Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Potactasol (topotecan) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XX17

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPotactasol
Kodiċi ATCL01XX17
Sustanzatopotecan
ManifatturActavis Group PTC ehf

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għal min qed jagħmel użu minnu

Potactasol 1 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Potactasol 4 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni topotecan

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fiha informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew infermiera tiegħek.

-Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji, kellem lit-tabib tiegħek jew infermier. Dan jinkludi xi effetti sekondarji possibbli li m’humiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’hawn f’dan il-fuljett

1.X’inhu Potactasol u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Potactasol

3.Kif għandek tuża Potactasol

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Potactasol

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Potactasol u għalxiex jintuża

Potactasol fih is-sustanza attiva topotecan li jgħin biex jinqatlu ċ-ċelloli tat-tumur.

Potactasol jintuża biex jikkura:

-kanċer tal-ovarji jew kanċer taċ-ċelluli ż-żgħar tal-pulmun li reġa’ tfaċċa mill-ġdid wara l- kimoterapija

-kanċer ċervikali avvanzat jekk trattament kirurġiku jew radjuterapija m’humiex possibbli. F’dan il-każ trattament b’Potactasol jingħata ma’ mediċini li fihom cisplatin.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Potactasol

Tużax Potactasol:

-jekk inti allerġiku/a għal topotecan jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6);

-jekk qed tredda’. Għandek tieqaf mit-treddigħ qabel ma tibda t-trattament b’Potactasol;

-jekk l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek huma baxxi wisq.

Għid lit-tabib/a tiegħek jekk taħseb li xi waħda minn dawn tista’ tapplika għalik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tuża Potactasol:

-jekk għandek problemi fil-kliewi. Id-doża tieghek ta’ Potactasol jista’ jkun ikollha bżonn tinbidel. Potactasol mhuwiex rakkomandat fil-każ ta’ problemi serji tal-kliewi.

-jekk għandek problemi fil-fwied. Potactasol mhuwiex rakkomandat fil-każ ta’ problemi serji tal- fwied,

-jekk għandek infjammazzjoni tal-pulmuni b’sinjali ta’ sogħla, deni u diffikultajiet biex tieħu n- nifs, ara wkoll is-sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”.

Potactasol jista’ jikkawża tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli għat-tagħqid tad-demm (plejtelits). Dan jista’ jwassal għal tnixxija qawwija ta’ demm minn ġrieħi relattivament żgħar bħal qtugħ ċkejken. F’xi okkażjonijiet rari, jista’ jwassal għal aktar tnixxija qawwija ta’ demm (emoraġija). Kellem lit-tabib/a tiegħek għal parir dwar kif tnaqqas ir-riskju tat-tnixija tad-demm.

L-inċidenza tal-effetti sekondarji hija aktar frekwenti f’pazjenti li għandhom stat ta’ saħħa ġenerali li jkun ħażin. It-tabib/a i/tqis is-saħħa ġenerali tiegħek waqt il-kura u għandek tgħidlu/tgħidilha jekk għandekx deni, infezzjonijiet jew b’xi mod tkun qed tħossok ma tiflaħx.

L-użu fi tfal u addoloxxenti

L-esperjenza fi tfal u adoloxxenti hija limitata u il-kura għalhekk mhijiex rakkomandata.

Medicini oħra u Potactasol

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt jew hemm ċans li tieħu xi mediċini oħra.

Tqala u treddigħ

Potactasol m’għandux jintuża għal nisa tqal, ħlief jekk ċarament meħtieġ. Jekk tqila jew taħseb li int, avża minnufih lit-tabib.

Metodi ta’ kontraċezzjoni effettiva għandhom jintużaw biex jiġi evitat li nisa jinqabdu tqal jew irgiel ikollhom tfal waqt il-kura b’Potactasol. Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Pazjenti li huma ikkonċernati dwar il-fertilità tagħom għandhom jistaqsu lit-tabib tagħhom għal pariri fuq il-fertilità jew għażlietgħall-ippjanar tal-familja qabel ma tinbeda il-kura.

M’għandekx tredda’ waqt it-trattament b’Potactasol.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Potactasol jista’ jġiegħlek tħossok għajjien jew dgħajjef. Jekk dan iseħħ, issuqx u tħaddimx magni.

Potactasol fih is-sodju

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodju (23 mg) kull fjala, jiġifieri essenzjalment 'ħieles mis- sodju'.

3.Kif għandek tuża Potactasol

Id-doża ta’ Potactasol se tiddependi fuq:

il-marda li qed tiġi kkurata.

id-daqs ta’ ġismek (erja tas-superfiċje imkejla f’metri kwadri)

ir-riżultati tat-testijiet tad-demm li saru qabel bdiet il-kura

kemm tiflaħ il-kura

Adulti

Kanċer tal-ovarji u kanċer taċ-ċelluli ż-żgħar tal-pulmun

Id-doża tas-soltu hija 1.5 mg kull metru kwadru tal-erja tas- superfiċje tal-ġisem darba kuljum għal 5 ijiem. Dan iċ-ċiklu ta’ trattament is-soltu jiġi ripetut kull tliet ġimgħat.

Kanċer ċervikali

Id-doża tas-soltu hija 0.75 mg kull metru kwadru tal-erja tas-superfiċje tal-ġisem darba kuljum għal 3 ijiem. Dan iċ-ċiklu ta’ trattament is-soltu jiġi ripetut kull tliet ġimgħat.

Għall- kanċer ċervikali, jinghata ma’ mediċini oħra kontra l-kanċer li fihom cisplatin. Għal aktar informazzjoni dwar cisplatin, jekk jogħġbok irreferi għall-fuljett korrispondenti mal-pakkett.

Pazjenti b’indeboliment renali

It-tabib tiegħek jista’ jeħtieġ li jnaqqas id-doża tiegħek bbażati fuq il-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

Kif jiġi ppreparat Potactasol

Topotecan jinħareġ bħala trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni. It-trab irid jinħall fl- ilma, u l-konċentrat li jirriċulta jiġi dilwit aktar qabel ma jingħata.

Kif jingħata Potactasol

Tabib jew infermier itik id-doża rikostitwita u dilwita tas-soluzzjoni ta’ Potactasol bħala infużjoni (dripp), isoltu ġod-driegħ, fuq medda ta’ madwar 30 minuta.

Jekk tingħata iżżejjed Potactasol

Peress li din il-mediċina qed tingħata mit-tabib jew infermier tiegħek, huwa improbabbli li inti ser tingħata iżżejjed. Fl-eventwalità improbabbli ta’ doża eċċessiva, it-tabib tiegħek ser isegwik għall- effetti sekondarji. Għid lit-tabib tiegħek jew infermier tiegħek jekk għandek xi tħassib dwar l-ammont ta’ mediċina li tirċievi.

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Effetti sekondarji serji:

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji serji li ġejjin. Dawn ikollhom mnejn jeħtieġu li tittieħed l-isptar u jistgħu anki jipperikolaw il-ħajja.

-Infezzjonijiet (komuni ħafna; jistgħu jaffettwaw lil aktar min persuna 1 minn kull 10), b’sinjali bħal:

-deni

-il-kundizzjoni ġenerali tiegħek tmur lura sew

-sintomi lokali bħal ġriżmejk jaħarquk jew ħruq meta tgħaddi l-awrina

-uġigħ ta’ żaqq qawwi, deni u possibilment dijareja (rarament bid-demm) jistgħu jkunu

sinjali ta’ infjammazzjoni tal-musrana (kolite newtropenika). Potactasol jista’ jnaqqaslek il-ħila tiegħek li tiġġieled l-infezzjonijiet.

-Infjammazzjoni tal-pulmun (rari; jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000), b’sinjali bħal:

-diffikultà biex tieħu n-nifs

-sogħla

-deni

Ir-riskju li tiżviluppa din il-kundizzjoni severa (mard interstizjali tal-pulmun) huwa ogħla jekk bħalissa għandek problemi tal-pulmun, jew jekk ħadt trattement qabel bir-raġġi jew mediċini li effettwawlek il- pulmun, ara wkoll is-sezzjoni 2 “Twissijiet u Prekawzjonijiet”. Din il-kundizzjoni tista’ tkun fatali.

-Reazzjonijiet allerġiċi severa (Anafilattiċi) (rari; jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 ruħ), b'sinjali bħal:

-nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien jew griżmejn, diffikultà biex tieħu nifs, pressjoni tad-demm baxxa, sturdament u raxx bil-ħakk.

Effetti sekondarji oħra b’Potactasol jinkludu:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn 10)

Tħossok ġeneralment debboli u għajjien/a, li jistgħu jkunu sintomi ta’ tnaqqis fl-għadd taċ- ċelloli ħomor tad-demm (anemija temporanja). F’ċerti każi jista’ jkun ikollok bżonn trasfużjoni tad-demm.

Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli bojod tad-demm (lewkoċiti) jiċċirkolaw fid-demm. Numru annormalment baxx ta’ granuloċiti newtrofili (tip ta’ ċellola bajda tad-demm) fid-demm, bi jew mingħajr deni.

Tbenġil jew fsada mhux tas-soltu, xi kultant severi, ikkawżati minn tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli tat-tgħaqqid tad-demm (plejtelits).

Tnaqqis fil-piż u nuqqas t’aptit (anoressija); għeja; debbulizza

Tħoss dardir (nawsja); rimettar; dijarea; uġigħ fl-istonku; stitikezza

Infjammazzjoni ta’ ġewwa l-ħalq u tal-pajp tal-ikel.

Deni

Infezzjonijiet

Telf ta’ xagħar

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn 10)

Reazzjonijiet allerġiċi ( sensittività eċċessiva) (inkluż raxx)

Livell annormalment għoli ta’ bilirubina, prodott sekondarju li jipproduċi l-fwied waqt it-tkissir taċ-ċelloli ħomor tad-demm. Is-sintomi jafu jinkludu ġilda safra (suffejra).

Tnaqqis fin-numru taċ-ċelloli kollha tad-demm (panċitopenija).

Ma tħossokx f’siktek

Infezzjoni serja tad-demm, li tista’ tkun fatali.

Ħakk

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn 1,000)

Nefħa kkawzata minn akkumulazzjoni ta’ fluwidu (anġjoedema) eż. Madwar l-għajnejn u x- xofftejn kif ukoll l-idejn, is-saqajn u l-gerżuma. Jekk severa tista’ tikkawża diffikultajiet respiratorji.

Raxx li jġegħlek tħokk (jew ħorriqija)

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn 10,000)

-Uġigħ ħafif u infjammazzjoni fis-sit tal-injezzjoni minħabba għoti aċċidentali tal-prodott mediċinali fit-tessut tal-madwar (estravazzjoni) eż. permezz ta’tnixxija.

Jekk inti qiegħda tiġi kkurata għall-kanċer ċervikali, inti jista’ ikollok effetti sekondarji mill-mediċina l-oħra (cisplatin) li inti se tingħata flimkien ma’ Potactasol.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’humiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

Bir-rappurtar ta’ effetti sekondarji inti tista’ tgħin tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta' din il-mediċina.

5.Kif taħżen Potactasol

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċinawara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-fjala u l-kartuna.

Żomm il-fjala fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Ħżin wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni

Istabbiltà kimika u fiżika tal-konċentrat ġiet murija għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 25 ± 2°C, f’kondizzjonijiet tad-dawl normali u 24 siegħa f’2°C sa 8°C, protett mid-dawl.

L-istabbiltà fiżiko-kimika tas-soluzzjoni tal-prodott mediċinali miksuba wara d-dilwizzjoni fis- soluzzjonijiet għall-infużjoni (NaCl 0.9% u Glukosju 5%) ġiet demonstrata għal 4 sigħat f’temperatura tal-kamra, f’kondizzjonijiet normali tad-dawl, fuq kampjuni rikostitwiti u maħżuna għal 12-il siegħa u rispettivament 24 siegħa f’temperatura 25oC ± 2oC u mbagħad dilwit.

Mil-lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-ħin u il-kundizzjonijiet tal-ħażna ta’ waqt l-użu qabel jintuż huma r-responsabbiltà tal-utent u normalment ma jkunux itwal minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, sakemm ir- rikostituzzjoni/dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet asettiċ ikkontrollati u vvalidati.

Tarmiex mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. tal-pakkett

Kontenut u informazzjoni oħra

X’fih Potactasol

-Is-sustanza attiva hija topotecan. Kull fjala fiha 1 mg jew 4 mg ta’ topotecan (bħala idrokloridu). Wara r-rikostituzzjoni kull 1 ml konċentrat fih 1 mg topotecan.

-L-ingredjenti l-oħra huma: mannitol (E421), aċdu tartariku (E334), aċdu idrokloriku (E507) u idrossidu tas-sodju (ara sezzjoni 2).

Id-Dehra ta’ Potactasol u l-kontenuti tal-pakkett

Potactasol jiġi fi fjali Tip 1 tal-ħġieġ bla kulur, b’tapp brombutiliku griż u siġilli tal-aluminju b’għotjien tal-plastik li jitfaqqgħu. Fjali jistgħu jew ma jistgħux jiġu miksija b’kontenitur prottetiv. Fjali fihom jew 1 mg jew 4 mg ta’ topotecan.

Kull pakkett fih fjala.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Actavis Group PTC ehf. Rekjavíkurvegi 76-78 220 Hafnarfjörður L-Iżlanda

Manifattur

S.C. Sindan-Pharma S.R.L.

11 Ion Mihalache Blvd

Bucharest

Ir-Rumanija

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Actavis Group PTC ehf.

UAB "Sicor Biotech"

IJsland / Islande / Island

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Актавис ЕАД

Actavis Group PTC ehf.

Teл.: +359 2 489 95 85

Islande / Island

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 6400

Danmark

Malta

Actavis A/S

Actavis Ltd.

Tlf: +45 72 22 30 00

Tel: +35621693533

Deutschland

Nederland

PUREN Pharma GmbH & Co. KG

Actavis Group PTC ehf.

Tel.: +49-89-558-9090

IJsland

 

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Actavis Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 815 22 099

Ελλάδα

Österreich

Specifar ABEE

Actavis GmbH

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +43 (0)662 435 235 00

España

Polska

Actavis Group PTC ehf.

Actavis Export Int. Ltd., Malta.

Islandia

Kontakt w Polsce:

 

Tel.: (+48 22) 512 29 00

France

Portugal

Arrow Génériques

Aurovitas, Unipessoal, Lda

Tél: +33 4 72 72 60 72

Tel: +351 214 185 104

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Actavis Ireland Limited

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)21 4619040

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Actavis Group PTC ehf.

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o

Sími: +354 550 3300

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Aurobindo Pharma (Italia) s.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 0296392601

Puh/Tel: +358 (0)20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Specifar ABEE

Actavis AB

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +46 8 13 63 70

Ελλάδα

 

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Actavis UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1271 385257

Dan il-fuljett kien rivedutl-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa:

Potactasol

STRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU

Linji gwida għall-użu u r-rimi sikur ta’ aġenti antineoplastiċi

1.Ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali għandhom jitwettqu minn persunal imħarreġ.

2.Il-preparazzjoni trid titwettaq f’żona apposta taħt kundizzjonijiet asettiċi.

3.Għandhom jintlibsu ingwanti, nuċċali, ġaġaga u maskra protettivi xierqa u li jintremew.

4.Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġi evitat li l-prodott mediċinali jiġi aċċidentalment f’kuntatt mal-għajnejn. Fil-każ ta’ kuntatt mal-għajnejn, baħbaħ b’ammonti kbar ta’ ilma. Fittex imbagħad il-parir ta’ tabib.

5.Fil-każ ta’ kuntatt mal-ġilda, aħsel sew u bir-reqqa l-parti milquta b’ammont kbir ta’ ilma. Dejjem aħsel idejk wara li tneħħi l-ingwanti.

6.Nisa tqal fil-persunal m’għandhomx imissu mal-preparazzjoni ċitotossika.

7.Għandhom jitttieħdu kura u prekawzjonijiet xierqa għar-rimi ta’ oġġetti (siringi, labar, eċċ.) użati għar-rikostituzzjoni u/jew id-dilwizzjoni ta’ prodotti mediċinali ċitotossiċi. Kull prodott mhux użat jew materjal ta’ skart għandu jintrema skont rekwiżiti lokali.

Rikostituzzjoni u dilwizzjoni qabel l-amministrazzjoni

Qabel l-infużjoni, Potactasol fi trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jiġi rrikostitwit b’volum xieraq ta’ ilma għall-injezzjonijiet, kif ġej:

-Potactasol 1 mg b’1.1 ml ilma għall-injezzjonijiet (billi għandu 10 % żejjed)

-Potactasol 4 mg b’4 ml ilma għall-injezzjonijiet

Ir-rikostituzzjoni tiriulta f’konċentrat li fih 1 mg topotecan kull ml.

Dan il-konċentrat (1 mg/ml) għandu jiġi dilwit qabel l-amministrazzjoni.

Il-volum tal-konċentrat rikostitwit li jikkorrispondi għad-doża individwali kkalkulata, għandu jkompli jiġi dilwit jew b’soluzzjoni għall-injezzjoni klorur tas-sodju 9 mg/ml (0.9 %) jew 50 mg/ml (5 %), soluzzjoni tal-glukożju għall-infużjoni għal konċentrazzjoni finali ta’ bejn 25 u 50 mikrogramma kull ml fis-soluzzjoni għall-infużjoni, per eżempju:

 

Volum għal soluzzjoni ta’ 25

Volum għal soluzzjoni ta’ 50

 

mikrogrammi/ml

mikrogrammi/ml

1 ml of 1 mg/ml soluzzjoni

Żid 39 ml biex tagħti 40 ml

Żid 19 ml biex tagħti 20 ml

topotecan

 

 

4 ml of 1 mg/ml soluzzjoni

Żid 156 ml biex tagħti 160 ml

Żid 76 ml biex tagħti 80 ml

topotecan

 

 

Ħżin wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni

Istabbiltà kimika u fiżika tal-konċentrat ġiet murija għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 25 ± 2°C f’kondizzjonijiet tad-dawl normali, u għal 24 siegħa f’2°C sa 8°C meta protett mid-dawl.

L-istabilità kimika u fiżika tas-soluzzjoni miksuba wara d-dilwizzjoni tal-konċentrat f' soluzzjoni ta' klorur tas-sodju 9 mg/ml (0.9 %) għall-injezzjoni jew 50 mg/ml (5 %) soluzzjoni ta' glukożju għall- infużjoni ntweriet għal 4 sigħat b’temperatura ta’ 25 ± 2°C, f’kundizzjonijiet ta’ dawl normali. Il- konċentrati ttestjati nħażnu f'temperatura ta' 25 ± 2°C għal 12-il siegħa and 24 siegħa rispettivament wara r-rikostituzzjoni, u mbagħad dilwiti.

Mil-lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet tal- ħżin waqt l-użu qabel u l-kundizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent u normalment ma jkunux ta’ aktar minn 24 siegħa b’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, sakemm ma tkunx seħħet rikostituzzjoni/dilwizzjoni f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u vvalidati.

Rimi

Kull prodott mhux użat jew materjal ta’ skart għandu jintrema skont rekwiżiti lokali. L-affarijiet kollha li ntużaw għall-għoti tal-mediċina jew it-tindif ta’ wara, inkluż l-ingwanti, għandhom jitpoġġew f’boroż speċjali għal materjal ta’ riskju għoli għall-inċinerazzjoni b’temperaturi għolja. Skart likwidu jista’ jiġi fflaxjat billi jintefgħu ammont kbar ta’ ilma fuqu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati