Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pioglitazone Teva Pharma (pioglitazone hydrochloride) - A10BG03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPioglitazone Teva Pharma
Kodiċi ATCA10BG03
Sustanzapioglitazone hydrochloride
ManifatturTeva Pharma B.V.

Pioglitazone Teva Pharma

pijoglitażonu

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew taValutazzjoni (EPAR) għal Pioglitazone Teva Pharma. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem

(CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta' użu għal Pioglitazone Teva Pharma.

X’inhu Pioglitazone Teva Pharma?

Pioglitazone Teva Pharma huwa prodott mediċinali li fih is-sustanza attiva pijoglitażonu. Jiġi f’għamla ta’ pilloli (15, 30 u 45 mg).

Pioglitazone Teva Pharma huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Pioglitazone Teva Pharma huwa simili għall-‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) li jisimha Actos. Għal aktar tagħrif dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Pioglitazone Teva Pharma?

Pioglitazone Teva Pharma jintuża għall-kura tad-dijabete tat-tip 2 fuq adulti (minn 18-il sena ’l fuq), b’mod partikulari fuq dawk li jkollhom piż eċċessiv. Jintuża flimkien ma’ dieta u eżerċizzju.

Pioglitazone Teva Pharma jintuża waħdu fuq pazjenti li ma jistgħux jieħdu l-metformina (mediċina antidijabetika oħra).

Pioglitazone Teva Pharma jista’ jintuża wkoll mal-insulina fuq pazjenti li ma jkunux ikkontrollati b’mod sodisfaċenti bl-insulina biss u li ma jkunux jistgħu jieħdu l-metformina.

Il-mediċina tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

© European Medicines Agency, 2012. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Kif jintuża Pioglitazone Teva Pharma?

Id-doża inizjali rakkomandata ta’ Pioglitazone Teva Pharma hi 15 jew 30 mg darba kuljum. Jista’ jenħtieġ li din id-doża tiżdied wara ġimgħa jew ġimgħatejn sa 45 mg darba kuljum jekk ikun meħtieġ kontroll aħjar fuq il-glukożju fid-demm (zokkor). Pioglitazone Teva Pharma m’għandux jintuża fuq pazjenti bid-dijaliżi (teknika tat-tisfija tad-demm użata f’nies b’mard fil-kliewi). Il-pilloli għandhom jinbelgħu mal-ilma.

Il-kura b’Pioglitazone Teva Pharma għandha tiġi riveduta wara tliet sa sitt xhur, u għandha titwaqqaf f’pazjenti li ma jkunux qed jieħdu benefiċċju suffiċjenti minnha. F’kull viżta sussegwenti l-professjonisti

li jordnaw din il-mediċina għandhom jikkonfermaw li l-pazjenti jkunu għadhom qed igawdu l-benefiċċji tagħha.

Kif taħdem Pioglitazone Teva Pharma?

Id-dijabete tat-tip 2 hija marda li fiha l-frixa ma tipproduċix biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell ta’ glukożju fid-demm jew meta l-ġisem ma jkunx jista’ juża l-insulina b’mod effikaċi. Is-sustanza attiva f’Pioglitazone Teva Pharma, il-pijoglitażonu, tagħmel iċ-ċelloli (tax-xaħam, tal-muskoli u tal- fwied) aktar sensittivi għall-insulina, li jfisser li l-ġisem jagħmel użu aħjar mill-insulina li jipproduċi. Dan jikkaġuna tnaqqis fil-livelli tal-glukożju fid-demm, u dan jgħin il-kontroll tad-dijabete tat-tip 2.

Kif ġie studjat Pioglitazone Teva Pharma?

Peress li Pioglitazone Teva Pharma huwa mediċina ġenerika, l-istudji fuq il-pazjenti ġew limitati għal testitjiet li jistabbilixxu l-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza Actos. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhu l-benefiċċju u r-riskju ta’ Pioglitazone Teva Pharma?

Peress li Pioglitazone Teva Pharma huwa mediċina ġenerika u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, jitqies li l-benefiċċji u r-riskji tiegħu huma l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Pioglitazone Teva Pharma?

Is-CHMP kkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, intwera li Pioglitazone Teva Pharma għandu kwalità komparabbli u li huwa bijoekwivalenti għal Actos. Għaldaqstant il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Actos, il-benefiċċji huma akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Pioglitazone Teva Pharma jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Tagħrif ieħor dwar Pramipexole Teva Pharma

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Pioglitazone Teva Pharma fil-26 ta’ Marzu 2012.

L-EPAR sħiħ għal Pioglitazone Teva Pharma jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Pioglitazone Teva Pharma, aqra l-fuljett ta' tagħrif (huwa parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’:10-2011.

Pioglitazone Teva Pharma

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati