Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pregabalin Mylan Pharma (pregabalin) – Fuljett ta’ tagħrif - N03AX16

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPregabalin Mylan Pharma
Kodiċi ATCN03AX16
Sustanzapregabalin
ManifatturGenerics UK Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Pregabalin Mylan Pharma 25 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Mylan Pharma 50 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Mylan Pharma 75 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Mylan Pharma 100 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Mylan Pharma 150 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Mylan Pharma 200 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Mylan Pharma 225 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Mylan Pharma 300 mg kapsuli iebsin

Pregabalin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok xi mistoqsija oħra, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista'tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett

1.X'inhu Pregabalin Mylan Pharma u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Mylan Pharma

3.Kif għandek tieħu Pregabalin Mylan Pharma

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pregabalin Mylan Pharma

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pregabalin Mylan Pharma u għalxiex jintuża

Pregabalin Mylan Pharma fih is-sustanza attiva pregabalin li tjappartjeni għal grupp ta' mediċini li jintużaw għall-kura ta' l-epilessija, l-uġigħ nevrotiku u d-Disturb ta' Ansjetà Ġeneralizzata (GAD - Generalised Anxiety Disorder) fl-adulti.

Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali: Pregabalin Mylan Pharma jintuża sabiex jiġi kkurat uġigħ fit- tul ikkawżat minn ħsara fin-nervituri. Hemm numru ta' mard li jista' jikkaġuna wġigħ nevrotiku periferali, bħad-dijabete jew il-ħruq ta' Sant'Antnin. Is-sensazzjonijiet ta' uġigħ li wieħed iħoss jistgħu jiġu deskritti bħala sħana, ħruq, tektik, uġigħ li jiġri minn parti għal oħra tal-ġisem, tniffid, uġigħ qawwi, bugħawwieġ, weġgħat, tnemnim, tinġiż. L-uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali jista' jkun assoċjat ukoll ma' bidliet fil-burdata, disturb fl-irqad, għeja, u jista' jkollu impatt fuq il-funzjonament fiżiku u soċjali u fuq il-kwalità tal-ħajja in ġenerali.

Epilessija: Pregabalin Mylan Pharma tintuża sabiex tiġi kkurata ċerta forma ta' epilessija (aċċessjonijiet parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja) fl-adulti. It-tabib tiegħek jordnalek Pregabalin Mylan Pharma biex jgħin fil-kura ta' l-epilessija meta l-kura li tkun qed tieħu ma tkunx qiegħda tikkontrolla l-kondizzjoni tiegħek. Pregabalin Mylan Pharma għandu jittieħed mal-kura li tkun qiegħed/qiegħda tieħu. Pregabalin Mylan Pharma mhuwiex maħsub sabiex jintuża waħdu, iżda għandu dejjem jintuża ma' trattament ieħor kontra l-epilessija.

Disturb ta' Ansjetà Ġeneralizzata: Pregabalin Mylan Pharma jintuża għall-kura ta' Disturb ta' Ansjetà Ġeneralizzata (GAD). Is-sintomi ta' GAD huma ansjetà eċċessiva fit-tul u tħassib li jkunu diffiċli biex tikkontrollahom. GAD jista' jikkawża wkoll irrekwitezza jew tħossok eċċitat jew fuq ix- xwiek, tegħja malajr (għajjien), diffikulta' biex tikkonċentra jew ma tiftakar xejn, tħossok irritabbli,

ikollok tensjoni fil-muskoli jew disturb fl-irqad. Dan huwa differenti mit-tensjonijiet tal-ħajja ta' kuljum.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Mylan Pharma

Tiħux Pregabalin Mylan Pharma

Jekk int allerġiku għal pregabalin jew għal xi sustanzi oħra ta' din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Pregabalin Mylan Pharma.

Xi pazjenti li jużaw Pregabalin Mylan Pharma irrappurtaw sintomi li jindikaw reazzoni allerġika. Dawn iss-sintomi

jinkludu nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien, kif ukoll raxx diffus tal-ġilda. Jekk tħoss kwalunkwe minn dawn is-sintomi għandek tkellem immedjatament lit-tabib tiegħek.

Pregabalin Mylan Pharma ġie assoċjat ma' sturdament u ngħas, li jistgħu jżidu l-okkorrenza ta' korriment aċċidentali (waqgħat) f'pazjenti anzjani. Għalhekk, inti għandek toqgħod attent sakemm tidra l-effetti li jista' jkollha l-mediċina.

Pregabalin Mylan Pharma jista jikkawża viżjoni mċajpra jew telf tal-vista, jew bidliet oħra fil- vista, li l-maġġorparti minnhom huma temporanji. Għandek tirreferi immedjament għand it- tabib tiegħek jekk tesperjenza xi bdil fil-viżta.

Xi pazjenti bid-dijabete li jżidu fil-piż waqt li jkunu qegħdin jieħdu pregabalin jista' jkollhom bżonn bidla fil-mediċini li jkunu qegħdin jieħdu kontra d-dijabete.

Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta' dawn l- effetti tista' tiżdied meta jittieħdu flimkien.

Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb konġestiva f’xi pazjenti meta kienu qed jieħdu Pregabalin Mylan Pharma; dawn il-pazjenti kienu il-biċċa l’kbira anzjani b’kundizzjonijiet karjovaskulari. Qabel ma tieħu din il-mediċina għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk ikollok storja ta’ mard tal-qalb.

Kien hemm rapporti ta’ indeboliment tal-kliewi f’xi pajenti waqt li kienu qed jieħdu Pregabalin Mylan Pharma.Jekk waqt li tieħu Pregabalin Mylan Pharma tinnota tnaqqis fil-passaġġ tal-urina, għandek tinforma lit-tabib, minħabba li ti twaqqif tal-mediċina tista ssolvi din il-problema.

Numru zgħir ta’ pazjenti li jkunu qed jirċievu kura bi prodotti mediċinali kontra l-epilessija bħal-Pregabalin Mylan Pharma, kellhom ħsibijiet li jweġġgħu lilhom infushom jew li jagħmlu suwiċidju. Jekk f’xi hin ikollok dawn il-ħsibijiet kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Meta Pregabalin Mylan Pharma tkun qed tittieħed ma’ mediċini oħrajn li jikkawżaw l- istitikezza (bħal ċerti tipi ta’ mediċini li jingħataw għall-uġigħ) jista’ jkun possibli li jkun hemm problemi gastroinestinali (eż. stitikezza, imsaren imblukkati jew paralizzati). Avża lit-tabib jekk tesperjenza stitikezza, speċjalment jekk inti suxxettibli għal din il-problema.

Qabel tieħu din il-mediċina, għandek tgħid li-tabib jekk għandek storja ta’ vizzju tax-xorb jew kwalunkwe abbuż jew dipendenza ta’ droga. Tieħux aktar mediċina milli miktub fuq ir-riċetta.

Kien hemm rapporti ta’ aċċessjonijiet waqt l-użu ta’ pregabalin jew ftit wara li twaqqfet il-kura bi pregabalin. Jekk tesperjenza xi aċċessjoni kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Kien hemm rapporti ta’ nuqqas tal-funzjoni tal-moħħ (enċefalopatija) f’xi pazjenti li qed jieħdu Pregabalin Mylan Pharma u li għandhom kundizzjonijiet oħrajn. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ kundizzjonijiet mediċi serji, li jinkludu mard tal-fwied u l-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Is-sigurtà u l-effikaċja fit-tfal u adoloxxenti (ta' taħt it-18 -il sena) ma ġewx determinati s’issa u għalhekk, pregabalin m’għandux jintuża f’dan il-grupp ta’ etajiet.

Mediċini oħra u Pregabalin Mylan Pharma

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Pregabalin Mylan Pharma u xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin (interazzjoni). Meta Pregabalin Mylan Pharma tiġi meħuda ma’ ċertu mediċini oħra, tista tqawwi l-effetti sekondarji li ntwerew b’ dawn il-mediċini u li jinkludu insuffiċjenza respiratorja u koma. Il-livell ta' sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa jista' jiżdied jekk Pregabalin Mylan Pharma jittieħed ma' prodotti mediċinali oħra li fihom:

Oxycodone – (użat biex itaffi l-uġigħ)

Lorazepam – (użat għall-kura ta' ansjetà)

Alkoħol

Pregabalin Mylan Pharma jista' jittieħed ma' kontraċettivi orali.

Meta tieħu Pregabalin Mylan Pharma ma’ ikel, xorb, u alkoħol

Il-kapsuli Pregabalin Mylan Pharma jistgħu jittieħdu ma' l-ikel jew waħedhom.

Huwa rakkomandat li wieħed ma jixrobx alkoħol waqt li jkun qed jieħu Pregabalin Mylan Pharma.

Tqala u treddigħ

Pregabalin Mylan Pharma m'għandux jittieħed waqt it-tqala jew waqt li tkun qed tredda’, sakemm it- tabib ma jgħidlekx mod ieħor. Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva f'nisa li jistgħu joħorġu tqal. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Pregabalin Mylan Pharma jista' jikkawża sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa. Issuqx, tħaddimx makkinarju kumpless jew tinvolvi ruħek f'attivitajiet oħra li jistgħu jkunu perikolużi sakemm tkun taf jekk din il-mediċina taffettwax il-ħila tiegħek biex twettaq dawn l-attivitajiet.

3.Kif għandek tieħu Pregabalin Mylan Pharma

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek jistabbilixxi liema doża hi adattata għalik.

Pregabalin Mylan Pharma huwa għal użu orali biss.

Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali, epilessija jew Disturb ta' Ansjetà Ġeneralizzata:

Ħu l-ammont ta' kapsuli kif ordnalek it-tabib tiegħek.

Id-doża, li tiġi aġġustata għalik u għall-kondizzjoni tiegħek, ġeneralment tkun bejn 150 mg u 600 mg kuljum.

It-tabib tiegħek se jgħidlek biex tieħu Pregabalin Mylan Pharma jew darbtejn jew tliet darbiet kuljum. Fil-każ ta' darbtejn kuljum ħu Pregabalin Mylan Pharma darba filgħodu u darba fil- għaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-ġurnata. Għal tliet darbiet kuljum ħu Pregabalin Mylan Pharma darba filgħodu, darba wara nofsinhar u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-ġurnata.

Jekk ikollok l-impressjoni li l-effett ta' Pregabalin Mylan Pharma huwa qawwi żżejjed jew dgħajjef iżżejjed, tkellem mat-tabib jew ma' l-ispiżjar tiegħek.

Jekk int pazjent aktar anzjan ('il fuq minn 65 sena), inti għandek tieħu Pregabalin Mylan Pharma b'mod normali ħlief jekk ikollok problemi bil-kliewi.

It-tabib tiegħek jista' jordnalek skeda ta' dożaġġ u/jew doża differenti jekk ikollok problemi bil-kliewi tiegħek.

Ibla' l-kapsula sħiħa bl-ilma.

Kompli ħu Pregabalin Mylan Pharma sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf.

Jekk tieħu Pregabalin Mylan Pharma aktar milli suppost

Ċempel lit-tabib tiegħek jew mur immedjatament fit-taqsima ta' l-emerġenza ta' l-eqreb sptar. Ħu l- kaxxa jew il-flixkun tal-kapsuli Pregabalin Mylan Pharma miegħek. Jekk tieħu Pregabalin Mylan Pharma aktar milli suppost tista’ tħossok bin-ngħas, konfuż, aġitat jew bla mistrieħ.

Jekk tinsa tieħu Pregabalin Mylan Pharma

Importanti li tieħu l-kapsuli Pregabalin Mylan Pharma tiegħek b'mod regolari fl-istess ħin tal-ġurnata. Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin għad-doża li jmiss. F'dak il- każ, kompli bid-doża li jmiss bħas-soltu. Tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li nsejt.

Jekk tieqaf tieħu Pregabalin Mylan Pharma

Twaqqafx Pregabalin Mylan Pharma sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan. Jekk il- kura tiegħek titwaqqaf, dan għandu jsir b'mod gradwali fuq perijodu minimu ta' ġimgħa.

Wara li twaqqaf kura fit-tul jew fil-qasir b’Pregabalin Mylan Pharma, jeħtieġ li tkun taf li tista' tesperjenza ċerti effetti sekondarji. Dawn jinkludu diffikulta' biex torqod, uġigħ ta' ras, dardir, tħossok ansjuż, dijarea, sintomi bħall-influwenza, aċċessjonijiet, nervożità, depressjoni, uġigħ, tagħriq u sturdament. Dawn is-sintomi jistgħu jseħħu b'mod aktar komuni jew sever jekk tkun ilek tieħu Pregabalin Mylan Pharmagħal perijodu ta' żmien aktar fit-tul.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni:

Sturdament, ħedla, uġigħ ta' ras

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10:

Żieda fl-aptit

Sensazzjoni ta' ferħ kbir, konfużjoni, diżorjentament, tnaqqis fl-interess sesswali, irritabilità

Nuqqas ta' attenzjoni, guffaġni, indeboliment tal-memorja, telf tal-memorja, tregħid, diffikulta' biex titkellem, sensazzjoni ta' tnemnim, tmewwit, sedazzjoni, letarġija, nuqqas ta’ rqad, għeja, tħossok stramb u mhux bħas-soltu

Vista mċajpra, vista doppja

Vertigo, problemi fil-bilanċ, waqgħat

Ħalq xott, stitikezza, rimettar, gass fl-istonku, dijarea, dardir, nefħa fiż-żaqq

Diffikultajiet bl-erezzjoni

Nefħa fil-ġisem, inkluż l-estremitajiet

Sensazzjoni ta' wieħed fis-sakra, mod mhux normali kif timxi

Żieda fil-piż

Bugħawwieġ, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar, uġigħ fid-dirgħajn u fis-saqajn

Uġigħ fil-griżmejn

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100:

Telf tal-aptit, tnaqqis fil-piż, zokkor baxx fid-demm, zokkor ogħli fid-demm.

Bidla fil-mod kif tħares lejk innifsek, irrekwitezza, depressjoni, aġitazzjoni, bidliet fil-burdata, diffikulta' biex issib il-kelma, alluċinazzjonijiet, ħolm anormali, attakk ta’ paniku, apatja, agressjoni, burdata ta’ entużjażmu, indeboliment mentali, diffikulta' biex taħseb, żieda fl- interess sesswali, problemi fil-funzjoni ta' natura sesswali li jinkludu inkapaċità li tilħaq orgażmu, dewmien fl-ejakulazzjoni.

Bidliet fil-viżta tal-għajnejn, moviment mhux normali tal-għajnejn, bidliet fil-viżta ta’ l- għajnejn li jinkludu telf tal-viżta periferali, tberrieq ta’ dawl, movimenti bl-iskossi, tnaqqis fir- riflessi, attività akbar, sturdament meta tkun qiegħed bil-wieqfa, ġilda sensittiva, telf tat-togħma, sensazzjoni ta' ħruq, rogħda meta tiċċaqlaq, koxjenza mnaqqsa, tintilef minn sensik, ħass ħażin, sensittivita’ akbar għall-ħsejjes, tħossok ma tiflaħx.

Għajnejn xotti, nefħa fl-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn dgħajfa, għajnejn idemmgħu, irritazzjoni fl-għajnejn.

Disturbi fir-ritmu tal-qalb, taħbit tal-qalb aktar mgħaġġel, pressjoni baxxa, pressjoni għolja, tibdil fit-taħbit tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb.

Fwawar, fwawar tal-menopawsa.

Diffikulta' biex tieħu nifs, nixfa fl-imnieħer, konġestjoni fl-imnieħer.

Produzzjoni akbar ta' bżieq, ħruq ta' stonku, tmewwit madwar il-ħalq

Tagħriq, raxx, tkexkix ta’ bard, deni.

Ġbid fil-muskoli, nefħa fil-ġogi ,ebusija fil-muskoli, uġigħ li jinkludi uġigħ fil-muskoli, ,uġigħ fl-għonq.

Uġigħ fis-sider.

Diffikulta' jew uġigħ biex tagħmel l-awrina, inkontinenza, volum anqas ta' awrina.

Indeboliment, għatx, tagħfis fis-sider.

Bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm u tal-fwied (żieda fil-kreatina phosphokinase fid- demm, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase, tnaqqis fl-għadd ta' pjastrini, newtropenja, żieda fil-kreatinina fid-demm, tnaqqis fil-potassju fid-demm).

Sensittività eċċessiva, nefħa fil-wiċċ, ħakk, urtikarja, imnieħer inixxi, fsada mill-imnieħer, sogħla, inħir.

Uġigħ waqt il-mestruwazzjoni.

Idejn u saqajn kesħin.

Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000:

Sens tax-xamm mhux normali, problemi fil-viżta fejn l-affarijiet jidhru jiċċaqalqu, perċezzjoni alterata tal-fond, viżta għad-dawl aktar qawwija, telf tal-viżta.

Twessigħ tal-pupilli, twerriċ, irritazzjoni fl-għajnejn.

Għaraq kiesaħ, dwejjaq fil-gerżuma, ilsien minfuħ.

Infjammazjoni tal-frixa.

Diffikultà biex tibla.

Movimenti tal-ġisem bil-mod jew imnaqqsa.

Diffikultà biex tikteb kif suppost.

Żieda ta’ fluwidu fiż-żaqq.

Ilma fil-pulmun.

Aċċessjonijiet.

Tibdil fir-riżultati elettriċi (ECG) tal-qalb li jirrifletttu disturbi fir-ritmu tal-qalb.

Ħsara fil-muskoli.

Tnixxija mis-sider, żieda mhux normali fid-daqs tas-sider, żieda fid-daqs tas-sider tal-irġiel.

Waqfien fil-mestruwazzjoni.

Insuffiċjenza tal-kliewi, volum anqas ta’awrina, ritenzjoni urinarja.

Tnaqqis fl-għadd ta' ċelloli bojod tad-demm.

Mġiba mhux xierqa.

Reazzjonijiet allerġiċi (dawn jistgħu jinkludu diffikulta’ biex tieħu n-nifs, infjammazzjoni fl- għajnejn (keratite) u reazzjoni serja fil-ġilda karatterizzata minn raxx, nfafet, ġilda mqaxxra u uġigħ.

Inti għandek tfittex parir mediku immedjat jekk tesperjenza nefħa fil-wiċċ jew fl-ilsien, jew jekk tiħmarlek il-ġilda u tibda titqaxxar jew ittella’ l-imfafet.

Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta' dawn l-effetti tista' tiżdied meta jittieħdu flimkien.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhumiex elenkati f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Pregabalin Mylan Pharma

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Folja: Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

Flixkun: Żomm il-flixkun magħluq tajjeb sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

Pregabalin Mylan Pharma 25 mg kapsula iebsa
Pregabalin Mylan Pharma 50 mg kapsula iebsa
Pregabalin Mylan Pharma 75 mg kapsula iebsa
Pregabalin Mylan Pharma 100 mg kapsula iebsa
Pregabalin Mylan Pharma 150 mg kapsula iebsa
Pregabalin Mylan Pharma 200 mg kapsula iebsa

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih Pregabalin Mylan Pharma

X’fih Pregabalin Mylan

Is-sustanza attiva hi pregabalin. Kull kapsula iebsa fiha 25 mg, 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg jew 300 mg pregabalin.

Is-sustanzi l-oħra huma: hydroxylpropylcellulose, maize starch, talc, ġelatina, titanium dioxide (E171), sodium laurilsulfate, linka sewda (li fiha shellac, black iron oxide (E172), macrogol, potassium hydroxide u soluzzjoni ta’ ammonia konċentrata), yellow iron oxide (E172) u erythrosine (E127).

Kif jidher Pregabalin Mylan u l-kontenut tal-pakkett

Kapsula, iebsa.

Id-dehra ta' Pregabalin Mylan Pharma u l-kontenut tal-pakkett

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak abjad, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il- kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB25 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 21, 56, 84, 100 kapsula u f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 56 x 1, 84 x 1, 100 x 1 kapsula.

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ skur u korp opak abjad, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il- kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB50 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 21, 56, 84, 100 kapsula u f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 84 x 1, 100 x 1 kapsula.

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak ta’ lewn il-ħawħ ċar, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB75 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 56, 100 kapsula, f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 14 x 1, 56 x 1, 100 x 1 kapsula u fi fliexken li jkun fihom 200 kapsula.

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ skur u korp opak ta’ lewn il-ħawħ skur, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB100 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 21, 84, 100 kapsula u f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 84 x 1, 100 x 1 kapsula.

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, , b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak abjad, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il- kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB150 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 56, 100 kapsula, f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 14 x 1, 56 x 1, 100 x 1 kapsula u fi fliexken li jkun fihom 200 kapsula.

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak ta’ lewn il-ħawħ ċar, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB200 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 21, 84, 100 kapsula u f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 84 x 1, 100 x 1 kapsula.

 

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ skur u

Pregabalin Mylan

korp opak ta’ lewn il-ħawħ skur, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti

fil-griż. Il-kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB225

Pharma 225 mg

b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

kapsula iebsa

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 56, 100 kapsula u

 

 

f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 56 x 1, 100 x 1 kapsula.

 

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u

 

korp opak abjad, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-

Pregabalin Mylan

kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB300 b’linka sewda

Pharma 300 mg

fuq l-għatu u fuq il-korp.

kapsula iebsa

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 56, 100 kapsula, f'pakketti

 

ta' folji perforati li jkun fihom 56 x 1, 100 x 1 kapsula u fi fliexken li jkun

 

fihom 200 kapsula.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Generics [UK] Limited,

Station Close, Potters Bar

Hertfordshire

EN6 1TL

Ir-Renju Unit

Manifattur

Mylan Hungary Kft, Mylan utca 1, Komárom, 2900, L-Ungerija

McDermott Laboratories Limited t/a Gerard Laboratories, 35/36 Baldoyle Industrial Estate, Grange Road, Dublin 13, L-Irlanda

Mylan B.V., Dieselweg 25, 3752 LB Bunschoten, L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Mylan bvba/sprl

Generics [UK] Ltd

Tél/Tel: + 0032 02 658 61 00

Tel: +44 1707 853000

 

(Jungtinė Karalystė)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ljubomir Marcov

Mylan bvba/sprl

Teл.: +359 2 9620948 / +359 2 9620931

Tel: + 32 2 658 61 85

 

(Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

Mylan Pharmaceuticals.s.r.o.

Pharma-Regist Kft

Tel: +420 274 770 201

Tel: + 36 1 318 7160

Danmark

Malta

Mylan AB

George Borg Barthet Ltd.

Tlf: + 46 855 522 750

Tel: + 356 212 44205 / +356 212 44206

(Sverige)

 

Deutschland

Nederland

Mylan dura GmbH

Mylan BV

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Tel: + 31 33 299 7080

Eesti

Norge

Generics [UK] Ltd

Mylan AB

Tel: +44 1707 853000

Tel: + 46 855 522 750

(Ühendkuningriik)

(Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Arcana Arzneimittel GmbH

Τηλ: +30 210 993 6410 / +30 694 947 0670

Tel: +43 1 416 2418

España

Polska

Mylan Pharmaceuticals, S.L

Mylan Sp. z.o.o.

Tel: + 34 933 786 448

Tel: + 48 22 546 64 00

France

Portugal

Mylan S.A.S

Mylan, Lda.

Tel: +33 4 37 25 75 00

Tel: + 351 21 412 72 26

Hrvatska

România

Generics [UK] Ltd

A&G Med Trading SRL

Tel: +44 1707 853000

Tel: + 233 4021 332 49 91

(Ujedinjeno Kraljevstvo)

 

Ireland

Slovenija

Generics [UK] Ltd.

Mylan d.o.o.

Tel: + 44 1707 853000

Tel: + 386 1 230 79 22

(United Kingdom)

 

Ísland

Slovenská republika

Mylan AB

Mylan s.r.o.

Tel: + 46 855 522 750

Tel: +421 2 326 04 910 / +421 917 206 274

(Svíþjóð)

 

Italia

Suomi/Finland

Mylan S.p.A

Mylan OY

Tel: + 39 02 612 46923

Puh/Tel: + 358 9-46 60 03

Κύπρος

Sverige

Pharmaceutical Trading Co. Ltd.

Mylan AB

Τηλ: + 357 99403969

Tel: + 46 855 522 750

Latvija

United Kingdom

Generics [UK] Ltd

Generics [UK] Ltd

Tel: +44 1707 853000

Tel: +44 1707 853000

(Lielbritānija)

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati