Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Plegridy (peginterferon beta-1a) – Fuljett ta’ tagħrif - L03AB13

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPlegridy
Kodiċi ATCL03AB13
Sustanzapeginterferon beta-1a
ManifatturBiogen Idec Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Plegridy 63 mg mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Plegridy 94 mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Plegridy 125 mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Peginterferon beta-1a

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara, anki jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Plegridy u għalxiex jintuża

2.X’għandek bżonn tkun taf qabel ma tuża Plegridy

3.Kif għandek tuża Plegridy

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Plegridy

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7.Istruzzjonijiet biex tinjetta Plegridy

1. X’inhu Plegridy u għalxiex jintuża

X’inhu Plegridy

Is-sustanza attiva fi Plegridy hi peginterferon beta-1a. Peginterferon beta-1a hi forma modifikata ta’ interferon li taġixxi fit-tul. Interferons huma sustanzi naturali li jsiru fil-ġisem biex jgħinu ħalli jipproteġu minn infezzjonijiet u mard.

Għalxiex jintuża Plegridy

Din il-mediċina tintuża għall-kura ta’ sklerożi multipla li tirkadi u tbatti (MS) f’adulti li jkollhom 18-il sena jew aktar.

MS hi marda fit-tul li taffettwa lis-sistema nervuża ċentrali (CNS), li tinkludi l-moħħ u s-sinsla, li fiha s- sistema immuni tal-ġisem (id-difiża naturali tiegħu) tagħmel ħsara lis-saff protettiv (myelin) li hemm madwar in-nervaturi fil-moħħ u fis-sinsla. Dan itellef il-messaġġi bejn il-moħħ u partijiet oħrajn tal-ġisem, u jikkawża s-sintomi ta’ MS. Pazjenti b’MS li tirkadi u tbatti jkollhom perjodi fejn il-marda ma tkunx attiva (remissjoni) bejn l-aggravamenti tas-sintomi (rikaduti).

Kulħadd għandu s-sett tiegħu ta’ sintomi ta’ MS. Dawn jistgħu jinkludu:

-Tħossok żbilanċjat jew stordut, problemi biex timxi, ebusija u spażmi tal-muskoli, għeja, tmewwit fil- wiċċ, fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

-Uġigħ akut jew kroniku, problemi fil-bużżieqa tal-awrina u fl-imsaren, problemi sesswali u problemi fil- vista

-Diffikultà biex taħseb u tikkonċentra, depressjoni.

Kif jaħdem Plegridy

Plegridy jidher li jaħdem billi jwaqqaf is-sistema immuni tal-ġisem milli tagħmel ħsara lill-moħħ u lis- sinsla. Dan jista’ jgħin biex inaqqas in-numru ta’ rikaduti li jkollok u jnaqqas l-effetti ta’ MS li jiddiżabilitawk. Il-kura bi Plegridy tista’ tgħin biex tevita li l-marda tiegħek tmur għall-agħar, għalkemm mhijiex se tikkura l-MS.

2. X’għandek bżonn tkun taf qabel ma tuża Plegridy

Tużax Plegridy

-Tużax Plegridy:

-Jekk inti allerġiku għal peginterferon beta-1a, interferon beta-1a jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6). Ara sezzjoni 4 għas-sintomi ta’ reazzjoni allerġika.

-Jekk għandek depressjoni severa jew qed taħseb dwar li twettaq suwiċidju.

-Tibdiex tuża Plegridy jekk inti diġà tqila.

Twissijiet u prekawzjonijiet

-Jekk qatt kellek:

-Depressjoni jew problemi li jaffettwaw il-burdata tiegħek

-Ħsibijiet dwar li tagħmel suwiċidju

-Kellem lit-tabib

tiegħek.

It-tabib tiegħek xorta waħda jista’ jagħtik riċetta għal Plegridy, iżda hu importanti li tinforma lit-tabib tiegħek jekk fil-passat kellek depressjoni jew kwalunkwe problemi simili li jaffettwaw il-burdata tiegħek.

-Jekk għandek kwalunkwe mill-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt:

-Problemi tal-fwied jew tal-kliewi

-Irritazzjoni f’sit tal-injezzjoni, li tista’ twassal għal ħsara fil-ġilda u fit-tessut (nekrożi fis-sit tal- injezzjoni). Meta tkun lest biex tinjetta, segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet f’sezzjoni 7 “Istruzzjonijiet biex tinjetta Plegridy”, fit-tmiem ta’ dan fuljett. Dan biex tnaqqas ir-riskju ta’ reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni.

-Epilessija jew disturbi oħrajn ta’ aċċessjoni, li ma jkunux ikkontrollati bil-mediċina

-Problemi f’qalbek, li jistgħu jikkawżaw sintomi bħal uġigħ fis-sider (anġina), partikularment wara kwalunkwe attività; għekiesi minfuħin, qtugħ ta’ nifs (insuffiċjenza konġestiva tal-qalb); jew taħbit irregolari tal-qalb (arritmija).

-Problemi tat-tirojde

-Numru baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm jew plejtlits, li jista’ jikkawża żieda fir-riskju ta’ infezzjoni, jew ħruġ ta’ demm

-Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel ma tinjetta Plegridy jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. Is-sintomi jistgħu jmorru għall-agħar waqt li tkun qed tuża Plegridy.

Affarijiet oħra li għandek tikkunsidra meta tuża Plegridy

-Se jkollok bżonn ta’ testijiet tad-demm biex tiddetermina n-numri ta’ ċelluli tad-demm tiegħek, il- kimika tad-demm u l-livelli ta’ enzimi tal-fwied. Dawn se jsirulek qabel ma tibda tuża Plegridy, b’mod regolari wara li l-kura bi Plegridy tkun inbdiet u mbagħad perjodikament matul il-kura, anki jekk ma jkollok l-ebda sintomi partikulari. Dawn it-testijiet tad-demm se jsiru flimkien mat-testijiet li jsiru normalment biex jimmonitorjaw l-MS tiegħek.

-Il-mod kif taħdem il-glandola tat-tirojde tiegħek se jiġi ċċekkjat b’mod regolari jew kull meta jkun maħsub li hu meħtieġ mit-tabib tiegħek għal raġunijiet oħrajn.

-Emboli tad-demm fil-vini/arterji ż-żgħar jistgħu jseħħu matul il-kura tiegħek. Dawn l-emboli jistgħu jaffetwaw il-kliewi tiegħek. Dan jista’ jseħħ diversi ġimgħat sa diversi snin wara li tibda l-kura bi Plegridy. It-tabib tiegħek jista’ jkun jixtieq li . jiċċekkja l-pressjoni tad-demm tiegħek, id-demm (l- għadd tal-plejtlits) u l-funzjoni tal-kliewi.

Jekk aċċidentalment tniggeż lilek innifsek jew lil xi ħadd ieħor bil-labra fi Plegridy, iż-żona affettwata għandha tinħasel immedjatament bis-sapun u ilma u tabib jew infermier għandhom jiġu kkuntattjati kemm jista’ jkun malajr.

Tfal u adolexxenti

Plegridy m’għandux jintuża fi tfal jew adolexxenti taħt it-18-il sena. Is-sigurtà u l-effettività ta’ Plegridy f’dan il-grupp ta’ età mhumiex magħrufa.

Mediċini oħra u Plegridy

Plegridy għandu jintuża b’kawtela ma’ mediċini li jitkissru fil-ġisem minn grupp ta’ proteini msejħa “ċitokrom P450” (eż. xi mediċini li jintużaw għal kura ta’ epilessija jew depressjoni).

-Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, speċjalment dawk li jintużaw għal kura ta’ epilessija jew depressjoni. Dan jinkludi

kwalunkwe mediċini miksuba mingħajr riċetta.

Xi kultant se jkollok bżonn li tfakkar lil professjonisti oħrajn fil-qasam tas-saħħa li qed tiġi kkurat bi Plegridy. Pereżempju, jekk tkun ingħatajt riċetta għal mediċini oħrajn, jew jekk isirlek test tad-demm. Plegridy jista’ jaffettwa l-mediċini oħrajn jew ir-riżultat tat-test tad-demm.

Tqala u treddigħ

-Tibdiex tuża Plegridy jekk inti diġà tqila.

-Jekk tista’ toħroġ tqila, jeħtieġ li tuża l-kontraċezzjoni waqt li tkun qed tuża Plegridy.

-Jekk qed tippjana li jkollok tarbija jew jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tuża Plegridy, għid lit-tabib tiegħek. Inti u t-tabib tiegħek tistgħu tiddiskutu jekk għandekx tkompli bil-kura.

-Jekk tixtieq tredda’ waqt li tkun qed tuża Plegridy, kellem lit-tabib tiegħek l-ewwel.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Plegridy jista’ jġiegħlek tħossok imdardar (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”). Issuqx u tużax magni jekk tinnota dan jew kwalunkwe ħaġa li tista’ taffettwa l-ħila tiegħek li ssuq.

Plegridy fih is-sodium

Kull siringa fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

3. Kif għandek tuża Plegridy

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża normali:

Injezzjoni waħda ta’ Plegridy 125 mikrogramma kull 14-il jum (kull ġimagħtejn). Ipprova uża Plegridy fl- istess ħin fl-istess jum, kull meta tinjetta.

Kif tibda Plegridy

Jekk se tuża Plegridy għall-ewwel darba, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex gradwalment iżżid id-doża tiegħek sabiex tkun tista’ tidhra l-effetti ta’ Plegridy qabel tieħu d-doża sħiħa. Inti se tingħata Pakkett tal- Bidu li jkun fih l-ewwel 2 injezzjonijiet tiegħek: siringa waħda oranġjo bi Plegridy 63 mikrogramma (għal jum 0) u siringa waħda blu bi Plegridy 94 mikrogramma (għal jum 14).

Wara dak il-perjodu, inti se tingħata pakkett ta’ manteniment li jkun fih siringi griżi bi Plegridy 125 mikrogramma (għal jum 28 u mbagħad kull ġimagħtejn).

Aqra l-istruzzjonijiet f’sezzjoni 7 “Istruzzjonijiet biex tinjetta Plegridyfit-tmiem ta’ dan fuljett qabel ma tibda tuża Plegridy.

Uża t-tabella li hemm stampata fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-għatu tal-Pakkett tal-Bidu biex iżżomm djarju tad-dati tal-injezzjoni tiegħek.

Kif tinjetta lilek innifsek

Plegridy għandu jiġi injettat taħt il-ġilda (injezzjoni subkutanea). Ibdel il-postijiet fejn tagħti l-injezzjonijiet. Tużax l-istess sit tal-injezzjoni għal injezzjonijiet konsekuttivi.

Tista’ tinjetta Plegridy inti stess mingħajr l-għajnuna tat-tabib tiegħek, jekk tkun tħarriġt kif tagħmel dan.

-Aqra u segwi l-pariri mogħtija fl-istruzzjonijiet f’sezzjoni 7 “Isruzzjonijiet biex tinjetta Plegridy” qabel ma tibda.

-Jekk ikollok problemi biex tuża s-siringa, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek li għandu mnejn ikun jista’ jgħinek.

Kemm għandek iddum tuża Plegridy

It-tabib tiegħek se jgħidlek kemm għandek iddum tuża Plegridy. Hu importanti li tkompli tuża Plegridy b’mod regolari. Tagħmilx tibdil ħlief jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk.

Jekk tuża Plegridy aktar milli suppost

Trid tinjetta Plegridy biss darba kull ġimagħtejn.

-Jekk tkun użajt iktar minn injezzjoni waħda ta’ Plegridy f’perjodu ta’ 7 ijiem, ikkuntattja lit-tabib jew infermier tiegħek immedjatment.

Jekk tinsa tuża Plegridy

Għandek bżonn tinjetta Plegridy darba kull ġimagħtejn. Din l-iskeda regolari tgħin biex tforni l-kura kemm jista’ jkun b’mod konsistenti.

Jekk tinsa tinjetta fil-jum tiegħek tas-soltu, injetta malli tkun tista’ u mbagħad kompli bħas-soltu. Madankollu, tinjettax iktar minn darba f’perjodu ta’ 7 ijiem. Tużax żewġ injezzjonijiet biex tpatti għal xi injezzjoni li tkun insejt tieħu.

-Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji

-Problemi fil-fwied

(komuni - jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn is-sintomi:

-Sfura tal-ġilda jew tal-abjad t’għajnejk

-Ħakk madwar ġismek kollu

-Tħossok imdardar, tirremetti (dardir u rimettar)

-Il-ġilda titbenġel faċilment

-Ċempel lit-tabib tiegħek immedjatament. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ problema possibbli fil-fwied.

-Depressjoni

(komuni – tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10)

Jekk inti:

-Tħossok imdejjaq b’mod mhux tas-soltu, ansjuż jew ma tiswa għal xejn, jew

-Ikollok ħsibijiet dwar suwiċidju

-Ċempel lit-tabib tiegħek immedjatament.

-Reazzjoni allerġika serja

(mhux komuni - tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100)

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn:

-Diffikultà biex tieħu n-nifs

-Nefħa madwar il-wiċċ (xufftejn, ilsien jew gerżuma)

-Raxx jew ħmura tal-ġilda

-Ikkuntattja tabib immedjatament.

-Aċċessjonijiet

(mhux komuni - jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

Jekk ikollok aċċessjoni jew puplesija

- Ikkuntattja tabib immedjatament.

-Ħsara fis-sit tal-injezzjoni

(rari - tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn is-sintomi:

-Kwalunkwe qsim fil-ġilda flimkien ma’ nefħa, infjammazzjoni jew fluwidu jnixxi madwar is-sit tal- injezzjoni

- Ikkuntattja lit-tabib tiegħek għal parir.

-Problemi tal-kliewi li jinkludu ċikatriċi li jistgħu jnaqqsu l-funzjoni tal-kliewi tiegħek

(rari - jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna)

Jekk ikollok xi wħud minn dawn is-sintomi, jew dawn is-sintomi kollha:

-Awrina bir-ragħwa

-Għeja kbira

-Nefħa, partikularment fl-għekiesi u tebqet il-għajnejn, u żieda fil-piż.

- Għid it-tabib tiegħek għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ problema possibbli tal-kliewi.

-Problemi fid-demm

(rari - jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna)

-Dawn li ġejjin jistgħu jseħħu: Emboli tad-demm fil-vini/arterji ż-żgħar li jistgħu jaffetwawlek il-kliewi (purpura tromboċitopenika trombotika jew sindrome uremiku emolitku). Sintomi jistgħu jinkludu żieda fit-tbenġil, ħruġ ta’ demm, deni, dgħufija estrema, uġigħ ta’ ras, mejt jew sturdament.It-tabib jista’ jsib tibdil fid-demm tiegħek u fil-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

Jekk ikollok xi wħud minn dawn is-sintomi, jew dawn is-sintomi kollha:

-Żieda fit-tbenġil jew ħruġ ta’ demm

-Dgħufija estrema

-Uġigħ ta’ ras, mejt jew sturdament

- Għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji oħrajn Effetti sekondarji komuni ħafna

(jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10)

-Sintomi bħal tal-influwenza. Dawn sintomi fir-realtà mhumiex influwenza, ara hawn taħt. Ma tistax tgħaddiha lil xi persuna oħra.

-Uġigħ ta’ ras

-Uġigħ fil-muskoli (mijalġja)

-Uġigħ fil-ġogi, fid-dirgħajn, fir-riġlejn jew fl-għonq (artralġja)

-Tertir ta’ bard

-Deni

-Tħossok dgħajjef u għajjien (astenja)

-Ħmura, ħakk jew uġigħ madwar is-sit fejn tkun injettajt

- Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti jinkwetak, kellem lit-tabib tiegħek.

Sintomi qishom influwenza: fir-realtà mhumiex influwenza

Sintomi qishom influwenza huma iktar komuni meta tibda tuża Plegridy għall-ewwel darba. Gradwalment dawn jonqsu hekk kif tkompli tuża l-injezzjonijiet. Ara hawn taħt għal metodi sempliċi biex timmaniġġja dawn is-sintomi qishom influwenza jekk ikollok minnhom.

Tliet metodi sempliċi biex tgħin ħalli tnaqqas l-impatt ta’ sintomi qishom influwenza:

1.Ikkunsidra l-ħin tal-injezzjoni tiegħek ta’ Plegridy. Il-bidu u t-tmiem ta’ sintomi bħal tal-influwenza huma differenti għal kull pazjent. Bħala medja, sintomi bħal tal-influwenza jibdew bejn wieħed u ieħor 10 sigħat wara l-injezzjoni u jdumu bejn 12 u 24 siegħa.

2.Ħu paracetamol jew ibuprofen nofs siegħa qabel l-injezzjoni ta’ Plegridy. Kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek dwar kemm għandek tieħu u kemm għandek iddum tieħdu.

3.Jekk ikollok id-deni, ixrob ħafna ilma biex iżżomm ruħek idratat.

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

-Tħossok imdardar jew tirremetti (dardir jew rimettar)

-Ġilda bil-ħakk (prurite)

-Żieda fit-temperatura tal-ġisem

-Tibdil madwar is-sit fejn tkun injettajt, bħal nefħa, infjammazzjoni, tbenġil, sħana, raxx jew tibdil fil- kulur

-Tibdil fid-demm tiegħek li jista’ jikkawża għeja jew tnaqqis fil-ħila biex tiġġieled l-infezzjoni

-Żieda fl-enzimi tal-fwied fid-demm (dawn se jidhru fit-testijiet tad-demm)

- Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti jinkwetak, kellem lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

-Urtikarja

-Tibdil fid-demm tiegħek li jista’ jikkawża tbenġil jew ħruġ ta’ demm mhux spjegabbli.

- Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti jinkwetak, kellem lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji oħra

(frekwenza mhux magħrufa – il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli)

-Ipertensjoni arterjali tal-pulmun: Marda ta' tidjiq sever tal-vini/arterji fil-pulmun li tirriżulta fi pressjoni għolja tad-demm fil-vini/arterji li jġorru d-demm mill-qalb għall-pulmun. Ipertensjoni arterjali tal-pulmun ġiet osservata f'diversi punti ta' żmien matul il-kura, anki diversi snin wara li tinbeda l-kura b'interferon beta.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V:

:

Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Plegridy

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq fuq il-kartuna u fuq it-tikketta wara “JIS”. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

-Żomm Plegridy fil-pakkett oriġinali sabiex tipproteġih mid-dawl. Iftaħ il-pakkett biss meta jkollok bżonn ta’ siringa ġdida.

-Aħżen fi friġġ, f’temperatura bejn 2º u 8ºC.

-Tagħmlux fil-friża. Armi kwalunkwe Plegridy li jkun ġie ffriżat aċċidentalment.

-Plegridy jista’ jinżamm barra l-friġġ f’t-temperatura ambjentali (sa 25°C) għal sa 30 jum iżda jrid jinżamm ’il bogħod mid-dawl.

-Il-pakketti jistgħu jinħarġu mill-friġġ u mbagħad jerġgħu jitpoġġew lura fil-friġġ iktar minn darba jekk ikollok bżonn tagħmel hekk.

-Aċċerta ruħek li ż-żmien li s-siringi jagħmlu barra mill-friġġ ma jkunx iktar minn 30 jum b’kollox.

-Armi kwalunkwe siringa li tinżamm barra mill-friġġ għal iktar minn 30 jum.

-Jekk ma tkunx ċert dwar in-numru ta’ jiem li żammejt siringa barra mill-friġġ, armi s-siringa.

-Tużax din il-mediċina jekk tinnota kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

-Jekk is-siringa tkun miksura.

-Jekk is-soluzzjoni tkun bil-kulur, imċajpra jew tkun tista’ tara frak jgħum ġo fiha.

-Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Plegridy

Is-sustanza attiva hi: peginterferon beta-1a.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 63 mikrogramma ta’ peginterferon beta-1a f’0.5 mL ta’ soluzzjoni għall- injezzjoni.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 94 mikrogramma ta’ peginterferon beta-1a f’0.5 mL ta’ soluzzjoni għall- injezzjoni.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 125 mikrogramma ta’ peginterferon beta-1a f’0.5 mL ta’ soluzzjoni għall- injezzjoni.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma: Sodium acetate trihydrate, acetic acid, glacial, L-arginine hydrochloride, polysorbate 20 u ilma għal injezzjonijiet.

Kif jidher Plegridy u l-kontenut tal-pakkett

Plegridy hu soluzzjoni ċara u bla kulur għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest.

Daqsijiet tal-pakketti:

-Il-Pakkett tal-Bidu ta’ Plegridy fih siringa waħda oranġjo mimlija għal-lest ta’ 63 mikrogramma u siringa waħda blu mimlija għal-lest ta’ 94 mikrogramma.

-Is-siringi griżi ta’ 125 mikrogramma huma pprovduti f’pakkett li jkun fih jew żewġ jew sitt siringi mimlija għal-lest.

Fil-pakketti kollha, il-labar ikunu mwaħħlin mas-siringi lesti biex tinjetta.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Biogen Idec Ltd.

Innovation House

70 Norden Road Maidenhead Berkshire

SL6 4AY Ir-Renju Unit

Manifattur

Biogen (Denmark) Manufacturing ApS

Biogen Allé 1

Hillerød

DK-3400

Id-Danimarka

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Biogen Belgium NV/SA

UAB "JOHNSON & JOHNSON"

+32 2 2191218

+370 5 278 68 88

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП ЕВОФАРМА

Biogen Belgium NV/SA

+359 2 962 12 00

+32 2 2191218

Česká republika

Magyarország

Biogen (Czech Republic) s.r.o.

Biogen Hungary Kft.

+420 255 706 200

+36 1 899 9883

Danmark

Malta

Biogen Denmark A/S

Pharma. MT Ltd..

+45 77 41 57 57

+356 21337008

Deutschland

Nederland

Biogen GmbH

Biogen Netherlands B.V.

+49 (0) 89 99 6170

+31 20 542 2000

Eesti

Norge

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal

Biogen Norway AS

+372 617 7410

+47 23 40 01 00

Ελλάδα

Österreich

Genesis Pharma SA

Biogen Austria GmbH

+30 210 8771500

+43 1 484 46 13

España

Polska

Biogen Spain S.L.

Biogen Poland Sp. z o.o.

+34 91 310 7110

+48 22 351 51 00

France

Portugal

Biogen France SAS

Biogen Portugal

+33 (0)1 41 37 9595

Sociedade Farmacêutica, Unipessoal Lda.

 

+351 21 318 8450

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

Johnson & Johnson Romania S.R.L.

+385 1 230 34 46

+40 21 207 18 00

Ireland

Slovenija

Biogen Idec (Ireland) Ltd.

Biogen Pharma d.o.o.

+353 (0)1 463 7799

+386 1 511 02 90

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf

Biogen Slovakia s.r.o.

+354 540 8000

+421 2 323 34008

Italia

Suomi/Finland

Biogen Italia s.r.l.

Biogen Finland Oy

+39 02 584 9901

+358 207 401 200

Κύπρος

Sverige

Genesis Pharma Cyprus Ltd

Biogen Sweden AB

+3572 2 769946

+46 8 594 113 60

Latvija

United Kingdom

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā

Biogen Idec Limited

+371 678 93561

+44 (0) 1628 50 1000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS} ><{xahar SSSS}>.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

7. Istruzzjonijiet biex tinjetta Plegridy

QABEL MA TIBDA

Aqra dawn istruzzjonijiet għall-użu qabel ma tibda tuża Plegridy u kull darba li jkollok pakkett ġdid. Din l- informazzjoni ma tiħux post li tkellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek dwar il-kundizzjoni medika jew il- kura tiegħek.

Qabel ma tuża għall-ewwel darba l-Is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy, it-tabib jew l-infermier tiegħek iridu juruk (jew lill-persuna li qed tieħu ħsiebek) kif tipprepara u tinjetta is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy bil-mod korrett.

Skeda tad-dożaġġ

Kull siringa mimlija għal-lest hi biex tintuża darba biss u ma tistax tintuża mill-ġdid. Agħżel is-siringa mimlija għal-lest korretta ta’ Plegridy minn pakkett. Il-Pakkett tal-Bidu tas-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy fih l-ewwel żewġ injezzjonijiet tiegħek biex gradwalment iżżid id-doża tiegħek.

Meta

Liema doża

Liema pakkett

Jum 0

L-ewwel injezzjoni:

 

(63 mikrogramma)

63 mikrogramma, agħżel

 

 

is-siringa oranġjo

 

Jum 14

It-tieni injezzjoni:

 

(94 mikrogramma)

94 mikrogramma, agħżel

 

 

is-siringa blu

 

Jum 28 u mbagħad

Injezzjoni bid-doża sħiħa:

 

kull ġimagħtejn wara

125 mikrogramma, agħżel

 

dan

is-siringa ġriża

 

(125 mikrogramma)

 

 

Tużax iktar minn siringa mimlija għal-lest waħda f’kull perjodu ta’ 14-il jum (kull ġimagħtejn).

KIF TIPPREPARA GĦALL-INJEZZJONI

Kun af il-karatteristiċi tas-siringa mimlija għal-lest

Ipprepara wiċċ biex tipprepara s-siringa fuqu

Sib wiċċ lixx, imdawwal tajjeb, nadif u ċatt, bħal mejda, u iġbor il-provvisti kollha li se jkollok bżonn biex tagħti injezzjoni lilek innifsek jew biex tingħata injezzjoni.

Iġbor il-provvisti. Se jkollok bżonn il-provvisti li ġejjin biex tagħti l-injezzjoni:

-Tajjara bl-alkoħol

-Pad b’garża

-Stikk adeżiv

-Kontenitur reżistenti għat-titqib għar-rimi ta’ siringi użati

Oħroġ mill-friġġ

Oħroġ 1 pakkett ta’ Plegridy mill-friġġ u agħżel is-siringa mimlija għal-lest adattata mill-pakkett.

Poġġi l-pakkett lura fil-friġġ wara li tneħħi l-ewwel siringa mimlija għal-lest. Jekk ma jkun hemm l-ebda friġġ disponibbli, ara sezzjoni 5 “Kif taħżen Plegridy”.

Iċċekkja l-pakkett u s-siringa mimlija għal-lest

Iċċekkja d-data ta’ meta tiskadi stampata fuq is-siringa mimlija għal-lest u l-kaxxa tal-kartun.

Tużax is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy wara d-data ta’ meta tiskadi.

Ħalli Plegridy jisħon sat-temperatura tal-kamra qabel tinjetta. Dan jieħu madwar 30 minuta. Tużax sorsi esterni ta’ sħana, bħal misħun biex issaħħan is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy.

Iċċekkja li l-likwidu ikun ċar u bla kulur

Tużax is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy jekk il-likwidu jkun fih il-kulur, ikun imċajpar, jew ikun fih frak jgħum fil-wiċċ.

Tista’ tara bużżieqa. Dan hu normali.

KIF TAGĦTI L-INJEZZJONI

Is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy hi għal injezzjoni taħt il-ġilda (injezzjoni subkutanea).

Injetta s-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy eżattament kif urewk it-tabib tiegħek jew l-infermier tiegħek.

Tinjettax ġo żona tal-ġisem fejn il-ġilda tkun irritata, ħamra, imbenġla, infettata jew ikun fiha ċikatriċi bi kwalunkwe mod. Ibdel il-postijiet fejn tagħti l-injezzjonijiet. Tużax l-istess sit tal-injezzjoni għal injezzjonijiet konsekuttivi.

Tneħħix l-għatu tal-labra sakemm tkun lest biex tinjetta.

Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.

1. Agħżel is-sit tal-injezzjoni

Is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy għandha tiġi injettata ġol-koxxa, iż-żaqq jew fin-naħa ta’ wara tal-parti ta’ fuq tad-driegħ.

Agħżel sit tal-injezzjoni u imsaħ il-ġilda b’tajjara bl-alkoħol.

Ħalli s-sit tal-injezzjoni jinxef qabel ma tinjetta d- doża.

Tmissx din iż-żona mill-ġdid qabel ma tagħti l- injezzjoni.

2. B’mod sod neħħi l-għatu tal-labra

Iġbed l-għatu tal-labra dritt ’il fuq mil-labra u armih.

Tmissx il-labra.

Terġax tpoġġi l-għatu fuq is-siringa mimlija għal- lest ta’ Plegridy.

3. Ipprepara s-sit tal-injezzjoni u ppożizzjona s-siringa mimlija għal-lest

Oqros il-ġilda madwar is-sit tal-injezzjoni imnaddaf billi tuża s-saba’ l-kbir u s-saba’ l-werrej.

Żomm is-siringa Plegridy f’angolu ta’ 90° mas-sit tal-injezzjoni.

4. Injetta l-mediċina

Daħħal il-labra b’moviment mgħaġġel qisek qed titfa’ dart, dritt ġot-tiwja tal-ġilda.

Il-labra trid tidħol kollha kemm hi.

It-tiwja tal-ġilda tista’ tintreħa wara li l-labra tiddaħħal.

Imbotta l-planġer bil-mod b’moviment wieħed mingħajr skossi sakemm is-siringa tkun vojta.

Dan għandu jieħu madwar 5 sekondi.

Tgħollix is-siringa mimlija għal-lest minn fuq is-sit tal-injezzjoni.

5. Stenna 5 sekondi

Żomm il-labra mdaħħla għal 5 sekondi.

6. Neħħi s-siringa mis-sit

Iġbed il-labra dritt ’il barra.

Terġax tpoġġi l-għatu fuq is-siringa mimlija għal- lest ta’ Plegridy.

Tużax mill-ġdid is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy.

WARA L-INJEZZJONI

Kif tikkura s-sit tal-injezzjoni

Applika pressjoni fis-sit tal-injezzjoni għal ftit sekondi billi tuża pad b’garża sterilizzata.

Jekk ikun hemm id-demm, imsħu. Applika stikk adeżiv jekk meħtieġ.

Armi s-siringa mimlija għal-lest

Armi s-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy ġo kontenitur sigur speċjali, bħal kontenitur magħmul apposta għar-rimi ta’ oġġetti bil-ponta.

Iċċekkja mat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek dwar il-mod korrett kif tarmi l-kontenitur.

Ħu nota tad-data u s-sit

Żomm nota tad-data u s-sit ta’ kull injezzjoni.

Għall-ewwel injezzjonijiet, tista’ tuża t-tabella li hemm stampata fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-għatu tal- Pakkett tal-Bidu.

Iċċekkja s-sit tal-injezzjoni

Wara sagħtejn, iċċekkja s-sit tal-injezzjoni għal ħmura, nefħa, jew sensittività.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda u ma tfieqx wara ftit jiem, ikkuntattja lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

Twissijiet ġenerali

Tużax mill-ġdid is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy.

Taqsamx ma’ ħaddieħor is-siringa mimlija għal-lest ta’ Plegridy.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Plegridy 63 mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. Plegridy 94 mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. Plegridy 125 mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest.

Peginterferon beta-1a

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara, anki jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1. X’inhu Plegridy u għalxiex jintuża

2. X’għandek bżonn tkun taf qabel ma tuża Plegridy

3. Kif għandek tuża Plegridy

4. Effetti sekondarji possibbli

5. Kif taħżen Plegridy

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7. Istruzzjonijiet biex tinjetta Plegridy

1. X’inhu Plegridy u għalxiex jintuża

X’inhu Plegridy

Is-sustanza attiva fi Plegridy hi peginterferon beta-1a. Peginterferon beta-1a hi forma ta’ interferon li taġixxi fit-tul. Interferons huma sustanzi naturali li jsiru f’ġismek biex jgħinu ħalli jipproteġuk minn infezzjonijiet u mard.

Għalxiex jintuża Plegridy

Is-sustanza attiva fi Plegridy hi peginterferon beta-1a. Peginterferon beta-1a hi forma modifikata ta’ interferon li taġixxi fit-tul. Interferons huma sustanzi naturali li jsiru fil-ġisem biex jgħinu ħalli jipproteġu minn infezzjonijiet u mard.

Għalxiex jintuża Plegridy

Din il-mediċina tintuża għall-kura ta’ sklerożi multipla li tirkadi u tbatti (MS) f’adulti li jkollhom 18-il sena jew aktar.

MS hi marda fit-tul li taffettwa lis-sistema nervuża ċentrali (CNS), li tinkludi l-moħħ u s-sinsla, li fiha s- sistema immuni tal-ġisem (id-difiża naturali tiegħu) tagħmel ħsara lis-saff protettiv (myelin) li hemm madwar in-nervaturi fil-moħħ u fis-sinsla. Dan itellef il-messaġġi bejn il-moħħ u partijiet oħrajn tal-ġisem, u jikkawża s-sintomi ta’ MS. Pazjenti b’MS li tirkadi u tbatti jkollhom perjodi fejn il-marda ma tkunx attiva (remissjoni) bejn l-aggravamenti tas-sintomi (rikaduti).

Kulħadd għandu s-sett tiegħu ta’ sintomi ta’ MS. Dawn jistgħu jinkludu:

-Tħossok żbilanċjat jew stordut, problemi biex timxi, ebusija u spażmi tal-muskoli, għeja, tmewwit fil- wiċċ, fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

-Uġigħ akut jew kroniku, problemi fil-bużżieqa tal-awrina u fl-imsaren, problemi sesswali u problemi biex tara l-affarijiet

-Diffikultà biex taħseb u tikkonċentra, depressjoni.

Kif jaħdem Plegridy

Plegridy jidher li jaħdem billi jwaqqaf is-sistema immuni tal-ġisem milli tagħmel ħsara lill-moħħ u lis- sinsla. Dan jista’ jgħin biex inaqqas n-numru ta’ rikaduti li jkollok u jnaqqas l-effetti ta’ MS li jiddiżabilitawk. Il-kura bi Plegridy tista’ tgħin biex tevita li l-marda tiegħek tmur għall-agħar, għalkemm mhijiex se tikkura l-MS.

2. X’għandek bżonn tkun taf qabel ma tuża Plegridy

Tużax Plegridy

-Tużax Plegridy:

-Jekk inti allerġiku għal peginterferon beta-1a, interferon beta-1a jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6). Ara sezzjoni 4 għas-sintomi ta’ reazzjoni allerġika.

-Jekk għandek depressjoni severa jew qed taħseb dwar li twettaq suwiċidju.

-Tibdiex tuża Plegridy jekk inti diġà tqila.

Twissijiet u prekawzjonijiet

-Jekk qatt kellek:

-Depressjoni jew problemi li jaffettwaw il-burdata tiegħek

-Ħsibijiet dwar li tagħmel suwiċidju

-Kellem lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek xorta waħda jista’ jagħtik riċetta għal Plegridy, iżda hu importanti li tinforma lit-tabib tiegħek jekk fil-passat kellek depressjoni jew kwalunkwe problemi simili li jaffettwaw il-burdata tiegħek.

-Jekk għandek kwalunkwe mill-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt:

-Problemi tal-fwied jew tal-kliewi

-Irritazzjoni f’sit tal-injezzjoni, li tista’ twassal għal ħsara fil-ġilda u fit-tessut (nekrożi fis-sit tal- injezzjoni). Meta tkun lest biex tinjetta, segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet f’sezzjoni 7 “Istruzzjonijiet biex tinjetta Plegridy”, fit-tmiem ta’ dan fuljett. Dan biex tnaqqas ir-riskju ta’ reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni.

-Epilessija jew disturbi oħrajn ta’ aċċessjoni, li ma jkunux ikkontrollati bil-mediċina

-Problemi f’qalbek, li jistgħu jikkawżaw sintomi bħal uġigħ fis-sider (anġina), partikularment wara kwalunkwe attività; għekiesi minfuħin, qtugħ ta’ nifs (insuffiċjenza konġestiva tal-qalb); jew taħbit irregolari tal-qalb (arritmija).

-Problemi tat-tirojde

-Numru baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm jew plejtlits, li jista’ jikkawża żieda fir-riskju ta’ infezzjoni, jew ħruġ ta’ demm

-Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel ma tinjetta Plegridy jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. Is-sintomi jistgħu jmorru għall-agħar waqt li tkun qed tuża Plegridy.

Affarijiet oħra li għandek tikkunsidra meta tuża Plegridy

-Se jkollok bżonn ta’ testijiet tad-demm biex tiddetermina n-numri ta’ ċelluli tad-demm tiegħek, il- kimika tad-demm u l-livelli ta’ enzimi tal-fwied. Dawn se jsirulek qabel ma tibda tuża Plegridy, b’mod regolari wara li l-kura bi Plegridy tkun inbdiet u mbagħad perjodikament matul il-kura, anki jekk ma jkollok l-ebda sintomi partikulari. Dawn it-testijiet tad-demm se jsiru flimkien mat-testijiet li jsiru normalment biex jimmonitorjaw l-MS tiegħek.

-Il-mod kif taħdem il-glandola tat-tirojde tiegħek se jiġi ċċekkjat b’mod regolari jew kull meta jkun maħsub li hu meħtieġ mit-tabib tiegħek għal raġunijiet oħrajn

-Emboli tad-demm fil-vini/arterji ż-żgħar jistgħu jseħħu matul il-kura tiegħek. Dawn l-emboli jistgħu jaffetwaw il-kliewi tiegħek. Dan jista’ jseħħ diversi ġimgħat sa diversi snin wara li tibda l-kura bi Plegridy. It-tabib tiegħek jista’ jkun jixtieq li jiċċekkja l-pressjoni tad-demm tiegħek, id-demm (l- għadd tal-plejtlits) u l-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

Jekk aċċidentalment tniggeż lilek innifsek jew lil xi ħadd ieħor bil-labra fi Plegridy, iż-żona affettwata għandha tinħasel immedjatament bis-sapun u ilma u tabib jew infermier għandhom jiġu kkuntattjati kemm jista’ jkun malajr.

Tfal u adolexxenti

Plegridy m’għandux jintuża fi tfal jew adolexxenti taħt it-18-il sena. Is-sigurtà u l-effettività ta’ Plegridy f’dan il-grupp ta’ età mhumiex magħrufa.

Mediċini oħra u Plegridy

Plegridy għandu jintuża b’kawtela ma’ mediċini li jitkissru fil-ġisem minn grupp ta’ proteini msejħa “ċitokrom P450” (eż. xi mediċini li jintużaw għal kura ta’ epilessija jew depressjoni).

-Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, speċjalment dawk li jintużaw għal kura ta’ epilessija jew depressjoni. Dan jinkludi

kwalunkwe mediċini miksuba mingħajr riċetta.

Xi kultant se jkollok bżonn li tfakkar lil professjonisti oħrajn fil-qasam mediku li qed tiġi kkurat bi Plegridy. Pereżempju, jekk tkun ingħatajt riċetta għal mediċini oħrajn, jew jekk isirlek test tad-demm. Plegridy jista’ jaffettwa l-mediċini oħrajn jew ir-riżultat tat-test tad-demm.

Tqala u treddigħ

-Tibdiex tuża Plegridy jekk inti diġà tqila.

-Jekk tista’ toħroġ tqila, jeħtieġ li tuża l-kontraċezzjoni waqt li tkun qed tuża Plegridy.

-Jekk qed tippjana li jkollok tarbija jew jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tuża Plegridy, għid lit-tabib tiegħek. Inti u t-tabib tiegħek tistgħu tiddiskutu jekk għandekx tkompli bil-kura.

-Jekk tixtieq tredda’ waqt li tkun qed tuża Plegridy, kellem lit-tabib tiegħek l-ewwel.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Plegridy jista’ jġiegħlek tħossok imdardar (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”). Issuqx u tużax magni jekk tinnota dan jew kwalunkwe ħaġa li tista’ taffettwa l-ħila tiegħek li ssuq.

Plegridy fih is-sodium

Kull pinna fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

3. Kif għandek tuża Plegridy

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża normali:

Injezzjoni waħda ta’ Plegridy 125 mikrogramma kull 14-il jum (kull ġimagħtejn). Ipprova uża Plegridy fl- istess ħin fl-istess jum, kull meta tinjetta.

Kif tibda Plegridy

Jekk se tuża Plegridy għall-ewwel darba, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex gradwalment iżżid id-doża tiegħek sabiex tkun tista’ taġġusta għall-effetti ta’ Plegridy qabel tieħu d-doża sħiħa. Inti se tingħata Pakkett tal-Bidu li jkun fih l-ewwel 2 injezzjonijiet tiegħek: pinna waħda oranġjo bi Plegridy 63 mikrogramma (għal jum 0) u pinna waħda blu bi Plegridy 94 mikrogramma (għal jum 14).

Wara dak il-perjodu, inti se tingħata pakkett ta’ manteniment li jkun fih pinen griżi bi Plegridy 125 mikrogramma (għal jum 28 u mbagħad kull ġimagħtejn).

Aqra l-istruzzjonijiet f’sezzjoni 7 “Istruzzjonijiet biex tinjetta Plegridyfit-tmiem ta’ dan fuljett qabel ma tibda tuża Plegridy.

Uża t-tabella li hemm stampata fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-għatu tal-Pakkett tal-Bidu biex iżżomm djarju tad-dati tal-injezzjoni tiegħek.

Kif tinjetta lilek innifsek

Plegridy għandu jiġi injettat taħt il-ġilda (injezzjoni subkutanea). Ibdel il-postijiet fejn tagħti l-injezzjonijiet. Tużax l-istess sit tal-injezzjoni għal injezzjonijiet konsekuttivi.

Tista’ tinjetta Plegridy inti stess mingħajr l-għajnuna tat-tabib tiegħek, jekk tkun tħarriġt kif tagħmel dan.

-Aqra u segwi l-pariri mogħtija fl-istruzzjonijiet f’sezzjoni 7 “Isruzzjonijiet biex tinjetta Plegridy” qabel ma tibda.

-Jekk ikollok problemi biex tuża s- pinna, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek li għandu mnejn ikun jista’ jgħinek.

Kemm għandek iddum tuża Plegridy

It-tabib tiegħek se jgħidlek kemm għandek iddum tuża Plegridy. Hu importanti li tkompli tuża Plegridy b’mod regolari. Tagħmilx tibdil ħlief jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk.

Jekk tuża Plegridy aktar milli suppost

Trid tinjetta Plegridy biss darba kull ġimagħtejn.

-Jekk tkun użajt iktar minn injezzjoni waħda ta’ Plegridy f’perjodu ta’ 7 ijiem, ikkuntattja lit-tabib jew infermier tiegħek immedjatment.

Jekk tinsa tuża Plegridy

Għandek bżonn tinjetta Plegridy darba kull ġimagħtejn. Din l-iskeda regolari tgħin biex tforni l-kura kemm jista’ jkun b’mod konsistenti.

Jekk tinsa tinjetta fil-jum tiegħek tas-soltu, injetta malli tkun tista’ u mbagħad kompli bħas-soltu. Madankollu, tinjettax iktar minn darba f’perjodu ta’ 7 ijiem. Tużax żewġ injezzjonijiet biex biex tpatti għal kull injezzjoni li tkun insejt tieħu.

-Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji

-Problemi fil-fwied

(komuni - jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn is-sintomi:

-Sfura tal-ġilda jew tal-abjad t’għajnejk

-Ħakk madwar ġismek kollu

-Tħossok imdardar, tirremetti (dardir u rimettar)

-Il-ġilda titbenġel faċilment

-Ċempel lit-tabib tiegħek immedjatament. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ problema possibbli fil-fwied.

-Depressjoni

(komuni - tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10)

Jekk inti:

-Tħossok imdejjaq b’mod mhux tas-soltu, ansjuż jew ma tiswa għal xejn, jew

-Ikollok ħsibijiet madwar suwiċidju

- Ċempel lit-tabib tiegħek immedjatament.

-Reazzjoni allerġika serja

(mhux komuni - tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100)

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn:

-Diffikultà biex tieħu n-nifs

-Nefħa madwar il-wiċċ (xufftejn, ilsien jew gerżuma)

-Raxx jew ħmura tal-ġilda

-Ikkuntattja tabib immedjatament.

-Aċċessjonijiet

(mhux komuni - jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

Jekk ikollok aċċessjoni jew puplesija

- Ikkuntattja tabib immedjatament.

-Ħsara fis-sit tal-injezzjoni

(rari - tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn is-sintomi:

-Kwalunkwe qsim fil-ġilda flimkien ma’ nefħa, infjammazzjoni jew fluwidu jnixxi madwar is-sit tal- injezzjoni

- Ikkuntattja lit-tabib tiegħek għal parir.

-Problemi tal-kliewi li jinkludu ċikatriċi li jistgħu jnaqqsu l-funzjoni tal-kliewi tiegħek

(rari - jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna)

Jekk ikollok xi wħud minn dawn is-sintomi, jew dawn is-sintomi kollha:

-Awrina bir-ragħwa

-Għeja kbira

-Nefħa, partikularment fl-għekiesi u tebqet il-għajnejn, u żieda fil-piż.

- Għid it-tabib tiegħek għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ problema possibbli tal-kliewi.

-Problemi fid-demm

(rari - jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna)

-Dawn li ġejjin jistgħu jseħħu: Emboli tad-demm fil-vini/arterji ż-żgħar li jistgħu jaffetwawlek il-kliewi (purpura tromboċitopenika trombotika jew sindrome uremiku emolitku). Sintomi jistgħu jinkludu żieda fit-tbenġil, ħruġ ta’ demm, deni, dgħufija estrema, uġigħ ta’ ras, mejt jew sturdament.It-tabib jista’ jsib tibdil fid-demm tiegħek u fil-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

Jekk ikollok xi wħud minn dawn is-sintomi, jew dawn is-sintomi kollha:

-Żieda fit-tbenġil jew ħruġ ta’ demm

-Dgħufija estrema

-Uġigħ ta’ ras, mejt jew sturdament

- Għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji oħrajn Effetti sekondarji komuni ħafna

(jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10)

-Sintomi bħal tal-influwenza. Dawn sintomi fir-realtà mhumiex influwenza, ara hawn taħt. Ma tistax tgħaddiha lil xi persuna oħra.

-Uġigħ ta’ ras

-Uġigħ fil-muskoli (mijalġja)

-Uġigħ fil-ġogi, fid-dirgħajn, fir-riġlejn jew fl-għonq (artralġja)

-Tertir ta’ bard

-Deni

-Tħossok dgħajjef u għajjien (astenja)

-Ħmura, ħakk jew uġigħ madwar is-sit fejn tkun injettajt

- Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti jinkwetak, kellem lit-tabib tiegħek.

Sintomi qishom influwenza: fir-realtà mhumiex influwenza

Sintomi qishom influwenza huma iktar komuni meta tibda tuża Plegridy għall-ewwel darba. Gradwalment dawn jonqsu hekk kif tkompli tuża l-injezzjonijiet. Ara hawn taħt għal metodi sempliċi biex timmaniġġja dawn is-sintomi qishom influwenza jekk ikollok minnhom.

Tliet metodi sempliċi biex tgħin ħalli tnaqqas l-impatt ta’ sintomi qishom influwenza:

1.Ikkunsidra l-ħin tal-injezzjoni tiegħek ta’ Plegridy. Il-bidu u t-tmiem ta’ sintomi bħal tal-influwenza huma differenti għal kull pazjent. Bħala medja, sintomi bħal tal-influwenza jibdew bejn wieħed u ieħor 10 sigħat wara l-injezzjoni u jdumu bejn 12 u 24 siegħa.

2.Ħu paracetamol jew ibuprofen nofs siegħa qabel l-injezzjoni ta’ Plegridy. Kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek dwar kemm għandek tieħu u kemm għandek iddum tieħdu.

3.Jekk ikollok id-deni, ixrob ħafna ilma biex iżżomm ruħek idratat.

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

-Tħossok imdardar jew tirremetti (dardir jew rimettar)

-Ġilda bil-ħakk (prurite)

-Żieda fit-temperatura tal-ġisem

-Tibdil madwar is-sit fejn tkun injettajt, bħal nefħa, infjammazzjoni, tbenġil, sħana, raxx jew tibdil fil- kulur

-Tibdil fid-demm tiegħek li jista’ jikkawża għeja jew tnaqqis fil-ħila biex tiġġieled l-infezzjoni

-Żieda fl-enzimi tal-fwied fid-demm (dawn se jidhru fit-testijiet tad-demm)

- Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti jinkwetak, kellem lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

-Urtikarja

-Tibdil fid-demm tiegħek li jista’ jikkawża tbenġil jew ħruġ ta’ demm mhux spjegabbli.

- Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti jinkwetak, kellem lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji oħra

(frekwenza mhux magħrufa – il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli)

-Ipertensjoni arterjali tal-pulmun: Marda ta' tidjiq sever tal-vini/arterji fil-pulmun li tirriżulta fi pressjoni għolja tad-demm fil-vini/arterji li jġorru d-demm mill-qalb għall-pulmun. Ipertensjoni arterjali tal-pulmun ġiet osservata f'diversi punti ta' żmien matul il-kura, anki diversi snin wara li tinbeda l-kura b'interferon beta.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V:

:

Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Plegridy

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq fuq il-kartuna u fuq it-tikketta wara “JIS”. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

-Żomm Plegridy fil-pakkett oriġinali sabiex tipproteġih mid-dawl. Iftaħ il-pakkett biss meta jkollok bżonn ta’ pinna ġdida.

-Aħżen fi friġġ, f’temperatura bejn 2º u 8ºC.

-Tagħmlux fil-friża. Armi kwalunkwe Plegridy li jkun ġie ffriżat aċċidentalment.

-Plegridy jista’ jinżamm barra l-friġġ fit-temperatura tal-kamra (sa 25°C) għal sa 30 jum iżda jrid jinżamm ’il bogħod mid-dawl.

-Il-pakketti jistgħu jinħarġu mill-friġġ u mbagħad jerġgħu jitpoġġew lura fil-friġġ iktar minn darba jekk ikollok bżonn tagħmel hekk.

-Aċċerta ruħek li ż-żmien li s- pinen jagħmlu barra mill-friġġ ma jkunx iktar minn 30 jum b’kollox.

-Armi kwalunkwe pinna li tinżamm barra mill-friġġ għal iktar minn 30 jum.

-Jekk ma tkunx ċert dwar in-numru ta’ jiem li żammejt pinna barra mill-friġġ, armi s- pinna.

-Tużax din il-mediċina jekk tinnota kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

-Jekk is- pinna tkun miksura.

-Jekk is-soluzzjoni tkun bil-kulur, imċajpra jew tkun tista’ tara frak jgħum ġo fiha.

-Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Plegridy

Is-sustanza attiva hi: peginterferon beta-1a.

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 63 mikrogramma ta’ peginterferon beta-1a f’0.5 mL ta’ soluzzjoni għall- injezzjoni.

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 94 mikrogramma ta’ peginterferon beta-1a f’0.5 mL ta’ soluzzjoni għall- injezzjoni.

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 125 mikrogramma ta’ peginterferon beta-1a f’0.5 mL ta’ soluzzjoni għall- injezzjoni.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma: Sodium acetate trihydrate, acetic acid, glacial, L-arginine hydrochloride, polysorbate 20 u ilma għal injezzjonijiet.

Kif jidher Plegridy u l-kontenut tal-pakkett

Plegridy hu soluzzjoni ċara u bla kulur għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest.

Daqsijiet tal-pakketti:

-Il-Pakkett tal-Bidu ta’ Plegridy fih pinna waħda oranġjo mimlija għal-lest ta’ 63 mikrogramma u pinna waħda blu mimlija għal-lest ta’ 94 mikrogramma.

-Il-pinen griżi ta’ 125 mikrogramma huma pprovduti f’pakkett li jkun fih jew żewġ jew sitt pinen mimlija għal-lest.

Fil-pakketti kollha, il-labar ikunu mwaħħlin mas- pinen lesti biex tinjetta.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Biogen Idec Ltd.

Innovation House

70 Norden Road Maidenhead

Berkshire

SL6 4AY

Ir-Renju Unit

Manifattur

Biogen (Denmark) Manufacturing ApS

Biogen Allé 1

Hillerød

DK-3400

Id-Danimarka

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Biogen Belgium NV/SA

UAB "JOHNSON & JOHNSON"

+32 2 2191218

+370 5 278 68 88

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП ЕВОФАРМА

Biogen Belgium NV/SA

+359 2 962 12 00

+32 2 2191218

Česká republika

Magyarország

Biogen (Czech Republic) s.r.o.

Biogen Hungary Kft.

+420 255 706 200

+36 1 899 9883

Danmark

Malta

Biogen Denmark A/S

Pharma. MT Ltd..

+45 77 41 57 57

+356 21337008

Deutschland

Nederland

Biogen GmbH

Biogen Netherlands B.V.

+49 (0) 89 99 6170

+31 20 542 2000

Eesti

Norge

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal

Biogen Norway AS

+372 617 7410

+47 23 40 01 00

Ελλάδα

Österreich

Genesis Pharma SA

Biogen Austria GmbH

+30 210 8771500

+43 1 484 46 13

España

Polska

Biogen Spain S.L.

Biogen Poland Sp. z o.o.

+34 91 310 7110

+48 22 351 51 00

France

Portugal

Biogen France SAS

Biogen Portugal

+33 (0)1 41 37 9595

Sociedade Farmacêutica, Unipessoal Lda.

 

+351 21 318 8450

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

Johnson & Johnson Romania S.R.L.

+385 1 230 34 46

+40 21 207 18 00

Ireland

Slovenija

Biogen Idec (Ireland) Ltd.

Biogen Pharma d.o.o.

+353 (0)1 463 7799

+386 1 511 02 90

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf

Biogen Slovakia s.r.o.

+354 540 8000

+421 2 323 34008

Italia

Suomi/Finland

Biogen Italia s.r.l.

Biogen Finland Oy

+39 02 584 9901

+358 207 401 200

Κύπρος

Sverige

Genesis Pharma Cyprus Ltd

Biogen Sweden AB

+3572 2 769946

+46 8 594 113 60

Latvija

United Kingdom

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā

Biogen Idec Limited

+371 678 93561

+44 (0) 1628 50 1000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS} ><{xahar SSSS}>.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

7. Istruzzjonijiet biex tinjetta Plegridy

QABEL MA TIBDA

Aqra dawn istruzzjonijiet għall-użu qabel ma tibda tuża Plegridy u kull darba li jkollok pakkett ġdid. Din l- informazzjoni ma tiħux post li tkellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek dwar il-kundizzjoni medika jew il- kura tiegħek.

Qabel ma tuża għall-ewwel darba l-pinna Plegridy, it-tabib jew l-infermier tiegħek iridu juruk (jew lill- persuna li qed tieħu ħsiebek) kif tipprepara u tinjetta l-pinna Plegridy bil-mod korrett.

Skeda tad-dożaġġ

Plegridy hu pinna li tintuża darba biss. Ma tistax tintuża mill-ġdid. Agħżel il-pinna korretta ta’ Plegridy minn pakkett. Il-Pakkett tal-Bidu tal-pinen ta’ Plegridy fih l-ewwel żewġ injezzjonijiet tiegħek biex gradwalment taġġusta d-doża tiegħek.

Meta

Liema doża

Liema pakkett

Jum 0

L-ewwel injezzjoni:

 

(63 mikrogramma)

63 mikrogramma, agħżel

 

 

pinna oranġjo

 

Jum 14

It-tieni injezzjoni:

 

(94 mikrogramma)

94 mikrogramma, agħżel

 

 

pinna blu

 

Jum 28 u mbagħad

Injezzjoni bid-doża sħiħa:

 

kull ġimagħtejn wara

125 mikrogramma, agħżel

 

dan

pinna griża

 

(125 mikrogramma)

 

 

Tużax iktar minn pinna mimlija għal-lest waħda f’kull perjodu ta’ 14-il jum (kull ġimagħtejn).

KIF TIPPREPARA GĦALL-INJEZZJONI

Kun af il-karatteristiċi tal-pinna

Qabel l-użu (Figura A)

Wara l-użu (Figura B)

Ipprepara wiċċ biex tipprepara s-siringa fuqu

Sib wiċċ lixx, imdawwal tajjeb, nadif u ċatt, bħal mejda, u iġbor il-provvisti kollha li se jkollok bżonn biex tagħti injezzjoni lilek innifsek jew biex tingħata injezzjoni.

Iġbor il-provvisti. Se jkollok bżonn il-provvisti li ġejjin biex tagħti l-injezzjoni:

-Tajjara bl-alkoħol

-Pad b’garża

-Stikk adeżiv

-Kontenitur reżistenti għat-titqib għar-rimi ta’ pinen użati

Oħroġ mill-friġġ

Oħroġ 1 pakkett ta’ Plegridy mill-friġġ u agħżel il-pinna adattata mill-pakkett.

Poġġi l-pakkett lura fil-friġġ wara li tneħħi l-ewwel pinna. Jekk ma jkun hemm l-ebda friġġ disponibbli, ara sezzjoni 5 “Kif taħżen Plegridy”.

Iċċekkja l-pakkett u l-pinna

Iċċekkja d-data ta’ meta tiskadi stampata fuq il-pinna (Figura Ċ) u l-kartuna.

Tużax il-pinna wara d-data ta’ meta tiskadi.

Ħalli Plegridy jisħon sat-temperatura tal-kamra qabel tinjetta. Dan jieħu madwar 30 minuta. Tużax sorsi esterni ta’ sħana, bħal misħun, biex issaħħan il-pinna Plegridy.

Iċċekkja l-pinna Plegridy

Iċċekkja l-istat tal-injezzjoni. Aċċerta ruħek li l-istrixxi ħodor ikunu viżibbli

(Figura D).

Tużax il-pinna ħlief jekk it-tieqa li turi l- istat tal-injezzjoni tkun turi strixxi ħodor.

Iċċekkja li l-likwidu ikun ċar u bla kulur fit-tieqa tal-mediċina.

Tużax il-pinna Plegridy jekk il-likwidu jkun fih il-kulur, ikun imċajpar, jew ikun fih frak jgħum fil-wiċċ.

Tista’ tara bużżieqa. Dan hu normali.

KIF TAGĦTI L-INJEZZJONI

Il-pinna Plegridy hi għal injezzjoni taħt il-ġilda (injezzjoni subkutanea).

Injetta l-pinna Plegridy eżattament kif urewk it-tabib tiegħek jew l-infermier tiegħek.

Tinjettax ġo żona tal-ġisem fejn il-ġilda tkun irritata, ħamra, imbenġla, infettata jew ikun fiha ċikatriċi bi kwalunkwe mod. Ibdel il-postijiet fejn tagħti l-injezzjonijiet. Tużax l-istess sit tal-injezzjoni għal injezzjonijiet konsekuttivi.

Tneħħix l-għatu sakemm tkun lest biex tinjetta.

Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.

1. Agħżel is-sit tal-injezzjoni (Figura F)

Il-pinna Plegridy għandha tiġi injettata ġol- koxxa, iż-żaqq jew fin-naħa ta’ wara tal-parti ta’ fuq tad-driegħ.

Agħżel sit tal-injezzjoni u imsaħ il-ġilda b’tajjara bl-alkoħol.

Ħalli s-sit tal-injezzjoni jinxef qabel ma tinjetta d-doża.

Tmissx din iż-żona mill-ġdid qabel ma tagħti l-injezzjoni.

2. Neħħi l-għatu (Figura G)

Iġbed l-għatu ’l fuq u armih.

Terġax tagħmel l-għatu fuq il-Pinna Plegridy. Il-labra hi miksija mill-għatu tal-labra u mhux se tkun tidher.

Tmissx u timbuttax ’l isfel fuq l-għatu tal- labra għax tista’ titniggeż.

Il-pinna Plegridy tkun lesta biex tinjetta wara li jitneħħa l-għatu.

3. Ippożizzjona l-pinna u ċċekkja(Figura H)

Poġġi l-pinna Plegridy fuq is-sit tal-injezzjoni li tkun għażilt.

Għandek iżżomm il-Pinna Plegridy f’angolu ta’ 90o mas-sit tal-injezjoni b’tali mod li tkun tista’ tara l-istrixxi l-ħodor fit-tieqa li turi l- istat tal-injezzjoni.

Tużax il-pinna Plegridy ħlief jekk tara l- istrixxi ħodor fit-tieqa li turi l-istat tal- injezzjoni.

4. Injetta l-mediċina (Figura I)

Agħfas il-pinna ġos-sit tal-injezzjoni u

żommha. Agħfas il-pinna ’l isfel. Dan se jdaħħal il-labra u awtomatikament jibda l- injezzjoni.

Tgħollix il-pinna.

M’għandek tagħmel l-ebda movimenti sakemm injezzjoni tkun ingħatat.

Kompli agħfas b’mod sod, u titħarrikx waqt il- proċess tal-injezzjoni.

Stenna sakemm l-ikklikkjar jieqaf u t-tick marks ħodor jidhru.

Waqt il-proċess tal-injezzjoni (Figura J):

-Il-pinna Plegridy se “tikklikkja” diversi drabi.

-L-istrixxi ħodor se jkunu qed jiċċaqilqu fit-tieqa li turi l-istat tal-injezzjoni.

Il-ħsejjes ta’ kklikkjar tal-pinna ser jieqfu meta l-injezzjoni tkun lesta. Dan għandu jieħu madwar 5 sekondi.

Aċċerta ruħek li t-tick marks ħodor ikunu dehru fit-tieqa li turi l-istat tal-injezzjoni.

5. Neħħi l-pinna mis-sit (Figura K)

Għolli l-pinna Plegridy mis-sit tal-injezzjoni. L-għatu tal-labra se testendi u tgħatti l-labra kompletament.

WARA L-INJEZZJONI

Kif tikkura s-sit tal-injezzjoni

Applika pressjoni fis-sit tal-injezzjoni għal ftit sekondi billi tuża pad b’garża sterilizzata.

Jekk ikun hemm id-demm, imsħu. Applika stikk adeżiv jekk meħtieġ.

Ikkonferma li d-doża tkun ingħatat

Iċċekkja t-tieqa li turi l-istat tal- injezzjoni. Għandek tara ċ-checkmarks

ħodor fit-tieqa li turi l-istat tal-injezzjoni (Figura L).

Iċċekkja t-tieqa tal-mediċina. Għandek tara planġer isfar fit-tieqa tal-mediċina

(Figura M).

Planġer isfar estiż jindika li d-doża kollha tkun ingħatat mingħajr problemi.

Tużax il-pinna mill-ġdid.

.

Armi l-pinna

Armi l-pinna Plegridy ġo kontenitur sigur speċjali, bħal kontenitur magħmul apposta għar-rimi ta’ oġġetti bil-ponta.

Iċċekkja mat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek dwar il-mod korrett kif tarmi l-kontenitur.

Ħu nota tad-data u s-sit

Żomm nota tad-data u s-sit ta’ kull injezzjoni.

Għall-injezzjonijiet tal-Pakkett tal-Bidu, tista’ tuża t-tabella li hemm stampata fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-għatu ta’ ġewwa tal-Pakkett tal-Bidu.

Iċċekkja s-sit tal-injezzjoni

Wara sagħtejn, iċċekkja s-sit tal-injezzjoni għal ħmura, nefħa, jew sensittività.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda u ma tfieqx wara ftit jiem, ikkuntattja lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

Twissijiet ġenerali

Tużax mill-ġdid il-pinna Plegridy tiegħek.

Taqsamx ma ħaddieħor il-pinna Plegridy tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati