Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pioglitazone Teva (pioglitazone hydrochloride) - A10BG03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPioglitazone Teva
Kodiċi ATCA10BG03
Sustanzapioglitazone hydrochloride
ManifatturTeva B.V.

Pioglitazone Teva

pijoglitażonu

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew taValutazzjoni (EPAR) għal Pioglitazone Teva. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP)

ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat- tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ Pioglitazone Teva.

X’inhu Pioglitazone Teva?

Pioglitazone Teva huwa prodott mediċinali li fih is-sustanza attiva klopidogrel. Jiġi f’għamla ta’ pilloli (15, 30 u 45 mg).

Pioglitazone Teva huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Pioglitazone Teva huwa simili għall-‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) li jisimha Actos. Għal aktar tagħrif dwar il- mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Pioglitazone Teva?

Pioglitazone Teva jintuża għall-kura tad-dijabete tat-tip 2 f’adulti (minn 18-il sena ’l fuq), b’mod partikulari f’dawk li jkollhom piż eċċessiv. Jintuża flimkien ma’ dieta u eżerċizzju.

Pioglitazone Teva jintuża waħdu f’pazjenti li ma jistgħux jieħdu l-metformina (mediċina antidijabetika oħra).

Pioglitazone Teva jista’ jintuża wkoll flimkien mal-metformina f’pazjenti li ma jkunux jistgħu jiġu kkontrollati b’mod sodisfaċenti bil-metformina biss, jew bis-sulfonilurea (tip ieħor ta’ mediċina antidiabetika) meta tkunx tista’ tintuża l-metformina (‘terapija doppja’).

Pioglitazone Teva jista’ jintuża’ wkoll kemm mal-metaformina kif ukoll mas-sulfonilurea f’pazjenti li ma jkunux ikkontrollati b’mod sodisfaċenti minkejja terapija doppja mill-ħalq (‘terapija trippla’).

© European Medicines Agency, 2012. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Pioglitazone Teva jista' jintuża wkoll mal-insulina fuq pazjenti li ma jkunux ikkontrollati b’mod sodisfaċenti bl-insulina biss u li ma jkunux jistgħu jieħdu l-metformina.

Il-mediċina tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jintuża Pioglitazone Teva?

Id-doża inizjali rakkomandata ta’ Pioglitazone Teva hi 15 jew 30 mg darba kuljum. Jista’ jenħtieġ li din id-doża tiżdied wara ġimgħa jew ġimgħatejn sa 45 mg darba kuljum jekk ikun meħtieġ kontroll aħjar fuq il-glukożju fid-demm (zokkor). Pioglitazone Teva m’għandux jintuża fuq pazjenti bid-dijaliżi (teknika tat-tisfija tad-demm użata f’nies b’mard fil-kliewi). Il-pilloli għandhom jinbelgħu mal-ilma.

Il-kura b’Pioglitazone Teva għandha tiġi riveduta wara tliet sa sitt xhur, u għandha titwaqqaf f’pazjenti li ma jkunux qed jieħdu benefiċċju suffiċjenti minnha. F’kull viżta sussegwenti l-professjonisti li jordnaw

din il-mediċina għandhom jikkonfermaw li l-pazjenti jkunu għadhom qed igawdu l-benefiċċji tagħha.

Kif taħdem Pioglitazone Teva?

Id-dijabete tat-tip 2 hija marda li fiha l-frixa ma tipproduċix biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal-glukożju fid-demm jew meta l-ġisem ma jkunx jista’ juża l-insulina b’mod effikaċi. Is-sustanza attiva f’Pioglitazone Teva, il-pijoglitażonu, tagħmel iċ-ċelloli (tax-xaħam, tal-muskoli u tal-fwied) aktar sensittivi għall-insulina, li jfisser li l-ġisem jagħmel użu aħjar mill-insulina li jipproduċi. Dan jikkaġuna tnaqqis fil-livelli tal-glukożju fid-demm, u dan jgħin il-kontroll tad-dijabete tat-tip 2.

Kif ġie studjat Pioglitazone Teva?

Peress li Pioglitazone Teva huwa mediċina ġenerika, l-istudji fuq il-pazjenti ġew limitati għal testitjiet li jistabbilixxu l-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza Actos. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhu l-benefiċċju u r-riskju ta’ Pioglitazone Teva?

Peress li Pioglitazone Teva huwa mediċina ġenerika u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, jitqies li l-benefiċċji u r-riskji tiegħu huma l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Pioglitazone Teva?

Is-CHMP kkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, intwera li Pioglitazone Teva għandu kwalità komparabbli u li huwa bijoekwivalenti għal Actos. Għaldaqstant il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Actos, il-benefiċċji huma akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Pioglitazone Teva jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Tagħrif ieħor dwar Pramipexole Teva

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Pioglitazone Teva fil-26 ta’ Marzu 2012.

L-EPAR sħiħ għal Pioglitazone Teva jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Pioglitazone Teva, aqra l-fuljett tat-tagħrif (huwa parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Pioglitazone Teva

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’:10-2011.

Pioglitazone Teva

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati