Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pheburane (sodium phenylbutyrate) – Fuljett ta’ tagħrif - A16AX03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPheburane
Kodiċi ATCA16AX03
Sustanzasodium phenylbutyrate
ManifatturLucane Pharma

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

PHEBURANE 483 mg/g granuli

Sodium phenylbutyrate

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu PHEBURANE u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu PHEBURANE

3.Kif għandek tieħu PHEBURANE

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen PHEBURANE

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu PHEBURANE u gћalxiex jintuża

PHEBURANE fih is-sustanza attiva sodium phenylbutyrate li tintuża fil-kura ta’ pazjenti ta’ kull età bi problemi fiċ-ċiklu tal-urea. Dan il-mard huma minħabba nuqqas ta’ ċerti enzimi tal-fwied li huma meħtieġa biex ineħħu nitrogen żejjed fil-forma ta’ ammonia.

In-nitrogen huwa blokka li tinbena mill-proteini, li huma parti essenzjali tal-ikel li nieklu. Meta l- ġisem ikisser il-proteini li jkunu ttieħdu mal-ikel, in-nitrogen żejjed, fil-forma ta’ ammonia, jakkumula minħabba li l-ġisem ma jkunx jista' jeliminah. L-ammonia hi tossika b’mod speċjali fuq il-moħħ u twassal, f’każi serji, li l-pazjent ma jibqax daqstant konxju u għal koma.

PHEBURANE jgħin lill-ġisem biex ineħħi nitrogen eċċessiv u b’hekk inaqqas l-ammont ta’ ammonia fil-ġisem tiegħek. Madanakollu PHEBURANE għandu jintuża flimkien ma’ dieta b’ammont imnaqqas ta’ proteini, imfassla b’mod speċjali għalik mit-tabib u d-dietista. Għandek issegwi din id-dieta bir-reqqa.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu PHEBURANE

Tiħux PHEBURANE jekk inti:

allerġika għal sodium phenylbutyrate jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)

tqila.

tredda’.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu PHEBURANE jekk:

tbati minn insuffiċjenza konġestiva tal-qalb (tip ta’ marda tal-qalb fejn il-qalb ma tistax tippompja biżżejjed demm madwar il-ġisem) jew tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

għandek tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied, minħabba li PHEBURANE jiġi eliminat mill-ġisem mill-kliewi u mill-fwied.

PHEBURANE ma jevitax kompletament l-okkorrenza ta’ eċċess akut ta’ ammonia fid-demm. Jekk dan iseħħ, tiżviluppa sintomi bħal dardir (nawseja), rimettar, konfużjoni u jkollok bżonn tikseb għajnuna medika urġenti.

Jekk ikollok bżonn ta’ testijiet tal-laboratorju, hu importanti li tfakkar it-tabib tiegħek li int qed tieħu

PHEBURANE, għax is-sodium phenylbutyrate jista’ jinterferixxi ma’ ċerti riżultati tat-testijiet tal- laboratorju (bħal testijiet għal elettroliti jew proteini fid-demm, jew tal-funzjoni tal-fwied).

F’każ ta’ dubju, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek .

Mediċini oħra u PHEBURANE

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista' tieħu xi mediċini oħra.

B’mod speċjali hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu mediċini oħra li fihom:

valproate (mediċina anti-epilettika),

haloperidol (użat f’ċerti disturbi psikotiċi),

kortikosterojdi (mediċini li jintużaw sabiex jipprovdu serħan għal partijiet tal-ġisem infjammati),

probenecid (għall-kura ta’ iperurikemja, livelli għoljin ta’ aċidu uriku fid-demm, assoċjata ma’ gotta)

Dawn il-mediċini jistgħu jibdlu l-effett ta’ PHEBURANE u inti ser ikollok bżonn ta’ testijiet tad- demm iktar frekwenti. Jekk m’intix ċert/a jekk il-mediċini tiegħek fihomx dawn is-sustanzi, għandek tiċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek.

Tqala u treddigħ

Tużax PHEBURANE jekk inti tqila, għaliex din il-mediċina tista’ tagħmel ħsara lit-tarbija mhux imwielda tiegħek.

Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni, matul il- kura b’PHEBURANE. Kellem lit-tabib tiegħek għad-dettalji.

Tużax PHEBURANE jekk tkun qed tredda’, għaliex din il-mediċina tista’ tgħaddi fil-ħalib tas-sider u tista' tagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

PHEBURANE mhuwiex probabbli li jaffettwa l-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

PHEBURANE fih sodju u sukrosju.

Din il-mediċina fiha 124 mg (5.4 mmol) ta’ sodju għal kull 1 g ta’ sodium phenylbutyrate. Dan għandu jkun ikkunsidrat minn pazjenti li qegħdin fuq dieta kkontrollata għas-sodju.

Din il-mediċina fiha 768 mg ta’ sukrosju għal kull 1 g ta’ sodium phenylbutyrate. Dan għandu jiġi kkunsidrat jekk għandek id-dijabete. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

3.Kif gћandek tieħu PHEBURANE

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża ta’ kuljum ta’ PHEBURANE tiġi bbażata fuq il-piż tal-ġisem jew is-superfiċje tal-ġisem tiegħek u aġġustata skont it-tolleranza tiegħek għall-proteini, u d-dieta. Int ser ikollok bżonn ta’

eżamijiet regolari tad-demm biex tkun determinata d-doża korretta ta’ kuljum. It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek l-ammont ta’ granuli li għandek tieħu.

Mnejn jingħata

Int għandek tieħu PHEBURANE minn ħalqek. Minħabba li jinħall bil-mod, PHEBURANE ma għandux jingħata permezz ta’ gastrostomija (tubu li jgħaddi mill-addome għall-istonku) jew permezz ta’ tubu nażogastriku (tubu li jgħaddi mill-imnieħer għall-istonku).

PHEBURANE għandu jittieħed ma’ dieta speċjali b’ammont imnaqqas ta’ proteina.

Għandek tieħu PHEBURANE ma’ kull ikla jew tmigħ. Fi tfal żgħar dan jista’ jkun 4 sa 6 darbiet kuljum.

Kuċċarina kkalibrata tal-kejl li tiddispensa sa 3 g ta’ sodium phenylbutyrate hija pprovduta mal- mediċina. Uża biss din il-kuċċarina tal-kejl biex tkejjel id-doża.

Biex tkejjel id-doża:

Linji fuq il-kuċċarina jindikaw l-ammont (fi gramma ta’ sodium phenylbutyrate). Ħu l- ammont korrett kif preskritt mit-tabib tiegħek.

Ferra l-granuli direttament ġol-kuċċarina kif jidher fl-istampa (fuq il-kartuna ta’ barra u fl- aħħar ta’ paġna 2 ta’ dan il-fuljett)

Tektek il-kuċċarina darba fuq il-mejda biex tagħti livell orizzontali ta’ granuli u kompli imla jekk ikun hemm bżonn

Il-granuli jistgħu jinbelgħu direttament ma’ xarba (ilma, meraq tal-frott, ħalib tat-trabi mingħajr proteini) jew jitferrxu fuq kuċċarina mimlija b’ikel solidu (patata maxx jew sauce tat-tuffieħ). Jekk tħallathom mal-ikel, huwa importanti li teħodhom immedjatament. Dan iżomm lill-granuli milli jipproduċu togħma.

Ser ikollok bżonn tieħu din il-mediċina u ssegwi dieta matul ħajtek kollha .

Jekk tieħu PHEBURANE aktar milli suppost

Pazjenti li ħadu dożi qawwija ħafna ta’ sodium phenylbutyrate kellhom:

ngħas, għeja, sturdament, u b’mod inqas frekwenti, konfużjoni,

uġigħ ta’ ras,

tibdil fit-togħma (disturbi fit-togħma),

tnaqqis fis-sens tas-smigħ,

diżorjentament,

indeboliment tal-memorja

aggravament ta’ kundizzjonijiet newroloġiċi eżistenti.

Jekk inti jkollok kwalunkwe minn dawn is-sintomi, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza tal-isptar immedjatament għal kura ta’ sapport.

Jekk tinsa tieħu PHEBURANE

Għandek tieħu doża kemm jista’ jkun malajr l-ewwel darba li tiekol. Dejjem kun ċert li hemm tal- inqas tliet (3) sigħat bejn żewġ dożi. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk iseħħ rimettar persistenti, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): mestrwazzjoni irregolari u l-waqfien tal-mestrwazzjoni f’nisa fertili.

Jekk inti sesswalment attiva u l-mestrwazzjoni tiegħek tieqaf għal kollox, tassumix li dan huwa kkawżat minn PHEBURANE. Jekk dan iseħħ, jekk jogħġbok iddiskuti din il-ħaġa mat-tabib tiegħek, għaliex in-nuqqas tal-mestrwazzjoni tiegħek jista’ jkun ikkawżat minn tqala (ara s-sezzjoni ‘Tqala u treddigħ’ hawn fuq) jew minn menopawża.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffetwaw aktar minn persuna 1 minn kull 100): tibdil fin-numru ta’ ċelloli tad-demm (ċelloli ħomor, ċelloli bojod u plejtlits), tibdil fl-ammont ta’ bikarbonat fid- demm (li jbiddel il-bilanċ tal-aċidu-alkali tiegħu), aptit imnaqqas, dipressjoni, irritabilità, uġigħ ta’ ras, ħass ħażin, żamma ta’ fluwidu (nefħa), tibdil fit-togħma (disturbi fit-togħma) uġigħ ta’ żaqq, rimettar, dardir, stitikezza, riħa abnormali fil-ġilda, raxx, funzjoni abnormali tal-kliewi, żieda fil-piż, valuri mibdula tat-testijiet tal-laboratorju.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffetwaw aktar minn persuna 1 minn kull 1,000): nuqqas ta’

ċelloli ħomor tad-demm minħabba falliment tal-mudullun, tbenġil, ritmu mibdul tat-taħbit tal-qalb, fsada mir-rektum, irritazzjoni fl-istonku, ulċera fl-istonku, infjammazzjoni tal-frixa.

Rapportar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen PHEBURANE

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun u fuq it-tikketta tal-flixkun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba, PHEBURANE jista’ jintuża fi żmien 45 ġurnata.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih PHEBURANE

Is-sustanza attiva hija sodium phenylbutyrate.

Kull gramma ta’ granuli fiha 483 mg ta’ sodium phenylbutyrate.

Is-sustanzi l-oħra huma: sugar spheres (sukrosju u maize starch, ara sezzjoni 2 ‘PHEBURANE fih sukrosju), hypromellose, ethylcellulose N7, macrogol 1500, povidone K25.

Id-dehra ta’ PHEBURANE u l-kontenuti tal-pakkett

Il-granuli PHEBURANE huma bojod għal offwajt.

Il-granuli huma ppakkjati fi flixkun tal-plastik li ma jistax jinfetaħ mit-tfal u dissikant. Kull flixkun fih 174g ta’ granuli.

Kull kartuna fiha flixkun 1.

Kuċċarina kkalibrata tal-kejl hija pprovduta.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Lucane Pharma

172 rue de Charonne

75011 Pariġi - Franza

Manifattur

Lucane Pharma

172 rue de Charonne

75011 Pariġi

Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Lucane Pharma

Medical Need Europe AB

Tél/Tel: + 33 153 868 750

Tel: + 46 8 533 39 500

info@lucanepharma.com

 

info@medicalneed.com

 

 

 

 

България

 

Luxembourg/Luxemburg

Lucane Pharma

 

Lucane Pharma

Teл.: + 33 153 868 750

 

Tél/Tel: + 33 153 868 750

info@lucanepharma.com

 

info@lucanepharma.com

 

 

 

 

Česká republika

Magyarország

Medical Need Europe AB

Medical Need Europe AB

Tel: + 46 8 533 39 500

Tel.: + 46 8 533 39 500

info@medicalneed.com

 

info@medicalneed.com

 

 

 

 

Danmark

Malta

Medical Need Europe AB

Lucane Pharma

Tlf: + 46 8 533 39 500

Tel: + 33 153 868 750

info@medicalneed.com

 

info@lucanepharma.com

Deutschland

 

Nederland

Lucane Pharma

 

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750

 

Tel: + 33 153 868 750

info@lucanepharma.com

 

info@lucanepharma.com

Eesti

Norge

Medical Need Europe AB

Medical Need Europe AB

Tel: + 46 8 533 39 500

Tlf: + 46 8 533 39 500

info@medicalneed.com

 

info@medicalneed.com

 

 

 

 

Ελλάδα

 

Österreich

Lucane Pharma

 

Lucane Pharma

Τηλ: + 33 153 868 750

 

Tel: + 33 153 868 750

info@lucanepharma.com

 

info@lucanepharma.com

 

 

 

España

 

Polska

Lucane Pharma

 

Medical Need Europe AB

Tel: + 33 153 868 750

 

Tel.: + 46 8 533 39 500

info@lucanepharma.com

 

info@medicalneed.com

 

 

 

 

France

 

Portugal

Lucane Pharma

 

Lucane Pharma

Tél: + 33 153 868 750

 

Tel: + 33 153 868 750

info@lucanepharma.com

 

info@lucanepharma.com

Hrvatska

 

România

Lucane Pharma

 

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750

 

Tel: + 33 153 868 750

info@lucanepharma.com

 

info@lucanepharma.com

Ireland

 

Slovenija

Lucane Pharma

 

Medical Need Europe AB

Tel: + 33 153 868 750

 

Tel: + 46 8 533 39 500

info@lucanepharma.com

 

info@medicalneed.com

 

 

 

 

Ísland

Slovenská republika

Medical Need Europe AB

Medical Need Europe AB

Sími: + 46 8 533 39 500

Tel: + 46 8 533 39 500

info@medicalneed.com

 

info@medicalneed.com

 

 

 

 

Italia

 

Suomi/Finland

Lucane Pharma

 

Medical Need Europe AB

Tel: + 33 153 868 750

 

Puh/Tel: + 46 8 533 39 500

info@lucanepharma.com

 

info@medicalneed.com

 

 

 

 

Κύπρος

 

Sverige

Lucane Pharma

 

Medical Need Europe AB

Τηλ: + 33 153 868 750

 

Tel: + 46 8 533 39 500

info@lucanepharma.com

 

info@medicalneed.com

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

Medical Need Europe AB

Lucane Pharma

Tel: + 46 8 533 39 500

Tel: + 33 153 868 750

info@medicalneed.com

 

info@lucanepharma.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall- mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kuri.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati