Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pravafenix (fenofibrate / pravastatin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C10BA03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPravafenix
Kodiċi ATCC10BA03
Sustanzafenofibrate / pravastatin
ManifatturLaboratoires SMB S.A.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Pravafenix 40 mg/160 mg kapsuli iebsin

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula iebsa fiha 40 mg pravastatin sodium u 160 mg fenofibrate.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Kull kapsula iebsa fiha 19 mg ta’ lattożju.

Għal-lista kompleta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula iebsa.

Kapsula iebsa, bil-parti ewlenija ħadra ċara u l-parti ta’ fuq kulur iż-żebbuġa, li fiha massa bajda fil- beġ u pillola.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pravafenix huwa indikat bħala żieda mad-dieta u trattament ieħor mhux farmakoloġiku (eż l- eżerċizzju, it-tnaqqis fil-piż) għall-kura ta' iperlipidemija mħallta f'pazjenti adulti b'riskju kardjovaskulari għoli għat-tnaqqis tat-trigliċeridi u ż-żieda fl-HDL-C meta l-livelli ta' LDL-C huma kkontrollati b'mod adegwat waqt li jkunu qed jirċievu l-kura b'monoterapija bi pravastatina 40 mg.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Qabel ma jinbeda Pravafenix, għandhom jiġu esklużi kawżi sekondarji ta’ dislipidemija kkombinata u l-pazjenti għandhom jitpoġġew fuq dieta standard għat-tnaqqis tal-kolesterol u t-trigliċeridi li għandha titkompla matul il-kura.

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata hija kapsula kuljum. Ir-restrizzjonijiet tad-dieta li jkunu ġew stabbiliti qabel il- kura għandhom jitkomplew.

Ir-rispons għall-kura għandu jiġi mmonitorjat permezz tad-determinazzjoni tal-valuri tal-lipidi fis- serum. Wara l-kura bi Pravafenix is-soltu jkun hemm tnaqqis rapidu tal-livelli tal-lipidi fis-serum, iżda l-kura għandha titwaqqaf jekk ma jintlaħaqx rispons adegwat fi żmien 3 xhur.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani (≥ 65 sena)

Il-bidu tal-kura bi Pravafenix għandu jkun deċiż wara li tkun evalwata l-funzjoni renali (ara sezzjoni 4.4 Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja). Hemm disponibbli tagħrif limitat dwar is-sikurezza ta’ Pravafenix f’pazjenti ta’ età ta’ >75 sena u għaldaqstant għandha tintuża l-kawtela.

Indeboliment renali

Pravafenix huwa kontra-indikat f’pazjenti li jkollhom indeboliment renali moderat g ħal sever (definit bħala tneħħija tal-kreatinina < 60 ml/min) (ara sezzjoni 4.3.)

Ma għandux għalfejn ikun hemm ħtieġa ta’ modifika fil-pożoloġija f’pazjenti li jkollhom indeboliment renali ħafif.

Indeboliment tal-fwied

Pravafenix mhuwiex irrakkomandat f’pazjenti li jkollhom indeboliment tal-fwied moderat u huwa kontra-indikat f’pazjenti li jkollhom indeboliment tal-fwied sever (ara sezzjoni 4.3.). Mhuwiex meħtieġ aġġustament tal-pożoloġija f’pazjenti li jkollhom indeboliment epatiku ħafif.

Popolazzjoni pedjatrika (< 18-il sena)

Ma hemmx użu relevanti ta’ Pravafenix fil-popolazzjoni pedjatrika (< 18-il sena) għall-indikazzjoni ta’ dislipidemija mħallta (ara sezzjoni 4.3).

Metodu ta’ kif għandu jingħata Użu orali.

Id-doża rrakkomandata hija kapsula waħda kuljum matul l-ikla ta’ filgħaxija. Peress li Pravafenix jiġi assorbit inqas fuq stonku vojt, dan għandu jittieħed dejjem mal-ikel (ara s-sezzjonijiet 4.5 u 5.2).

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Indeboliment epatiku sever li jinkludi ċirrożi biljari jew marda tal-fwied attiva, inkluż żidiet persistenti li ma jistgħux jiġu spjegati fit-testijiet tal-funzjoni tal-fwied (inkluż żieda tat- transaminase fis-serum) li jkunu aktar minn tliet darbiet tal-limitu ta’ fuq tan-normali (ULN) (ara sezzjoni 4.4).

Tfal u adoloxxenti (età taħt it-18-il sena).

Indeboliment renali moderat għal sever (definit bħala tneħħija tal-kreatinina stmata < 60 ml/min).

Allerġija għad-dawl jew reazzjoni tossika għad-dawl magħrufa waqt il-kura b’fibrati jew b’ketoprofen.

Mard tal-bużżieqa tal-marrara (ara sezzjoni 4.4).

Pankreatite kronika jew akuta bl-eċċezzjoni ta’ pankreatite akuta minħabba ipertrigliċeridemija severa (ara sezzjoni 4.4).

Fertilità, tqala u treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

Storja personali ta’ mijopatija u/jew rhabdomyolysis bi statins u/jew fibrati jew elevazzjoni ta’ creatine phosphokinase (CK) ikkonfermata, ogħla minn 5 darbiet il-ULN taħt kura minn qabel bi statin (ara sezzjoni 4.4).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Il-karatteristiċi farmakokinetiċi ta’ Pravafenix mhumiex identiċi għal kollox għall-amministrazzjoni flimkien tal-monterapiji eżistenti meta meħudin ma’ ikel xaħmi jew fi stat ta’ sawm. Il-pazjenti ma għandhomx jinqelbu minn għoti ħieles flimkien ta’ fenofibrate u preparazzjoni ta’ pravastatin għal

Pravafenix (ara sezzjoni 5.2.).

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Bħal f’sustanzi oħrajn li jbaxxu l-ammont ta’ lipidi, pravastatin jew fenofibrate ġew assoċjati mal-bidu ta’ mijalġija, mijpatija u f’każi rari ħafna ma’ rhabdomyolysis bi jew mingħajr insuffiċjenza renali sekondarja. Rhabdomyolysis hija kundizzjoni akuta u potenzjalment fatali tal-muskoli skeletali, li tista’ tiżviluppa fi kwalunkwe ħin waqt il-kura u hija kkaratterizzata minn distruzzjoni massiva tal- muskoli assoċjata ma’ żieda kbira fis-CK (normalment > 30 jew 40 darba l-ULN) li twassal għal mijoglobinurja.

Ir-riskju tat-tossiċità tal-muskolu huwa miżjud meta fibrat u 3-hydroxy-3-methyl-glutaryl- Coenzyme A (HMG-CoA) inibitur ta’ reductase jingħataw flimkien. Il-mijopatija trid tkun ikkunsidrata fi kwalunkwe pazjent li jippreżenta ruħu b’sintomi tal-muskoli mhux spjegabbli bħal

uġigħ jew sensittività, dgħjufija tal-muskoli, jew bugħawwiġ fil-muskoli. F’każi bħal dawn għandhom jitkejlu l-livelli tas-CK (ara taħt).

Pravastarin m’għandux jiġi mogħti flimkien ma’ fusidic acid sistemiku. Kien hemm rapporti ta’ rhabdomajlosi (li jinkludi xi fatalitajiet) f’pazjenti li r ċevew din il-kombinazzjoni (ara sezzjoni 4.5). F’pazjenti fejn l-użu sistemiku ta’ fusidic acid huwa kkonsidrat essenzjali, il-kura bl-istatins għandha titwaqqaf tul iż-żmien li jkun qed jingħata t-trattament b’aċidu fusidiku. Il-pazjent għandu jingħata parir biex ifittex parir mediku minnufih jekk jesperjenza xi sintomi ta’ dg ħufija muskolari, uġigħ jew tenerezza.

It-terapija bl-istatins tista’ tiġi introdotta mill-ġdid wara sebat ijiem mill-aħħar doża ta’ b’aċidu fusidiku. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn aċidu fusiku sistemiku fit-tul hu meħtieġ, eż għat-trattament ta’ infezzjonijiet severi, il-ħtieġa li pravastatin u aċidu fusidiku jingħataw flimkien għandha tiġi kkonsidrata biss fuq bażi ta’ każ b’każ, u taħt superviżjoni medika attenta.

Qabel il-bidu tal-kura

Il-livelli tas-CK għandhom jitkejlu qabel il-bidu tal-kura. Il-linja bażi tal-livelli CK jistgħu jkunu utli bħala referenza fil-każ ta’ żieda aktar tard waqt il-kura ta’ kombinazzjoni. Meta mkejlin, il-livelli għandhom jiġu interpretati fil-kuntest ta’ fatturi potenzjali oħrajn li jistgħu jikkawżaw ħsara temporanja tal-muskoli, bħal eżerċizzju qawwi jew trawma fil-muskoli u ripetut jekk meħtieġ.

Jekk il-livelli tas-CK ikunu għoljin b’mod sinifikanti > 5 darbiet il-ULN fil-linja bażi, ir-riżultati għandhom jiġu kkontrollati wara 5-7 jiem. Jekk dan ikun ikkonfermat, il-kura ma għandhiex tinbeda żgur (ara sezzjoni 4.3).

Waqt il-kura

Il-monitoraġġ ta’ rutina tas-CK huwa rrakkomandat b’mod sistemiku kull 3 xhur matul l-ewwel 12-il xahar tal-kura ta’ kombinazzjoni u għandu jitħalla f’idejn l-istima tat-tabib wara l-perjodu tal-bidu. Il-pazjenti għandhom jiġu mwissija li jirrapportaw mill-ewwel uġigħ, sensittività, dgħjufija jew bugħawwieġ fil-muskoli li ma jkunux spjegabbli. F’dawn l-każi għandhom jitkejlu l-livelli tas-CK.

Jekk jinstabu u jkunu ikkonfermati livelli tas-CK elevati b’mod notevoli (> 5 darbiet il-ULN), il-kura bi Pravafenix għandha titwaqqaf. Għandu jitqies ukoll it-twaqqif tal-kura jekk is-sintomi muskolari jkunu severi u jikkawżaw skumdità ta’ kuljum (ikunu xi jkunu il-livelli CK). Jekk ikun hemm suspett li jista’ jkun hemm marda muskolari ereditarja f’pazjenti b ħal dawn, mhuwiex irrakkomandat li terġa’ tinbeda l-kura bi Pravafenix.

Kien hemm rapporti rari ta’ mijopatija li tinnekrotizza medjata mis-sistema immunitarja (IMNM) waqt jew wara l-kura b’xi statini. IMNM hija kkaratterizzata klinikament b’dgħjufija persistenti tal-muskoli prossimali u b’żieda fil-kinase tal-kreatina fis-serum, li jibqgħu preżenti minkejja li jitwaqqaf it- trattament bl-istatini.

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Bħal fi prodotti mediċinali oħrajn li jnaqqsu l-ammont ta’ lipidi, ġew irrapportati żidiet moderati fil- livelli ta’ transaminase f’xi pazjenti kkurati bi pravastatin jew fenofibrate. Fil-maġġoranza tal-każi, il- livelli ta’ transaminase tal-fwied irritornaw għall-valuri tal-linja ta’ bażi tagħhom mingħajr il-ħtieġa li titwaqqaf il-kura.

Huwa rrakkomandat li l-livelli ta’ transaminase jiġu mmonitorjati kull 3 xhur matul l-ewwel 12-il xahar tal-kura u titħalla f’idejn l-istima tat-tabib wara dan il-perjodu inizjali.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jiżviluppaw żieda fil-livelli ta’ transaminase u l-kura għandha titwaqqaf jekk iż-żidiet f’aspartate aminotransferase (AST) u alanine aminotransferase (ALT) jaqbżu 3 darbiet il-ULN u jippersistu.

Għandha tintuża l-kawtela meta Pravafenix jingħata lil pazjenti li jkollhom storja ta’ mard tal-fwied jew li jkunu jikkunsmaw ammont kbir ta’ alkoħol.

Pankreatite

Ġiet irrapportata pankreatite f’pazjenti li jing ħataw fenofibrate jew pravastatin (ara sezzjoni 4.3). Din l-okkorrenza tista’ tirrappreżenta nuqqas ta’ effikaċja fil-pazjenti li għandhom ipertrigliċeridemija

severa, effett dirett tal-prodott mediċinali, jew fenomenu sekondarju medjat permezz ta’ ġebel fil- passaġġ biljari jew formazzjoni ta’ residwi, li jirriżultaw fl-imblukkar tal-passaġġ biljari komuni.

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Pravafenix huwa kontra-indikat f’indeboliment renali moderat għal sever (sezzjoni 4.3).

Huwa rrakkomandat li t-tneħħija stmata tal-kreatinina tiġi vvalutata b’mod sistemiku fil-bidu tal-kura u kull 3 xhur matul l-ewwel 12-il xahar tal-kura ta’ kombinazzjoni u mbagħad wara dan il-perjodu titħalla f’idejn il-valutazzjoni tat-tabib.

Il-kura għandha titwaqqaf fil-każ ta’ tneħħija tal-kreatinina stmata ta’ < 60 ml/min.

Marda tal-pulmun interstizjali

Ġew irrapportati każi eċċezzjonali ta’ mard tal-pulmun interstizjali b’xi statins, b’mod speċjali bil- kura fit-tul (ara sezzjoni 4.8). Il-karatteristiċi li jirriżultaw jinkludu dispnea, sogħla vojta u deterjorazzjoni fis-saħħa ġenerali (għejja, telf fil-piż u deni). Jekk ikun hemm suspett li l-pazjent

żviluppa marda tal-pulmun interstizjali, il-kura bi Pravafenix għandha titwaqqaf.

Cholelithiasis

Il-fenofibrate jista’ jżid it-tneħħija tal-kolesterol fil-bili, li jista’ potenzjalment iwassal għal cholelithiasis. Jekk ikun hemm suspett ta’ cholelithiasis, jiġu indikati studji tal-bużżieqa tal-marrara. Pravafenix għandu jitwaqqaf jekk jinstabu l-ġebel fil-marrara.

Avvenimenti Venotromboemboliċi

Fl-istudju fil-QASAM, ġiet irrapportata żieda statistikament sinifikanti ta’ emboliżmu pulmonari (0.7% fil-grupp tal-plaċebo kontra 1.1% fil-grupp tal-fenofibrate; p=0.022) u żieda statitstikament mhux sinifikanti fi trombożi profonda tal-vini (plaċebo 1.0% 48/4,900 pazjenti) kontra fenofibrate 1.4% (67/4,895); p=0.074. Ir-riskju miżjud ta’ avvenimenti trombotiċi fil-vini jista’ jkun relatat maż- żieda tal-livell ta’ homocysteine, fattur ta’ riskju għal trombożi u fatturi oħrajn mhux identifikati. Il- pertinenza klinika ta’ dan mhijiex ċara. Għalhekk għandha tintuża l-kawtela f’pazjenti li jkollhom storja ta’ emboliżmu pulmonari.

Dijabete Mellitus

Teżisti xi evidenza li tissuġerixxi li statins bħala klassi jgħollu z-zokkor fid-demm u f’xi pazjenti li qegħdin f’riskju għoli li ’l quddiem ikollhom id-dijabete, jistgħu jwasslu għal-livell ta’ ipergliċemija fejn it-trattament għal dijabete formali ikun xieraq. Dan ir-riskju huwa madankollu miżbuq bi tnaqqis fir-riskju vaskulari bi statins u għalhekk m’għandux ikun raġuni sabiex it-trattament bi statins jitwaqqaf. Pazjenti f’riskju (glukosju fid-demm waqt is-sawm ta’ 5.6 sa 6.9 mmol/l, BMI >30 kg/m2, livell għoli ta’ triglycerides, pressjoni għolja) għandhom jiġu monitorati kemm klinikament u bijokimikament skont il-linji gwida nazzjonali.

Lattożju

Dan il-prodott mediċinali fih il-lattożju. Pazjenti li jkollhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galattożju, id-defiċjenza tal-Lapp lattażi jew assobiment ħażin ta’ glukożju-lattożju ma għandhomx jieħdu dan il-prodott mediċinali.

4.5Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan il-prodott u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma kienx hemm studji formali ta’ interazzjoni għal Pravafenix; madankollu l-użu fl-istess ħin tas- sustanzi attivi f’pazjenti fi studji klini ċi ma rriżulta fl-ebda interazzjoni mhux mistennija. L-istqarrijiet li ġejjin jirriflettu l-informazzjoni disponibbli dwar is-sustanzi attivi individwali (fenofibrate u pravastatin).

Interazzjonijiet relevanti ma’ pravastatin

Colestyramine/Colestipol

Għoti fl-istess ħin irriżulta f’madwar 40 sa 50% tnaqqis fil-bijodisponibbiltà ta’ pravastatin. Ma kienx hemm tnaqqis sinifikanti fil-bijodisponibbilità jew fl-effett terapewtiku meta pravastatin ingħata siegħa qabel jew erba’ sigħat wara colestyramine jew siegħa qabel colestipol.

Ciclosporin

L-għoti fl-istess ħin ta’ pravastatin u ciclosporin iwassal għal żieda ta’ madwar 4 darbiet fl- espożizzjoni sistemika ta’ pravastatin. Madankollu f’ċerti pazjenti ż-żieda fl-espożizzjoni ta’ pravastatin tista’ tkun akbar. Huwa rrakkomandat monitoraġġ kliniku u bijokimiku tal-pazjenti li jieħdu din il-kombinazzjoni.

Prodotti mediċinali metabolizzati minn cytochrome P450

Pravastatin mhuwiex metabolizzat għal ammont klinikament sinifikanti bis-sistema ta’ cytochrome P450. Huwa għalhekk li, prodotti mediċinali li huma metabolizzati mis-sistema cytochrome P450 jew li huma inibituri tagħha jistgħu jiżdiedu ma’ reġimen stabbli ta’ pravastatin mingħajr ma jikkawżaw bidliet sinifikanti fil-livelli ta’ pravastatin fil-plasma, kif deher bi statins oħrajn. In-nuqqas ta’ interazzjoni farmakokinetika sinifikanti ma’ pravastatin intwera b’mod speċifiku għal bosta prodotti mediċinali, b’mod partikolari dawk li huma substrati/inibituri ta’ CYP3A4 eż. diltiazem, verapamil, itraconazole, ketoconazole, inibituri tal-protease, meraq tal-grejpfrut u inibituri CYP2C9 (eż. fluconazole).

F’wieħed miż-żewġ studji ta’ interazzjoni bi pravastatin u erythromycin ġiet osservata żieda statistikament sinifikanti fiż-żona ta’ taħt il-kurva (AUC) (70%) u Cmax (121%) ta’ pravastatin. Fi studju simili bi clarithromycin, ġiet osservata żieda statistikament sinifikanti fl-AUC (110%) u fis-Cmax (127%). Għalkemm dawn it-tibdiliet kienu minuri, għandha tiġi eżerċitata l-kawtela meta pravastatin jiġi assoċjat ma’ erythromycin jew ma’ clarithromycin.

Aċidu fusidiku

Interazzjoni bejn pravastatin u aċidu fusidiku jista’ jwassal għal żieda fir-riskju ta’ rabdomajlosi. Ir- riskju ta’ mijopatija li jinkludi rabdomajlosi jista’ jiżdied bl-għoti fl-istess waqt ta’ fusidic acid sistemiku ma’ statins. L-għoti fl-stess waqt ta’ din il-kombinazzjoni tsta’ tikkaġuna żieda fil- konċentrazzjonijiet ffil-plażma taż-żewġ mediċini.. Il-mekkaniżmu ta’ din l-interazzjoni (jekk hiex farmakodinamika jew farmakokinetiku, jew it-tnejn) għadha mhix magħrufa. Kien hemm rapporti ta’ rabdomajlosi (li kienu jinkludu xi fatalitajiet) f’pazjenti li qed jirċievu din il-kombinazzjoni.

Jekk it-trattament b’fusidic acid huwa meħtieġ, it-trattament b’pravastatin għandu jitwaqqaf matul il- perjodu kollu tat-trattament b’fusidic acid. Ara wkoll sezzjoni 4.4.

Prodotti mediċinali oħrajn

Fi studji ta’ interazzjoni, ma ġiet osservata l-ebda differenza statistikament sinifikanti fil- bijodisponibilità meta pravastatin ingħata ma’ acetylsalicylic acid, antaċidi (meta mogħti siegħa qabel pravastatin), nicotinic acid jew probucol.

Interazzjonijiet relevanti għal fenofibrate

Reżin tal-aċidu biljari

Reżini ta’ għaqid tal-aċidu biljari spiss inaqqsu l-assorbiment tal-prodotti mediċinali u meta r-reżini jkunu qegħdin jiġi ko-amministrati, fenofibrate għandu jittieħed siegħa qabel, jew 4 sa 6 sigħat wara r- reżin sabiex ma jimpedixxix l-assorbiment ta’ fenofibrate.

Antikoagulanti orali

Fenofibrate jsaħħaħ l-effett antikoagulanti u jista’ jżid ir-riskju ta’ fsada. Huwa rrakkomandat li d-doża ta’ antikoagulanti titnaqqas b’madwar terz fil-bidu tal-kura u mbagħad tiġi aġġustata gradwalment jekk ikun hemm bżonn skont monitoraġġ INR (Proporzjon Normalizzat Internazzjonali).

Għaldaqstant, din il-kombinazzjoni mhijiex irrakkomandata.

Ciclosporin

Xi każi serji ta’ indeboliment fil-funzjoni renali riversibbli ġew irrapportati matul għoti fl-istess ħin ta’ fenofibrate u ciclosporin. Għaldaqstant il-funzjoni renali ta’ dawn il-pazjenti għandha tiġi mmonitorjata mill-qrib u l-kura b’fenofibrate għandha titwaqqaf f’każ li jkun hemm tibdil serju fil- parametri tal-laboratorju.

Interazzjoni mal-ikel

Pravafenix għandu jittieħed mal-ikel, minħabba li l-ikel itejjeb il-bijodisponibbiltà ta’ fenofibrate (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Fil-provi kliniċi kollha l-pazjenti ntalbu jieħdu Pravafenix kuljum matul l-ikla ta’ filgħaxija u r- restrizzjonijiet tad-dieta li nbdew qabel il-kura għandhom jitkomplew. Minħabba li d-dejta tas- sikurezza u l-effikaċja attwali hija bbażata fuq amministrazzjoni mal-ikel u ma’ restrizzjonijiet fid- dieta, huwa rrakkomandat li Pravafenix jingħata mal-ikel. (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Pravafenix

Ma hemm ebda tagħrif disponibbli mill-użu kkombinat ta’ pravastatin u fenofibrate f’nisa tqal. Il- kombinazzjoni ma ġietx ittestjata fi studji tat-tossiċità riproduttiva. Ir-riskju potenzjali għall-bniedem mhuwiex magħruf. Għaldaqstant, minħabba li pravastatin huwa kontra-indikat (ara taħt), Pravafenix huwa kontra-indikat waqt it-tqala (ara sezzjoni 4.3).

Pravastatin sodium

Pravastatin huwa kontra-indikat waqt it-tqala u għandu jingħata lil nisa li jista’ jkollhom it-tfal biss meta ma jkunx probabbli li dawn il-pazjenti jikkonċepixxu u wara li jkunu ġew infurmati bir-riskju potenzjali. Hija rrakkomandata kawtela speċjali f’nisa li jista’ jkollhom it-tfal sabiex jiġi żgurat fehim xieraq tar-riskju potenzjali assoċjat mal-kura bi pravastatin waqt it-tqala. Jekk pazjenta tkun qed tippjana li toħroġ tqila jew fil-fatt toħroġ tqila, it-tabib għandu jiġi infurmat minnufih u pravastatin għandu jitwaqqaf minħabba r-riskju potenzjali għall-fetu.

Fenofibrate

Ma hemm ebda dejta mill-użu ta’ fenofibrate f’nisa tqal. Studji fl-annimali ma urew ebda effett teratoġeniku. Effetti li huma tossiċi għall-embriju ntwerew f’dożi fil-medda tat-tossiċità materna (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju potenzjali għall-bniedem mhuwiex magħruf.

Treddigħ

Pravafenix

Ma sar ebda studju bi Pravafenix f’annimali li jkunu qeg ħdin ireddgħu. Għaldaqstant, meta tiġi kkunsidrata l-kontra-indikazzjoni ta’ pravastatin matul it-treddigħ, Pravafenix huwa kontra-indikat matul it-treddigħ (ara sezzjoni 4.3).

Pravastatin sodium

Ammont żgħir ta’ pravastatin jgħaddi fil-ħalib tas-sider tal-bniedem; għaldaqstant, pravastatin huwa kontra-indikat matul it-treddigħ (ara sezzjoni 4.3).

Fenofibrate

Fenofibrate jinħareġ fil-ħalib tal-firien nisa.

Ma hemm ebda dejta dwar il-mogħdija ta’ fenofibrate u/jew il-metaboliti tiegħu fil-ħalib tas-sider tal- bniedem.

Fertilità

Fi studji ta’ tossiċità riproduttiva ma ġie osservat ebda effett fuq il-fertilità kemm b’fenofibrate kif ukoll bi pravastatin (ara sezzjoni 5.3)

Ma hemm ebda dejta dwar il-fertilità mill-użu kkombinat ta’ fenofibrate u pravastatin

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Pravafenix m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, meta tkun qed issuq vetturi jew tuża magni, għandu jiġi kkunsidrat li waqt il-kura jista’ jseħħ sturdament kif ukoll disturbi viżivi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-reazzjonijiet avversi rapportati (ADRs, reported adverse reactions) l-aktar komunement matul it- terapija bi Pravafenix huma żieda fit-transaminase u disturbi gastro-intestinali.

Lista tabulata ta' reazzjonijiet avversi

Fi provi kliniċi, aktar minn 1,566 pazjent irċevew Pravafenix. Normlament, ir-reazzjonijiet avversi kienu ħfief u temporanji.

Il-frekwenzi tar-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati skont kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10), Komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), Rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), Rari ħafna (< 1/10,000).

Sistema ta’ klassifika

Reazzjoni avversa

Frekwenza

tal-organi

 

 

Disturbi fis-sistema

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Mhux

immuni

 

komuni

Disturbi fil-

Diabetes mellitus aggravata, Obeżità

Mhux

metaboliżmu u n-

 

komuni

nutrizzjoni

 

 

Disturbi psikjatriċi

Disturb fl-irqad, diffikultà fl-irqad u ħolm ikraħ

Mhux

 

 

komuni

Disturbi fis-sistema

Sturdament, uġigħ ta’ ras, paraesteżija

Mhux

nervuża

 

komuni

 

 

 

Disturbi fil-qalb

Palpitazzjonijiet

Mhux

 

 

komuni

Disturbi gastro-

Nefħa addominali, uġigħ addominali, uġigħ fil-parti ta’ fuq tal-

Komuni

intestinali

addome, stitikezza, dijarrea, ħalq xott, dispepsija, tifwiq, gass,

 

 

dardir, skumdità addominali, rimettar.

 

Disturbi fil-fwied u fil-

Żieda fit-transaminases.

Komuni

marrara

 

 

Uġigħ fil-fwied, żieda fit-transferase tal-gammaglutamyl.

Mhux

 

 

komuni

Disturbi fil-ġilda u fit-

Prurite, urtikarja

Mhux

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

komuni

 

 

 

Disturbi muskolu-

Artralġija, uġigħ fid-dahar, żieda fil-creatine phosphokinase fid-

Mhux

skeletriċi u tat-tessuti

demm, spażmi tal-muskoli, uġigħ muskuloskeletali, mijalġija,

komuni

konnettivi

uġigħ fl-estremitajiet

 

 

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

Żieda tal-kreatinina fid-demm, tnaqqis fit-tneħħija tal-kreatinina

Mhux

sistema urinarja

mill-kliewi, żieda fit-tneħħija tal-kreatinina mill-kliewi,

komuni

 

indeboliment tal-kliewi

 

Disturbi ġenerali u

Astenja, għejja, marda simili għall-influwenza

Mhux

kondizzjonijiet ta’

 

komuni

mnejn jingħata

 

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

Żieda tal-kolesterol fid-demm, żieda tat-trigliċeridi fid-demm,

Mhux

 

żieda fil-lipoproteina ta’ densità baxxa, żieda fil-piż.

komuni

 

 

 

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Muskolu skeletali: Żidiet evidenti u persistenti ta’ creatine phosphokinase (CK) ġew irrapportati b’mod mhux frekwenti. Fi studji kliniċi, l-inċidenza ta’ żidiet importanti fi creatine phosphokinase (CK ≥ 3 darbiet il-ULN, < 5 darbiet il-ULN) kienet 1.92% għal pazjenti kkurati bi Pravafenix. Żidiet klinikamenti importanti fi creatine phosphokinase (CK ≥ 5 darbiet il-ULN, < 10 darbiet il-ULN mingħajr sintomi muskolari) intwerew f’0.38% tal-pazjenti kkurati bi Pravafenix. Żieda klinikament

importanti (CK ≥ 10 darbiet il-ULN mingħajr sintomi muskolari) dehret f’0.06% tal-pazjenti kkurati bi Pravafenix. (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet tal-fwied: Żidiet evidenti u persistenti ta’ transaminases tas-serum ġew irrapportati b’mod mhux frekwenti. Fi studji kliniċi, l-inċidenza ta’ żidiet importanti fit-transaminases tas-serum (ALT u/jew AST ≥ 3 darbiet il-ULN, < 5 darbiet il-ULN) kienet 0.83% għal pazjenti kkurati bi

Pravafenix. Żidiet klinikamenti importanti fi transaminases tas-serum (ALT u/jew AST ≥ 5 darbiet il- ULN) intwerew f’0.38% tal-pazjenti kkurati bi Pravafenix. (ara sezzjoni 4.4).

Informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanzi attivi inidividwali tal-kombinazzjoni ta’ doża fissa Pravafenix fih pravastatin u fenofibrate. Reazzjonijiet avversi addizzjonali asso ċjati mal-użu ta’ prodotti mediċinali li fihom pravastatin jew fenofibrate osservati fi provi kliniċi u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq li jistgħu jseħħu potenzjalment bi Pravafenix huma elenkati hawn taħt. Il- kategoriji tal-frekwenzi huma bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli minn pravastatin u fenofibrate Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott disponibbli fl-UE.

Sistema ta’ Klassifika

Reazzjoni avversa

Reazzjoni avversa

Frekwenza

tal-Organi

(fenofibrate)

(Pravastatin)

 

Disturbi tad-demm u

Tnaqqis tal-emoglobulina,

 

Rari

tas-sistema limfatika

Tnaqqis tal-għadd taċ-

 

 

 

ċelloli l-bojod tad-demm

 

 

Disturbi fis-sistema

Għejja u vertigo

 

Rari

nervuża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Polinewropatija periferali

 

 

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn

 

Disturbi fil-viżta (inkluż viżta

Mhux

 

 

mċajpra u diplopja)

komuni

Disturbi vaskulari

Tromboemboliżmu

 

Mhux

 

(emboliżmu pulmonari,

 

komuni

 

trombożi profonda tal-

 

 

 

vini)*

 

 

Disturbi respiratorji,

Pneomopatiji tal-iterstizju

 

Mhux

toraċiċi u medjastinali

 

 

magħrufa

Disturbi fil-fwied u fil-

Kolelitjażi

 

Mhux

marrara

 

 

komuni

 

 

Suffejra, nekrożi epatika

Rari ħafna

 

 

fulminanti

 

 

Suffejra, kumplikazzjonijiet

 

Mhux

 

ta’ kolelitjażi (eż.

 

magħrufa

 

koleċistite, kolanġite, kolik

 

 

 

biljari, eċċ).

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

 

Raxx fuq il-ġilda, anormamlità

Mhux

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

tal-qorriegħa/xagħar (inkluż

komuni

 

 

alopeċja)

 

 

Alopeċja, reazzjonijiet ta’

 

Rari

 

sensittività għad-dawl

 

 

Disturbi muskolu-

Disturbi tal-muskoli (eż.

 

Mhux

skeletriċi u tat-tessuti

mijożite, dgħjufija

 

komuni

konnettivi

muskolari)

 

 

 

 

Rhabdomyolysis, li tista’ tkun

Rari ħafna

 

 

assoċjata ma’ kollass renali akut

 

 

 

sekondarja għal mijoglobinurja,

 

 

 

mijopatija (ara sezzjoni 4.4);

 

 

 

mijożite, polimijożite. Każi iżolati

 

 

 

ta’ disturbi fit-tendini, xi kultant

 

 

 

 

 

 

huma magħmulin iktar

 

 

 

ikkumplikati bi qsim

 

 

Rhabdomyolysis

Mijopatija li tinnekrotizza

Mhux

 

 

medjata mis-sistema immunitarja

magħruf

 

 

(ara sezzjoni 4.4)

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

 

Għemil tal-awrina mhux normali

Mhux

sistema urinarja:

 

(inkluż disurja, frekwenza,

komuni

 

 

notturja)

 

Disturbi fis-sistema

Disfunzjoni sesswali

Disfunzjoni sesswali

Mhux

riproduttiva u fis-sider

 

 

komuni

Disturbi ġenerali:

 

Għejja

Mhux

 

 

 

komuni

Investigazzjonijiet

Żieda tal-urea fid-demm

 

Rari

* Fl-istudju FIELD (studju tal-fenofibrate), prova kkontrollata bi plaċebo randomizzata mwettqa f’9,795 pazjent b’diabetes mellitus ta’ tip 2, ġiet osservata żieda statistikament sinifikanti f’każi ta’ pankreatite f’pazjenti li kienu qegħdin jirċievu fenofibrate meta mqabbla ma’ pazjenti li kienu qegħdin jirċievu plaċebo (0.8% meta mqabbla ma’ 0.5%; p = 0.031). Fl-istess studju, żieda statistikament sinifikanti ġiet irrapportata fl-inċidenza ta’ emboliżmu pulmonari (0.7% fil-grupp tal-plaċebo kontra 1.1% fil-grupp tal-fenofibrate; p = 0.022) u żieda statistikament mhux sinifikanti fi trombożi profonda tal-vini (plaċebo: 1.0 % [48/4,900 pazjent] meta mqabbla ma’ fenofibrate 1.4% [67/4,895 pazjent]; p = 0.074).

L-avvenimenti avversi li ġejjin ġew irrapportati b’xi statins:

-ħolm ikraħ

-Telf tal-memorja

-Depressjoni

-Każi eċċezzjonali ta’ mard tal-interstizju tal-pulmun, b’mod speċjali b’kura fit-tul (ara sezzjoni 4.4).

-Il-frekwenza ta’ dijabete melittis ser tiddependi fuq il-preżenza jew l-assenza ta’ fatturi ta’ riskju (zokkor fid-demm waqt is-sawm ≥ 5.6 mmol/L, BMI>30kg/m2, trigliċeridi mgħollija, storja medika ta’ pressjoni għolja)

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fil-każ ta’ doża eċċessiva, għandhom jintużaw miżuri sintomatiċi u ta’ appoġġ.

Pravastatin

Każi rrapportati ta’ doża eċċessiva kienu mingħajr sintomi u ma taw ebda lok għal testijiet tal- laboratorju anormali. Ebda antidotu speċifiku ma huwa magħruf. Jekk ikun hemm suspett ta’ doża eċċessiva, agħti kura għas-sintomi u implimenta l-miżuri ta’ appoġġ ix-xierqa.

Fenofibrate

Ebda antidotu speċifiku ma huwa magħruf. Jekk ikun hemm suspett ta’ doża eċċessiva, agħti kura għas-sintomi u implimenta l-miżuri ta’ appoġġ ix-xierqa hekk kif meħtieġ. Fenofibrate ma jistax jiġi eliminat minn emodijaliżi.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi li jimmodifikaw il-lipidi, inibituri ta’ HMG CoA reductase f’kombinazzjoni ma’ sustanzi oħra li jimmodifikaw il-lipidi, Kodiċi ATC: C10BA03

Effetti farmakodinamiċi

Pravafenix fih fenofibrate u pravastatin, li għandhom modi differenti ta’ azzjoni u juru effetti addittivi f’termini tat-tnaqqis tal-lipidi fis-serum. Id-dikjarazzjonijiet li ġejjin jirriflettu l-karatteristiċi farmakodinamiċi/farmakokinetiċi tas-sustanzi attivi individwali ta’ Pravafenix.

Fenofibrate

Fenofibrate huwa derivattiv tal-aċidu fibriku li l-effetti tiegħu ta’ modifikazzjoni tal-lipidi rrapportati fil-bniedem huma medjati bl-attivazzjoni tal-Peroxisome Proliferator Activated Receptor type alpha (PPARα). Studji b’fenofibrate fuq il-frazzjonijiet ta’ lipoproteina juru tnaqqis fil-livelli ta’ kolesterol LDL u VLDL. Il-livelli ta’ kolesterol HDL huma sikwit miżjuda. It-trigliċeridi LDL u VLDL huma mnaqqsa. L-effett globali huwa tnaqqis fil-proporzjon ta’ lipoproteini ta’ densità baxxa u baxxa ħafna għal-lipoproteini ta’ densità għolja.

Il-karatteristiċi ta’ tnaqqis tal-lipidi li għandu fenofibrate, murija fil-prattika klinika, ġew spjegati in vivo fi ġrieden transġeniċi u f’kulturi ta’ epatoċiti umani bl-attivazzjoni tal-Peroxisome Proliferator

Activated Receptor type α (PPARα). Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, fenofibrate iżid il-lipoliżi u t- tneħħija ta’ partikoli rikki fit-trigliċeridi mill-plażma billi jattiva l-lipoprotein lipase u jnaqqas il- produzzjoni ta’ Apoprotein C-III. L-attivazzjoni ta’ PPARα tikkawża wkoll żieda fis-sinteżi tal- Apoproteini A-I, A-II u tal-kolesterol HDL.

Hemm evidenza li l-kura bil-fibrati tista' tnaqqas l-avvenimenti ta' mard tal-qalb koronarju iżda ma intweriex li dawn inaqqsu l-mortalità mill-kawżi kollha fil-prevenzjoni primarja jew sekondarja tal- mard kardjovaskulari.

Il-prova bil-lipidi tal-Azzjoni għall-Kontroll tar-Riskju Kardjovaskulari fid-Dijabete (ACCORD, Action to Control Cardiovascular Risk in Diabetes) kien studju randomizzat ikkontrollat bi plaċebo ta' 5,518 pazjent b'dijabete mellitus ta' tip 2 b'fenofibrate flimkien ma' simvastatin. It-terapija ta' fenofibrate flimkien ma' simvastatin ma wrietx kwalunkwe differenzi sinifikanti meta mqabbla mal- monoterapija b'simvastatin fir-riżultat primarju kompost ta' infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, u mewt kardjovasklari (proporzjon ta' periklu [HR, hazard ratio] 0.92, 95% CI 0.79-1.08, p = 0.32 ; tnaqqis assolut tar-riskju: 0.74%). Fis-sottogrupp speċifikat minn qabel ta' pazjenti b'dislipidemija, iddefiniti bħala dawk b'tertile l-aktar baxx ta' HDL-C (≤34 mg/dl jew 0.88 mmol/L) u l-ogħla tertile ta' TG (≥204 mg/dl jew 2.3 mmol/L) fil-linja bażi, it-terapija b'fenofibrate flimkien ma' simvastatin uriet tnaqqis relattiv ta' 31% mqabbla ma' monoterapija ta' simvastatin għar-riżultat primarju kompost (proporzjon ta' periklu [HR] 0.69, 95% CI 0.49-0.97, p = 0.03 ; tnaqqis assolut tar- riskju: 4.95%). Analiżi oħra ta' sottogrupp speċifikat minn qabel identifikat interazzjoni statistikament sinifikanti bejn it-trattament u s-sess tal-persuna (p = 0.01) li jindika benefiċju potenzjali tat-trattament tat-terapija kombinata fl-irġiel (p=0.037) iżda riskju potenzjalment ogħla għar-riżultat primarju fin- nisa ttrattati b'terapija kombinata mqabbla ma' monoterapija b'simvastatin (p=0.069). Dan ma kienx osservat fis-sottogrupp ta' pazjenti b'dislipidemija msemmi qabel, iżda, barra minn hekk, ma kienx hemm evidenza ċara ta' benefiċċju f'nisa b'dislipidemija ttrattati b'fenofibrate flimkien ma' simvastatin, u ma jistax jiġi eskluż effett potenzjalment ta' ħsara f'dan is-sottogrupp.

Il-livelli ta’ aċidu uriku fil-plażma jiżdiedu f’madwar 20% tal-pazjenti iperlipidemiċi, b’mod partikolari f’dawk b’mard tat-tip IV. Fenofibrate għandu effett urikosuriku u għalhekk huwa ta’ benefiċċju addizzjonali f’dawn il-pazjenti.

Pravastatin

Pravastatin huwa inibitur kompetittiv ta’ 3-hydroxy-3-methylglutaryl-coenzyme A (HMG-CoA) reductase, l-enzima li tikkatalizza l-istadju bikri ta’ limitazzjoni tar-rata fil-bijosinteżi tal-kolesterol, u tipproduċi l-effett tagħha ta’ tnaqqis tal-lipidi b’żewġ modi. L-ewwel, bl-inibizzjoni kompetittiva reversibbli u speċifika ta’ HMG-CoA reductase, huwa jwettaq tnaqqis modest fis-sinteżi tal-kolesterol intraċellulari. Dan jirriżulta f’żieda fin-numru ta’ riċetturi ta’ LDL fuq l-uċuħ taċ-ċelloli u titjib fil- kataboliżmu u t-tneħħija medjati mir-riċetturi, tal-kolesterol LDL li jiċċirkola.

It-tieni, pravastatin jimpedixxi l-produzzjoni ta’ LDL billi jimpedixxi s-sinteżi epatika tal-kolesterol VLDL, il-prekursur tal-kolesterol LDL.

Kemm f’individwi b’saħħithom kif ukoll fil-pazjenti b’iperkolesterolemija, pravastatin ibaxxi l-valuri tal-lipidi li ġejjin: il-kolesterol totali, il-kolesterol LDL, l-apolipoproteina B, il-kolesterol VLDL u t- trigliċeridi; filwaqt li jogħlew il-kolesterol HDL u l-apolipoproteina A.

Pravafenix

L-effetti rispettivi ta’ pravastatin u fenofibrate huma kumplimentari. Pravastatin huwa iżjed effettiv biex inaqqas il-LDL-C u l-kolesterol totali iżda jippreżenta biss effetti modesti fuq it-TG u l-HDL-C filwaqt li fenofibrate huwa effettiv ħafna biex inaqqas it-TG u jżid l-HDL-C, iżda bi ftit effetti fuq il- LDL-C.

Barra minn hekk, il-fibrati għandhom il-karatteristiċi sabiex jimmodifikaw id-daqs u d-densità tal- partikoli tal-LDL-C sabiex jagħmluhom inqas ateroġeniċi.

Il-fibrati u l-istatins flimkien intwerew ukoll li jżidu b’mod sinerġistiku l-attivitajiet traskrizzjonali tarri ċetturi ta’ PPARα.

Effikaċja klinika u sikurezza

Saru erba’ studji b’aktar minn ċentru wieħed bi Pravafenix 40 mg/160 mg jew Pravastatin 40 mg jew Simvastatin 20 mg: 3 studji inkludew perjodu ta’ 12-il ġimgħa, randomizzat, double-blind u kkontrollat bis-sustanza attiva b’fażi ta’ estensjoni b’tikketta mikxufa u wieħed kien studju b’tikketta mikxufa ta’ 24 ġimgħa.

B’kollox, dawn l-istudji rreġistraw 1,637 pazjent li ma kellhomx rispons adegwat għall-kura bi pravastatin 40 mg bħala monoterapija jew simvastatin 20 mg fl-Ewropa u fl-USA.

Fil-prova klinika b’aktar minn ċentru wieħed pivotali Ewropea ta’ 64 ġimgħa li kienet tinkludi perjodu parallel ta’ 12-il ġimgħa ta’ studju randomizzat, double-blind, double-dummy, b’żewġ gruppi, 248 pazjent b’riskju vaskulari għoli li kellhom dislipidemija mħallta ġew randomizzati għal wieħed miż- żewġ gruppi ta’ kura: Pravafenix 40 mg/160 mg jew pravastatin 40 mg. Ġew randomizzati biss pazjenti li ma kinux laħqu l-LDL-C fil-mira tagħhom tan-NCEP ATP III u l-miri tat-Trigliċeridi (LDL >100 mg/dl u TG >150 mg/dl) wara 8 ġimgħat fuq pravastatin 40 mg (pillola waħda, darba kuljum). Il-pazjenti li rċevew Pravafenix 40 mg/160 mg tqabblu ma’ dawk li rċevew pravastatin 40 mg: Pravafenix baxxa b’mod sinifikanti l-Kolesterol mhux HDL, il-Kolesterol LDL, it-TG u żied b’mod sinifikanti l-Kolesterol HDL f’miżura akbar minn pravastatin 40 mg (tabella).

Tibdil perċentwali medju mil-linja bażi fil-ġimgħa 12 għal pazjenti kkurati bi Pravafenix

40 mg/160 mg jew Pravastatin 40 mg darba kuljum

 

 

 

Pravafenix meta

 

Pravafenix 40 mg/160 mg

PRAVASTATIN 40 mg

mqabbel ma’

 

Na = 120

Na = 119

PRAVASTATIN

 

Medja (%)± SEb

Medja (%)± SEb

valur-P

Kolesterol Mhux

-14.1 ± 1.78

-6.1 ± 1.79

0.0018

HDL (mg/dl)

 

 

 

Kolesterol LDL

-11.7 ± 1.75

-5.9 ± 1.76

0.019

(mg/dl)

 

 

 

Kolesterol HDL

+6.5 ± 1.12

+2.3 ± 1.13

0.0089

(mg/dl)

 

 

 

TG (mg/dl)

-22.6 ± 4.37

-2.0 ± 4.39

0.0010

TC (mg/dl)

-9.9 ± 1.37

-4.4 ± 1.38

0.006

Apo A1 (g/L)

+5.5 ± 0.99

+2.8 ± 0.97

0.058

Apo B (g/L)

-12.6 ± 1.57

-3.8 ± 1.53

<0.0001

Apo B/Apo A1

-16.3 ± 1.66

-6.0 ± 1.61

<0.0001

Fibrinogen (g/L)

-8.8 ± 1.80

+1.4 ± 1.75

<0.0001

 

 

 

Hs-CRP (mg/L)

-1.1 ± 0.61

+0.6 ± 0.70

0.003

aNumru ta’ pazjenti

bBidla perċentwali medja (medja tal-inqas kwadrat ± żball standard) bejn il-linja bażi mkejla wara

8 ġimgħat fuq Pravastatin 40 mg u 12-il ġimgħa addizzjonali bi Pravafenix 40 mg/160 mg jew Pravastatin 40 mg

cIl-valur-p tal-par huwa sinifikanti jekk <0.05

L-effetti ta’ Pravafenix 40 mg/160 mg ġew ikkonfermati fi prova b’aktar minn ċentru wieħed simili ta’ 64 ġimgħa li kienet tinkludi fażi double-blind, randomizzata, ta’ 12-il ġimgħa mwettqa fl-USA u li qabblet Pravafenix 40 mg/160 mg ma’ monoterapija b’Fenofibrate 160 mg u monoterapija bi Pravastatin 40 mg f’pazjenti b’dislipidemija mħallta. Ġie stabbilit ukoll il-vantaġġ inkrimentali ta’ Pravafenix 40 mg/160 mg fuq il-parametri prinċipali tal-lipidi meta mqabbel ma’ Pravastatin 40 mg u monoterapija b’Fenofibrate 160 mg.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppresentati r-riżultati tal-istudji bi Pravafenix f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika f’disturbi ta’ metaboliżmu ta’ lipoproteina u iperlipidemiji oħrajn (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Ma dehret ebda interazzjoni farmakokinetika klinikament sinifikanti meta fenofibrate ngħata flimkien ma’ pravastatin.

Assorbiment

Pravafenix huwa bijoekwivalenti għal fenofibrate u pravastatin mogħtija flimkien fi studju ta’ doża waħda. Madankollu fi studju ta’ iżjed minn doża waħda, ir-riżultati wrew li l-prodott mhuwiex bijoekwivalenti minħabba li l-bijodisponibilità tiegħu wara diversi dożi hija 20% iżjed baxxa għall- komponent ta’ fenofibrate tal-kombinazzjoni. Dan huwa dovut għall-kontenut ta’ xaħam tal-ikla. Għalhekk il-kombinazzjoni ta' doża fissa (Pravafenix) ma tistax titqies bħala interkambjabbli mal- koamministrazzjoni libera ta’ prodotti mediċinali b’fenofibrate u pravastatin bħala monokomponenti.

Twettaq studju farmakokinetiku wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ Pravafenix wara ikla u fuq stonku vojt. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju juru li l-ikel għandu effett fuq ir-rata u l-livell ta’ assorbiment fil- kombinazzjoni ta' doża fissa. Il-bijodisponibilità tal-aċidu fenofibriku hija iżjed baxxa fuq stonku vojt wara l-għoti ta’ doża waħda tal-kombinazzjoni Fenofibrate-Pravastatin 160/40 mg. It-tnaqqis fl-AUCt, AUCu Cmax tal-aċidu fenofibriku (stima tal-punt) huwa ta’ 30.94%, 10.9% u 68.71% rispettivament.

Il-bijodisponibilità ta’ pravastatin hija i żjed għolja wara l-għoti ta’ doża waħda tal-prodott tat-test Fenofibrate/Pravastatin 160/40 mg fuq stonku vojt milli wara doża waħda tal-prodott wara ikla. Iż- żieda fl-AUC∞, AUCt, u Cmax hija ta’ 111.88%, 114.06%, u 115.28% rispettivament. Bi qbil ma’ diversi formulazzjonijiet għal fenofibrate, il-kombinazzjoni fissa hija rrakkomandata li tittieħed mal- ikel minħabba li l-bijodisponibilità ta’ fenofibrate ti żdied meta tingħata mal-ikel u l-effikaċja ta’ pravastatin fit-tbaxxija tal-lipidi ma tinbidilx.

Pravastatin

Pravastatin jingħata b’mod orali fil-forma attiva. Huwa jiġi assorbit malajr; l-ogħla livelli fis-serum jintlaħqu siegħa sa siegħa u nofs wara li jinbela’. Bħala medja, tiġi assorbita 34% tad-doża mogħtija b’mod orali, b’bijodisponibilità assoluta ta’ 17%.

Il-preżenza tal-ikel fl-apparat gastro-intestinali twassal għal tnaqqis fil-bijodisponibilità, iżda l-effett ta’ tbaxxija tal-kolesterol ta’ pravastatin huwa identiku sew jekk jittie ħed mal-ikel kif ukoll jekk jittieħed fuq stonku vojt.

Wara l-assorbiment, 66% ta’ pravastatin jgħaddi minn tneħħija tal-ewwel passaġġ permezz tal-fwied, li huwa s-sit primarju tal-azzjoni tiegħu u s-sit primarju tas-sinteżi tal-kolesterol u t-tneħħija tal- kolesterol LDL. Studji in vitro wrew li pravastatin jiġi ttrasportat f’epatoċiti u b’ammont ferm inqas f’ċelloli oħrajn. Minħabba dan l-ewwel passaġġ sostanzjali minn ġol-fwied, il-konċentrazzjonijiet ta’ pravastatin fil-plażma għandhom biss valur limitat fit-tbassir tal-effett ta’ tnaqqis tal-lipidi. Il-konċentrazzjonijiet fil-plażma huma proporzjonali mad-dożi mogħtija.

Fenofibrate

L-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (Cmax) jseħħu fi żmien 4 sa 5 sigħat wara għoti mill-ħalq. Il- konċentrazzjonijiet fil-plażma huma stabbli matul il-kura kontinwa fi kwalunkwe individwu partikolari.

L-assorbiment ta’ fenofibrate jiżdied meta jing ħata mal-ikel. L-effett tal-ikel jiżdied mal-kontenut ta’ xaħam: akbar ma jkun il-kontenut ta’ lipidi, akbar tkun il-bijodisponibilità ta’ fenofibrate.

Distribuzzjoni

Pravastatin

Madwar 50% ta’ pravastatin fiċ-ċirkolazzjoni jeħel mal-proteini tal-plażma. Il-volum ta’ distribuzzjoni huwa madwar 0.5 l/kg. Kwantità żgħira ta’ pravastatin tgħaddi għal ġol-ħalib tas-sider uman.

Fenofibrate

L-aċidu fenofibriku jeħel ħafna mal-albumina tal-plażma (aktar minn 99%).

Bijotrasformazzjoni u tneħħija

Pravastatin

Pravastatin mhuwiex metabolizzat b’mod sinifikanti minn cytochrome P450 u lanqas ma jidher li huwa substrat jew inibitur tal-glikoproteina-P iżda pjuttost substrat ta’ proteini oħra tat-trasport. Wara għoti mill-ħalq, 20% tad-doża inizjali titneħħa fl-awrina u 70% fl-ippurgar. Il-half-life tal- eliminazzjoni mill-plażma ta’ pravastatin orali hija minn siegħa u nofs sa sagħtejn.

Wara għoti fil-vini, 47% tad-doża titneħħa permezz tal-eskrezzjoni renali u 53% permezz tal- eskrezzjoni biljari u bijotrasformazzjoni. Il-prodott prinċipali tad-degradazzjoni ta’ pravastatin huwa l- metabolit isomeriku 3-α-hydroxy. Dan il-metabolit għandu wieħed minn għaxra għal wieħed minn erbgħin tal-attività tal-inibitur ta’ HMG-CoA reductase tal-kompost prinċipali.

It-tneħħija sistemika ta’ pravastatin hija 0.81 l/h/kg u t-tneħħija mill-kliewi hija 0.38 l/h/kg li tindika sekrezzjoni tubulari.

Fenofibrate

Ma jista’ jiġi rilevat l-ebda fenofibrate mhux mibdul fil-plażma fejn il-metabolit prinċipali huwa la ċidu fenofibriku. Il-mediċina titneħħa prinċipalment fl-awrina. Prattikament, il-mediċina kollha titneħħa fi żmien 6 ijiem. Fenofibrate jitneħħa prinċipalment fil-forma ta’ aċidu fenofibriku u l- konjugat glukuronide tiegħu. Fil-pazjenti anzjani, it-tneħħija apparenti totali tal-aċidu fenofibriku mill- plażma mhijiex modifikata. Il-half-life tal-eliminazzjoni tal-aċidu fenofibriku mill-plażma hija madwar 20 siegħa.

Studji kinetiċi wara l-għoti ta’ doża waħda u trattament kontinwu wrew li l-mediċina ma takkumulax. L-aċidu fenofibriku ma jitneħħiex b’emodijaliżi.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sikurezza tal-mediċina

Is-sikurezza tal-għoti fl-istess ħin ta’ pravastatin u fenofibrate ġiet ivvalutata fil-firien. Is-sejbiet tossikoloġiċi f’dawn l-istudji tal-għoti f’daqqa kienu konsistenti ma’ dawk li dehru bi pravastatin u fenofibrate mogħtija b’mod individwali.

Pravastatin

Fuq il-bażi ta’ studji konvenzjonali ta’ sikurezza farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti u l- effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva, m’hemmx riskji oħra għall-pazjent għajr dawk mistennija minħabba l-mekkaniżmu ta’ azzjoni farmakoloġiku.

Studji b’dożi ripetuti jindikaw li pravastatin jista’ jikkawża livelli differenti ta’ tossi ċità tal-fwied u mijopatija; b’mod ġenerali, effetti sostantivi fuq dawn it-tessuti kienu evidenti biss f’dożi ta’ 50 darba jew aktar id-doża massima mg/kg fil-bniedem. Studji in vitro u in vivo dwar it-tossikoloġija ġenetika ma wrew l-ebda evidenza ta’ potenzjal mutaġeniku. Fil-ġrieden, studju ta’ sentejn dwar il- karċinoġeniċità bi pravastatin juri f’dożi ta’ 250 u 500 mg/kg/ġurnata (> 310 darbiet id-doża massima mg/kg fil-bniedem), żidiet statistikament sinifikanti fl-inċidenza ta’ karċinomi epatoċellulari fl-irġiel u n-nisa, u ta’ adenomi fil-pulmun fin-nisa biss. Fil-firien, studju ta’ sentejn dwar ir-riskju ta’ kanċer f’doża ta’ 100 mg/kg/ġurnata (125 darba d-doża massima mg/kg fil-bniedem) juri żieda statistikament sinifikanti fl-inċidenza ta’ karċinomi epatoċellulari fl-irġiel biss.

Fenofibrate

Studji dwar it-tossiċità kronika ma taw l-ebda informazzjoni rilevanti dwar effett tossiku speċifiku ta’ fenofibrate. L-istudji dwar il-mutaġeniċità ta’ fenofibrate kienu negattivi. Fil-firien u l-ġrieden, instabu tumuri tal-fwied f’dożi għoljin, li huma attribwibbli għat-tixrid ta’ peroxisome. Dawn il-bidliet huma speċifiċi għal annimali gerriema żgħar u ma ġewx osservati fi speċijiet oħra ta’ annimali. Dan mhuwiex ta’ rilevanza għall-użu terapewtiku fil-bniedem.

Studji fuq ġrieden, firien u fniek ma wrew l-ebda effett teratoġeniku. Kienu osservati effetti tossiċi fuq l-embriju b’dożi fil-medda tal-effett tossiku fuq l-omm. F’dożi għoljin kienu osservati titwil fil- perjodu tat-tqala u diffikultajiet waqt il-ħlas. Ma nstab l-ebda sinjal ta’ xi effett fuq il-fertilità.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Kontenut tal-kapsula

Lattożju monoidrat

Cellulose microcrystalline

Ascorbyl palmitate

Povidone K29-32

Sodium starch glycolate

Magnesium stearate

Talc

Triacetin

Sodium hydrogen carbonate

Lauroyl macrogolglycerides Tip 1500

Hydroxypropylcellulose

Macrogol 20 000

Qoxra tal-kapsula Ġelatina

Indigo carmine Iron oxide iswed Titanium dioxide Iron oxide isfar

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Polyamide-Aluminju-PVC/aluminju

2 snin

Fliexken tal-HDPE

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Pakketti tal-folji tal-polyamide-Aluminju-PVC/aluminju li fihom 30, 60 u 90 kapsula iebsa. Fliexken tal-HDPE bojod opaki li fihom 14, 30, 60 u 90 kapsula iebsa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Laboratoires SMB s.a.

Rue de la Pastorale, 26-28

B-1080 Brussels

Il-Belġju

Tel. +32 (2) 411 48 28

Fax. +32 (2) 411 28 28

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/679/001-007

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 14 ta’ April 2011

Data tal-aħħar tiġdid:

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati