Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Peyona (Nymusa) (caffeine citrate) – Fuljett ta’ tagħrif - N06BC01

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPeyona (Nymusa)
Kodiċi ATCN06BC01
Sustanzacaffeine citrate
ManifatturChiesi Farmaceutici SpA

Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għall-utent Peyona 20 mg/ml soluzzjoni għall-infużjoni u soluzzjoni orali

caffeine citrate

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel il-kura b’din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għat-tarbija tat-twelid tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tat-tarbija tiegħek.

-Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek ikollha xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tat-tarbija tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Peyona u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel it-tarbija tiegħek tingħata Peyona

3.Kif għandek tuża Peyona

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Peyona

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Peyona u għalxiex jintuża

Peyona fih is-sustanza attiva caffeine citrate, li huwa stimulant tas-sistema nervuża ċentrali, u jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa methylxanthines.

Peyona jintuża fil-kura ta’ interruzzjoni fit-teħid tan-nifs fi trabi prematuri (apneja primarja ta’ trabi tat- twelid prematuri).

Dawn il-perijodi qosra meta t-trabi prematuri jieqfu jieħdu n-nifs iseħħu għax iċ-ċentri tat-teħid tan-nifs tat-tarbija ma jkunux żviluppaw kompletament.

Din il-mediċina ġie muri li tnaqqas in-numru ta’ episodji ta’ interruzzjoni fin-nifs fi trabi tat-twelid prematuri.

2.X’għandek tkun taf qabel it-tarbija tiegħek tingħata Peyona

Tużax Peyona:

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek hija allerġika għal caffeine citrate jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tat-tarbija tiegħek qabel it-tarbija tat-twelid tiegħek tingħata Peyona.

Qabel ma tibda kura għall-apneja tal-prematurita b’Peyona kawżi oħra ta’ apneja għandhom jiġu esklużi jew ikkurati kif jixraq mit-tabib tat-tarbija tiegħek.

Peyona għandu jintuża b’attenzjoni. Jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tat-tarbija tiegħek:

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek issofri minn aċċessjonijiet

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek issofri minn xi mard tal-qalb

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek għandha problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek ittella’ b’mod frekwenti

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek tipproduċi aktar awrina mis-soltu

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek għandha żjieda fil-piż jew teħid ta’ l-ikel imnaqqas

Jekk int (l-omm) ħadt caffeine qabel il-ħlas

Mediċini oħra u Peyona

Għid lit-tabib tat-tarbija tiegħek jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek qiegħda tieħu, ħadet dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tat-tarbija tiegħek jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek kienet ikkurata qabel b’theophylline.

Tużax il-mediċini li ġejjin waqt kura b’Peyona mingħajr ma tkellem lit-tabib tat-tarbija tiegħek. It-tabib għandu mnejn ikollu bżonn jaġġusta d-doża jew ibiddel xi waħda mill-mediċini għal xi mediċina oħra:

-theophylline (jintuża biex jikkura diffikultajiet fit-teħid tan-nifs)

-doxapram (jintuża biex jikkura diffikultajiet fit-teħid tan-nifs)

-cimetidine (jintuża biex jikkura mard ta’ l-istonku)

-ketoconazole (jintuża biex jikkura infezzjonijiet mill-fungu)

-phenobarbital (jintuża biex jikkura l-epilessija)

-phenytoin (jintuża biex jikkura l-epilessija)

Din il-mediċina tista’ żżid ir-riskju ta’ mard intestinali serju b’purgar bid-demm (enterokolite nekrotika) meta tingħata ma’ mediċini li jintużaw għall-kura ta’ mard ta’ l-istonku (bħal imblokkaturi antistamini tar- riċetturi H2 jew inibituri tal-pompi tal-protoni li jnaqqsu t-tnixxija ta’ aċidu gastriku).

Tqala u treddigħ

Jekk int (l-omm) qed tredda’ waqt li t-tarbija tiegħek qed tiġi kkurata b’Peyona, m’għandekx tixrob kafe jew tieħu xi prodott ieħor b’ħafna caffeine għax caffeine jgħaddi fil-ħalib tas-sider.

Peyona fih sodium

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, i.e. essenzjalment ‘mingħajr sodium’.

3.Kif għandek tuża Peyona

Peyona għandu jintuża biss f’taqsima ta’ kura intensiva ta’ trabi tat-twelid fejn hemm disponibbli faċilitajiet xierqa għas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-pazjent. Il-kura għandha tinbeda taħt is- superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fil-kura intensiva ta’ trabi tat-twelid.

Doża

It-tabib tat-tarbija tiegħek se jippreskrivi l-ammont xieraq ta’ Peyona bbażat fuq il-piż tat-tarbija tiegħek. Id-doża tal-bidu hija 20 mg kull kg ta’ piż tal-ġisem (ekwivalenti għal 1 ml kull kg ta’ piż tal-ġisem). Id-doża ta’ manteniment hija 5 mg kull kg ta’ piż tal-ġisem (ekwivalenti għal 0.25 ml kull kg ta’ piż tal-

ġisem) kull 24 siegħa.

Rotta u metodu ta’ kif għandu jingħata

Peyona se jiġi nfuż permezz ta’ infużjoni kkontrollata fil-vini, permezz ta’ pompa ta’ l-infużjoni b’siringa jew xi strument ieħor għall-infużjoni mkejla. Dan il-metodu huwa magħruf bħala “dripp”.

Xi wħud mid-dożi (dożi ta’ manteniment) jistgħu jingħataw mill-ħalq.

Għandu mnejn ikun meħtieġ li t-tabib tat-tarbija tiegħek jiddeċiedi li jiċċekkja l-livelli ta’ caffeine permezz ta’ test tad-demm kull tant żmien tul il-kura biex tkun evitata tossiċità.

Tul tal-kura

It-tabib tat-tarbija tiegħek se jiddeċiedi it-tul ta’ żmien eżatt li t-tarbija tat-twelid tiegħek għandha tkompli t-terapija b’Peyona. Jekk it-tarbija tiegħek ikollha minn 5 sa 7 ijiem mingħajr attakki ta’ apnea, it-tabib ser iwaqqaf il-kura.

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek tirċievi Peyona aktar milli suppost

It-tarbija tat-twelid tiegħek jista’ jkollha esperjenza ta’ deni, teħid tan-nifs rapidu (takiapneja), nervożiżmu, tregħid tal-muskoli, rimettar, livelli għolja ta’ zokkor fid-demm, (ipergliċemija), livelli baxxi ta’ potassium fid-demm (ipokalimja), livelli għoja fid-demm ta’ ċertu kimiċi (ureja), numru elevat ta’

ċertu ċelluli (lewkoċiti) fid-demm u aċċessjonijiet jekk tirċievi aktar caffeine citrate minn dak meħtieġ, F’kas li jseħħ dan, kura b’Peyona għandha titwaqqaf immedjatament u t-tabib tat-tarbija tiegħek għandu jikkura d-doża eċċessiva.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tat-tarbija tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Madankollu, huwa diffiċli li tiddistingwi dawn minn komplikazzjonijiet frekwenti li jseħħu fi trabi prematuri u minn komplikazzjonijiet ikkawżati mill-marda.

Waqt kura b’Peyona, t-tarbija tat-twelid tiegħek jista’ jkollha esperjenza ta’ xi wħud mir-reazzjonijiet li

ġejjin:

Effetti sekondarji serji

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli - marda serja tal-imsaren b’demm fl-ippurgar (enterokolite nekrotika)

L-effetti sekondarji l-oħra li ġejjin ukoll jistgħu jiġu kkunsidrati serji mit-tabib tat-tarbija tiegħek fil- kuntest tal-valutazzjoni klinika globali.

Effetti sekondarji oħra

Effetti sekondarji rrappurtati b’mod komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

-reazzjonijiet lokali ta’ infjammazzjoni fil-post ta’ l-injezzjoni

-disturbi fil-qalb bħal taħbit tal-qalb mgħaġġel (takikardija)

-bidliet fil-livell ta’ zokkor fid-demm jew fis-serum (ipergliċemija)

Effetti sekondarji rrappurtati b’mod mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

-stimulazzjoni tas-sistema nervuża ċentrali bħal konvulżjoni

-disturbi fil-qalb bħal taħbit irregolari tal-qalb (arritmija)

Effetti sekondarji rrappurtati b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000) - reazzjonijiet allerġiċi

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli- infezzjoni fid-demm (sepsi)

-bidla fiz-zokkor fid-demm jew fis-serum (ipogliċemija), nuqqas ta’ tkabbir, intolleranza għall-ikel

-stimulazzjoni tas-sistema nervuża ċentrali bħal irritabilità, nervi u aġitazzjoni; ħsara fil-moħħ

-nuqqas ta’ smigħ

-rigurġitazzjoni, żjieda fl-aspirazzjoni mill-istonku

-żjieda fl-awrina, żjieda ta’ ċertu komponenti fl-awrina (sodium u calcium)

-bidliet fit-testijiet tad-demm (tnaqqis fil-livelli ta’ l-emoglobina wara kura fit-tul u tnaqqis fl-ormon

tat-tirojde fil-bidu tal-kura)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk it-tarbija tat-twelid tiegħek ikollha xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tat-tarbija tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Peyona

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

L-ampulli ta’ kull soluzzjoni parenterali għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għall-frak qabel l-għoti. Wara li jinfetħu l-ampulli, il-prodott mediċinali għandu jintuża’ minnufih.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Peyona

Is-sustanza attiva hi caffeine citrate.

Kull ml fih 20 mg caffeine citrate (ekwivalenti għal 10 mg/ml ta’ caffeine bħala bażi).

Kull ampulla ta’ 1 ml fiha 20 mg caffeine citrate (ekwivalenti għal 10 mg ta’ bażi ta’ kaffeina). Kull ampulla ta’ 3 ml fiha 60 mg caffeine citrate (ekwivalenti għal 30 mg ta’ bażi ta’ kaffeina). Is-sustanzi l-oħra huma citric acid, sodium citrate u ilma għall-injezzjoni.

Kif jidher Peyona u l-kontenut tal-pakkett

Peyona huwa soluzzjoni għall-infużjoni u soluzzjoni orali.

Peyona huwa soluzzjoni ċara, bla kulur, disponibbli f’ampulli tal-ħġieġ. Kull kartuna fiha 10 ampulli.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Chiesi Farmaceutici S.p.A, Via Palermo 26/A,

43122 Parma, L-Italja

Manifattur (Ħruġ tal-lott)

Alfa Wasserman S.p.A,

Via Enrico Fermi 1,

Alanno (PE)

L-Italja

Chiesi Pharmaceuticals GmbH,

Gonzagagasse 16/16,

A-1010 Wien

L-Awstrija

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Chiesi sa/nv

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Tél/Tel: + 32 (0)2 788 42 00

Tel: + 43 1 4073919

България

Luxembourg/Luxemburg

Chiesi Bulgaria EOOD

Chiesi sa/nv

Тел.: +359 29201205

Tél/Tel: + 32 (0)2 788 42 00

Česká republika

Magyarország

Chiesi CZ s.r.o.

Chiesi Hungary Kft.

Tel: + 420 261221745

Tel.:+36-1-429 1060

Danmark

Malta

Chiesi Pharma AB

Chiesi Farmaceutici S.p.A

Tlf: + 46 8 753 35 20

Tel: + 39 0521 2791

Deutschland

Nederland

Chiesi GmbH

Chiesi Pharmaceuticals B.V.

Tel: +31 88 501 64 00

Eesti

Norge

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Chiesi Pharma AB

Tel: + 43 1 4073919

Tlf: + 46 8 753 35 20

Ελλάδα

Österreich

Chiesi Hellas AEBE

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Τηλ: + 30 210 6179763

Tel: + 43 1 4073919

España

Polska

Chiesi España, S.A.U.

Chiesi Poland Sp. z.o.o.

Tel: + 34 93 494 8000

Tel.: +48 22 620 1421

France

Portugal

Chiesi S.A.

Angelini Farmacêutica, Lda

Tél: + 33 1 47688899

Tel: + 351 214 148 300

Hrvatska

România

Providens d.o.o.

Chiesi Romania S.R.L.

Tel.: +385 (1) 48 74 500

Tel: + 40 212023642

Ireland

Slovenija

Chiesi Ltd

Chiesi Slovenija d.o.o.

Tel: + 44 (0)161 488 5555

Tel: +386-1-43 00 901

Ísland

Slovenská republika

Chiesi Pharma AB

Chiesi Slovakia s.r.o.

Sími: +46 8 753 35 20

Tel: +421 259300060

Italia

Suomi/Finland

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Chiesi Pharma AB

Tel: + 39 0521 2791

Puh/Tel: +46 8 753 35 20

Κύπρος

Sverige

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Chiesi Pharma AB

Tηλ: + 39 0521 2791

Tel: +46 8 753 35 20

Latvija

United Kingdom

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Chiesi Ltd

Tel: + 43 1 4073919

Tel: + 44 (0)161 488 5555

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Għal informazzjoni dettaljati irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott meħmuż ta’ PEYONA.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati