Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pioglitazone Accord (pioglitazone hydrochloride) - A10BG03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPioglitazone Accord
Kodiċi ATCA10BG03
Sustanzapioglitazone hydrochloride
ManifatturAccord Healthcare Ltd

Pioglitazone Accord

pijoglitażon

Dan huwa sommarju tar-rappport pubbliku Ewropew taʼ valutazzjoni (EPAR) għal Pioglitazone Accord.

Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l- kondizzjonijiet taʼ użu tagħha. Dan mhux intiż biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu taʼ

Pioglitazone Accord.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu taʼ Pioglitazone Accord, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett taʼ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

Xʼ inhu Pioglitazone Accord u għal xiex jintuża?

Pioglitazone Accord jintuża għall-kura tad-dijabete tat-tip 2 f’adulti (minn 18-il sena ʼ l fuq), bʼ mod partikulari fʼ dawk li jkollhom piż eċċessiv. Jintuża flimkien maʼ dieta u eżerċizzju kif ġej:

waħdu fʼ pazjenti li għalihom il-metformina (mediċina oħra kontra d-dijabete) mhijiex adatta;

fʼ kombinazzjoni mal-metformina fʼ pazjenti li ma jkunux ikkontrollati bʼ mod sodisfaċenti bil-

metformina weħidha, jew bis-sulfonilurea (tip ieħor taʼ mediċina kontra d-dijabete) meta l- metformina ma tkunx adatta fʼ pazjenti li ma jkunux ikkontrollati bʼ mod sodisfaċenti bis- sulfonilurea weħidha;

flimkien maʼ kemm il-metformina kif ukoll is-sulfonilurea fil-pazjenti li mhumiex ikkontrollati

bʼ mod sodisfaċenti minkejja kura bʼ żewġ mediċini mill-ħalq;

flimkien mal-insulina fʼ pazjenti li ma jkunux ikkontrollati bʼ mod sodisfaċenti bl-insulina weħidha u li ma jistgħux jieħdu l-metformina.

Pioglitazone Accord huwa "mediċina ġenerika". Dan ifisser li Pioglitazone Accord huwa simili għall- "mediċina taʼ referenza" diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) li jisimha Actos. Għal aktar informazzjoni dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument taʼ mistoqsijiet u tweġibiet hawnhekk.

Pioglitazone Accord fih is-sustanza attiva l-pijoglitażon.

Kif jintuża Pioglitazone Accord?

Pioglitazone Accord jistaʼ jinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Il-mediċina tiġi bħala pilloli (15, 30 u 45 mg) u d-doża tal-bidu rakkomandata hija 15 jew 30 mg darba kuljum. Jista’ jkun hemm il-bżonn li din id-doża tiżdied wara ġimgħa jew ġimagħtejn sa 45 mg darba kuljum jekk ikun meħtieġ kontroll aħjar tal-glukożju (zokkor) fid-demm.

Il-kura bʼ Pioglitazone Accord għandha tiġi rieżaminata wara perjodu minn tliet xhur sa sitta, u għandha titwaqqaf fʼ pazjenti li ma jkunux qed jieħdu benefiċċju suffiċjenti minnha. Fʼ rieżamijiet sussegwenti min jippreskrivi din il-mediċina għandu jikkonferma li l-pazjenti jkunu għadhom qed igawdu l-benefiċċji tagħha.

Kif jaħdem Pioglitazone Accord?

Id-dijabete tat-tip 2 hija marda li fiha l-frixa ma tipproduċix biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell taʼ glukożju fid-demm jew meta l-ġisem ma jkunx kapaċi juża l-insulina bʼ mod effikaċi. Is-sustanza attiva fʼ Pioglitazone Accord, il-pijoglitażon, tagħmel iċ-ċelloli (tax-xaħam, tal-muskoli u tal-fwied) aktar sensittivi għall-insulina, li jfisser li l-ġisem jagħmel użu aħjar mill-insulina li jipproduċi. Minħabba fʼ hekk, il-livelli tal-glukożju fid-demm jitnaqqsu u dan jgħin fil-kontroll tad-dijabete tat-tip 2.

Kif ġie studjat Pioglitazone Accord?

Peress li Pioglitazone Accord huwa mediċina ġenerika, l-istudji fʼ pazjenti ġew limitati għal testitjiet li jistabbilixxu l-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina taʼ referenza Actos. Żewġ mediċini huma bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

Xʼ inhuma l-benefiċċji u r-riskji taʼ Pioglitazone Accord?

Minħabba li Pioglitazone Accord huwa mediċina ġenerika u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina taʼ referenza, il-benefiċċji u r-riskji tiegħu jitqiesu l-istess bħal dawk tal-mediċina taʼ referenza.

Għaliex ġie approvat Pioglitazone Accord?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (is-CHMP) tal-Aġenzija kkonkluda li, skont ir-rekwiżiti tal-UE, intwera li Pioglitazone Accord għandu kwalità komparabbli u huwa bijoekwivalenti għal Actos. Għaldaqstant il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ taʼ Actos, il-benefiċċji huma akbar mir-riskju identifikat. Il-Kumitat irrakkomanda li Pioglitazone Accord ikun approvat għall-użu fl-UE.

Xʼ miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’

Pioglitazone Accord?

Il-kumpanija li tqiegħed Pioglitazone Accord fis-suq se tipproduċi materjal edukattiv għat-tobba li jippreskrivu l-mediċina, li se jkopri r-riskju possibbli taʼ insuffiċjenza tal-qalb u kanċer fil-bużżieqa tal- urina bil-kuri li fihom il-pijoglitażon, il-kriterji għall-għażla tal-pazjenti u l-ħtieġa taʼ rieżami regolari tal-kura u li l-kura titwaqqaf jekk il-pazjenti ma jibqgħux jibbenefikaw minnha.

Fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u fil-fuljett ta’ tagħrif ġew inklużi wkoll ir- rakkomandazzjonijiet u l-prekawzjonijiet li għandhom ikunu segwiti mill-professjonisti fil-qasam tal- kura tas-saħħa u mill-pazjenti għall-użu sigur u effettiv taʼ Pioglitazone Accord.

Informazzjoni oħra dwar Pioglitazone Accord

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Pioglitazone Accord valida fl- Unjoni Ewropea kollha fil-21 taʼ Marzu 2012.

L-EPAR sħiħ għal Pioglitazone Accord jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Għal aktar informazzjoni dwar il- kura bʼ Pioglitazone Accord, aqra l-fuljett taʼ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ tal-mediċina taʼ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fʼ 11-2016.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati