Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

PecFent (fentanyl) – Fuljett ta’ tagħrif - N02AB03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPecFent
Kodiċi ATCN02AB03
Sustanzafentanyl
ManifatturArchimedes Development Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

PecFent 100 mikrogramma/sprej għall-imnieħer, soluzzjoni (sprej nażali) PecFent 400 mikrogramma/sprej għall-imnieħer, soluzzjoni (sprej nażali)

Fentanyl

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu PecFent u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża PecFent

3.Kif għandek tuża PecFent

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen PecFent

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu PecFent u gћalxiex jintuża

X’inhu PecFent

PecFent fih fentanyl, li hi mediċina qawwija li ttaffi l-uġigħ magħrufa bħala opjojd li jtaffi l-uġigħ.

Għalxiex jintuża PecFent

PecFent jintuża f’persuni adulti li jkollhom kanċer, għal tip ta’ wġigħ imsejjaħ uġigħ ‘temporanju li jseħħ għal għarrieda’.

Dan l-uġigħ temporanju jiġi għal għarrieda.

Iseħħ anki meta tkun ħadt id-doża tas-soltu tal-opjojd li jtaffi l-uġigħ (bħal morfina, fentanyl, oxycodone jew hydromorphone) biex tikkontrolla l-uġigħ fl-isfond kostanti tiegħek.

PecFent għandu jintuża biss minn persuni adulti li jkunu diġà qed jieħdu mediċini opjojdi oħra kuljum għall-uġigħ kostanti tal-kanċer tagħhom.

Kif jaħdem PecFent

PecFent hu soluzzjoni ta’ sprej nażali.

Meta tisprejja PecFent ġo imnieħrek, il-qtar żgħar ħafna tal-isprej jiffurmaw ġel irqiq.

Fentanyl jiġi assorbit malajr minn ġol-kisja ta’ mnieħrek u fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm.

Dan ifisser li l-mediċina tidħol malajr fis-sistema tiegħek biex ittaffi l-uġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tuża PecFent

Tużax PecFent jekk:

jekk inti allerġiku għal fentanyl jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

jekk m’intix qed tuża b’mod regolari mediċina opoid (eż codeine, fentanyl, hydromorphone, morphine, oxycodone, pethidine) preskritta kuljum fuq skeda regolari, għal ta’ l-inqas ġimgħa, għall-kontroll tal-uġigħ persistenti tiegħek. Jekk ma kontx qed tuża dawn il-mediċini, m’għandekx tuża PecFent, minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju li n-nifs jista’ jsir bil-mod u/jew baxx b’mod perikoluż, jew anki jieqaf.

jekk issofri minn uġigħ li jdum għal tul ta’ żmien qasir minbarra uġigħ li jinħass

għandek problema serja biex tieħu n-nifs jew problema fil-pulmun.

Tużax PecFent jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża PecFent.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kif iżżomm PecFent biex ma jmissuhx it-tfal

Għandek iżżomm PecFent ġol-kontenitur reżistenti għat-tfal meta ma tkunx qed tużah, anki jekk tkun użajt it-8 sprejs kollha. Dan hu għax PecFent jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jekk jittieħed minn tifel/tifla b’mod aċċidentali.

Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek qabel tuża PecFent jekk:

tkun ilek xi żmien ma tieħu l-istess doża tal-mediċina opjojdi ta’ kuljum għall-kura tal-uġigħ kostanti tiegħek

ikollok problemi biex tieħu n-nifs, bħal ażżma, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs

taħbat rasek b’mod sever

Jekk għandek problemi b’qalbek speċjalment rata tal-qalb bil-mod ħafna

għandek pressjoni tad-demm baxxa jew ammont baxx ta’ fluwidu fiċ-ċirkolazzjoni tiegħek

jekk għandek problemi tal-fwied jew tal-kliewi. Dan hu minħabba li jista’ jaffettwa l-mod li bih ġismek jipproċessa l-mediċina.

Jekk tieħu antidipressanti jew antipsikotiċi, jekk jogħġbok irreferi għas-sezzjoni ‘Mediċini oħra u PecFent’.

Jekk kwalunkwe minn dawn t’hawn fuq japplikaw għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża PecFent.

Jekk inti atleta, l-użu ta’ PecFent jista’ jirriżulta f’testijiet tad-doping li jkollhom riżultat pożittiv.

Jekk jogħġbok għid ukoll lit-tabib tiegħek jekk wara li tuża PecFent:

tbati minn ħruġ ta’ demm rikorrenti mill-imnieħer - jista’ jagħtik parir biex tuża kura alternattiva.

tħoss li PecFent qed isir inqas effettiv biex jikkura l-episodji ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda

taħseb li qed issir dipendenti fuq PecFent

Tfal u adolexxenti

PecFent mhuwiex approvat għall-użu fi tfal taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u PecFent

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikulari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża PecFent, jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar kwalunkwe minn dawn il-mediċini li ġejjin:

mediċini li jistgħu jraqqduk, bħal pilloli tal-irqad, kalmanti, mediċini li jirilassaw il-muskoli, mediċini għall-ansjetà jew mediċini għall-allerġiji (anti-istamini)

mediċini għad-dipressjoni msejħa ‘inibituri ta’ monoamine-oxidase’ (MAOI). Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun ħadt mediċina MAOI matul l-aħħar ġimagħtejn qabel ma tuża

PecFent.

Ir-riskju ta’ effetti sekondarji jiżdied jekk qiegħed tieħu mediċini bħal ċerti antidipressanti jew antipsikotiċi. PecFent jista’ jinteraġixxi ma’ dawn il-mediċini u jista’ jkollok bidliet fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma), u effetti oħra bħal temperatura tal-ġisem ogħla minn 38°C, żieda fir-rata tat-taħbita tal-qalb, pressjoni tad-demm instabbli, u esaġerazzjoni tar-riflessi, riġidità fil-muskoli, nuqqas ta’ koordinazzjoni u/jew sintomi gastrointestinali (eż. dardir, rimettar, dijarea). It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk PecFent huwiex tajjeb għalik.

sprejs nażali għall-kura ta’ mnieħer misdud (li jkun fihom dikonġestant bħal oxymetazoline)

mediċini li jistgħu jaffettwaw il-modli ġismek jipproċessa PecFent. Dawn jinkludu: o mediċini għal infezzjoni bl-HIV (bħal ritonavir, nelfinavir, amprenavir jew

fosamprenavir)

o mediċini għal infezzjonijiet fungali (bħal ketoconazole, itraconazole jew fluconazole) o mediċini għal infezzjonijiet batterjali (bħal troleandomycin, clarithromycin jew

erythromycin)

o ‘aprepitant’ - jintuża biex ma jħallikx tħossok imdardar

o ‘diltiazem’ u ‘verapamil’ - jintużaw kontra pressjoni tad-demm għolja jew problemi tal- qalb.

o mediċini oħrajn kontra l-uġigħ imsejħa agonist/antagonist parzjali bħal buprenorphine, nalbuphine, pentazocine. Jista’ jkollok sintomi ta’ meta wieħed iwaqqaf il-mediċina (dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir ta’ bard, rogħda, u għaraq) waqt li tkun qed tuża

dawn il-mediċini.

Jekk kwalunkwe minn dawn t’hawn fuq japplikaw għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża PecFent.

M’għandek tuża l-ebda tip ieħor ta’ sprej nażali għal mill-inqas 15-il minuta wara li tuża PecFent.

PecFent ma’ ikel u xorb

Tixrobx alkoħol meta tkun qed tuża PecFent. Dan jista’ jżid ir-riskju li jkollok effetti sekondarji serji.

Tixrobx meraq tal-grejpfrut waqt li tkun qed tuża PecFent. Dan jista’ jaffettwa l-mod li bih ġismek jipproċessa PecFent.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina.

Tużax PecFent jekk inti tqila jew jekk tista’ toħroġ tqila, ħlief jekk it-tabib tiegħek ikun qallek li tista’ tużah.

Tużaħx PecFent waqt it-twelid tat-tarbija. Dan għaliex jista’ jikkawża problemi lit-tarbija tiegħek biex tieħu n-nifs.

Tużax PecFent jekk tkun qed tredda’. Dan għaliex il-mediċina tista’ tgħaddi ġol-ħalib tas-sider u tista’ tikkawża effeti sekondarji fit-tarbija li tkun qed terda’.

M’għandekx tibda t-treddigħ qabel 5 ijiem wara l-aħħar doża ta’ PecFent.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kellem lit-tabib tiegħek dwar jekk hemmx xi periklu għalik li ssuq jew tuża għodda jew magni wara li tuża PecFent.

Tista’ tħossok bi ngħas, stordut jew ikollok problemi tal-vista wara li tuża PecFent. Jekk dan jiġri, issuqx u tużax għodda jew magni.

Issuqx u tużax tagħmir jew magni sakemm tkun taf kif din il-mediċina ser taffettwak.

PecFent fih propylhydroxybenzoate (E216)

Jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi (possibbilment li jseħħu wara ċertu żmien), u b’mod rari ħafna, bronkospażmu (jekk inti ma tużax l-isprej nażali b’mod korrett).

3.Kif gћandek tuża PecFent

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

PecFent jiġi f’żewġ qawwiet differenti: flixkun ta’ 100 mikrogramma f’kull sprej u flixkun ta’

400 mikrogramma f’kull sprej. Aċċerta ruħek li tuża l-qawwa li t-tabib tiegħek ikun tak riċetta għaliha.

Kemm għandek tużah

Doża biex tikkura episodju ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda tista’ tkun jew ta’ 1 sprej jew 2 sprejs (wieħed f’kull minfes). It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm sprejs (1 jew 2) għandek tuża biex tikkura episodju ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda.

Tużax iktar mid-doża li t-tabib tiegħek ikun tak riċetta għaliha biex tikkura kwalunkwe episodju wieħed ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda.

Tużax PecFent aktar minn 4 darbiet kuljum.

Stenna mill-inqas 4 sigħat biex tieħu d-doża ta’ PecFent li jkun imiss.

Doża tal-bidu

Id-doża tal-bidu hi ta’ 100 mikrogramma.

Din tkun sprej wieħed ġo minfes wieħed mill-flixkun ta’ 100 mikrogramma f’kull sprej.

Ara ‘Kif tuża l-flixkun ta’ PecFent’ għal istruzzjonijiet dwar kif tuża doża.

Kif issib id-doża korretta

Imbagħad, it-tabib tiegħek ser jgħinek issib id-doża korretta biex ittaffi l-uġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda. Hu importanti li ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek dwar l-uġigħ li jkollok u kif PecFent qed jaħdem. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk hemmx bżonn li d-doża tiegħek ta’ PecFent għandhiex tinbidel.

Tibdilx id-doża inti stess.

Meta tkun sibt id-doża korretta

Għid lit-tabib tiegħek jekk id-doża tiegħek ta’ PecFent ma ttaffix l-uġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk hemmx bżonn li d-doża tiegħek tinbidel.

Tibdilx id-doża ta’ PecFent jew tal-mediċini l-oħra tiegħek kontra l-uġigħ inti stess.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatment jekk ikollok iktar minn 4 episodji kuljum ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda. It-tabib tiegħek jista’ jibdel il-mediċina għall-uġigħ kostanti tiegħek. Ġaladarba l-uġigħ kostanti tiegħek jiġi kkontrollat, it-tabib tiegħek jista’ mbagħad jibdel id-doża tiegħek ta’ PecFent.

Jekk m’intix ċert dwar id-doża korretta jew kemm PecFent għandek tuża, staqsi it-tabib tiegħek.

Kif tuża l-flixkun ta’ PecFent

Istruzzjonijiet dwar kif tiftaħ u tagħlaq il-kontenitur reżistenti għat-tfal

iftaħ

 

agħlaq

 

 

 

ADaħħal subgħajk fl-ispazji ta’ wara u agħfas waqt li timbotta ’l isfel il- buttuna ta’ fuq

BIftaħ

CAgħlaq (isma’ għal klikk ta’ konferma)

Kif tipprepara l-flixkun ta’ PecFent għall-użu

Qabel ma tuża flixkun ġdid ta’ PecFent jeħtieġ li tippreparah għall-użu. Dan jissejjaħ ‘priming’.

Biex tipprajmja l-flixkun, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet t’hawn taħt:

1.Flixkun ġdid ta’ PecFent ser juri żewġ linji ħomor fil-counting window fit-top abjad tal-plastik fuq il-flixkun (Figura 1 u Figura 3a).

2.Neħħi l-għatu protettiv magħmul minn plastik ċar minn fuq in-nozzle (Figura 1).

3.Immira l-isprej nażali lil hemm minnek (u lil hemm minn kwalunkwe nies oħra).

4.Żomm l-isprej nażali PecFent iħares ’il fuq bis-saba’ l-kbir fuq il-qiegħ tal-flixkun u sebgħek il- werrej u dak tan-nofs fuq il-finger grips fuq kull naħa tan-nozzle (Figura 2).

5.Agħfas ’l isfel b’mod sod fuq il-finger grips sakemm tisma’ ‘klikk’ u mbagħad erħi l-grips (Figura 2). Ser tisma’ t-tieni ‘klikk’ u issa għandu jkun hemm bar waħda kbira ħamra fil- counting window (Figura 3b).

6.Irrepeti pass 5 tliet darbiet. Kif tkun qed tirrepeti pass 5, il-bar ħamra ser tiċkien kontinwament sakemm tara tara bar ħadra fil-counting window (Figura 3b-e). Il-bar ħadra tfisser li PecFent sprej nażali jkun lest biex jintuża.

7.Imsaħ in-nozzle b’tissue u ifflaxxja t-tissue fit-tojlit.

8.Jekk ma tkunx ser tuża l-mediċina tiegħek immedjatment, poġġi l-għatu protettiv lura f’postu. Imbagħad poġġi l-flixkun ta’ PecFent ġol-kontenitur reżistenti għat-tfal. Jekk PecFent ma jkunx intuża għal 5 ijiem, erġa’ pprajmja billi tisprejja darba.

 

 

 

 

Figura 3

Figura 1

 

Figura 2

 

 

 

 

 

 

Kif tuża PecFent

PecFent għandu jintuża biss billi tisprejja ġol-minfes tiegħek.

1.Iċċekkja li jkun hemm bar ħadra jew numru fil-counting window (Figura 4): dan jikkonferma li l-flixkun ta’ PecFent ikun ġie ipprajmjat (ara ‘Kif tipprepara l-flixkun ta’ PecFent għall-użu’ hawn fuq).

2.Naddaf imnieħrek jekk tħoss li għandek tagħmel dan.

3.Oqgħod bilqiegħda b’rasek tħares ’il fuq.

4.Neħħi l-għatu protettiv minn fuq iż-żennuna.

5.Żomm il-flixkun ta’ PecFent bis-saba’ l-kbir fuq il-qiegħ tal-flixkun u sebgħek il-werrej u dak tan-nofs fuq il-finger grips (Figura 4).

6.Poġġi ż-żennuna ftit ’il ġewwa (madwar 1 ċm) ġol-minfes tiegħek. Ippuntah ’il ġewwa lejn il- ġenb ta’ mnieħrek. Dan ser imejjel il-flixkun bi ftit (Figura 5).

7.Agħlaq il-minfes l-ieħor b’seba’ minn idek l-oħra (Figura 5).

8.Agħfas ’l isfel b’mod sod fuq il-finger grips biex b’hekk PecFent jisprejja ġol-minfes tiegħek. Meta tisma’ klikk, erħi l-grips. Innota: Tista’ ma tħoss xejn jiġri f’imnieħrek – taħsibx li dan ifisser li l-isprej ma ħadimx – afda fuq il-klikk u number counter.

9.Ħu n-nifs bil-mod ’il ġewwa minn ġo mnieħrek u ’l barra minn ġo ħalqek.

10.In-number counter ser javvanza wara kull użu u juri kemm sprejs ikunu ntużaw.

11.Jekk it-tabib tiegħek ikun tak riċetta għal sprej ieħor, irrepeti passi 5 sa 9, billi tuża l-minfes l- ieħor.

Tużax iktar mid-doża li t-tabib tiegħek ikun tak riċetta għaliha biex tikkura kwalunkwe episodju wieħed ta’ wġigħ.

12.Poġġi l-flixkun lura ġol-kontenitur reżistenti għat-tfal wara kull użu. Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal (Figura 6)

13.Oqgħod bilqiegħda għal mill-inqas minuta wara li tuża l-isprej nażali.

Figura 4

 

Figura 5

 

Figura 6

 

 

 

 

 

Numru ta’ sprejs fi flixkun ta’ PecFent

Hemm 8 sprejs sħaħ f’kull flixkun ta’ PecFent

Wara l-ewwel sprej, in-numru 1 ser tidher fil-counting window. Dan ser javvanza kull darba li jintuża l-isprej.

Meta tara 8 aħmar fil-counting window, il-flixkun ikun spiċċa u mhux se tkun tista’ tieħu sprej sħiħ minnu aktar.

Kif tarmi PecFent mhux użat

Jekk tara numru, minbarra 8 fil-counting window, ikun għadek MA UŻAJTX it-8 sprejs kollha fil- flixkun. Ikun għad fadal dożi ta’ PecFent ġol-flixkun.

Trid tiżvojta d-dożi ta’ PecFent li jkun fadal minn ġol-flixkun billi timmira l-isprej nażali ’l bogħod minnek (u minn kwalunkwe nies) u billi tagħfas u terħi l-grips sakemm in-numru “8” aħmar jidher fil-counting window.

Meta tara n-numru “8” fil-counting window, xorta jkun għad fadal il-mediċina ġol-flixkun li inti trid tbattal.

Ser ikollok bżonn tagħfas ’l isfel u terħi l-finger grips 4 darbiet aktar waqt li timmira l-isprej nażali ’l bogħod minnek (u minn kwalunkwe nies oħrajn).

Ser tħoss żieda żgħira fir-reżistenza meta tagħfas ’l isfel u l- imqabad tas-swaba ser jiċċaqilqu ftit biss.

M’INTIX ser tisma’ klikk meta tagħfas ’l isfel.

Il-counter ser jibqa’ fuq in-numru “8”.

Poġġi l-għatu protettiv lura fuq il-flikun tal-isprej.

Poġġi l-flixkun lura ġol-kontenitur reżistenti għat-tfal.

Kellem lill-ispiżerija lokali tiegħek dwar ir-rimi ta’ fliexen vojta (ara ‘Kif taħżen PecFent’)

Jekk l-isprej nażali PecFent ikun imblukkat jew ma jisprejjax kif suppost

Jekk l-isprej ikun imblukkat, immira l-isprej lil hemm minnek (u lil hemm minn kwalunkwe nies oħra) u agħfas ’l isfel b’mod sod fuq il-pompa. Dan għandu jneħħi kwalunkwe imblukkar.

Jekk l-isprej nażali tiegħek xorta jibqa’ ma jaħdimx kif suppost, armi l-flixkun li jkun fih il- ħsara u ibda wieħed ġdid. Għid lit-tabib tiegħek x’ġara. Qatt m’għandek tipprova tirranġa l- isprej nażali inti stess jew iżżarmah. Dan għax jista’ jkun li mbagħad jagħtik doża ħażina.

Armi l-flixkun ta’ PecFent u ibda wieħed ġdid jekk:Ikunu għaddew 60 jum jew iżjed minn meta tkun ipprajmjajt jew użajt il-flixkun tiegħek għall-ewwel darba.

Jekk tuża PecFent aktar milli suppost

Jekk tuża aktar PecFent milli suppost, tista’ tħossok bi ngħas, imdardar, stordut jew tieħu n-nifs bil-mod jew bil-ħatfa. Jekk tħossok stordut ħafna, bi ngħas ħafna jew tieħu n-nifs bil-ħatfa, ċempel għal ambulanza jew għid lil xi ħadd ieħor biex iċempel immedjatment.

Jekk tieqaf tuża PecFent

Jekk ma jkollokx aktar uġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf PecFent u segwi l-parir tiegħu/tagħha. Madankollu, għandek tkompli tieħu l-mediċina opjojdi l-oħra tiegħek biex tikkura l-uġigħ kostanti tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jiċċekkja d- doża.

Jista’ jkollok sintomi ta’ meta tieqaf tieħu l-mediċina simili għall-effetti sekondarji possibbli ta’ PecFent meta twaqqaf PecFent. Jekk ikollok sintomi ta’ meta tieqaf tieħu l-mediċina, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek se jevalwa jekk hux se jkollok bżonn il-mediċina biex tnaqqas jew telimina s-sintomi ta’ meta tieqaf tieħu l-mediċina.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ċempel għal ambulanza jew għid lil xi ħadd ieħor biex iċempel immedjatment jekk:

tħossok stordut ħafna jew ikun ser iħossok ħażin

tħossok bi ngħas ħafna

tieħu n-nifs bil-mod jew bil-ħatfa

ikollok ġilda kiesħa mdellka, tidher musfar, ikollok polz dgħajjef jew sinjali oħrajn ta’ xokk.

Jekk inti jew il-persuna li qed tieħu ħsiebek tiegħek tinnotaw kwalunkwe mill-effetti sekondarji msemmija hawn fuq, ċemplu għal ambulanza immedjatment.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 10 persuni):

ma tkunx taf fejn int (diżorjentament)

tibdil fis-sens tat-togħma

tħossok stordut

tħossok imdardar jew tirremetti

tħossok bi ngħas, uġigħ ta’ ras

tinfaraġ, skonfort fl-imnieħer, imnieħer inixxi

stitikezza,

ħakk fil-ġilda

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 100 persuna):

infezzjoni fis-sider

gerżuma jew imnieħer bl-uġigħ, misluħin jew infjammati

sogħla, għatis, katarru jew riħ, tibdil fil-fluwidu prodott minn imnieħrek

reazzjoni allerġika, raxx

telf ta’ jew żieda fl-aptit, żieda fil-piż

deidratazzjoni, tħossok bil-għatx

tabbuża jew tuża ħażin il-mediċina

tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex hemm fil-verità (alluċinazzjonijiet/delirju), tħossok konfuż

tħossok dipress, inkwetat, taġixxi bil-mod jew nervuż

nuqqas ta’ konċentrazzjoni jew żieda fl-attività fiżika

telf ta’ memorja

tħossok “ewforiku”

tkun inqas konxju jew tirreaġixxi bil-mod, tintilef minn sensik

konvulżjoni (aċċessjonijiet)

konvulżjonijiet fil-muskoli jew rogħda

telf fis-sens tat-togħma, telf jew tibdil fis-sens tax-xamm

diffikultà biex titkellem

kulur blu tal-ġilda

mejt, taqa’, telqa

sħana u ċirkolazzjoni ma jaħdmux kif suppost, fwawar jaħarqu jew deni, tertir ta’ bard, għaraq eċċessiv

nefħa tat-tessut artab

pressjoni tad-demm baxxa

imblukkar fil-pajp tan-nifs

qtugħ ta’ nifs

ħruġ ta’ demm mill-vaġina

tiċrita fl-imsaren jew infjammazzjoni fil-kisja tal-istonku

tmewwit jew tnemnim fil-ħalq, fl-ilsien, jew fl-imnieħer, jew problemi oħra fl-ilsien, ulċeri tal-

ħalq, ħalq xott

dijarea

dardir, uġigħ fl-istonku, indiġestjoni

uġigħ jew dulur fil-ġogi

diffikultà biex, jew ma tkunx tkunx kapaċi tagħmel l-awrina

uġigħ fis-sider

tħossok għajjien jew dgħajjef, problemi biex tiċċaqlaq

tibdil fiċ-ċelluli tad-demm (osservat mit-testijiet tal-laboratorju)

Żieda ta’ zokkor fid-demm

Proteina fl-awrina

Effetti sekondarji oħra (frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli))

problemi severi biex tieħu n-nifs

fwawar

Nuqqas ta’ rqad

Sindrome ta’ meta wieħed iwaqqaf il-mediċina (dan jista’ jidher permezz tal-effetti sekondarji li

ġejjin: dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir ta’ bard, rogħda, u għaraq).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen PecFent

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. PecFent jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jekk jittieħed minn tifel/tifla b’mod aċċidentali.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-flixkun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx PecFent f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-flixkun fil-kontenitur reżistenti għat-tfal sabiex tilqa’ mid-dawl.

Aħżen il-flixkun ta’ PecFent fil-kontenitur reżistenti għat-tfal il-ħin kollu, anki meta jispiċċa.

Tużax għal aktar minn 60 jum wara l-ewwel użu (jew priming jew tużah biex tikkura episodju ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda)

PecFent li jkun skada jew li ma jkunx meħtieġ aktar, jista’ xorta jibqa’ fih biżżejjed mediċina li tista’ tkun ta’ ħsara għal nies oħrajn, speċjalment it-tfal. PecFent m’għandux jintrema ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Kwalunkwe PecFent mhux mixtieq għandu jintrema malajr kemm jista’ jkun billi ssegwi l-istruzzjonijiet li hemm taħt Kif tarmi PecFent mhux użat. Kwalunkwe fliexken vojta għandhom jitpoġġew lura fil-kontenituri tagħhom reżistenti għat-tfal u jintremew billi teħodhom lura l-ispiżerija jew skont ir-rekwiżiti lokali.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih PecFent

Is-sustanza attiva hi fentanyl.

PecFent 100 mikrogramma/sprej soluzzjoni ta’ sprej nażali

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 1,000 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

1sprej (100 mikrolitri) fih 100 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

PecFent 400 mikrogramma/sprej soluzzjoni ta’ sprej nażali

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 4,000 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

1sprej (100 mikrolitri) fih 400 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

Is-sustanzi l-oħra (eċċipjenti) huma: pectin (E440), mannitol (E421), phenylethyl alcohol, propyl parahydroxybenzoate (E216), sucrose, ilma ppurifikat u hydrochloric acid jew sodium hydroxide għal aġġustament tal-pH.

Kif jidher PecFent u l-kontenut tal-pakkett

Il-mediċina hi sprej nażali, soluzzjoni, minn ċara sa kważi ċara u bla kulur. Tinsab fi flixkun ta’ ħġieġ ċar, mgħammar b’pompa metering. Il-pompa għandha spray counter li jikklikkja, biex b’hekk tkun tista’ tisma’ kif ukoll tara li l-isprej ikun ingħata, u għatu protettiv. Wara li l-flixkun ta’ PecFent ikun ġie pprajmjat (ippreparat għall-użu), dan iforni 8 sprejs sħaħ. Kull flixkun ta’ PecFent hu fornut f’kontenitur reżistenti għat-tfal.

Il-fliexken PecFent fil-kontenituri tagħhom reżistenti għat-tfal huma fornuti f’kaxxi li jkun fihom flixkun wieħed, 4 jew 12-il flixkun.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Archimedes Development Ltd

Nottingham

NG7 2TN

Ir-Renju Unit

Manifattur

L. Molteni & C. dei F.lli Alitti Società di Esercizio S.p.A

Strada Statale 67 Tosco Romagnola,

Fraz. Granatieri – 50018 Scandicci (FI)

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Archimedes Pharma Ltd

Archimedes Pharma Ltd

Verenigd Koninkrijk/Royaume-

Didžioji Britanija (Jungtinė Karalystė)

Uni/Vereinigtes Königreich

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel/Tél: + 44 (0)1896 664000

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Archimedes Pharma Ltd

Archimedes Pharma Ltd

Великобритания (Обединеното кралство)

Royaume-Uni/Vereinigtes Königreich

Teл.: + 44 (0)1896 664000

Tel/Tél: + 44 (0)1896 664000

Česká republika

Magyarország

Novatin s.r.o.

Archimedes Pharma Ltd

Tel: + 420257 217 762

Egyesült Királyság (Nagy-Britannia)

 

Tel: + 44 (0)1896 664000

Danmark

Malta

Kyowa Kirin filial af Kyowa Kirin AB

Archimedes Pharma Ltd

Sverige

Ir-Renju Unit

Tlf: +46 8 50 90 74 10

Tel: + 44 (0)1896 664000

Deutschland

Nederland

Kyowa Kirin GmbH

Kyowa Kirin Pharma BV

Tel: +31 (0)900 1231236

Eesti

Norge

Archimedes Pharma Ltd

Kyowa Kirin filial av Kyowa Kirin AB

Ühendkuningriik

Sverige

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tlf: +46 8 50 90 74 10

Ελλάδα

Österreich

ΑΝΑΒΙΩΣΙΣ ΙΚΕ

Archimedes Pharma Ltd

Τηλ: + 30 2102711020

Vereinigtes Königreich

 

Tel: + 44 (0)1896 664000

España

Polska

Kyowa Kirin Farmacéutica, S.L.U

Molteni Farmaceutici Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34 91 534 3710

Tel: + 48 (012) 653 15 71

France

Portugal

Kyowa Kirin Pharma SAS

Kyowa Kirin Farmacêutica, Unip. Lda.

Tél : +33(0)1 55 39 14 30

Tel: + 351 21 121 2035

Hrvatska

România

Archimedes Pharma Ltd

Archimedes Pharma Ltd

Ujedinjeno Kraljevstvo (Velika Britanija)

Marea Britanie

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 44 (0)1896 664000

Ireland

Slovenija

Archimedes Pharma Ltd

Novatin s.r.o.

United Kingdom

Češka

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 420 257 217 762

Ísland

Slovenská republika

Archimedes Pharma Ltd

Novatin s.r.o.

Sameinaða konungsdæmið (Bretland)

Česká republika

Sími: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 420 257 217 762

Italia

Suomi/Finland

L. Molteni & C. dei F.lli Alitti

Kyowa Kirin Ab filial i Finland

Società di Esercizio S.p.A.

Puh/Tel: +358 10 23 55 560

Tel: + 39.055.73611

 

Κύπρος

Sverige

CENTROM PHARMA LIMITED

Kyowa Kirin AB

Τηλ: + 357 22 283565

Tel: +46 8 50 90 74 10

Latvija

United Kingdom

Archimedes Pharma Ltd

Archimedes Pharma Ltd

Lielbritānija

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 44 (0)1896 664000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

PecFent 100 mikrogramma/sprej għall-imnieħer, soluzzjoni (sprej nażali), flixkun b’2 sprejs

Fentanyl

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu PecFent u għalxiex jintuża

3.X’għandek tkun taf qabel ma tuża PecFent

3.Kif għandek tuża PecFent

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen PecFent

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu PecFent u gћalxiex jintuża

X’inhu PecFent

PecFent fih fentanyl, li hi mediċina qawwija li ttaffi l-uġigħ magħrufa bħala opjojd li jtaffi l-uġigħ.

Għalxiex jintuża PecFent

PecFent jintuża f’persuni adulti li jkollhom kanċer, għal tip ta’ wġigħ imsejjaħ uġigħ ‘temporanju li jseħħ għal għarrieda’.

Dan l-uġigħ temporanju jiġi għal għarrieda.

Iseħħ anki meta tkun ħadt id-doża tas-soltu tal-opjojd li jtaffi l-uġigħ (bħal morfina, fentanyl, oxycodone jew hydromorphone) biex tikkontrolla l-uġigħ fl-isfond kostanti tiegħek.

PecFent għandu jintuża biss minn persuni adulti li jkunu diġà qed jieħdu mediċini opjojdi oħra kuljum għall-uġigħ kostanti tal-kanċer tagħhom.

Kif jaħdem PecFent

PecFent hu soluzzjoni ta’ sprej nażali.

Meta tisprejja PecFent ġo imnieħrek, il-qtar żgħar ħafna tal-isprej jiffurmaw ġel irqiq.

Fentanyl jiġi assorbit malajr minn ġol-kisja ta’ mnieħrek u fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm.

Dan ifisser li l-mediċina tidħol malajr fis-sistema tiegħek biex ittaffi l-uġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża PecFent

Tużax PecFent jekk:

jekk inti allerġiku għal fentanyl jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

jekk m’intix qed tuża b’mod regolari mediċina opoid (eż codeine, fentanyl, hydromorphone, morphine, oxycodone, pethidine) preskritta kuljum fuq skeda regolari, għal ta’ l-inqas ġimgħa, għall-kontroll tal-uġigħ persistenti tiegħek. Jekk ma kontx qed tuża dawn il-mediċini, m’għandekx tuża PecFent, minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju li n-nifs jista’ jsir bil-mod u/jew baxx b’mod perikoluż, jew anki jieqaf.

jekk issofri minn uġigħ li jdum għal tul ta’ żmien qasir minbarra uġigħ li jinħass

għandek problema serja biex tieħu n-nifs jew problema fil-pulmun.

Tużax PecFent jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża PecFent.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kif iżżomm PecFent biex ma jmissuhx it-tfal

Għandek iżżomm PecFent ġol-kontenitur reżistenti għat-tfal meta ma tkunx qed tużah, anki jekk tkun użajt it-2 sprejs kollha. Dan hu għax PecFent jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jekk jittieħed minn tifel/tifla b’mod aċċidentali.

Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek qabel tuża PecFent jekk:

tkun ilek xi żmien ma tieħu l-istess doża tal-mediċina opjojdi ta’ kuljum għall-kura tal-uġigħ kostanti tiegħek

ikollok problemi biex tieħu n-nifs, bħal ażżma, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs

taħbat rasek b’mod sever

Jekk għandek problemi b’qalbek speċjalment rata tal-qalb bil-mod ħafna

għandek pressjoni tad-demm baxxa jew ammont baxx ta’ fluwidu fiċ-ċirkolazzjoni tiegħek

jekk għandek problemi tal-fwied jew tal-kliewi. Dan hu minħabba li jista’ jaffettwa l-mod li bih ġismek jipproċessa l-mediċina.

Jekk tieħu antidipressanti jew antipsikotiċi, jekk jogħġbok irreferi għas-sezzjoni ‘Mediċini oħra u PecFent’.

Jekk kwalunkwe minn dawn t’hawn fuq japplikaw għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża PecFent.

Jekk inti atleta, l-użu ta’ PecFent jista’ jirriżulta f’testijiet tad-doping li jkollhom riżultat pożittiv.

Jekk jogħġbok għid ukoll lit-tabib tiegħek jekk wara li tuża PecFent:

tbati minn ħruġ ta’ demm rikorrenti mill-imnieħer - jista’ jagħtik parir biex tuża kura alternattiva.

tħoss li PecFent qed isir inqas effettiv biex jikkura l-episodji ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda

taħseb li qed issir dipendenti fuq PecFent

Tfal u adolexxenti

PecFent mhuwiex approvat għall-użu fi tfal taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u PecFent

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikulari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża PecFent, jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar kwalunkwe minn dawn il-mediċini li ġejjin:

mediċini li jistgħu jraqqduk, bħal pilloli tal-irqad, kalmanti, mediċini li jirilassaw il-muskoli, mediċini għall-ansjetà jew mediċini għall-allerġiji (anti-istamini)

mediċini għad-dipressjoni msejħa ‘inibituri ta’ monoamine-oxidase’ (MAOI). Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun ħadt mediċina MAOI matul l-aħħar ġimagħtejn qabel ma tuża

PecFent.

Ir-riskju ta’ effetti sekondarji jiżdied jekk qiegħed tieħu mediċini bħal ċerti antidipressanti jew antipsikotiċi. PecFent jista’ jinteraġixxi ma’ dawn il-mediċini u jista’ jkollok bidliet fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma), u effetti oħra bħal temperatura tal-ġisem ogħla minn 38°C, żieda fir-rata tat-taħbita tal-qalb, pressjoni tad-demm instabbli, u esaġerazzjoni tar-riflessi, riġidità fil-muskoli, nuqqas ta’ koordinazzjoni u/jew sintomi gastrointestinali (eż. dardir, rimettar, dijarea). It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk PecFent huwiex tajjeb għalik.

sprejs nażali għall-kura ta’ mnieħer misdud (li jkun fihom dikonġestant bħal oxymetazoline)

mediċini li jistgħu jaffettwaw il-modli ġismek jipproċessa PecFent. Dawn jinkludu: o mediċini għal infezzjoni bl-HIV (bħal ritonavir, nelfinavir, amprenavir jew

fosamprenavir)

o mediċini għal infezzjonijiet fungali (bħal ketoconazole, itraconazole jew fluconazole) o mediċini għal infezzjonijiet batterjali (bħal troleandomycin, clarithromycin jew

erythromycin)

o ‘aprepitant’ - jintuża biex ma jħallikx tħossok imdardar

o ‘diltiazem’ u ‘verapamil’ - jintużaw kontra pressjoni tad-demm għolja jew problemi tal- qalb.

o mediċini oħrajn kontra l-uġigħ imsejħa agonist/antagonist parzjali bħal buprenorphine, nalbuphine, pentazocine. Jista’ jkollok sintomi ta’ meta wieħed iwaqqaf il-mediċina

(dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir ta’ bard, rogħda, u għaraq) waqt li tkun qed tuża dawn il-mediċini.

Jekk kwalunkwe minn dawn t’hawn fuq japplikaw għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża PecFent.

M’għandek tuża l-ebda tip ieħor ta’ sprej nażali għal mill-inqas 15-il minuta wara li tuża PecFent.

PecFent ma’ ikel u xorb

Tixrobx alkoħol meta tkun qed tuża PecFent. Dan jista’ jżid ir-riskju li jkollok effetti sekondarji serji.

Tixrobx meraq tal-grejpfrut waqt li tkun qed tuża PecFent. Dan jista’ jaffettwa l-mod li bih ġismek jipproċessa PecFent.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina.

Tużax PecFent jekk inti tqila jew jekk tista’ toħroġ tqila, ħlief jekk it-tabib tiegħek ikun qallek li tista’ tużah.

Tużaħx PecFent waqt it-twelid tat-tarbija. Dan għaliex jista’ jikkawża problemi lit-tarbija tiegħek biex tieħu n-nifs.

Tużax PecFent jekk tkun qed tredda’. Dan għaliex il-mediċina tista’ tgħaddi ġol-ħalib tas-sider u tista’ tikkawża effeti sekondarji fit-tarbija li tkun qed terda’.

M’għandekx tibda t-treddigħ qabel 5 ijiem wara l-aħħar doża ta’ PecFent.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kellem lit-tabib tiegħek dwar jekk hemmx xi periklu għalik li ssuq jew tuża għodda jew magni wara li tuża PecFent.

Tista’ tħossok bi ngħas, stordut jew ikollok problemi tal-vista wara li tuża PecFent. Jekk dan jiġri, issuqx u tużax għodda jew magni.

Issuqx u tużax tagħmir jew magni sakemm tkun taf kif din il-mediċina ser taffettwak.

PecFent fih propylhydroxybenzoate (E216)

Jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi (possibbilment li jseħħu wara ċertu żmien), u b’mod rari ħafna, bronkospażmu (jekk inti ma tużax l-isprej nażali b’mod korrett).

3. Kif gћandek tuża PecFent

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

PecFent jiġi f’żewġ qawwiet differenti: flixkun ta’ 100 mikrogramma f’kull sprej u flixkun ta’

400 mikrogramma f’kull sprej. Aċċerta ruħek li tuża l-qawwa li t-tabib tiegħek ikun tak riċetta għaliha.

Kemm għandek tużah

Doża biex tikkura episodju ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda tista’ tkun jew ta’ 1 sprej jew 2 sprejs (wieħed f’kull minfes). It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm sprejs (1 jew 2) għandek tuża biex tikkura episodju ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda.

Tużax iktar mid-doża li t-tabib tiegħek ikun tak riċetta għaliha biex tikkura kwalunkwe episodju wieħed ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda.

Tużax PecFent aktar minn 4 darbiet kuljum.

Stenna mill-inqas 4 sigħat biex tieħu d-doża ta’ PecFent li jkun imiss.

Doża tal-bidu

Id-doża tal-bidu hi ta’ 100 mikrogramma.

Din tkun sprej wieħed ġo minfes wieħed mill-flixkun ta’ 100 mikrogramma f’kull sprej.

Ara ‘Kif tuża l-flixkun ta’ PecFent’ għal istruzzjonijiet dwar kif tuża doża.

Kif issib id-doża korretta

Imbagħad, it-tabib tiegħek ser jgħinek issib id-doża korretta biex ittaffi l-uġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda. Hu importanti li ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek dwar l-uġigħ li jkollok u kif PecFent qed jaħdem. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk hemmx bżonn li d-doża tiegħek ta’ PecFent għandhiex tinbidel.

Tibdilx id-doża inti stess.

Meta tkun sibt id-doża korretta

Għid lit-tabib tiegħek jekk id-doża tiegħek ta’ PecFent ma ttaffix l-uġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk hemmx bżonn li d-doża tiegħek tinbidel.

Tibdilx id-doża ta’ PecFent jew tal-mediċini l-oħra tiegħek kontra l-uġigħ inti stess.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatment jekk ikollok iktar minn 4 episodji kuljum ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda. It-tabib tiegħek jista’ jibdel il-mediċina għall-uġigħ kostanti tiegħek. Ġaladarba l-uġigħ kostanti tiegħek jiġi kkontrollat, it-tabib tiegħek jista’ mbagħad

jibdel id-doża tiegħek ta’ PecFent.

Jekk m’intix ċert dwar id-doża korretta jew kemm PecFent għandek tuża, staqsi it-tabib tiegħek.

Kif tuża l-flixkun ta’ PecFent

Istruzzjonijiet dwar kif tiftaħ u tagħlaq il-kontenitur reżistenti għat-tfal

iftaħ

 

agħlaq

 

 

 

ADaħħal subgħajk fl-ispazji ta’ wara u agħfas waqt li timbotta ’l isfel il- buttuna ta’ fuq

BIftaħ

CAgħlaq (isma’ għal klikk ta’ konferma)

Kif tipprepara l-flixkun ta’ PecFent għall-użu

Qabel ma tuża flixkun ġdid ta’ PecFent jeħtieġ li tippreparah għall-użu. Dan jissejjaħ ‘priming’. Huwa rrakkomandat li inti tipprajmja l-flixkun minnufih qabel l-użu milli minn qabel. (Nota: Dan il-flixkun b’2 sprejs ma jistax jerġa’ jiġi pprajmjat. Jekk l-isprej ma jkunx intuża fi żmien 5 ijiem wara l- prajming, il-flixkun għandu jintrema.)

Biex tipprajmja l-flixkun, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet t’hawn taħt:

1.Flixkun ġdid ta’ PecFent ser juri żewġ linji ħomor fil-counting window fit-top abjad tal-plastik fuq il-flixkun (Figura 1 u Figura 3a).

2.Neħħi l-għatu protettiv abjad tal-plastik minn fuq in-nozzle (Figura 1).

3.Immira l-isprej nażali lil hemm minnek (u lil hemm minn kwalunkwe nies oħra).

4.Żomm l-isprej nażali PecFent iħares ’il fuq bis-saba’ l-kbir fuq il-qiegħ tal-flixkun u sebgħek il- werrej u dak tan-nofs fuq il-finger grips fuq kull naħa tan-nozzle (Figura 2).

5.Agħfas ’l isfel b’mod sod fuq il-finger grips sakemm tisma’ ‘klikk’ u mbagħad erħi l-grips (Figura 2). Ser tisma’ t-tieni ‘klikk’ u issa għandu jkun hemm bar waħda kbira ħamra fil- counting window (Figura 3b).

6.Irrepeti pass 5 tliet darbiet. Kif tkun qed tirrepeti pass 5, il-bar ħamra ser tiċkien kontinwament sakemm tara tara bar ħadra fil-counting window (Figura 3b-e). Il-bar ħadra tfisser li PecFent sprej nażali jkun lest biex jintuża.

7.Imsaħ in-nozzle b’tissue u ifflaxxja t-tissue fit-tojlit.

 

 

 

 

Figura 3

Figura 1

 

Figura 2

 

 

 

 

 

 

Kif tuża PecFent

PecFent għandu jintuża biss billi tisprejja ġol-minfes tiegħek.

1.Iċċekkja li jkun hemm bar ħadra jew numru fil-counting window (Figura 4): dan jikkonferma li l-flixkun ta’ PecFent ikun ġie ipprajmjat (ara ‘Kif tipprepara l-flixkun ta’ PecFent għall-użu’ hawn fuq).

2.Naddaf imnieħrek jekk tħoss li għandek tagħmel dan.

3.Oqgħod bilqiegħda b’rasek tħares ’il fuq.

4.Neħħi l-għatu protettiv minn fuq iż-żennuna.

5.Żomm il-flixkun ta’ PecFent bis-saba’ l-kbir fuq il-qiegħ tal-flixkun u sebgħek il-werrej u dak tan-nofs fuq il-finger grips (Figura 4).

6.Poġġi ż-żennuna ftit ’il ġewwa (madwar 1 ċm) ġol-minfes tiegħek. Ippuntah ’il ġewwa lejn il- ġenb ta’ mnieħrek. Dan ser imejjel il-flixkun bi ftit (Figura 5).

7.Agħlaq il-minfes l-ieħor b’seba’ minn idek l-oħra (Figura 5).

8.Agħfas ’l isfel b’mod sod fuq il-finger grips biex b’hekk PecFent jisprejja ġol-minfes tiegħek. Meta tisma’ klikk, erħi l-grips. Innota: Tista’ ma tħoss xejn jiġri f’imnieħrek – taħsibx li dan ifisser li l-isprej ma ħadimx – afda fuq il-klikk u number counter.

9.Ħu n-nifs bil-mod ’il ġewwa minn ġo mnieħrek u ’l barra minn ġo ħalqek.

10.In-number counter ser javvanza wara kull użu u juri kemm sprejs ikunu ntużaw.

11.Jekk it-tabib tiegħek ikun tak riċetta għal sprej ieħor, irrepeti passi 5 sa 9, billi tuża l-minfes l- ieħor.

Tużax iktar mid-doża li t-tabib tiegħek ikun tak riċetta għaliha biex tikkura kwalunkwe episodju wieħed ta’ wġigħ.

12.Poġġi l-flixkun lura ġol-kontenitur reżistenti għat-tfal wara kull użu. Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal (Figura 6)

13.Oqgħod bilqiegħda għal mill-inqas minuta wara li tuża l-isprej nażali.

Figura 4

 

Figura 5

 

Figura 6

 

 

 

 

 

Numru ta’ sprejs f’dan il-flixkun ta’ PecFent

Hemm 2 sprejs sħaħ f’kull flixkun ta’ PecFent

Wara l-ewwel sprej, in-numru 1 ser tidher fil-counting window. Dan ser javvanza kull darba li jintuża l-isprej. Dan jitla’ għan-numru 2 meta l-isprej jerġa’ jintuża.

Meta tara 2 aħmar fil-counting window, il-flixkun ikun spiċċa u mhux se tkun tista’ tieħu sprej sħiħ minnu aktar.

Kif tarmi PecFent mhux użat

Jekk tara numru, minbarra 2 fil-counting window, ikun għadek MA UŻAJTX it-2 sprejs kollha fil- flixkun. Ikun għad fadal dożi ta’ PecFent ġol-flixkun.

Trid tiżvojta d-dożi ta’ PecFent li jkun fadal minn ġol-flixkun billi timmira l-isprej nażali ’l bogħod minnek (u minn kwalunkwe nies) u billi tagħfas u terħi l-grips sakemm in-numru “2” aħmar jidher fil-counting window.

Meta tara n-numru “2” fil-counting window, xorta jkun għad fadal il-mediċina ġol-flixkun li inti trid tbattal.

Ser ikollok bżonn tagħfas ’l isfel u terħi l-finger grips 4 darbiet aktar waqt li timmira l-isprej nażali ’l bogħod minnek (u minn kwalunkwe nies oħrajn).

Ser tħoss żieda żgħira fir-reżistenza meta tagħfas ’l isfel u l- imqabad tas-swaba ser jiċċaqilqu ftit biss.

M’INTIX ser tisma’ klikk meta tagħfas ’l isfel.

Il-counter ser jibqa’ fuq in-numru “2”.

Poġġi l-għatu protettiv lura fuq il-flikun tal-isprej.

Poġġi l-flixkun lura ġol-kontenitur reżistenti għat-tfal.

Kellem lill-ispiżerija lokali tiegħek dwar ir-rimi ta’ fliexen vojta (ara ‘Kif taħżen PecFent’)

Jekk l-isprej nażali PecFent ikun imblukkat jew ma jisprejjax kif suppost

Jekk l-isprej ikun imblukkat, immira l-isprej lil hemm minnek (u lil hemm minn kwalunkwe nies oħra) u agħfas ’l isfel b’mod sod fuq il-pompa. Dan għandu jneħħi kwalunkwe imblukkar.

Jekk l-isprej nażali tiegħek xorta jibqa’ ma jaħdimx kif suppost, armi l-flixkun li jkun fih il- ħsara u ibda wieħed ġdid. Għid lit-tabib tiegħek x’ġara. Qatt m’għandek tipprova tirranġa l- isprej nażali inti stess jew iżżarmah. Dan għax jista’ jkun li mbagħad jagħtik doża ħażina.

Armi l-flixkun ta’ PecFent u ibda wieħed ġdid jekk:

Ikunu għaddew aktar minn 5 ijiem minn meta tkun ipprajmjajt il-flixkun tiegħek għall-ewwel darba.

Jekk tuża PecFent aktar milli suppost

Jekk tuża aktar PecFent milli suppost, tista’ tħossok bi ngħas, imdardar, stordut jew tieħu n-nifs bil-mod jew bil-ħatfa. Jekk tħossok stordut ħafna, bi ngħas ħafna jew tieħu n-nifs bil-ħatfa, ċempel għal ambulanza jew għid lil xi ħadd ieħor biex iċempel immedjatment.

Jekk tieqaf tuża PecFent

Jekk ma jkollokx aktar uġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf PecFent u segwi l-parir tiegħu/tagħha. Madankollu, għandek tkompli tieħu l-mediċina opjojdi l-oħra tiegħek biex tikkura l-uġigħ kostanti tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jiċċekkja d- doża.

Jista’ jkollok sintomi ta’ meta tieqaf tieħu l-mediċina simili għall-effetti sekondarji possibbli ta’ PecFent meta twaqqaf PecFent. Jekk ikollok sintomi ta’ meta tieqaf tieħu l-mediċina, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek se jevalwa jekk hux se jkollok bżonn il-mediċina biex tnaqqas jew telimina s-sintomi ta’ meta tieqaf tieħu l-mediċina.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ċempel għal ambulanza jew għid lil xi ħadd ieħor biex iċempel immedjatment jekk:

tħossok stordut ħafna jew ikun ser iħossok ħażin

tħossok bi ngħas ħafna

tieħu n-nifs bil-mod jew bil-ħatfa

ikollok ġilda kiesħa mdellka, tidher musfar, ikollok polz dgħajjef jew sinjali oħrajn ta’ xokk.

Jekk inti jew il-persuna li qed tieħu ħsiebek tiegħek tinnotaw kwalunkwe mill-effetti sekondarji msemmija hawn fuq, ċemplu għal ambulanza immedjatment.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 10 persuni):

ma tkunx taf fejn int (diżorjentament)

tibdil fis-sens tat-togħma

tħossok stordut

tħossok imdardar jew tirremetti

tħossok bi ngħas, uġigħ ta’ ras

tinfaraġ, skonfort fl-imnieħer, imnieħer inixxi

stitikezza,

ħakk fil-ġilda

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 100 persuna):

infezzjoni fis-sider

gerżuma jew imnieħer bl-uġigħ, misluħin jew infjammati

sogħla, għatis, katarru jew riħ, tibdil fil-fluwidu prodott minn imnieħrek

reazzjoni allerġika, raxx

telf ta’ jew żieda fl-aptit, żieda fil-piż

deidratazzjoni, tħossok bil-għatx

tabbuża jew tuża ħażin il-mediċina

tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex hemm fil-verità (alluċinazzjonijiet/delirju), tħossok konfuż

tħossok dipress, inkwetat, taġixxi bil-mod jew nervuż

nuqqas ta’ konċentrazzjoni jew żieda fl-attività fiżika

telf ta’ memorja

tħossok “ewforiku”

tkun inqas konxju jew tirreaġixxi bil-mod, tintilef minn sensik

konvulżjoni (aċċessjonijiet)

konvulżjonijiet fil-muskoli jew rogħda

telf fis-sens tat-togħma, telf jew tibdil fis-sens tax-xamm

diffikultà biex titkellem

kulur blu tal-ġilda

mejt, taqa’, telqa

sħana u ċirkolazzjoni ma jaħdmux kif suppost, fwawar jaħarqu jew deni, tertir ta’ bard, għaraq eċċessiv

nefħa tat-tessut artab

pressjoni tad-demm baxxa

imblukkar fil-pajp tan-nifs

qtugħ ta’ nifs

ħruġ ta’ demm mill-vaġina

tiċrita fl-imsaren jew infjammazzjoni fil-kisja tal-istonku

tmewwit jew tnemnim fil-ħalq, fl-ilsien jew fl-imnieħer, jew problemi oħra fl-ilsien, ulċeri tal- ħalq, ħalq xott

dijarea

dardir, uġigħ fl-istonku, indiġestjoni

uġigħ jew dulur fil-ġogi

diffikultà biex, jew ma tkunx tkunx kapaċi tagħmel l-awrina

uġigħ fis-sider

tħossok għajjien jew dgħajjef, problemi biex tiċċaqlaq

tibdil fiċ-ċelluli tad-demm (osservat mit-testijiet tal-laboratorju)

Żieda ta’ zokkor fid-demm

Proteina fl-awrina

Effetti sekondarji oħra (frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli))

problemi severi biex tieħu n-nifs

fwawar

Nuqqas ta’ rqad

Sindrome ta’ meta wieħed iwaqqaf il-mediċina (dan jista’ jidher permezz tal-effetti sekondarji li ġejjin: dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir ta’ bard, rogħda, u għaraq).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen PecFent

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. PecFent jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jekk jittieħed minn tifel/tifla b’mod aċċidentali.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-flixkun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx PecFent f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-flixkun fil-kontenitur reżistenti għat-tfal sabiex tilqa’ mid-dawl.

Aħżen il-flixkun ta’ PecFent fil-kontenitur reżistenti għat-tfal il-ħin kollu, anki meta jispiċċa.

Tużax għal aktar minn 5 jum wara l-ewwel użu (jew priming jew tużah biex tikkura episodju ta’ wġigħ temporanju li jseħħ għal għarrieda)

PecFent li jkun skada jew li ma jkunx meħtieġ aktar, jista’ xorta jibqa’ fih biżżejjed mediċina li tista’ tkun ta’ ħsara għal nies oħrajn, speċjalment it-tfal. PecFent m’għandux jintrema ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Kwalunkwe PecFent mhux mixtieq għandu jintrema malajr kemm jista’ jkun billi ssegwi l-istruzzjonijiet li hemm taħt Kif tarmi PecFent mhux użat. Kwalunkwe fliexken vojta għandhom jitpoġġew lura fil-kontenituri tagħhom reżistenti għat-tfal u jintremew billi teħodhom lura l-ispiżerija jew skont ir-rekwiżiti lokali.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih PecFent

Is-sustanza attiva hi fentanyl.

PecFent 100 mikrogramma/sprej soluzzjoni ta’ sprej nażali

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 1,000 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

1 sprej (100 mikrolitri) fih 100 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

Is-sustanzi l-oħra (eċċipjenti) huma: pectin (E440), mannitol (E421), phenylethyl alcohol, propyl parahydroxybenzoate (E216), sucrose, ilma ppurifikat u hydrochloric acid jew sodium hydroxide għal aġġustament tal-pH.

Kif jidher PecFent u l-kontenut tal-pakkett

Il-mediċina hi sprej nażali, soluzzjoni, minn ċara sa kważi ċara u bla kulur. Tinsab fi flixkun ta’ ħġieġ ċar, mgħammar b’pompa metering. Il-pompa għandha spray counter li jikklikkja, biex b’hekk tkun tista’ tisma’ kif ukoll tara li l-isprej ikun ingħata, u għatu protettiv. Wara li l-flixkun ta’ PecFent ikun ġie pprajmjat (ippreparat għall-użu), dan iforni 2 sprejs sħaħ. Kull flixkun ta’ PecFent hu fornut f’kontenitur reżistenti għat-tfal.

Il-fliexken PecFent ta’ 2 sprejs fil-kontenituri tagħhom reżistenti għat-tfal huma fornuti f’kartuniet li jkun fihom flixkun wieħed.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Archimedes Development Ltd

Nottingham

NG7 2TN

Ir-Renju Unit

Manifattur

L. Molteni & C. dei F.lli Alitti Società di Esercizio S.p.A

Strada Statale 67 Tosco Romagnola,

Fraz. Granatieri – 50018 Scandicci (FI)

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Archimedes Pharma Ltd

Archimedes Pharma Ltd

Verenigd Koninkrijk/Royaume-

Didžioji Britanija (Jungtinė Karalystė)

Uni/Vereinigtes Königreich

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel/Tél: + 44 (0)1896 664000

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Archimedes Pharma Ltd

Archimedes Pharma Ltd

Великобритания (Обединеното кралство)

Royaume-Uni/Vereinigtes Königreich

Teл.: + 44 (0)1896 664000

Tel/Tél: + 44 (0)1896 664000

Česká republika

Magyarország

Novatin s.r.o.

Archimedes Pharma Ltd

Tel: + 420257 217 762

Egyesült Királyság (Nagy-Britannia)

 

Tel: + 44 (0)1896 664000

Danmark

Malta

Kyowa Kirin filial af Kyowa Kirin

Archimedes Pharma Ltd

ABSverige

Ir-Renju Unit

Tlf: +46 8 50 90 74 10

Tel: + 44 (0)1896 664000

Deutschland

Nederland

Kyowa Kirin GmbH

Kyowa Kirin Pharma BV

Tel: +31 (0)900 1231236

Eesti

Norge

Archimedes Pharma Ltd

Kyowa Kirin filial av Kyowa Kirin AB

Ühendkuningriik

Sverige

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tlf: +46 8 50 90 74 10

Ελλάδα

Österreich

ΑΝΑΒΙΩΣΙΣ ΙΚΕ

Archimedes Pharma Ltd

Τηλ: + 30 2102711020

Vereinigtes Königreich

 

Tel: + 44 (0)1896 664000

España

Polska

Kyowa Kirin Farmacéutica, S.L.U

Molteni Farmaceutici Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34 91 534 3710

Tel: + 48 (012) 653 15 71

France

Portugal

Kyowa Kirin Pharma SAS

Kyowa Kirin Farmacêutica, Unip. Lda.

Tél : +33(0)1 55 39 14 30

Tel: + 351 21 121 2035

Hrvatska

România

Archimedes Pharma Ltd

Archimedes Pharma Ltd

Ujedinjeno Kraljevstvo (Velika Britanija)

Marea Britanie

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 44 (0)1896 664000

Ireland

Slovenija

Archimedes Pharma Ltd

Novatin s.r.o.

United Kingdom

Češka

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 420 257 217 762

Ísland

Slovenská republika

Archimedes Pharma Ltd

Novatin s.r.o.

Sameinaða konungsdæmið (Bretland)

Česká republika

Sími: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 420 257 217 762

Italia

Suomi/Finland

L. Molteni & C. dei F.lli Alitti

Kyowa Kirin Ab filial i Finland

Società di Esercizio S.p.A.

Puh/Tel: +358 10 23 55 560

Tel: + 39.055.73611

 

Κύπρος

Sverige

CENTROM PHARMA LIMITED

Kyowa Kirin AB

Τηλ: + 357 22 283565

Tel: +46 8 50 90 74 10

Latvija

United Kingdom

Archimedes Pharma Ltd

Archimedes Pharma Ltd

Lielbritānija

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 44 (0)1896 664000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati