Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pioglitazone Teva Pharma (pioglitazone hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BG03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPioglitazone Teva Pharma
Kodiċi ATCA10BG03
Sustanzapioglitazone hydrochloride
ManifatturTeva Pharma B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Pilloli Pioglitazone Teva Pharma 15 mg

Pilloli Pioglitazone Teva Pharma 30 mg

Pilloli Pioglitazone Teva Pharma 45 mg

Pioglitazone

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Pioglitazone Teva Pharma u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pioglitazone Teva Pharma

3.Kif għandek tieħu Pioglitazone Teva Pharma

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pioglitazone Teva Pharma

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pioglitazone Teva Pharma u gћalxiex jintuża

Pioglitazone Teva Pharma fih is-sustanza attiva pioglitazone. Huma mediċina antidijabetika użata biex tikkura dijabete mellitus tat-tip 2 (mhux dipendenti mill-insulina) fl-adulti, meta metformin ma jkunx adattat jew ikun naqas li jaħdem b’mod adegwat. Din hija d-dijabete li ġeneralment tiżviluppa fi stat adult.

Pioglitazone Teva Pharma jgħin jikkontrolla l-livell ta’ żokkor fid-demm tiegħek meta jkollok dijabete tat-tip 2 billi jgħin lill-ġismek jagħmel użu aħjar mill-insulina li qed jipproduċi. It-tabib tiegħek ser jiċċekkja jekk Pioglitazone Teva Pharma qed jaħdem 3 sa 6 xhur wara li tibda tieħdu.

Pioglitazone Teva Pharma jista’ jintuża f’pazjenti li ma jistgħux jieħdu metformin, u meta t-trattament b’dieta u eżerċzzju ikun naqas milli jikkontrolla z-zokkor fid-demm jew inkella jista’ jintuża flimkien ma’ terapija tal-insulina meta tonqos li tipprovdi kontroll suffiċjenti għaz-zokkor fid-demm.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Pioglitazone Teva Pharma

Tiħux Pioglitazone Teva Pharma

-jekk inti allerġiku għal pioglitazone jew għal xi sustanza oħra ta’ dinil-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)

-jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb, jew kellek insuffiċjenza tal-qalb fil-passat.

-jekk għandek mard tal-fwied.

-jekk kellek ketoaċidożi dijabetika (kumplikazzjoni tad-dijabete li tikkawża telf ta’piż ta' malajr, dardir jew rimettar)

-jekk għandek jew qatt kellek kanċer tal-bużżieqa.

-jekk għandek demm fl-awrina tiegħek li t-tabib tiegħek ma vverifikax.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tibda tieħu Pioglitazone Teva Pharma (ara wkoll sezzjoni 4)

-jekk inti żżomm l-ilma (żamma ta’ fluwidu) jew ikollhom nuqqasijiet problemi tal-qalb, b'mod partikulari jekk għandek 'l fuq minn 75 sena. Jekk tieħu mediċini anti-infjammatorji li jistgħu jikkawżaw ukoll retenzjoni ta’ fluwidu u nefħa, għandek tgħid ukoll lit-tabib tiegħek.

-jekk għandek tip speċjali ta’ marda dijabetika tal-għajn msejjħa edema makulari (nefħa tal-parti ta’ wara tal-għajn).

-jekk għandek is-sindromu tal-ovarji poliċistiċi. Jista’ jkun hemm possibilità akbar li inti toħroġ tqila minħabba li jista jerġa jkollok ovulazzjoni meta tieħu Pioglitazone Teva Pharma.Jekk dan japplika għalik, uża kontraċezzjoni xierqa biex tevita il-possibbiltà ta’ tqala mhux ippjanata.

-jekk għandek problema bil-fwied jew bil-qalb tiegħek. Qabel ma tibda tieħu Pioglitazone Teva Pharma kampjun tad-demm jiġi meħud biex jiġi iċċekkjat il-funzjoni tal-fwied tiegħek. Dan il- kontroll jista’ jkun ripetut f'intervalli. Xi pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2 għal żmien twil u b’mard tal-qalb jew aċċessjoni minn qabel li kienu kkurati b’Pioglitazone Teva Pharma u insulina kellhom żvilupp ta’ insuffiċjenza tal-qalb. Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda f’daqqa fil- piż jew nefħa lokalizzata (edima).

Jekk tieħu Pioglitazone Teva Pharma ma’mediċini oħra għad-dijabete, huwa iktar probabbli li z- zokkor fid-demm tiegħek jista' jaqa’ taħt il-livell normali (ipogliċemija).

Inti tista’ wkoll tesperjenza tnaqqis fl-għadd tad-demm (anemija).

Ksur fl-għadam

Numru akbar ta’ fratturi fl-għadam f’pazjenti, b’mod partikolari nisa li kienu qed jieħu pioglitazone. It-tabib tiegħek se jikkunsidra dan waqt li jikkura d-dijabete tiegħek.

Tfal u adolexxenti

L-użu fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena mhux rakkomandat.

Mediċini oħra u Pioglitazone Teva Pharma

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Ġeneralment int se tkun tista’ tibqa tieħu mediċini oħra waqt li qed tiġi kkurat b’Pioglitazone Teva Pharma. Madankollu, ċerti mediċini huma speċjalment probabbli li jaffettwaw l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek:

-gemfibrizol (użati biex ibaxxu l-kolesterol)

-rifampicin (jintużaw biex jikkuraw it-tuberkulożi u infezzjonijiet oħra)

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi wieħed minn dawn. Iz-zokkor fid-demm tiegħek ser jiġi kkontrollati, u d-doża tiegħek ta' Pioglitazone Teva Pharma tista teħtieġ li tiġi mibdula.

Pioglitazone Teva Pharma ma’ ikel u xorb

Tista’ tieħu l-pilloli tiegħek wara l-ikel jew fuq stonku vojt mingħajr ikel. Għandek tibla’ l-pilloli ma’ tazza ilma.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

It-tabib tiegħek se jagħtik parir biex twaqqaf din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina ma taffettwax il-ħila tiegħek li ssuq jew li tħaddem magni, imma ħu ħsieb jekk ikollok vista anormali.

3.Kif għandek tieħu Pioglitazone Teva Pharma

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża normali tal-bidu hija pillola waħda ta’ 15 mg jew ta’ 30 mg pioglitazone li għandha tittieħed darba kuljum. It-tabib tiegħek jista’ jżid id-doża sa massimu ta’ 45 mg darba kuljum. It-tabib tiegħek se jgħidlek liema doża trid tieħu.

Jekk taħseb li l-effett tal-Pioglitazone Teva Pharma huwa dgħajjef wisq, kellem lit-tabib tiegħek.

Meta Pioglitazone Teva Pharma jittieħed flimkien ma’ mediċini oħra wżati għall-kura tad-dijabete (bħal insulina, chlorpropamide, glibenclamide, gliclazide, tolbutamide), it-tabib tiegħek jgħidlek jekk għandekx bżonn tieħu doża inqas tal-mediċini tiegħek.

It-tabib tiegħek se jitolbok tagħmel testijiet tad-demm perjodiċi waqt il-kura b’Pioglitazone Teva Pharma. Dan sabiex jiċċekkja li l-fwied tiegek qed jaħdem kif suppost.

Jekk qed issegwi dieta speċjali għad-dijabete, għandek tkompli biha waqt li qed tieħu Pioglitazone Teva Pharma.

Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat f’intervalli regolari; jekk il-piż tiegħek jiżdied, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Pioglitazone Teva Pharma aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu wisq pilloli, jew jekk xi ħadd ieħor jew tifel/tifla jieħdu l-mediċina tiegħek, kellem minnufiħ lill-tabib jew spiżjar. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’jaqa' taħt il-livell normali u jista jiżdied biz-zokkor. Huwa rakkomandat li inti żżomm fuqek xi ħelu taz-zokkor, ħelu, gallettini jew meraq tal-frott li fih iz-zokkor.

Jekk tinsa tieħu Pioglitazone Teva Pharma

Ħu Pioglitazone Teva Pharma kuljum kif preskritt. Iżda jekk tinsa tieħu doża, kompli bid-doża li jmiss kif suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Pioglitazone Teva Pharma

Pioglitazone Teva Pharma għandu jintuża kuljum biex jaħdem kif suppost. Jekk tieqaf tieħu Pioglitazone Teva Pharma, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista jgħola.Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf dan it-trattament.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

B’mod partikolari, xi pazjenti esperjenzaw effetti sekondarji serji li ġejjin:

Insufficjenza tal-qalb kienet esperjenzata b’mod komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn fost 10) f’pazjenti li jieħdu pioglitazone flimkien mal-insulina. Is-sintomi huma qtugħ ta’ nifs mhux tas- soltu jew żieda veloċi fil-piż jew nefħa lokalizzata (edema). Jekk tesperjenza xi wieħed minn dawn, speċjalment jekk inti l-fuq mill-età ta' 65, fittex parir mediku minnufih.

Kanċer tal-bużżieqa ġie esperjenzat b'mod mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn fost 100) f'pazjenti li qed jieħdu Pioglitazone Teva Pharma. Sinjali u sintomi jinkludu demm fl-awrina,

uġigħ meta tgħaddi l-awrina tiegħek jew ħtieġa f'daqqa li tgħaddi l-awrina. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista 'jkun.

Nefħa lokalizzata (edema) kienet ukoll esperjenzata b’mod komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna waħda minn fost 10) f’pazjenti li jieħdu pioglitazone flimkien mal-insulina. Jekk tesperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Ksur tal-għadam kien irrappurtat b’mod komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn fost 10) f’pazjenti nisa li jieħdu pioglitzone u ġie rrappurtat ukoll f’pazjenti rġiel (ma tistax tittieħed stima tal- frekwenza mid-data disponibbli) waqt li kienu qed jieħdu pioglitazone. Jekk tesperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Vista mċajpra minħabba nefħa (jew fluwidu) fil-part ta’ wara tal-għajn (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli) kienet ukoll irrappurtata f’pazjenti li jieħdu pioglitazone. Jekk tħoss dawn is-sintomi għall-ewwel darba, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Ukoll, jekk diġa għandek vista mċajpra jew jekk is-sintomi jaqilbu għall-agħar, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Reazzjonijiet allerġiċi kienu rrappurtati (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli) f'pazjenti li ħadu pioglitazone. Jekk ikollok xi reazzjoni allerġika serja, inkluż urtikarja u nefħa tal- wiċċ, xufftejn, ilsien, jew gerżuma li tista’ tikawża diffikultà fin-nifs jew biex tibla tibqax tieħu din il- mediċina u kellem lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Effetti sekondarji oħra li ġew esperjenzati minn uħud mill-pazjenti li qed jieħdu Pioglitazone Teva Pharma huma:

komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn fost 10)

-infezzjoni respiratorja

-vista mhux normali

-żieda fil-piż

-tmewwit

mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn fost 100)

-sinusite

-nuqqas ta’ rqad

mhux magħrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-dejta disponibbli)

-żieda fl-enżimi tal-fwied

-reazzjonijiet allerġiċi

L-effetti sekondarji oħra li jmiss ġew esperjenzati minn xi pazjenti meta pioglitazone jittieħed ma’ mediċini antidijabetiċi oħra huma:

komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna waħda minn fost 10)

-tnaqqis taż-żokkor fid-demm (ipogliċemija)

komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn fost 10)

-uġigħ ta’ ras

-sturdament

-uġigħ fil-ġogi

-impotenza

-uġigħ fid-dahar

-qtugħ ta’ nifs

-tnaqqis żgħir fl-għadd taċ-ċelloli ħomor tad-demm

-gass

mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn fost 100)

-zokkor fl-awrina, proteina fl-awrina

-żieda fl-enżimi

-vertiġini

-tgħoroq

-għeja

-żieda fl-aptit

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar iegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Pioglitazone Teva Pharma

Żommu din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il- mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara “EXP”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.

Din il- mediċina m’għandhiex bżonn ħtiġijiet speċjali ta’ ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għankekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pioglitazone Teva Pharma

-Is-sustanza attiva hija pioglitazone.

Kull pillola Pioglitazone Teva Pharma 15 mg fiha 15 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride). Kull pillola Pioglitazone Teva Pharma 30 mg fiha 30 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride). Kull pillola Pioglitazone Teva Pharma 45 mg fiha 45 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride).

-Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, carmellose calcium, hydroxypropylcellulose u magnesium stearate.

Id-Dehra ta’ Pioglitazone Teva Pharma u d-daqs tal-pakkett

-Pioglitazone Teva Pharma 15 mg huma pilloli bojod għal ofwajt, tondi, mżaqqin bin-numru ‘15’ fuq naħa waħda u ‘TEVA’ fuq in-naħa l-oħra.

-Il-pilloli huma disponibbli f’folji tal-Aluminju/aluminju f’pakketti ta’ 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90, 98 u 112 jew 196 pillola.

-Pioglitazone Teva Pharma 30 mg huma pilloli bojod għal ofwajt, tondi, mżaqqin bin-numru ‘30’ fuq naħa waħda u ‘TEVA’ fuq in-naħa l-oħra.

-Il-pilloli huma disponibbli f’folji tal-Aluminju/aluminju f’pakketti ta’ 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90, 98, 112 jew 196 pillola jew 50 x 1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda tal-Aluminju/aluminju.

-Pioglitazone Teva Pharma 45 mg huma pilloli bojod għal ofwajt, tondi, mżaqqin bin-numru ‘45’ fuq naħa waħda u ‘TEVA’ fuq in-naħa l-oħra.

-Il-pilloli huma disponibbli f’folji tal-Aluminju/aluminju f’pakketti ta’ 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90, 98, 112 jew 196 pillola jew 50 x 1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda tal-Aluminju/aluminju.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

Manufattur:

Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen L-Ungerija

Teva UK Ltd

Brampton Road, Hampden Park, Eastbourne,

East Sussex, BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5,

2031 GA Haarlem

L-Olanda

Teva Operations Poland Sp z.o.o. ul. Mogilska 80. 31-546, Krakow Il-Polonja

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle Strasse 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech”

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл.: +359 2 489 95 82

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland,

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

 

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

TEVA GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB “Sicor Biotech” Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 0070

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o

Tel: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33 1 55 91 78 00

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Medical ehf.

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +354 534 3500

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB ”Sicor Biotech” filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati