v (ara Oqgħod attent ħafna b’Pandemrix).

Kif jaħdem Pandemrix

Meta persuna tingħata l-vaċċin, is-sistema immuni (is-sistema ta’ difiża naturali tal-ġisem) tipproduċi protezzjoni għaliha nnifisha (antikorpi) kontra l-marda. L-ebda wieħed mill-ingredjenti ma jista’ jikkawża l-influwenza.

2.X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Pandemrix

Pandemrix m’għandux jingħata:

jekk xi darba kellek reazzjoni allerġika f’daqqa waħda li tkun ta’ periklu għal-ħajja għal xi sustanza ta’ dan il-vaċċin (elenkati fis-sezzjoni 6) jew għal xi sustanzi li jistgħu ikunu preżenti f’ammonti żgħar kif ġej: proteina tal-bajd u tat-tiġieġ, ovalbumin, formaldehyde, gentamycin sulphate (antibiotiku) jew sodium deoxycholate. Sinjali ta’ reazzjoni allerġika jistgħu jinkludu raxx tal-ġilda b’ħakk, qtugħ ta’ nifs u nefħa fil-wiċċ jew fl-ilsien.

jekk għandek infezzjoni severa b’deni għoli (’l fuq minn 38°C). Jekk dan japplika għalik ġeneralment it-tilqima tiegħek tiġi posposta sakemm tkun qed tħossok aħjar. Infezzjoni ħafifa bħal riħ m’għandhiex tkun problema, iżda t-tabib jew l-infermier tiegħek se jagħtik parir jekk tistax titlaqqam b’Pandemrix.

Jekk m’intix żgur, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu dan il-vaċċin.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek qabel tirċievi Pandemrix:

jekk xi darba kellek reazzjoni allerġika li ma kenitx f’daqqa u ta’ periklu għal-ħajja għal

xisustanza f’dan il-vaċċin (elenkati fis-sezzjoni 6), għal thiomersal, proteina tal-bajd u tat- tiġieġ, ovalbumin, formaldehyde, gentamycin sulphate (antibiotiku) jew sodium deoxycholate.

jekk qed tagħmel xi test tad-demm biex issib evidenza ta’ infezzjoni b’ċerti tipi ta’ virus. Fl- ewwel ftit ġimgħat wara t-tilqim b’Pandemrix, ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet jistgħu ma jkunux tajba. Għid lit-tabib li qed jordnalek dawn it-testijiet li m’ilekx li ingħatajt Pandemrix.

• jekk għandek problema ta’ fsada jew titbenġel malajr.

GĦID LIT-TABIB JEW L-INFERMIER TIEGĦEK, f’kull wieħed minn dawn il-każijiet, għax il- vaċċinazzjoni tista’ ma tkunx rakkomandabbli, jew ikollha bżonn tingħata aktar tard.

Ngħas eċċessiv matul il-ġurnata, spiss f’ħinijiet żbaljati (kundizzjoni fit-tul imsejħa nakrolessija), ġie rrapportat b’mod rari ħafna wara tilqima b’Pandermrix f’bosta pajjiżi Ewropej. Nakrolessija tista’ sseħħ bi jew mingħajr dgħjufija f’daqqa fil-muskoli li tista’ tikkawża waqgħat (kundizzjoni msejħa cataplexy).

Tfal u adolexxenti

Jekk it-tifel jew tifla tiegħek jirċievi/tirċievi l-vaċċin, għandek tkun taf li l-effetti sekondarji jistgħu jkunu aktar intensivi wara t-tieni doża, speċjalment temperatura ta’ aktar minn 38°C. Għalhekk wara kull doża huwa rrakkomandat sorveljanza tat-temperatura u miżuri biex titnaqqas t-temperatura (bħall- għoti ta’ paracetamol jew mediċni oħra li jbaxxu d-deni).

Ħass ħażin jista’ jseħħ (l-aktar fl-adoloxxenti) wara, jew saħansitra qabel, kwalunkwe injezzjoni b’labra. Għalhekk għid lit-tabib jew lin-ners jekk ħassek ħażin b’injezzjoni preċedenti.

Mediċini oħra u Pandemrix

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra jew jekk dan l-aħħar irċevejt xi vaċċin ieħor.

Pandemrix jista’ jingħata flimkien ma’ vaċċini ta’ l-influwenza staġjonali li ma fihomx stimulant.

Persuni li rċevew vaċċin ta’ l-influwenza staġjonali li ma fihx stimulant jistgħu jirċievu Pandemrix wara intervall ta’ mill-inqas tliet ġimgħat.

Ma hemmx informazzjoni fuq l-għoti ta’ Pandemrix flimkien ma’ vaċċini oħra. Madankollu, jekk dan ma jistax jiġi evitat, il-vaċċini l-oħra għandhom jiġu injettati f’dirgħajn separati. F’dawn il-każijiet, għandek tkun taf li l-effetti sekondarji jistgħu ikunu aktar qawwija

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tirċievi dan il-vaċċin.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi effetti msemmija taħt sezzjoni 4. “Effetti sekondarji possibbli” jistgħu jaffettwaw il-ħila li ssuq jew tħaddem magni.

Pandemrix fih thiomersal

Pandemrix fih thiomersal bħala preservattiv u huwa possibbli li inti jista’ jkollok reazzjoni allerġika. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi allerġiji li taf bihom.

Pandemrix fih sodium u potassium

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1mmol ta’ sodium (23 mg) u anqas minn 1 mmol ta’ potassium (39 mg) f’kull doża, i.e. essenzjalment huwa mingħajr sodium u potassium.

3. Kif għandek tieħu Pandemrix

It-tabib jew l-infermier tiegħek se jagħtuk il-vaċċin skont ir-rakkomandazzjonijiet uffiċjali.

Adulti li jinkludu l-anzjani

Tingħata doża waħda (0.5ml) tal-vaċċin.

Dejta klinika tissuġġerixxi li doża waħda għandha mnejn tkun biżżejjed.

Jekk tingħata t-tieni doża għandu jkun hemm intervall ta’ mill-inqas tliet ġimgħat bejn l-ewwel u t- tieni doża.

Użu fit-tfal u l-adolexxenti

Tfal b’età minn 10 snin ’l fuq

Tingħata doża waħda (0.5ml) tal-vaċċin.

Dejta klinika tissuġġerixxi li doża waħda għandha mnejn tkun biżżejjed.

Jekk tingħata t-tieni doża għandu jkun hemm intervall ta’ mill-inqas tliet ġimgħat bejn l-ewwel u t- tieni doża.

Tfal b’età minn 6 xhur sa 9 snin

Se tingħata doża (0.25 ml) tal-vaċċin.

Jekk tingħata t-tieni doża ta’ 0.25 ml din se tingħata ta’ l-inqas tliet ġimgħat wara l-ewwel doża.

Tfal b’età anqas minn 6 xhur

Bħalissa ma hijiex rakkomandata vaċċinazzjoni f’dan il-grupp ta’ età.

Il-vaċċin se jiġi injettat ġo muskolu (ġeneralment fil-parti ta’ fuq tad-driegħ).

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-vaċċin, staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, dan il-vaċċin jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet allerġiċi:

Jista’ jkun hemm reazzjonijiet allerġiċi wara l-vaċċinazzjoni, li f’każijiet rari jistgħu iwasslu għal xokk. It-tobba huma konxji ta’ din il-possibilita’ u għandhom trattament ta’ emerġenza disponibbli għall-użu f’każijiet bħal dawn.

Effetti sekondarji oħra:

L-effetti mhux mixtieqa imniżżla hawn taħt seħħew b’Pandemrix fi studji kliniċi f’adulti, inkuż l- anzjani.

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10

Uġigħ ta’ ras

Għejja

Uġigħ u nefħa fis-sit tal-injezzjoni

Tertir

Żieda fl-għaraq

Uġigħ fil-muskoli, uġigħ fil-ġogi

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10

Ħmura u ħakk fis-sit tal-injezzjoni

Deni

• Tħossok imdardar, dijarea, rimettar, uġigħ fl-istonku

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100

Għoqda iebsa u sħana fis-sit tal-injezzjoni

Glandoli minfuħin fl-għonq, fl-abt u fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa

Tnemnim fl-idejn u fis-saqajn jew idejn u saqajn imtarrxin

Nuqqas ta’ rqaad

Sturdament

Ħakk, raxx

Tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

• Sintomi jixbħu lill-influwenza

Dawn l-effetti sekondarji ġeneralment jgħaddu fi żmien ġurnata sa jumejn mingħajr kura. Jekk jippersistu, IKKONSULTA LIT-TABIB TIEGĦEK.

Effetti sekondarji oħra fi tfal u adoloxxenti

Tfal b’età minn 10 snin sa 17-il sena

L-effetti sekondarji elenkati fuq kienu osservati wkoll bi frekwenzi simili fi studji kliniċi fi tfal b’età minn 10 snin sa 17-il sena, ħlief għal ħmura fis-sit tal-injezzjoni li kienet komuni ħafna u għaraq li kien komuni.

Tfal b’età minn 3 snin sa 9 snin

Fi tfal b’età minn 3 snin sa 9 snin li rċevew żewġ dożi ta’ 0.25 ml ta’ Pandemrix (H1N1)v l-effetti sekondarji rrappurtati kienu simili għal dawk irrappurtati fl-adulti, ħlief għal ħmura fis-sit tal- injezzjoni u sintomi gastro-intestinali li kienu komuni ħafna u tertir u għaraq li kienu komuni. Barra dan, deni kien komuni ħafna fi tfal b’età minn 3 snin sa 5 snin. Xi effetti sekondarji (inklużi ħmura lokali u deni) seħħew aktar ta’ spiss wara t-tieni doża meta mqabbel mal-ewwel doża.

Tfal b’età minn 6 xhur sa 35 xahar

Fi tfal b’età minn 6 xhur sa 35 xahar li rċevew żewġ dożi ta’ 0.25 ml ta’ Pandemrix (H1N1) kien hemm żjieda fir-rapporti ta’ uġigħ, ħmura u nefħa fis-sit tal-injezzjoni, kif ukoll deni (>38°C), ngħas, irritabilità u telf t’aptit wara t-tieni doża meta mqabbla mal-ewwel doża. Dawn l-effetti sekondarji kollha ġew irrappurtati b’mod komuni ħafna wara kull doża.

L-effetti sekondarji elenkati taħt seħħew wara t-tqegħid fis-suq ta’ Pandemrix (H1N1)v:

Reazzjonijiet allerġiċi li jwasslu għal tnaqqis perikoluż tal-pressjoni tad-demm, li jekk titħalla bla kura tista’ twassal għal xokk. It-tobba huma konxji ta’ din il-possibbiltà u għandhom kura ta’ emerġenza disponibbli għall-użu f’dawn il-każijiet.

Reazzjonijiet ġeneralizzati tal-ġilda li jinkludu nefħa fil-wiċċ u urtikarja (ħorriqija)

Aċċessjonijiet ikkawżati minn deni

Kundizzjoni fit-tul li twassal għal ngħas eċċessiv matul il-ġurnata (narkolessija), bi jew mingħajr dgħjufija f’daqqa (kataplessi), li tista’ tikkawża waqgħat mingħajr telf ta’ koxjenza.

Ngħas għall-perijodu qasir wara t-tilqima

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni bħal uġigħ, ħmura, tbenġil, nefħa u sħana (infjammazzjoni), għoqda iebsa

L-effetti sekondarji mniżżla hawn taħt seħħew fil-ġranet jew ġimgħat wara vaċċinazzjoni b’vaċċini li ingħataw b’rutina kull sena biex jipprevjenu l-influwenza. Dawn jistgħu iseħħu b’Pandemrix ukoll.

Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000

Uġigħ sever iniffed jew itektek ma’ nerv wieħed jew aktar

Għadd baxx ta’ plejtlits fid-demm li jista’ jirriżulta fi tnixxija ta’ demm jew tbenġil

Rari ħafna: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000

Vaskulite (infjammazzjoni ta’ l-arterji tad-demm li tista’ tikkawża raxx fil-ġilda, uġigħ fil-

ġogi u problemi fil-kliewi)

Disturbi newroloġiċi bħal enkefalomajlite (infjammazzjoni tas-sistema nervuża ċentrali),

nevrite (infjammazzjoni tan-nervituri) u tip ta’ paraliżi magħrufa bħala Sindrome ta’ Guillain- Barré

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-inferrnier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Pandemrix

Żomm dan il-vaċċin fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal

Qabel ma jitħallat il-vaċċin:

Tużax is-suspensjoni u l-emulsjoni wara d-data ta’ meta jiskadu li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta jiskadu tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°Ċ - 8°Ċ).

Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl. Tagħmlux fil-friża.

Wara li jitħallat il-vaċċin:

Wara li jitħallat, uża l-vaċċin fi żmien 24 siegħa u taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pandemrix

Sustanza attiva:

Virus tal-influwenza maqsum, inattivat, li fih antiġen* ekwivalenti għal:

Razza derivata minn A/California/07/2009 (H1N1) bl-użu ta’ NYMC X-179A

3.75

mikrogrammi** għal kull doża ta’ 0.5ml

*propogat fil-bajd

**espress bħala mikrogrammi ta’emaglutinina

Stimulant:

Il-vaċċin fih ‘stimulant’ (AS03) biex jistimula rispons aħjar. Dan l-istimulant fih squalene

(10.69 milligrammi), DL-α-tocopherol (11.86 milligrammi) u polysorbate 80 (4.86 milligrammi).

Sustanzi oħra:

Is-sustanzi l-oħra huma: polysorbate 80, octoxynol 10, thiomersal, sodium chloride (NaCl), disodium hydrogen phosphate, potassium dihydrogen phosphate, potassium chloride, magnesium chloride, ilma għall-injezzjonijiet

Kif jidher Pandemrix u l-kontenut tal-pakkett

Suspensjoni u emulsjoni għall-emulsjoni għall-injezzjoni

Is-suspensjoni hija likwidu bla kulur, ċar ikanġi.

L-emulsjoni hija likwidu qisu ħalib omoġenju bajdani għal safrani.

Qabel ma’ jingħataw, iż-żewg komponenti għandhom jitħalltu. Il-vaċċin imħallat huwa emulsjoni likwida qisha ħalib omoġenja bajdanija għal safranija.

Pakkett wieħed ta’ Pandemrix fih:

pakkett wieħed li fih 50 kunjett ta’ suspensjoni ta’ 2.5 ml (antiġen)

żewġ pakketti li fihom 25 kunjett ta’ emulsjoni ta’ 2.5 ml (stimulant)

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

GlaxoSmithKline Biologicals s.a.

Rue de l’Institut 89

B-1330 Rixensart

Il-Belġju

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżenttant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 10 85 52 00

Tel: +370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

Тел. + 359 2 953 10 34

Tél/Tel: + 32 10 85 52 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 2 22 00 11 11

Tel.: + 36-1-2255300

 

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline (Malta) Ltd

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG

GlaxoSmithKline BV

Tel: + 49 (0)89 360448701

Tel: + 31 (0)30 69 38 100

produkt.info@gsk.com

nlinfo@gsk.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: +372 667 6900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

firmapost@gsk.no

Ελλάδα

Österreich

GlaxoSmithKline A.E.B.E

GlaxoSmithKline Pharma GmbH.

Tηλ: + 30 210 68 82 100

 

at.info@gsk.com

España

Polska

GlaxoSmithKline, S.A.

GSK Services Sp. z o.o

Tel: + 34 902 202 700

Tel.: + 48 (22) 576 9000

es-ci@gsk.com

 

France

Portugal

Laboratoire GlaxoSmithKline

GlaxoSmithKline - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: + 33 (0) 1 39 17 84 44

Tel: + 351 21 412 95 00

diam@gsk.com

FI.PT@gsk.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) SRL

Tel.: + 385 (0)1 6051999

Tel: +40 (0)21 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Ltd

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 495 5000

Tel: + 386 (0) 1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

Ísland

Slovenská republika

GlaxoSmithKline ehf.

GlaxoSmithKline Slovakia s.r.o.

Sími: +354 530 3700

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline S.p.A.

GlaxoSmithKline Oy

Tel:+ 39 04 59 21 81 11

Puh/Tel: + 358 10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

 

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline UK

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)808 100 9997

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-kura tas-saħħa:

Pandemrix jikkonsisti f’żewġ kontenituri:

Suspensjoni: kunjett b’ħafna dożi li fih l-antiġen,

Emulsjoni: kunjett b’ħafna dożi fih l-istimulant.

Qabel jingħata, iż-żewġ komponenti għandhom jitħalltu.

Struzzjonijiet dwar it-taħlit u l-għoti tal-vaċċin:

1.Qabel ma tħallat iż-żewġ komponenti, l-emulsjoni (stimulant) u s-suspensjoni (antiġen) għandhom jinġiebu għat-temperatura tal-kamra (ħalli mill-inqas 15-il minuta; kull kunjett għandu jitħawwad, u jiġi spezzjonat viżwalment għal frak u/jew dehra fiżika mhux normali. F’każ li kwalunkwe waħda minnhom tiġi osservata (inkluż frak tal-lastku mit-tapp), armi l- vaċċin.

2.Il-vaċċin jitħallat billi tiġbed il-kontenut kollu tal-kunjett li fih l-istimulant permezz ta’ siringa ta’ 5 ml u żżidu mal-kunjett li fih l-antiġen. Huwa rrakkomandat li s-siringa tiġi mgħammra b’labra ta’ 23-G. Madankollu, f’każ li dan id-daqs ta’ labra ma jkunx disponibbli, tista’ tintuża labra ta’ 21-G. Il-kunjett li fih l-istimulant għandu jinżamm rasu ’l isfel biex ikun aktar faċli li jinġibed il-kontenut kollu.

3.Wara ż-żjieda tal-istimulant mal-antiġen, it-taħlita għandha titħawwad sewwa. Il-vaċċin imħallat huwa emulsjoni likwida qisha ħalib omoġenja bajdanija għal safranija. F’każ li tiġi osservata xi varjazzjoni oħra, armi l-vaċċin.

4.Il-volum tal-kunjett ta’ Pandemrix (5 ml) wara li jitħallat huwa ta’ l-inqas 5ml. Il-vaċċin għandu jingħata skond il-posoloġija rakkomandata (ara sezzjoni 3 "Kif jingħata Pandemrix”).

5.Il-kunjett għandu jitħawwad qabel kull darba li tingħata doża u għandu jiġi spezzjonat viżwalment għal frak u/jew dehra fiżika mhux normali. F’każ li kwalunkwe waħda minnhom tiġi osservata (inkluż frak tal-lastku mit-tapp), armi l-vaċċin.

6.Kull doża ta’ vaċċin ta’ 0.5 ml (doża sħiħa) jew 0.25 ml (nofs doża) tinġibed ġo siringa għall- injezzjoni ta’ 1 ml u tingħata ġol-muskolu. Huwa rrakkomandat li s-siringa tiġi mgħammra b’labra ta’ ħxuna ta’ mhux aktar minn 23-G.

7.Wara li jkun imħallat, uża l-vaċċin f’24 siegħa u taħzinx ’l fuq minn 25°C. Il-vaċċin imħallat jista’ jinħażen fi friġġ (2°C - 8°C) jew f’temperatura tal-kamra ta’ mhux aktar minn 25°C. Jekk il-vaċċin imħallat jinħażen fi friġġ, għandu jinġiebgħat-temperatura tal-kamra (ħalli mill-inqas 15-il minuta) qabel kull ġbid.

Il-vaċċin m’għandux jingħata b’mod intravaskulari.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati