Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pramipexole Accord (pramipexole dihydrochloride monohydrate) – Fuljett ta’ tagħrif - N04BC05

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPramipexole Accord
Kodiċi ATCN04BC05
Sustanzapramipexole dihydrochloride monohydrate
ManifatturAccord Healthcare Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Pramipexole Accord 0.088 mg pilloli

Pramipexole Accord 0.18 mg pilloli

Pramipexole Accord 0.35 mg pilloli

Pramipexole Accord 0.7 mg pilloli

Pramipexole Accord 1.1 mg pilloli

Pramipexole

Aqra sew dan il-fuljett qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Pramipexole Accord u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma Pramipexole Accord

3.Kif għandek tieħu Pramipexole Accord

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pramipexole Accord

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pramipexole Accord u għalxiex jintuża

Pramipexole Accord jappartjeni għal grupp ta’ prodotti mediċinali magħrufa bħala agonisti ta’ dopamine, li jistimulaw ir-riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ. L-istimulazzjoni tar-riċetturi ta’ dopamine tikkawża impulsi tan-nervituri fil-moħħ li jgħinu biex jikkontrollaw il-movimenti tal-ġisem.

Pramipexole Accord jintuża biex:

-jikkura s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson primarja. Jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ levodopa (mediċina oħra għall-marda ta’ Parkinson).

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Pramipexole Accord

Tiħux Pramipexole Accord

-jekk inti allerġiku għal pramipexole jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek (jew kellek), jew jekk tiżviluppa kwalunkwe kundizzjonijiet jew sintomi mediċi, speċjalment xi waħda minn dawn li ġejjin:

-Mard tal-kliewi.

-Alluċinazzjonijiet (tara, tisma’ jew tħoss affarijiet li ma jkunux hemm). Il-biċċa l-kbira tal- alluċinazzjonijiet huma viżwali.

-Diskinesija (eż. movimenti anormali, mingħajr kontroll tad-dirgħajn/riġlejn). Jekk għandek marda ta’ Parkinson li qiegħda fi stadju avvanzat u qed tieħu wkoll levodopa, inti tista’ tiżviluppa diskinesija matul it-titrazzjoni ’l fuq ta’ Pramipexole Accord.

-Irqad u episodji li torqod għal għarrieda

-Użu eċċessiv u xenqa għall-prodott

-Psikosi, (eż. komparabbli ma’ sintomi tal-iskiżofrenja).

-Indeboliment fil-vista. Għandek tagħmel eżamijiet regolari tal-għajnejn matul il-kura bi Pramipexole Accord.

-Mard sever tal-qalb jew tal-vini jew arterji. Ser ikollok bżonn li jkollok il-pressjoni tad-demm tiegħek iċċekkjata regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura. Dan biex tiġi evitata pressjoni tad- demm baxxa li tiddependi mill-qagħda (pressjoni tad-demm li titbaxxa malli tqum bilwieqfa).

-Awmentazzjoni. Jista’ jkollok sintomi li jibdew aktar kmieni min-normal, ikunu aktar intensi, u jinvolvu xi driegħ/riġel ieħor li qabel ma kienx affettwat.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti jew il-familja tiegħek/il-persuna li qed tieħu ħsiebek jinnutaw li inti qed tiżviluppa xenqat jew impulsi qawwija li ġġib ruħek b’modi li mhumiex tas-soltu għalik u ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, ix-xewqa jew it-tentazzjoni biex twettaq ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik innifsek jew għall-oħrajn. Dawn jissejħu disturbi fil-kontroll tal-impulsi u jistgħu jinkludu mġiba bħal logħob tal-azzard li jsir vizzju, li tiekol jew tonfoq b’mod eċċessiv, li jkollok aptit sesswali qawwi b’mod mhux normali jew preokkupazzjoni b’żieda fi ħsibijiet jew sensazzjonijiet sesswali. It- tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta jew iwaqqaf id-doża tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti jew il-familja tiegħek/il-persuna li qed tieħu ħsiebek jinnutaw li inti qed tiżviluppa manija (aġitazzjoni, tħossok ferħan jew eċċitat iżżejjed) jew delirju (tnaqqis fl-għarfien, konfużjoni jew telf tar-realtà). It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta jew iwaqqaf id-doża tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Pramipexole Accord mhuwiex rakkomandat għall-użu fi tfal jew adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Pramipexole Accord

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini, prodotti mediċinali li ġejjin mill-ħxejjex, health foods jew supplimenti li ksibt mingħajr riċetta.

Għandek tevita li tieħu Pramipexole Accord flimkien ma’ mediċini antipsikotiċi.

Oqgħod attent jekk qed tieħu l-mediċini li ġejjin:

-cimetidine (għall-kura ta’ aċidu eċċessiv fl-istonku u ulċeri fl-istonku);

-amantadine (li jista’ jintuża għall-kura tal-marda ta’ Parkinson);

-mexiletine (għall-kura ta’ taħbit irregolari tal-qalb, kundizzjoni magħrufa bħala arritmija ventrikulari);

-zidovudine (li jista’ jintuża għall-kura tas-Sindrome tad-Defiċjenza Immuni Miksuba (AIDS), marda tas-sistema immuni tal-bniedem;

-cisplatin (għall-kura ta’ diversi tipi ta’ kanċer);

-quinine (li jista’ jintuża għall-prevenzjoni ta’ bugħawwieġ bl-uġigħ fir-riġlejn matul il-lejl u għall- kura ta’ tip ta’ malarja magħrufa bħala malarja falciparum (malarja malinna));

-procainamide (għall-kura ta’ taħbit irregolari tal-qalb).

Jekk qed tieħu levodopa, hu rrakkomandat li d-doża ta’ levodopa titnaqqas meta tibda l-kura bi Pramipexole Accord.

Oqgħod attenta/a jekk qed tuża kwalunkwe mediċini li jikkalmawk (li għandhom effett sedattiv) jew jekk qed tixrob l-alkoħol. F’dawn il-każijiet Pramipexole Accord jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq u tħaddem xi makkinarju.

Pramipexole Accord ma’ ikel, xorb u alkoħol

Għandek toqgħod attent/a meta tixrob l-alkoħol matul il-kura bi Pramipexole Accord. Pramipexole Accord jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek imbagħad ser jiddiskuti miegħek jekk għandekx tkompli tieħu Pramipexole Accord.

L-effett ta’ Pramipexole Accord fuq it-tarbija fil-ġuf mhuwiex magħruf. Għalhekk, tiħux Pramipexole Accord jekk inti tqila ħlief jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk.

Pramipexole Accord m’għandux jintuża waqt it-treddigħ. Pramipexole Accord jista’ jnaqqas il- produzzjoni tal-ħalib tas-sider. Jista’ wkoll jgħaddi ġol-ħalib tas-sider u jista’ jilħaq lit-tarbija tiegħek. Jekk l-użu ta’ Pramipexole Accord ma jkunx jista’ jiġi evitat, it-treddigħ għandu jitwaqqaf.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Pramipexole Accord jista’ jikkawża alluċinazzjonijiet (tara, tisma’ jew tħoss affarijiet li ma jkunux hemm). Jekk tkun affettwat/a, issuqx u tħaddimx magni.

Pramipexole Accord kien assoċjat ma’ ngħas u episodji ta’ rqad li jiġi f’daqqa, partikularment f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson. Jekk ikollok dawn l-effetti sekondarji, m’għandekx issuq jew tħaddem xi makkinarju. Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk dan iseħħ.

3.Kif għandek tieħu Pramipexole Accord

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib ser jagħtik parir fuq id-dożaġġ korrett.

Pramipexole Accord jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. Ibla’ l-pilloli mal-ilma.

Il-marda ta’ Parkinson

Id-doża ta’ kuljum trid tittieħed maqsuma fi 3 dożi ugwali.

Matul l-ewwel ġimgħa, id-doża normali hi ta’ pillola waħda ta’ Pramipexole Accord 0.088 mg tliet darbiet kuljum (ekwivalenti għal 0.264 mg kuljum):

 

1el ġimgħa

Numru ta’ pilloli

1 pillola 0.088 mg ta’ Pramipexole Accord tliet darbiet

 

kuljum

Doża totali ta’ kuljum

0.264

(mg)

 

Din ser tiżdied kull 5-7 ijiem skont kif jindikalek it-tabib tiegħek sakemm is-sintomi tiegħek ikunu kkontrollati (doża ta’ manteniment).

 

2ni ġimgħa

3et ġimgħa

Numru ta’ pilloli

1 pillola 0.18 mg ta’

1 pillola 0.35 mg ta’

 

Pramipexole Accord tliet

Pramipexole Accord tliet

 

darbiet kuljum

darbiet kuljum

 

JEW

JEW

 

2 pilloli 0.088 mg ta’

2 pilloli 0.18 mg ta’

 

Pramipexole Accord tliet

Pramipexole Accord tliet

 

darbiet kuljum

darbiet kuljum

Doża totali ta’ kuljum

0.54

1.1

(mg)

 

 

Id-doża normali ta’ manteniment hi ta’ 1.1 mg kuljum. Madankollu, id-doża tiegħek jista’ jkollha tiżdied anki iktar minn hekk. Jekk ikun meħtieġ, it-tabib tiegħek jista’ jżid id-doża tal-pilloli tiegħek sa massimu ta’ 3.3 mg ta’ pramipexole kuljum. Doża ta’ manteniment iktar baxxa ta’ tliet pilloli ta’ Pramipexole Accord 0.088 mg kuljum hi wkoll possibbli.

 

L-inqas doża ta’

L-ogħla doża ta’

 

manteniment

manteniment

Numru ta’ pilloli

1 pillola 0.088 mg ta’

1 pillola 1.1 mg ta’

 

Pramipexole Accord tliet

Pramipexole Accord tliet

 

darbiet kuljum

darbiet kuljum

Doża totali ta’ kuljum

0.264

3.3

(mg)

 

 

Pazjenti b’mard tal-kliewi

Jekk għandek mard moderat jew sever tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jagħtik riċetta għal doża iktar baxxa. F’dan il-każ, inti ser ikollok tieħu l-pilloli biss darba jew darbtejn kuljum. Jekk għandek mard moderat tal-kliewi, id-doża tal-bidu hi ta’ pillola waħda ta’ Pramipexole Accord 0.088 mg darbtejn kuljum. Meta jkun hemm mard sever tal-kliewi, id-doża normali tal-bidu hi ta’ pillola waħda ta’ Pramipexole Accord 0.088 mg kuljum biss.

Jekk tieħu Pramipexole Accord aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda,

-Ikkuntattja immedjament lit-tabib tiegħek jew lill-eqreb dipartiment tal-emerġenza tal-isptar għal parir.

-Jista’ jkollok rimettar, nuqqas ta’ kwiet f’ġismek, jew kwalunkwe mill-effetti sekondarji deskritti f’Kapitlu 4 “Effetti sekondarji possibbli”.

Jekk tinsa tieħu Pramipexole Accord

Tinkwetax. Sempliċement ħalli barra dik id-doża kompletament u mbagħad ħu d-doża tiegħek li jmiss fil-ħin tagħha. Tippruvax tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Pramipexole Accord

Tiqafx tieħu Pramipexole Accord mingħajr ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek. Jekk ikollok tieqaf tieħu din il-mediċina, it-tabib tiegħek ser inaqqas id-doża gradwalment. Dan inaqqas ir-riskju li s-sintomi jmorru għall-agħar.

Jekk tbati mill-marda ta’ Parkinson, m’għandekx twaqqaf il-kura bi Pramipexole Accord f’daqqa. It- twaqqif f’daqqa jista’ jkun il-kawża li tiżviluppa kundizzjoni medika msejħa sindrome malinn newroleptiku li jista’ jirrappreżenta riskju maġġuri għas-saħħa. Is-sintomi jinkludu:

-akinesija (telf ta’ moviment tal-muskoli),

-muskoli ibsin,

-deni,

-pressjoni tad-demm instabbli,

-takikardija (żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb),

-konfużjoni,

-livell baxx ta’ koxjenza (eż. koma).

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Pramipexole Accord jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. L-evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti sekondarji hi bbażata fuq il-frekwenzi li ġejjin:

Komuni ħafna

jaffettwaw iktar minn utent 1 minn kull 10

Komuni

jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 100

 

Mhux komuni

jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 1,000

Rari

jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 10,000

Rari ħafna

jaffettwaw inqas minn utent 1 minn kull 10,000

Mhux magħruf

ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data

 

disponibbli

Jekk tbati mill-marda ta’ Parkinson, jista’ jkollok l-effetti sekondarji li ġejjin:

Komuni ħafna:

-Diskinesija (eż. movimenti anormali, mingħajr kontroll tad-dirgħajn/riġlejn)

-Irqad

-Sturdament

-Nawseja (dardir)

Komuni:

-Xewqa kbira li ġġib ruħek b’mod mhux tas-soltu

-Alluċinazzjonijiet (tara, tisma’ jew tħoss affarijiet li ma jkunux hemm)

-Konfużjoni

-Għeja

-Ma tkunx tista’ torqod (insomnja)

-Fluwidu eċċessiv, normalment fir-riġlejn (edema periferali)

-Uġigħ ta’ ras

-Ipotensjoni (pressjoni tad-demm baxxa)

-Ħolm anormali

-Stitikezza

-Indeboliment tal-vista

-Rimettar

-Tnaqqis fil-piż li jinkludi telf fil-piż

Mhux komuni:

-Paranojja (eż. biża’ eċċessiv għall-benesseri tiegħek)

-Delużjoni

-Irqad eċċessiv matul il-ġurnata u li torqod għal għarrieda

-Amnesija (disturb fil-memorja)

-Iperkinesija (żieda fil-movimenti tal-ġisem u ma tkunx kapaċi toqgħod bla ma tiċċaqlaq)

-Żieda fil-piż

-Reazzjonijiet allerġiċi (eż. raxx, ħakk, sensittività eċċessiva)

-Iħossok ħażin

-Insuffiċjenza kardijaka (problemi tal-qalb li jistgħu jikkawża qtugħ ta’ nifs jew nefħa fl-għekiesi)*

-Tnixxija mhux kif suppost ta’ ormon antidijuretiku*

-Nuqqas ta’ kwiet f’ġismek

-Dispneja (diffikultajiet biex tieħu n-nifs)

-Sulluzzu

-Pnewmonja (infezzjoni tal-pulmun)

-Ma tkunx kapaċi tirreżisti l-impuls, ix-xewqa jew it-tentazzjoni li twettaq azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li tista’ tinkludi:

-Impuls qawwi li tilgħab logħob tal-azzard/tagħmel imħatri b’mod eċċessiv minkejja konsegwenzi serji personali jew għall-familja.

-Interess sesswali mibdul jew miżjud u mġiba ta’ tħassib sinifikanti għalik jew għall-oħrajn, pereżempju, żieda fl-aptit sesswali.

-Xiri jew infiq bla kontroll u eċċessiv

-Ikel bl-addoċċ (tiekol ammonti kbar ta’ ikel fi ftit ħin) jew tiekol b’mod kompulsiv (tiekol aktar ikel minn normal u aktar milli jkun hemm bżonn biex tissodisfa l-ġuħ tiegħek)*

-Delirju (tnaqqis fl-għarfien, konfużjoni, telf tar-realtà)

-Rari:Manija (aġitazzjoni, tħossok ferħan jew eċċitat iżżejjed)

Mhux magħruf:

Wara li twaqqaf jew tnaqqas it-trattament ta’ Pramipexole Accord tiegħek: Jistgħu jseħħu depressjoni, apatija, ansjetà, għeja kbira, għaraq jew uġigħ (imsejħa sindrome tat-twaqqif ta’ agonist ta’ dopamine jew DAWS [dopamine agonist withdrawal syndrome]).

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-imġibiet; hu se jiddiskuti miegħek modi ta’ kif timmaniġġja jew tnaqqas is-sintomi.

Għall-effetti sekondarji mmarkati b’asterisk (*), stima preċiża ta’ frekwenza mhijiex possibbli, għax dawn l-effetti sekondarji ma kinux osservati fi studji kliniċi fost 2,762 pazjent ikkurati bi pramipexole. Il-kategorija ta’ frekwenza probabbilment mhijiex ikbar minn “mhux komuni”.

Jekk tbati minn indikazzjoni oħra, jista’ jkollok l-effetti sekondarji li ġejjin:

Komuni ħafna:

-Nawseja (dardir)

Komuni:

-Tibdil fir-rittmu tal-irqad, bħal problemi biex torqod (insomnja) u rqad

-Għeja

-Uġigħ ta’ ras

-Ħolm anormali

-Stitikezza

-Sturdament

-Rimettar (tkun imdardar)

Mhux komuni:

-Xewqa kbira li ġġib ruħek b’mod mhux tas-soltu

-Insuffiċjenza kardijaka (problemi tal-qalb li jistgħu jikkawża qtugħ ta’ nifs jew nefħa fl-għekiesi)

-Tnixxija mhux kif suppost ta’ ormon antidijuretiku*

-Diskinesija (eż. movimenti anormali, mingħajr kontroll tad-dirgħajn/riġlejn)

-Iperkinesija (żieda fil-movimenti tal-ġisem u ma tkunx kapaċi twaqqafhom)

-Paranojja (eż. biża’ eċċessiv għall-benesseri tiegħek)

-Delużjoni*

-Amnesija (disturb fil-memorja)*

-Alluċinazzjonijiet (tara, tisma’ jew tħoss affarijiet li ma jkunux hemm)

-Konfużjoni

-Irqad eċċessiv matul il-ġurnata u li torqod għal għarrieda

-Żieda fil-piż

-Ipotensjoni (pressjoni tad-demm baxxa)

-Fluwidu eċċessiv, normalment fir-riġlejn (edema periferali)

-Reazzjonijiet allerġiċi (eż. raxx, ħakk, sensittività eċċessiva)

-Iħossok ħażin

-Nuqqas ta’ kwiet f’ġismek

-Indeboliment tal-vista

-Tnaqqis fil-piż li jinkludi nuqqas t’aptit

-Dispnea (diffikultajiet biex tieħu n-nifs)

-Sulluzzu

-Pnewmonja (infezzjoni tal-pulmun)

-Ma tkunx kapaċi tirreżisti l-impuls, ix-xewqa jew it-tentazzjoni li twettaq azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li tista’ tinkludi:

-Impuls qawwi li tilgħab logħob tal-azzard/tagħmel imħatri b’mod eċċessiv minkejja konsegwenzi serji personali jew tal-familja.*

-Interess sesswali mibdul jew miżjud u mġiba ta’ tħassib sinifikanti għalik jew għall-oħrajn, pereżempju, żieda fl-aptit sesswali.*

-Xiri jew infiq bla kontroll u eċċessiv*

-Ikel bl-addoċċ (tiekol ammonti kbar ta’ ikel fi ftit ħin) jew tiekol b’mod kompulsiv (tiekol aktar ikel minn normal u aktar milli jkun hemm bżonn biex tissodisfa l-ġuħ tiegħek)*

-Manija (aġitazzjoni, tħossok ferħan jew eċċitat iżżejjed)*

-Delirju (tnaqqis fl-għarfien, konfużjoni, telf tar-realtà)*

Mhux magħruf:

Wara li twaqqaf jew tnaqqas it-trattament ta’ Pramipexole Accord tiegħek: Jistgħu jseħħu depressjoni, apatija, ansjetà, għeja kbira, għaraq jew uġigħ (imsejħa sindrome tat-twaqqif ta’ agonist ta’ dopamine jew DAWS [dopamine agonist withdrawal syndrome]).

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-imġibiet; hu se jiddiskuti miegħek modi ta’ kif timmaniġġja jew tnaqqas is-sintomi.

Għall-effetti sekondarji mmarkati b’asterisk (*), stima preċiża ta’ frekwenza mhijiex possibbli, għax dawn l-effetti sekondarji ma kinux osservati fi studji kliniċi fost 1,395 pazjent ikkurati bi pramipexole. Il-kategorija ta’ frekwenza probabbilment mhijiex aktar minn “mhux komuni”.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Pramipexole Accord

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen f’temperatura inqas minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ l-pilloli mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pramipexole Accord pillola:

Is-sustanza attiva hi pramipexole.

Kull pillola fiha 0.125 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 0.088 mg pramipexole.

Kull pillola fiha 0.25 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 0.18 mg pramipexole.

Kull pillola fiha 0.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 0.35 mg pramipexole.

Kull pillola fiha 1.0 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 0.7 mg pramipexole.

Kull pillola fiha 1.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 1.1 mg pramipexole.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma mannitol, cellulose microcrystalline, maize starch, silica colloidal anhydrous, povidone K 30 u magnesium stearate.

Kif jidher Pramipexole Accord u l-kontenut tal-pakkett

Pramipexole Accord 0.088 mg

pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I1’ fuq naħa u xejn min-naħa l-oħra

Pramipexole Accord 0.018 mg

pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I’ u ‘2’ fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-qsim fuq naħa waħda u linja tal-qsim fuq in-naħa l-oħra.

Pramipexole Accord 0.35 mg

pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I’ u ‘3’ fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-qsim fuq naħa waħda u linja tal-qsim fuq in-naħa l-oħra.

Pramipexole Accord 0.7 mg pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I’ u ‘4’ fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-qsim fuq naħa waħda u linja tal-qsim fuq in-naħa l-oħra.

Pramipexole Accord 1.1 mg

pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I’ u ‘5’ fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-qsim fuq naħa waħda u linja tal-qsim fuq in-naħa l-oħra.

Il-qawwiet kollha ta’ Pramipexole Accord pilloli huma disponibbli fil-folji alu-alu ta’ 10 pilloli kull strixxa, f’kartuniet li fihom 3 jew 10 strixxi ta’ folji (30 jew 100 pillola).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u Manifattur

Accord Healthcare Limited,

Sage House, 319 Pinner road,

North Harrow

HA1 4HF, Middlesex, Ir-Renju Unit

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati