Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pramipexole Teva (pramipexole dihydrochloride monohydrate) – Fuljett ta’ tagħrif - N04BC05

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPramipexole Teva
Kodiċi ATCN04BC05
Sustanzapramipexole dihydrochloride monohydrate
ManifatturTeva Pharma B.V.

Fuljet ta’ tagħrif: Informzzjoni għall-utent

PRAMIPEXOLE TEVA 0.088 MG PILLOLI

PRAMIPEXOLE TEVA 0.18 MG PILLOLI

PRAMIPEXOLE TEVA 0.35 MG PILLOLI

PRAMIPEXOLE TEVA 0.7 MG PILLOLI

Pramipexole

Aqra sew dan il-fuljett qabel ma tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Pramipexole Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pramipexole Teva

3.Kif għandek tieħu Pramipexole Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pramipexole Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pramipexole Teva u għalxiex jintuża

Pramipexole Teva fih is-sustanza attiva pramipexole u jappartjeni għal grupp ta’ prodotti mediċinali magħrufa bħala agonisti ta’ dopamine, li jistimulaw ir-riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ. L- istimulazzjoni tar-riċetturi ta’ dopamine tikkawża impulsi tan-nervituri fil-moħħ li jgħinu biex jikkontrollaw il-movimenti tal-ġisem.

Pramipexole Teva jintuża biex jikkura s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson primarja fl-adulti. Jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ levodopa (mediċina oħra għall-marda ta’ Parkinson).

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pramipexole Teva

Tiħux Pramipexole Teva:

jekk inti allerġiku għal pramipexole jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Pramipexole Teva. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek (jew kellek), jew jekk tiżviluppa kwalunkwe kundizzjonijiet jew sintomi mediċi, speċjalment xi waħda minn dawn li ġejjin:

Mard tal-kliewi.

Alluċinazzjonijiet (tara, tisma’ jew tħoss affarijiet li ma jkunux hemm). Il-biċċa l-kbira tal- alluċinazzjonijiet huma viżwali.

Diskinesija (eż. movimenti anormali, mingħajr kontroll tad-dirgħajn/riġlejn). Jekk għandek marda ta’ Parkinson li qiegħda fi stadju avvanzat u qed tieħu wkoll levodopa, inti tista’ tiżviluppa diskinesija matul it-titrazzjoni ’l fuq ta’ Pramipexole Teva.

Irqad u episodji li torqod għal għarrieda.

Psikosi, (eż. komparabbli ma’ sintomi tal-iskiżofrenja).

Indeboliment fil-vista. Għandek tagħmel eżamijiet regolari tal-għajnejn matul il-kura bi Pramipexole Teva.

Mard sever tal-qalb jew tal-vini jew arterji. Ser ikollok bżonn li jkollok il-pressjoni tad-demm tiegħek iċċekkjata regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura. Dan biex tiġi evitata pressjoni tad- demm baxxa li tiddependi mill-qagħda (pressjoni tad-demm li titbaxxa malli tqum bilwieqfa).

Awmentazzjoni. Jista’ jkollok sintomi li jibdew aktar kmieni min-normal, ikunu aktar intensi, u jinvolvu xi driegħ/riġel ieħor li qabel ma kienx affettwat.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti jew il-familja tiegħek/il-persuna li qed tieħu ħsiebek jinnutaw li inti qed tiżviluppa xenqat jew impulsi qawwija li ġġib ruħek b’modi li mhumiex tas-soltu għalik u ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, ix-xewqa jew it-tentazzjoni biex twettaq ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik innifsek jew għall-oħrajn. Dawn jissejħu disturbi fil-kontroll tal-impulsi u jistgħu jinkludu mġiba bħal logħob tal-azzard li jsir vizzju, li tiekol jew tonfoq b’mod eċċessiv, li jkollok aptit sesswali qawwi b’mod mhux normali jew preokkupazzjoni b’żieda fi ħsibijiet jew sensazzjonijiet sesswali. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta jew iwaqqaf id-doża tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti jew il-familja tiegħek/il-persuna li qed tieħu ħsiebek jinnutaw li inti qed tiżviluppa manija (aġitazzjoni, tħossok ferħan jew eċċitat iżżejjed) jew delirju (tnaqqis fl-għarfien, konfużjoni, telf tar-realtà). It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta jew iwaqqaf id-doża tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Pramipexole Teva mhuwiex rakkomandat għall-użu fi tfal jew adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Pramipexole Teva

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini, prodotti mediċinali li ġejjin mill-ħxejjex, health foods jew supplimenti li ksibt mingħajr riċetta.

Għandek tevita li tieħu Pramixpexole Teva flimkien ma’ mediċini antipsikotiċi.

Oqgħod attent jekk qed tieħu l-mediċini li ġejjin:

-cimetidine (għall-kura ta’ aċidu eċċessiv fl-istonku u ulċeri fl-istonku);

-amantadine (li jista’ jintuża għall-kura tal-marda ta’ Parkinson);

-mexiletine (għall-kura ta’ taħbit irregolari tal-qalb, kundizzjoni magħrufa bħala arritmija ventrikulari);

-zidovudine (li jista’ jintuża għall-kura tas-Sindrome tad-Defiċjenza Immuni Miksuba (AIDS), marda tas-sistema immuni tal-bniedem;

-cisplatin (għall-kura ta’ diversi tipi ta’ kanċers);

-quinine (li jista’ jintuża għall-prevenzjoni ta’ bugħawwieġ bl-uġigħ fir-riġlejn matul il-lejl u għall- kura ta’ tip ta’ malarja magħrufa bħala malarja falciparum (malarja malinna));

-procainamide (għall-kura ta’ taħbit irregolari tal-qalb).

Jekk qed tieħu levodopa, hu rakkomandat li d-doża ta’ levodopa titnaqqas meta tibda l-kura bi Pramipexole Teva.

Oqgħod attenta/a jekk qed tuża kwalunkwe mediċini li jikkalmawk (li għandhom effett sedattiv) jew jekk qed tixrob l-alkoħol. F’dawn il-każijiet Pramipexole Teva jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq u tħaddem xi makkinarju.

Pramipexole ma’ ikel, xorb u alkoħol

Għandek toqgħod attent/a meta tixrob l-alkoħol matul il-kura bi Pramipexole Teva. Pramixpexole Teva jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek imbagħad ser jiddiskuti miegħek jekk għandekx tkompli tieħu Pramixpexole Teva.

L-effett ta’ Pramipexole Teva fuq it-tarbija mhix imwielda mhuwiex magħruf. Għalhekk, tiħux Pramipexole Teva jekk inti tqila ħlief jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk.

Pramipexole Teva m’għandux jintuża waqt it-treddigħ. Pramipexole Teva jista’ jnaqqas il-produzzjoni tal-ħalib tas-sider. Jista’ wkoll jgħaddi ġol-ħalib tas-sider u jista’ jilħaq lit-tarbija tiegħek. Jekk l-użu ta’ Pramipexole Teva ma jkunx jista’ jiġi evitat, it-treddigħ għandu jitwaqqaf.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Pramipexole Teva jista’ jikkawża alluċinazzjonijiet (tara, tisma’ jew tħoss affarijiet li ma jkunux hemm). Jekk tkun affettwat/a, issuqx u tużax magni.

Pramipexole Teva kien assoċjat ma’ ngħas u episodji ta’ rqad li jiġi f’daqqa, partikularment f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson. Jekk ikollok dawn l-effetti sekondarji, m’għandekx issuq jew tħaddem xi makkinarju. Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk dan iseħħ.

3.Kif għandek tieħu Pramipexole Teva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib ser jagħtik parir fuq id-dożaġġ korrett

Pramipexole Teva jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. Ibla’ l-pilloli mal-ilma.

Id-doża ta’ kuljum trid tittieħed maqsuma fi 3 dożi ugwali.

Matul l-ewwel ġimgħa, id-doża normali hi ta’ pillola waħda ta’ Pramipexole Teva 0.088 mg tliet darbiet kuljum (ekwivalenti għal 0.264 mg kuljum):

 

1el ġimgħa

Numru ta’ pilloli

1 pillola ta’ Pramipexole Teva 0.088 mg tliet darbiet

 

kuljum

Doża totali ta’ kuljum

0.264

(mg)

 

Din ser tiżdied kull 5-7 ijiem skont kif jindikalek it-tabib tiegħek sakemm is-sintomi tiegħek ikunu kkontrollati (doża ta’ manteniment).

 

2ni ġimgħa

3et ġimgħa

Numru ta’ pilloli

1 pillola ta’ Pramipexole

1 pillola ta’ Pramipexole

 

Teva 0.18 mg tliet darbiet

Teva 0.35 mg tliet darbiet

 

kuljum

kuljum

 

JEW

JEW

 

2 pilloli ta’ Pramipexole

2 pilloli ta’ Pramipexole

 

 

 

Teva 0.088 mg tliet darbiet

Teva 0.18 mg tliet darbiet

 

kuljum

kuljum

Doża totali ta’ kuljum

0.54

1.1

(mg)

 

 

Id-doża normali ta’ manteniment hi ta’ 1.1 mg kuljum. Madankollu, id-doża tiegħek jista’ jkollha tiżdied anke aktar minn hekk. Jekk ikun meħtieġ, it-tabib tiegħek jista’ jżid id-doża tal-pilloli tiegħek sa massimu ta’ 3.3 mg ta’ pramipexole kuljum. Doża ta’ manteniment aktar baxxa ta’ tliet pilloli ta’ Pramipexole Teva ta’ 0.088 mg kuljum hi wkoll possibbli.

 

L-inqas doża ta’

L-ogħla doża ta’

 

manteniment

manteniment

Numru ta’ pilloli

1 pillola ta’ Pramipexole

1 pillola li fiha 1.1 mg

 

Teva 0.088 mg tliet darbiet

pramipexole tliet darbiet

 

kuljum

kuljum

Doża totali ta’ kuljum

0.264

3.3

(mg)

 

 

Pazjenti b’mard tal-kliewi

Jekk għandek mard moderat jew sever tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jagħtik riċetta għal doża aktar baxxa. F’dan il-każ, inti ser ikollok tieħu l-pilloli biss darba jew darbtejn kuljum. Jekk għandek mard moderat tal-kliewi, id-doża tal-bidu hi ta’ pillola waħda ta’ Pramipexole Teva ta’ 0.088 mg darbtejn kuljum. Meta jkun hemm mard sever tal-kliewi, id-doża normali tal-bidu hi ta’ pillola waħda ta’ Pramipexole Teva 0.088 mg kuljum biss.

Jekk tieħu Pramipexole Teva aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda,

Ikkuntattja immedjament lit-tabib tiegħek jew lill-eqreb dipartiment tal-emerġenza tal-isptar għal parir.

Jista’ jkollok rimettar, nuqqas ta’ kwiet f’ġismek, jew kwalunkwe mill-effetti sekondarji deskritti f’sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”.

Jekk tinsa tieħu Pramipexole Teva

Tinkwetax. Sempliċement ħalli barra dik id-doża kompletament u mbagħad ħu d-doża tiegħek li jmiss fil-ħin tagħha. Tippruvax tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Pramipexole Teva

Tiqafx tieħu Pramipexole Teva mingħajr ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek. Jekk ikollok tieqaf tieħu din il-mediċina, it-tabib tiegħek ser inaqqas id-doża gradwalment. Dan inaqqas ir-riskju li s- sintomi jmorru għall-agħar.

Jekk tbati mill-marda ta’ Parkinson, m’għandekx twaqqaf il-kura bi Pramipexole Teva f’daqqa. It- twaqqif f’daqqa jista’ jkun il-kawża li tiżviluppa kundizzjoni medika msejħa sindrome malinn newroleptiku li jista’ jirrappreżenta riskju maġġuri għas-saħħa. Is-sintomi jinkludu:

-akinesija (telf ta’ moviment tal-muskoli),

-muskoli ibsin,

-deni,

-pressjoni tad-demm instabbli,

-takikardija (żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb),

-konfużjoni,

-livell baxx ta’ koxjenza (eż. koma).

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti sekondarji hi bbażata fuq il-frekwenzi li ġejjin:

Komuni ħafna

jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10

Komuni

jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

Mhux komuni

jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

Rari

jistgħu jaffettwaw sa persuna1 minn kull 1,000

Rari ħafna

jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000

Komuni ħafna:

Diskinesija (eż. movimenti anormali mingħajr kontroll tad-dirgħajn/riġlejn)

Irqad

Sturdament

Nawsja (dardir)

Komuni:

Xewqa kbira li ġġib ruħek b’mod mhux tas-soltu

Alluċinazzjonijiet (tara, tisma’ jew tħoss affarijiet li ma jkunux hemm)

Konfużjoni

Għeja

Ma tkunx tista’ torqod (insomnja)

Fluwidu eċċessiv, normalment fir-riġlejn (edema periferali)

Uġigħ ta’ ras

Ipotensjoni (pressjoni tad-demm baxxa)

Ħolm anormali

Stitikezza

Indeboliment tal-vista

Rimettar

Tnaqqis fil-piż li jinkludi nuqqas t’aptit

Mhux komuni:

Paranojja (eż. biża’ eċċessiva għall-benesseri tiegħek)

Delużjoni

Irqad eċċessiv matul il-ġurnata u li torqod għal għarrieda

Amnesija (disturb fil-memorja)

Iperkinesija (żieda fil-movimenti tal-ġisem u ma tkunx kapaċi toqgħod ma titħarrikx)

Żieda fil-piż

Reazzjonijiet allerġiċi (eż. raxx, ħakk, sensittività eċċessiva)

Iħossok ħażin

Insuffiċjenza kardijaka (problemi tal-qalb li jistgħu jikkawżaw qtugħ ta’ nifs jew nefħa fl-għekiesi)*

Tnixxija mhux kif suppost ta’ tal-ormon antidijuretiku*

Nuqqas ta’ kwiet f’ġismek

Dispnea (diffikultajiet biex tieħu n-nifs)

Sulluzzu

Pnewmonja (infezzjoni tal-pulmun)

Ma tkunx kapaċi tirreżisti l-impuls, ix-xewqa jew it-tentazzjoni li twettaq azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li tista’ tinkludi:

-Impuls qawwi li tilgħab logħob tal-azzard/tagħmel imħatri b’mod eċċessiv minkejja konsegwenzi serji personali jew għall-familja.

-Interess sesswali mibdul jew miżjud u mġiba ta’ tħassib sinifikanti għalik jew għall- oħrajn, pereżempju, żieda fl-aptit sesswali.

-Xiri jew infiq bla kontroll u eċċessiv

-Ikel bl-addoċċ (tiekol ammonti kbar ta’ ikel fi ftit ħin) jew tiekol b’mod kompulsiv (tiekol aktar ikel minn normal u aktar milli jkun hemm bżonn biex tissodisfa l-ġuħ tiegħek)*

Delirju (tnaqqis fl-għarfien, konfużjoni, telf tar-realtà)

Rari:

Manija (aġitazzjoni, tħossok ferħan jew eċċitat iżżejjed)

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-imġibiet; hu se jiddiskuti miegħek modi ta’ kif timmaniġġja jew tnaqqas is-sintomi.

Għall-effetti sekondarji mmarkati b’asterisk (*), stima preċiża ta’ frekwenza mhijiex possibbli, għax dawn l-effetti sekondarji ma kinux osservati fi studji kliniċi fost 2,762 pazjent ikkurati bi pramipexole.

Il-kategorija ta’ frekwenza probabbilment mhijiex ikbar minn “mhux komuni”.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Pramipexole Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25ºC.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pramipexole Teva

Is-sustanza attiva hi pramipexole.

Kull pillola fiha 0.088 mg, 0.18 mg, 0.35 mg, 0.7 mg, jew 1.1 mg ta’ pramipexole bħala 0.125 mg, 0.25 mg, 0.5 mg, 1 mg jew 1.5 mg ta’ pramipexole dihydrochloride monohydrate, rispettivament.

Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, microcrystalline cellulose, sodium starch glycolate, povidone, magnesium stearate, sodium stearyl fumarate, colloidal silicon dioxide.

Kif jidher Pramipexole Teva u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Pramipexole Teva ta’ 0.088 mg huma bojod, tondi u fuqhom hemm intaljat il-kodiċi

"93" fuq naħa u "P1" fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Pramipexole Teva ta’ 0.18 mg huma bojod u tondi, u fuqhom hemm intaljat "P2" fuq "P2" fuq in-naħa bil-ferq u "93" fuq in-naħa l-oħra. Il-pillola tista’ tinqasam f’nofsijiet indaqs

Il-pilloli Pramipexole Teva ta’ 0.35 mg huma bojod u ovali, imbuzzati fuq żewġ naħat u li fuqhom hemm intaljat 9 b’mod vertikali mal-linja tal-ferq u 3 fuq in-naħa mnaqqxa u 8023 fuq in-naħa l-oħra. Il-pillola tista’ tinqasam f’nofsijiet indaqs

Il-pilloli Pramipexole Teva jiġu f’pakketti ta’ folji ta’ 30, 30 x 1, 50 x 1, u 100 x 1 u 100 pillola u fi flieken li fihom 90 pillola. Il-pillola tista’ tinqasam f’nofsijiet indaqs

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5, 2031GA Haarlem

L-Olanda

Manifattur

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen, L-Ungerija

Jew:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

H-2100 Gödöllő,

Táncsics Mihály út 82

L-Ungerija

Jew:

TEVA UK Ltd

Brampton Road,

Hampden Park,

Eastbourne,

East Sussex,

BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Jew:

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5,

Postbus 552,

2003 RN Haarlem

L-Olanda

Jew:

GALIEN LPS 98 rue Bellocier 89100 Sens Franza

Jew:

Teva Czech Industries s.r.o . Ostravska 29, c.p. 305

747 70 Opava-Komarov Ir-Repubblika Ceka

Jew:

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A.

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

 

Tél: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel.: +36 1 288

Tel: +420 251 007 111

64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A.S.

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

 

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

Teva GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 661 0801

 

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +(34) 91 387 32 80

Tel.: +(48) 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +(33) 1 55 91 7800

Tel: (351) 21476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel:+ 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +(421) 2 5726 7911

Puh/Tel: +358 20 180 5900

 

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel:. +39 028917981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +(46) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

 

Latvija

United Kingdom

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 323666

Tel: +(44) 1977 628 500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati