Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pixuvri (pixantrone dimaleate) – Fuljett ta’ tagħrif - L01DB11

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPixuvri
Kodiċi ATCL01DB11
Sustanzapixantrone dimaleate
ManifatturCTI Life Sciences Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Pixuvri 29 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni pixantrone

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Pixuvri u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Pixuvri

3.Kif għandek tuża Pixuvri

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pixuvri

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pixuvri u għalxiex jintuża

Pixuvri jappartjeni għal grupp ta’ mediċini farmakoterapewtiċi magħrufa bħala ‘aġenti antineoplastiċi’. Dawn jintużaw għall-kura tal-kanċer.

Pixuvri jintuża fil-kura ta’ pazjenti adulti b’Limfomi Mhux Hodgkin aggressivi rikaduti jew refrattarji multipli. Pixuvri joqtol iċ-ċelloli tal-kanċer billi jeħel mad-DNA, u b’hekk joqtol iċ-ċelloli. Jintuża għal pazjenti li l-kanċer tagħhom ma jirreaġixxix jew jitfaċċa mill-ġdid wara li jkunu ngħataw kura b’kemoterapija oħra.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Pixuvri

Tużax Pixuvri:

-jekk inti allerġiku għal pixantrone dimaleate jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżlafis-sezzjoni 6).

-jekk ingħatajt xi tilqima dan l-aħħar.

-jekk qalulek li għandek għadd baxx persistenti u fit-tul ta’ ċelloli ħomor tad-demm, ta’ ċelloli bojod tad-demm u ta’ plejtlits.

-jekk għandek problemi serji ħafna tal-fwied.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Pixuvri:

-jekk qalulek li l-għadd ta’ ċelloli bojod tiegħek huwa baxx ħafna.

-jekk għandek mard tal-qalb jew pressjoni għolja tad-demm mhux ikkontrollata, b’mod speċjali jekk qatt qalulek li kellek indeboliment tal-qalb jew jekk kellek attakk tal-qalb f’dawn l-aħħar sitt xhur.

-jekk għandek xi infezzjoni.

-jekk qatt irċevejt xi kura għall-kanċer.

-jekk issegwi xi dieta partikolari li fiha ma jintużax melħ.

-jekk qed tieħu mediċini oħrajn li jistgħu jinteraġixxu ma’ Pixuvri (ara ‘Mediċini oħra u Pixuvri’ hawn taħt).

Sensittività tal-ġilda għad-dawl

Waqt il-kura b’pixantrone, għandek tnaqqas jew tevita li tesponi ruħek għad-dawl tax-xemx naturali jew artifiċjali (sodod għall-użu tat-tixmix jew kura ta’ UVA/B). Jekk tkun espost għax-xemx, għandek tilbes ħwejjeġ li jipproteġuk mix-xemx u tuża krema ta’ protezzjoni qawwija kontra x-xemx li tassorbi tajjeb il- UV-A.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal taħt it-18-il sena għaliex m’hemmx informazzjoni dwar il-kura b’Pixuvri fit-tfal u fl-adolexxenti.

Mediċini oħra u Pixuvri

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra. Dan huwa importanti ferm minħabba li l-użu ta’ aktar minn mediċina waħda fl-istess waqt jista’ jsaħħaħ jew idgħajjef l-effett tagħhom. Pixuvri m’għandux jintuża ma’ mediċini oħrajn sakemm it-tabib tiegħek ma jkunx qallek li tista’ tagħmel dan mingħajr periklu.

B’mod partikolari, kun ċert li tkellem lit-tabib tiegħek jekk qed tuża, jew użajt dan l-aħħar, xi waħda minn dawn il-mediċini:

Għid lit-tabib tiegħek jekk tieħu mediċini bħal:

-Warfarin sabiex tipprevjeni l-formazzjoni ta’ emboli tad-demm

-Theophylline għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-pulmun bħal emfiżema jew ażżma

-Amitriptyline għall-kura tad-depressjoni

-Olanzapine, Clozapine għall-kura tal-iskizofrenija jew depressjoni manijaka

-Haloperidol għall-kura tal-ansjetà u tan-nuqqas ta’ rqad

-Ondansetron għall-prevenzjoni tan-nawsja u tar-rimettar waqt il-kemoterapija

-Propranolol għall-kura tal-pressjoni għolja

Pixuvri ma’ ikel u xorb

M’għandekx għalfejn tibdel id-dieta tiegħek wara l-kura b’Pixuvri sakemm ma jordnalekx tagħmel dan it- tabib tiegħek.

Tqala, treddigħ u fertilità

Pixuvri m’għandux jingħata lil nisa tqal minħabba li jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għandhom jintużaw kontraċettivi bħala prekawzjoni waqt il-kura b’Pixuvri u sa 6 xhur wara l-kura. Dan japplika għal nisa u rġiel li jistgħu jkollhom it-tfal.

Treddax waqt li tkun qiegħda tingħata l-kura b’Pixuvri.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux magħruf jekk Pixuvri għandux xi effett fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

Informazzjoni għal pazjenti fuq dieta b’nuqqas ta’ melħ

Dan il-prodott mediċinali fih madwar 1000 mg (43 mmol) ta’ sodju f’kull doża wara d-dilwizzjoni. Dan għandu jiġi kkunsidrat mill-pazjenti li jkunu fuq dieta ta’ melħ limitat.

3.Kif gћandek tuża Pixuvri

Kemm jingħata Pixuvri

L-ammont (doża) ta’ Pixuvri li jingħatalek jiddependi mill-erja tal-wiċċ tal-ġisem tiegħek f’metri kwadri (m2). Dan huwa ddeterminat mit-tul u l-piż tiegħek. Ir-riżultati tat-testijiet tad-demm u l-kundizzjoni medika tiegħek ukoll jiġu kkunsidrati. Id-doża rakkomandata hija 50 mg/m2. Jekk ikun meħtieġ, it-tabib tiegħek jaġġusta d-doża waqt il-kura.

It-tabib tiegħek jagħmel xi testijiet qabel jagħtik Pixuvri.

Kull meta jingħata Pixuvri

Pixuvri jingħata fl-ewwel, fit-tmien u fil-15-il jum ta’ kull ċiklu ta’ 28 jum sa 6 ċikli.

Qabel ma tingħata l-infużjoni tista’ tingħata mediċini għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta’ reazzjonijiet possibbli għal Pixuvri, bħal mediċini li jipprevjenu d-dardir.

Kif jingħata Pixuvri

Pixuvri jingħata permezz ta’ dripp f’vina (infużjoni ġol-vina). Dan isir minn infermier jew tabib.

Kemm iddum l-infużjoni

L-infużjoni tieħu madwar siegħa sakemm ma jgħidulekx mod ieħor.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet għall-infużjoni

Rarament jista’ jkollok xi uġigħ/ħmura fil-post mnejn tingħata l-injezzjoni waqt l-infużjoni ta’ Pixuvri. Għid minnufih lill-persuna li tkun qiegħda tagħtik l-infużjoni jekk tħoss xi uġigħ jew jekk ikollok ħmura fejn tkun saret l-injezzjoni. Jista’ jkun meħtieġ li l-infużjoni ssir aktar bil-mod jew titwaqqaf. Meta dawn is-sintomi jgħibu jew jitjiebu, l-infużjoni tkun tista’ tkompli.

Pixuvri għandu kulur blu skur u għal bosta jiem wara li tingħata Pixuvri, il-ġilda tiegħek u għajnejk jistgħu jieħdu kulur kaħlani, u l-awrina tiegħek tista’ tkun xi ftit fil-blu. Il-kulur fil-ġilda ġeneralment jgħib fi ftit jiem sa ftit ġimgħat sakemm tiġi eliminata l-mediċina.

Infezzjonijiet

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi sintomi ta’ infezzjoni (pereżempju, deni, bard, diffikultà biex tieħu n- nifs, sogħla, selħiet f’ħalqek, diffikultà biex tibla’ jew dijarea qawwija) wara l-kura b’Pixuvri. Tista’ tieħu infezzjoni aktar faċilment wara li tkun ingħatajt Pixuvri.

Il-qalb

Hemm possibbiltà li l-funzjoni ta’ ppumpjar ta’ qalbek tista’ tonqos minħabba l-kura jew saħansitra tista’ tiżviluppa kundizzjoni serja li tissejjaħ indeboliment tal-qalb, b’mod speċjali jekk il-funzjoni ta’ qalbek kienet diġà kompromessa fil-bidu tal-kura b’Pixuvri. It-tabib tiegħek jissorvelja l-funzjoni ta’ qalbek jekk ikun hemm xi sinjal jew sintomu li jindika li qalbek ġiet affettwata.

Għid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li għandek xi waħda minn dawn ir-reazzjonijiet

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’10):

-nawsja, rimettar

-tibdil fil-kulur tal-ġilda

-tnaqqis jew waqgħa ta’ xagħar

-kulur mhux normali tal-awrina

-dgħufija fiżika

-għadd baxx ta’ ċelloli bojod tad-demm, għadd baxx ta’ ċelloli ħomor tad-demm (anemija), u għadd baxx ta’ plejtlits fid-demm (jistgħu jeħtieġu trasfużjoni).

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’100):

-infezzjoni bħal infezzjoni fil-pulmuni, infezzjonijiet fil-ġilda, infezzjonijiet b’ċelloli bojod baxxi tad-demm, traxx

-deni

-disturbi fit-togħma

-sensazzjonijiet mhux tas-soltu fil-ġilda bħal tħeddil, tnemnin, u tingiż (paresteżija)

-uġigħ ta’ ras

-ngħas

-għeja

-infjammazzjoni fl-għajnejn (konġuntivite)

-dijarea

-uġigħ fl-addome

-infjammazzjoni u/jew ulċeri fil-gerżuma u fil-ħalq

-nixfa fil-ħalq, stitikezza, indiġestjoni, nuqqas ta’ aptit

-bidliet fil-ġilda bħal ħmura u ħakk fil-ġilda, bidliet fid-dwiefer

-ħsara lill-qalb, tnaqqis fl-abbiltà tal-qalb li tippompja d-demm, imblukkar ta’ sinjali elettriċi f’qalbek, taħbit tal-qalb irregolari jew mgħaġġel.

-pressjoni tad-demm baxxa

-bidla fil-kulur tal-vini, ġilda pallida

-qtugħ ta’ nifs, sogħla

-demm fl-awrina

-proteina żejda fl-awrina

-nefħa fis-saqajn jew fl-għekiesi jew f’partijiet oħra tal-ġisem

-uġigħ fl-għadam

-uġigħ fis-sider

-livelli baxxi ta’ fosfat fid-demm

-test tad-demm mhux normali għall-funzjoni tal-fwied jew tal-kliewi.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’1000):

-infezzjonijiet severi bħal xokk settiku, bronkite, pulmonite, kandidjasi, ċellulite, meninġite, gastroenterite

-infezzjonijiet virali bħal ħruq ta’ Sant’Antnin jew ir-riattivazzjoni ta’ virusijiet oħrajn bħall-herpes fil-ħalq

-nervożiżmu, nuqqas ta’ rqad

-telf ta’ enerġija

-sturdament, vertiġini

-nixfa fl-għajnejn

-tnemnim fil-ħalq

-infezzjoni tal-kornea

-allerġija għall-mediċina

-nuqqas fil-livell tal-kalċju u tas-sodju fid-demm; żieda fil-livell tal-aċidu uriku fid-demm

-infjammazzjoni jew akkumulazzjoni ta’ fluwidu madwar il-pulmuni

-imnieħer iqattar

-fsada bħal fsada fl-imsaren, tikek vjola fuq il-ġisem minħabba vini miksura

-irritazzjoni fil-vini

-għaraq bil-lejl

-taħbit tal-qalb irregolari

-erezzjoni spontanja

-raxx/ jew ulċera fil-ġilda

-uġigħ, nefħa, dgħufija, ebusija fil-ġogi jew fil-muskoli

-tnaqqis fil-produzzjoni tal-awrina

-tnaqqis fil-piż

-żieda tal-biliribuna fid-demm jew fl-awrina

-infjammazzjoni fil-griżmejn

-uġigħ fl-għonq, fid-dahar, fl-estremitajiet

-infezzjoni fid-dwiefer

-progressjoni tan-neoplażma (tumur)

-kanċer ġdid tal-mudullun jew demm, bħal lewkimja majelojde akuta (AML) jew sindromu majelodisplastiku (MDS)

-indeboliment tal-mudullun

-żieda fl-esinofili fid-demm.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Pixuvri

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-kunjett u fuq il-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Pixuvri ma fih xejn li jipprevjeni l-iżvilupp tal-batterji u għaldaqstant huwa rrakkomandat li jintuża minnufih wara r-rikostituzzjoni. Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħażna waqt l- użu qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent u m’għandhomx idumu aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C.

Is-soluzzjoni rikostitwita ta’ pixantrone hija stabbli għal 24 siegħa f’temperatura ambjentali (15°C sa 25°C) f’boroż tal-infużjoni standard.

Pixuvri huwa għall-użu ta’ darba biss. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott inkluż materjal użat għar-rikostituzzjoni, għad-dilwizzjoni, u għall-għoti għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pixuvri

-Is-sustanza attiva hija pixantrone. Kull kunjett fih 50 mg pixantrone dimaleate (ekwivalenti għal 29 mg pixantrone). L-eċċipjenti l-oħra huma lactose monohydrate, sodium hydroxide, hydrochloric acid, u sodium chloride.

Kif jidher Pixuvri u l-kontenut tal-pakkett

Pixuvri huwa trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni. Huwa trab blu skur li jiġi f’kunjetti li fihom 29 mg ta’ pixantrone. Daqs tal-pakkett: kunjett wieħed.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

CTI Life Sciences Limited

Highlands House

Basingstoke Road

Spencers Wood, Reading

Berkshire RG7 1NT

Ir-Renju Unit

Manifattur

Catalent UK Packaging Limited

Lancaster Way,Wingates Industrial Estate

Westhoughton, Bolton,

Lancashire BL5 3XX

Ir-Renju Unit

Les Laboratoires Servier Industrie 905 route de Saran

45520 Gidy Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

S.A. Servier Benelux N.V.

UAB “SERVIER PHARMA”

Tél/Tel: +32 (0)2 529 43 11

Tel: +370 (5) 2 63 86 28

България

Luxembourg/Luxemburg

Сервие Медикал ЕООД

S.A. Servier Benelux N.V.

Тел.: +359 2 921 57 00

Tel: +32 (0)2 529 43 11

Česká republika

Magyarország

Servier s.r.o.

Servier Hungaria Kft.

Tel: +420 222 118 111

Tel: +36 1 238 7799

Danmark

Malta

Servier Danmark A/S

GALEPHARMA Ltd

Tlf: +45 36 44 22 60

Tel: +(356) 21 247 082

Deutschland

Nederland

Servier Deutschland GmbH

Servier Nederland Farma B.V.

Tel: +49 (0)89 57095 01

Tel: + 31 (0)71 5246700

Eesti

Norge

Servier Laboratories OÜ

Servier Danmark A/S

Tel:+ 372 664 5040

Tlf: +45 36 44 22 60

Eλλάδα

Österreich

ΣΕΡΒΙΕ ΕΛΛΑΣ ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ ΕΠΕ

Servier Austria GmbH

Τηλ: + 30 210 939 1000

Tel: +43 (1) 524 39 99

España

Polska

Laboratorios Servier S.L.

Servier Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34 91 748 96 30

Tel: + 48 (0) 22 594 90 00

France

Portugal

Les Laboratoires Servier

Servier Portugal, Lda

Tél: + 33 (0)1 55 72 60 00

Tel: + 351 21 312 20 00

Hrvatska

România

Servier Pharma, d. o. o.

Servier Pharma SRL

Tel: + 385 (0)1 3016 222

Tel: + 4 021 528 52 80

 

Ireland

Slovenija

Servier Laboratories (Ireland) Ltd.

Servier Pharma d. o. o.

Tel: + 353 (0)1 663 8110

Tel: + 386 (0)1 563 48 11

Ísland

Slovenská republika

Servier Laboratories

Servier Slovensko spol. s r.o.

c/o Icepharma hf

Tel: + 421 2 5920 41 11

Sími: + 354 540 8000

 

Italia

Suomi/Finland

Servier Italia S.p.A.

Servier Finland Oy

Tel: + 39 (06) 669081

P. /Tel: +358 (0)9 279 80 80

Κύπρος

Sverige

CA Papaellinas Ltd.

Servier Sverige AB

Τηλ: + 357 22 741 741

Tel : +46 (0)8 522 508 00

Latvija

United Kingdom

SIA Servier Latvia

Servier Laboratories Ltd

Tel: + 371 67502039

Tel: +44 (0)1753 666409

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Din il-mediċina ngħatat ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar din il-mediċina. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi l-informazzjoni l-ġdida dwar din il-mediċina mill-anqas kull sena u ser taġġorna dan il-fuljett kif meħtieġ.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE /ŻEE fis-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:

Struzzjonijiet dettaljati għall-utenti

AQRA L-ISTRUZZJONIJIET KOLLHA DWAR IL-PREPARAZZJONI QABEL IR- RIKOSTITUZZJONI

Prekawzjonijiet speċjali għall-użu

Pixuvri huwa prodott mediċinali ta’ kontra l-kanċer li jagħmel ħsara liċ-ċelloli; għandek tużah b’attenzjoni kbira. Evita l-kuntatt mal-għajnejn u mal-ġilda. Uża ingwanti, maskri, u nuċċali ta’ protezzjoni meta tużah u waqt il-proċeduri ta’ dekontaminazzjoni. Jekk Pixuvri (trab lijofilizzat jew soluzzjoni likwida rikostitwita) imiss mal-ġilda, aħsel il-ġilda minnufih u laħlaħ il-membrani tajjeb bl-ilma.

Rikostituzzjoni/preparazzjoni għall-għoti minn ġol-vini

Kull kunjett ta’ użu wieħed ta’ Pixuvri fih pixantrone dimaleate ekwivalenti għal 29 mg pixantrone. Wara r-rikostituzzjoni b’5 ml klorur tas-sodju 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni, kull ml ta’ konċentrat fih pixantrone dimaleate ekwivalenti għal 5.8 mg pixantrone.

Permezz ta’ proċeduri sterili, irrikostitwixxi kull kunjett ta’ 29 mg b’5 ml klorur tas-sodju 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni. It-trab għandu jinħall għal kollox f’60 sekonda jekk tħawdu. Dan jagħtik soluzzjoni blu skur b’konċentrazzjoni ta’ pixantrone ta’ 5.8 mg/ml.

Permezz ta’ proċeduri sterili, iġbed il-volum meħtieġ għad-doża meħtieġa (ibbażata fuq konċentrazzjoni ta’ 5.8 mg/ml) u ttrasferixxi għal borża ta’ infużjoni ta’ 250 ml ta’ klorur tas-sodju 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni. Il-kompatibilità ma’ dilwenti oħrajn ma ġietx stabbilita. Wara li tittrasferixxieh, ħallat sew il-kontenut tal-borza tal-infużjoni. It-taħlita għandha ssir soluzzjoni blu skura.

Waqt l-għoti tas-soluzzjoni dilwita ta’ Pixuvri għandhom jintużaw filtri in-line tad-daqs tal-pori ta’ 0.2 µm tal-polyethersulfone.

Kundizzjonijiet ta’ ħażna waqt l-użu

Pixuvri ma fih xejn li jipprevjeni l-iżvilupp tal-batterji u għaldaqstant huwa rrakkomandat li jintuża minnufih wara r-rikostituzzjoni. Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħażna waqt l- użu qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent u m’għandhomx idumu aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C.

Is-soluzzjoni rikostitwita u dilwita hija stabbli għal 24 siegħa f’temperatura ambjentali (15°C sa 25°C) u f’espożizzjoni għad-dawl tax-xemx f’boroż tal-infużjoni standard tal-polyethylene (PE).

Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Pixuvri huwa aġent ċitotossiku. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Apparat u uċuħ ikkontaminati bi żball b’Pixuvri għandhom jiġu mnaddfa b’soluzzjoni ta’ sodium hypochlorite (100 µl ta’ ilma u 20 µl ta’ sodium hypochlorite [7 ± 2% ta’ klorin disponibbli] għal 0.58 mg ta’ Pixuvri).

Tagħmir bħal kunjetti, labar u siringi użati għall-għoti ta’ Pixuvri għandu jiġi ttrattat bħala skart tossiku.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati