Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pregabalin Pfizer (pregabalin) – Fuljett ta’ tagħrif - N03AX16

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPregabalin Pfizer
Kodiċi ATCN03AX16
Sustanzapregabalin
ManifatturPfizer Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Pregabalin Pfizer 25 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Pfizer 50 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Pfizer 75 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Pfizer 100 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Pfizer 150 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Pfizer 200 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Pfizer 225 mg kapsuli iebsin

Pregabalin Pfizer 300 mg kapsuli iebsin

Pregabalin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Pregabalin Pfizer u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Pfizer

3.Kif għandek tieħu Pregabalin Pfizer

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pregabalin Pfizer

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pregabalin Pfizer u għalxiex jintuża

Pregabalin Pfizer jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jintużaw għall-kura ta’ l-epilessija, l-uġigħ nevrotiku u d-Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata (GAD - Generalised Anxiety Disorder) fl-adulti.

Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali: Pregabalin Pfizer jintuża sabiex jiġi kkurat uġigħ fit-tul ikkawżat minn ħsara fin-nervituri. Hemm numru ta’ mard li jista’ jikkaġuna wġigħ nevrotiku periferali, bħad-dijabete jew il-ħruq ta’ Sant’Antnin. Is-sensazzjonijiet ta’ uġigħ li wieħed iħoss jistgħu jiġu deskritti bħala sħana, ħruq, tektik, uġigħ li jiġri minn parti għal oħra tal-ġisem, tniffid, uġigħ qawwi, bugħawwieġ, weġgħat, tnemnim, tinġiż. L-uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali jista’ jkun assoċjat ukoll ma’ bidliet fil-burdata, disturb fl-irqad, għeja, u jista’ jkollu impatt fuq il-funzjonament fiżiku u soċjali u fuq il-kwalità tal-ħajja in ġenerali.

Epilessija: Pregabalin Pfizer tintuża sabiex tiġi kkurata ċerta forma ta’ epilessija (aċċessjonijiet parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja) fl-adulti. It-tabib tiegħek jordnalek Pregabalin Pfizer biex jgħin fil-kura ta’ l-epilessija meta l-kura li tkun qed tieħu ma tkunx qiegħda tikkontrolla l- kondizzjoni tiegħek. Pregabalin Pfizer għandu jittieħed mal-kura li tkun qiegħed/qiegħda tieħu. Pregabalin Pfizer mhuwiex maħsub sabiex jintuża waħdu, iżda għandu dejjem jintuża ma’ trattament ieħor kontra l-epilessija.

Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata: Pregabalin Pfizer jintuża għall-kura ta’ Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata (GAD). Is-sintomi ta’ GAD huma ansjetà eċċessiva fit-tul u tħassib li jkunu diffiċli biex tikkontrollahom. GAD jista’ jikkawża wkoll irrekwitezza jew tħossok eċċitat jew fuq ix-xwiek, tegħja malajr (għajjien), diffikulta’ biex tikkonċentra jew ma tiftakar xejn, tħossok irritabbli, ikollok tensjoni fil-muskoli jew disturb fl-irqad. Dan huwa differenti mit-tensjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Pfizer

Tiħux Pregabalin Pfizer:

Jekk int allerġiku għal pregabalin jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Pregalablin Pfizer.

Xi pazjenti li jużaw Pregabalin Pfizer irrappurtaw sintomi li jindikaw reazzoni allerġika. Dawn iss-sintomi

jinkludu nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien, kif ukoll raxx diffus tal-ġilda. Jekk tħoss kwalunkwe minn dawn is-sintomi għandek tkellem immedjatament lit-tabib tiegħek.

Pregabalin Pfizer ġie assoċjat ma’ sturdament u ngħas, li jistgħu jżidu l-okkorrenza ta’ korriment aċċidentali (waqgħat) f’pazjenti anzjani. Għalhekk, inti għandek toqgħod attent sakemm tidra l-effetti li jista’ jkollha l-mediċina.

Pregabalin Pfizer jista jikkawża viżjoni mċajpra jew telf tal-vista, jew bidliet oħra fil-vista, li l- maġġorparti minnhom huma temporanji. Għandek tirreferi immedjament għand it-tabib tigħek jekk tesperjenza xi bdil fil-viżta.

Xi pazjenti bid-dijabete li jżidu fil-piż waqt li jkunu qegħdin jieħdu pregabalin jista’ jkollhom bżonn bidla fil-mediċini li jkunu qegħdin jieħdu kontra d-dijabete.

Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta’ dawn l- effetti tista’ tiżdied meta jittieħdu flimkien.

Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb konġestiva f’xi pazjenti meta kienu qed jieħdu Pregabalin Pfizer; dawn il-pazjenti kienu il-biċċa l’kbira anzjani b’kundizzjonijiet karjovaskulari. Qabel ma tieħu din il-mediċina għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk ikollok storja ta’ mard tal-qalb.

Kien hemm rapporti taindeboliment tal-kliewi fxi pajenti waqt li kienu qed jieħdu Pregabalin Pfizer. Jekk waqt li tieħu Pregabalin Pfizer tinnota tnaqqis fil-passaġġ tal-urina, għandek tinforma lit-tabib, minħabba li ti twaqqif tal-mediċina tista ssolvi din il-problema.

Numru zgħir ta’ pazjenti li jkunu qed jirċievu kura bi prodotti mediċinali kontra l-epilessija bħal-Pregabalin Pfizer, kellhom ħsibijiet li jweġġgħu lilhom infushom jew li jagħmlu suwiċidju. Jekk f’xi hin ikollok dawn il-ħsibijiet kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Meta Pregabalin Pfizer tkun qed tittieħed ma’ mediċini oħrajn li jikkawżaw l-istitikezza (bħal ċerti tipi ta’ mediċini li jingħataw għall-uġigħ) jista’ jkun possibli li jkun hemm problemi gastroinestinali (eż. stitikezza, imsaren imblukkati jew paralizzati). Avża lit-tabib jekk tesperjenza stitikezza, speċjalment jekk inti suxxettibli għal din il-problema.

Qabel tieħu din il-mediċina, għandek tgħid li-tabib jekk għandek storja ta’ vizzju tax-xorb jew abbuż tad-droga jew dipendenza. Tieħux aktar mediċina milli miktub fuq ir-riċetta.

Kien hemm rapporti ta’ aċċessjonijiet waqt l-użu ta’ Pregabalin Pfizer jew ftit wara li twaqqfet il-kura bi pregabalin. Jekk tesperjenza xi aċċessjoni kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Kien hemm rapporti ta’ nuqqas tal-funzjoni tal-moħħ (enċefalopatija) f’xi pazjenti li qed jieħdu Pregabalin Pfizer u li għandhom kundizzjonijiet oħrajn. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ kundizzjonijiet mediċi serji, li jinkludu mard tal-fwied u l-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Is-sigurtà u l-effikaċja fit-tfal u adoloxxenti (ta’ taħt it-18 -il sena) ma ġewx determinati s’issa u għalhekk, pregabalin m’għandux jintuża f’dan il-grupp ta’ etajiet.

Mediċini oħra u Pregabalin Pfizer

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Pregabalin Pfizer u xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin (interazzjoni). Meta Pregabalin Pfizer tiġi meħuda ma’ ċertu mediċini oħra, tista tqawwi l-effetti sekondarji li ntwerew b’ dawn il-mediċini u li jinkludu insuffiċjenza respiratorja u koma. Il-livell ta’ sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa jista’ jiżdied jekk Pregabalin Pfizer jittieħed ma’ mediċini oħra li fihom:

Oxycodone – (użat biex itaffi l-uġigħ)

Lorazepam – (użat għall-kura ta’ ansjetà)

Alkoħol

Pregabalin Pfizer jista’ jittieħed ma’ kontraċettivi orali.

Meta tieħu Pregabalin Pfizer ma’ ikel, xorb, u alkoħol

Il-kapsuli Pregabalin Pfizer jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew waħedhom.

Huwa rakkomandat li wieħed ma jixrobx alkoħol waqt li jkun qed jieħu Pregabalin Pfizer.

Tqala u treddigħ

Pregabalin Pfizer m’għandux jittieħed waqt it-tqala jew waqt li tkun qed tredda’, sakemm it-tabib ma jgħidlekx mod ieħor. Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva f’nisa li jistgħu joħorġu tqal. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Pregabalin Pfizer jista’ jikkawża sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa. Issuqx, tħaddimx makkinarju kumpless jew tinvolvi ruħek f’attivitajiet oħra li jistgħu jkunu perikolużi sakemm tkun taf jekk din il-mediċina taffettwax il-ħila tiegħek biex twettaq dawn l-attivitajiet.

Pregabalin Pfizer fih lactose monohydrate

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Pregabalin Pfizer

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek jistabbilixxi liema doża hi adattata għalik.

Pregabalin Pfizer huwa għal użu orali biss.

Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali, epilessija jew Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata:

Ħu l-ammont ta’ kapsuli kif ordnalek it-tabib tiegħek.

Id-doża, li tiġi aġġustata għalik u għall-kondizzjoni tiegħek, ġeneralment tkun bejn 150 mg u 600 mg kuljum.

It-tabib tiegħek se jgħidlek biex tieħu Pregabalin Pfizer jew darbtejn jew tliet darbiet kuljum. Fil-każ ta’ darbtejn kuljum ħu Pregabalin Pfizer darba filgħodu u darba fil-għaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-ġurnata. Għal tliet darbiet kuljum ħu Pregabalin Pfizer darba filgħodu, darba wara nofsinhar u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal- ġurnata.

Jekk ikollok l-impressjoni li l-effett ta’ Pregabalin Pfizer huwa qawwi żżejjed jew dgħajjef iżżejjed, tkellem mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek.

Jekk int pazjent anzjan (’il fuq minn 65 sena), inti għandek tieħu Pregabalin Pfizer b’mod normali ħlief jekk ikollok problemi bil-kliewi.

It-tabib tiegħek jista’ jordnalek skeda ta’ dożaġġ u/jew doża differenti jekk ikollok problemi bil-kliewi tiegħek.

Ibla’ l-kapsula sħiħa bl-ilma.

Kompli ħu Pregabalin Pfizer sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf.

Jekk tieħu Pregabalin Pfizer aktar milli suppost

Ċempel lit-tabib tiegħek jew mur immedjatament fit-taqsima ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar. Ħu l- kaxxa jew il-flixkun tal-kapsuli Pregabalin Pfizer miegħek. Jekk tieħu Pregabalin Pfizer aktar milli suppost tista’ tħossok bin-ngħas, konfuż, aġitat jew bla mistrieħ. Kienu rrapportati wkoll aċċessjonijiet.

Jekk tinsa tieħu Pregabalin Pfizer

Importanti li tieħu l-kapsuli Pregabalin Pfizer tiegħek b’mod regolari fl-istess ħin tal-ġurnata. Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin għad-doża li jmiss. F’dak il-każ, kompli bid-doża li jmiss bħas-soltu. Tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li nsejt.

Jekk tieqaf tieħu Pregabalin Pfizer

Twaqqafx Pregabalin Pfizer sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan. Jekk il-kura tiegħek titwaqqaf, dan għandu jsir b’mod gradwali fuq perijodu minimu ta’ ġimgħa.

Wara li twaqqaf kura fit-tul jew fil-qasir b’Pregabalin Pfizer, jeħtieġ li tkun taf li tista’ tesperjenza ċerti effetti sekondarji. Dawn jinkludu diffikulta’ biex torqod, uġigħ ta’ ras, dardir, tħossok ansjuż, dijarea, sintomi bħall-influwenza, aċċessjonijiet, nervożità, depressjoni, uġigħ, tagħriq u sturdament. Dawn is-sintomi jistgħu jseħħu b’mod aktar komuni jew sever jekk tkun ilek tieħu Pregabalin Pfizergħal perijodu ta’ żmien aktar fit-tul.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni:

Sturdament, ħedla, uġigħ ta’ ras.

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10:

Żieda fl-aptit.

Sensazzjoni ta’ ferħ kbir, konfużjoni, diżorjentament, tnaqqis fl-interess sesswali, irritabilità.

Nuqqas ta’ attenzjoni, guffaġni, indeboliment tal-memorja, telf tal-memorja, tregħid, diffikulta’ biex titkellem, sensazzjoni ta’ tnemnim, tmewwit, sedazzjoni, letarġija, nuqqas ta’ rqad, għeja, tħossok stramb u mhux bħas-soltu.

Vista mċajpra, vista doppja.

Vertigo, problemi fil-bilanċ, waqgħat.

Ħalq xott, stitikezza, rimettar, gass fl-istonku, dijarea, dardir, nefħa fiż-żaqq.

Diffikultajiet bl-erezzjoni.

Nefħa fil-ġisem, inkluż l-estremitajiet.

Sensazzjoni ta’ wieħed fis-sakra, mod mhux normali kif timxi.

Żieda fil-piż.

Bugħawwieġ, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar, uġigħ fid-dirgħajn u fis-saqajn.

Uġigħ fil-griżmejn.

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100:

Telf tal-aptit, tnaqqis fil-piż, zokkor baxx fid-demm, zokkor ogħli fid-demm.

Bidla fil-mod kif tħares lejk innifsek, irrekwitezza, depressjoni, aġitazzjoni, bidliet fil-burdata, diffikulta’ biex issib il-kelma, alluċinazzjonijiet, ħolm anormali, attakk ta’ paniku, apatja, agressjoni, burdata ta’ entużjażmu, indeboliment mentali, żieda fl-interess sesswali, diffikulta’ biex taħseb, problemi fil-funzjoni ta’ natura sesswali li jinkludu inkapaċità li tilħaq orgażmu, dewmien fl-ejakulazzjoni.

Bidliet fil-viżta tal-għajnejn, moviment mhux normali tal-għajnejn, bidliet fil-viżta ta’ l- għajnejn li jinkludu telf tal-viżta periferali, tberrieq ta’ dawl, movimenti bl-iskossi, tnaqqis fir- riflessi, attività akbar, sturdament meta tkun qiegħed bil-wieqfa, ġilda sensittiva, telf tat-togħma, sensazzjoni ta’ ħruq, rogħda meta tiċċaqlaq, koxjenza mnaqqsa, tintilef minn sensik, ħass ħażin, sensittivita’ akbar għall-ħsejjes, tħossok ma tiflaħx.

Għajnejn xotti, nefħa fl-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn dgħajfa, għajnejn idemmgħu, irritazzjoni fl-għajnejn.

Disturbi fir-ritmu tal-qalb, taħbit tal-qalb aktar mgħaġġel, pressjoni baxxa, pressjoni għolja, tibdil fit-taħbit tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb.

Fwawar, fwawar tal-menopawsa.

Diffikulta’ biex tieħu nifs, nixfa fl-imnieħer, konġestjoni fl-imnieħer.

Produzzjoni akbar ta’ bżieq, ħruq ta’ stonku, tmewwit madwar il-ħalq

Tagħriq, raxx, tkexkix ta’ bard, deni.

Ġbid fil-muskoli, nefħa fil-ġogi ,ebusija fil-muskoli, uġigħ li jinkludi uġigħ fil-muskoli, ,uġigħ fl-għonq.

Uġigħ fis-sider.

Diffikulta’ jew uġigħ biex tagħmel l-awrina, inkontinenza, volum anqas ta’ awrina.

Indeboliment, għatx, tagħfis fis-sider.

Bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm u tal-fwied (żieda fil-kreatina phosphokinase fid- demm, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase, tnaqqis fl-għadd ta’ pjastrini, newtropenja, żieda fil-kreatinina fid-demm, tnaqqis fil-potassju fid-demm).

Sensittività eċċessiva, nefħa fil-wiċċ, ħakk, urtikarja, imnieħer inixxi, fsada mill-imnieħer, sogħla, inħir.

Uġigħ waqt il-mestruwazzjoni.

Idejn u saqajn kesħin.

Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000:

Sens tax-xamm mhux normali, problemi fil-viżta fejn l-affarijiet jidhru jiċċaqalqu, perċezzjoni alterata tal-fond, viżta għad-dawl aktar qawwija, telf tal-viżta.

Twessigħ tal-pupilli, twerriċ, irritazzjoni fl-għajnejn.

Għaraq kiesaħ, dwejjaq fil-gerżuma, ilsien minfuħ.

Infjammazjoni tal-frixa.

Diffikultà biex tibla.

Movimenti tal-ġisem bil-mod jew imnaqqsa.

Diffikultà biex tikteb kif suppost.

Żieda ta’ fluwidu fiż-żaqq.

Ilma fil-pulmun.

Aċċessjonijiet.

Tibdil fir-riżultati elettriċi (ECG) tal-qalb li jirrifletttu disturbi fir-ritmu tal-qalb.

Ħsara fil-muskoli.

Tnixxija mis-sider, żieda mhux normali fid-daqs tas-sider, żieda fid-daqs tas-sider tal-irġiel.

Waqfien fil-mestruwazzjoni.

Insuffiċjenza tal-kliewi, volum anqas ta’awrina, ritenzjoni urinarja.

Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli bojod tad-demm.

Mġiba mhux xierqa.

Reazzjonijiet allerġiċi (dawn jistgħu jinkludu diffikulta’ biex tieħu n-nifs, infjammazzjoni fl- għajnejn (keratite) u reazzjoni serja fil-ġilda karatterizzata minn raxx, nfafet, ġilda mqaxxra u uġigħ.

Suffejra (sfurija tal-ġilda jew ta’ l-għajnejn).

Rari Ħafna: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000

Insuffiċenzja tal-fwied

Epatite (infjammazzjoni tal-fwied)

Inti għandek tfittex parir mediku immedjat jekk tesperjenza nefħa fil-wiċċ jew fl-ilsien, jew jekk tiħmarlek il-ġilda u tibda titqaxxar jew ittella’ l-imfafet.

Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta’ dawn l-effetti tista’ tiżdied meta jittieħdu flimkien.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhumiex elenkati f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effet sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

25 mg kapsuli
50 mg kapsuli
75 mg kapsuli
100 mg kapsuli
150 mg kapsuli
200 mg kapsuli
225 mg kapsuli
300 mg kapsuli

5.Kif taħżen Pregabalin Pfizer

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa jew il-flixkun. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pregabalin Pfizer

Is-sustanza attiva hi pregabalin. Kull kapsula iebsa fiha 25 mg, 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg jew 300 mg pregabalin.

Is-sustanzi l-oħra huma: lactose monohydrate, Maize starch, Talkum, Ġelatina, titanium dioxide (E171), sodium laurilsulphate, andydrous colloidal silica, linka sewda (li fiha shellac, iron oxide iswed (E172), propylene glycol, potassium hydroxide) u ilma.

Il-kapsuli ta’ 75 mg, 100 mg, 200 mg, 225 mg u 300 mg fihom ukoll iron oxide aħmar (E172).

Kif jidher Pregabalin Pfizer u l-kontenut tal-pakkett

Kapsuli iebsin ta’ lewn abjad, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 25” fuq il-parti ewlenija.

Kapsuli iebsin ta’ lewn abjad, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 50” fuq il-parti ewlenija. Il-parti ewlenija tal-kapsula hi mmarkata b’faxxa sewda.

Kapsuli iebsin ta’ lewn abjad u oranġjo, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 75” fuq il-parti ewlenija.

Kapsuli iebsin ta’ lewn oranġjo, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 100” fuq il-parti ewlenija.

Kapsuli iebsin ta’ lewn abjad, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 150” fuq il-parti ewlenija.

Kapsuli iebsin ta’ lewn oranġjo ċar, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 200” fuq il-parti ewlenija.

Kapsuli iebsin ta’ lewn abjad u oranġjo ċar, bi “Pfizer” immarkata fuq il- parti ta’ fuq u “PGN 225” fuq il-parti ewlenija.

Kapsuli iebsin ta’ lewn abjad u oranġjo, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 300” fuq il-parti ewlenija.

Pregabalin Pfizer hu disponibbli f’pakketti ta’ sitt daqsijiet differenti magħmulin mill-PVC b’rinforz ta’ folja ta’ l-aluminju: pakkett ta’ 14-il kapsula li fih 1 strixxa ta’ folji, pakkett ta’ 21 kapsula li fih 1 strixxa ta’ folji, pakkett ta’ 56 kapsula li fih 4 strixxi ta’ folji, pakkett ta’ 84 kapsula li fih 4 strixxi ta’ folji, pakkett ta’ 100 kapsula li fih 10 folji, pakkett ta’ 112 (2 x 56)-il kapsula u 100 x 1 kapsula bħala folji ta’ doża waħda perforati.

Barra minn hekk, Pregabalin Pfizer jinstab ukoll fi flixkun tal-HDPE li jesa’ 200 kapsula għall- qawwiet ta’ 25 mg, 75 mg, 150 mg u 30 mg.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Pfizer Limited, Sandwich, Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit

Manifattur:

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH, Betriebsstātte Freiburg, Mooswaldallee 1, 79090 Freiburg,

Il-Ġermanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Pfizer S.A. / N.V.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Česká republika

Pfizer spol s r.o.

Tel: +420-283-004-111

Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Deutschland

Pfizer Pharma PFE GmbH

Tel: +49 (0)800 8535555

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε. Τηλ.: +30 210 67 85 800

España

Pfizer GEP, S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

France

Pfizer PFE France

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o.

Tel: + 385 1 3908 777

Ireland

Pfizer Healthcare Ireland

Tel: +1800 633 363 (toll free)

Tel: +44 (0)1304 616161

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. +3705 2514000

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel. + 36 1 488 37 00

Malta

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tel :+356 21220174

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 4301

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 335 61 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +351 21 423 5500

România

Pfizer România S.R.L.

Tel: +40 (0)21 207 28 00

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL,

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: +386 (0)1 52 11 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Sími: +354 540 8000

Tel: +421–2–3355 5500

Italia

Suomi/Finland

Pfizer Italia S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40

Κύπρος

Sverige

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH)

Pfizer AB

Τηλ: +357 22 817690

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Latvija

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Limited

Tel: +371 670 35 775

Tel: +44 (0)1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati